Proċedura : 2018/2094(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0427/2018

Testi mressqa :

A8-0427/2018

Dibattiti :

PV 11/02/2019 - 20
CRE 11/02/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.16
CRE 13/02/2019 - 8.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0098

RAPPORT     
PDF 306kWORD 105k
5.12.2018
PE 625.528v01-00 A8-0427/2018

dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa

(2018/2094(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: Ramón Jáuregui Atondo

Rapporteur għal opinjoni (*):Ivana Maletić, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa

(2018/2094(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li ġie ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea, il-Protokoll Addizzjonali tagħha u l-verżjoni riveduta tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-laqgħa informali tas-27 kap ta' stat jew ta' gvern tad-29 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava tas-27 Stat Membru tas-16 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni: possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona(6),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 u l-ħames karti ta' riflessjoni sussegwenti (COM(2017)2025, COM(2017)0206, COM(2017)0240, COM(2017)0291, COM(2017)0315, COM(2017)0358),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra n-notifika tar-Renju Unit tad-29 ta' Marzu 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u lil hinn tas-6 ta' Lulju 2017(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa – Riflessjonijiet u xenarji għall-UE-27 sal-2025 tat-12 ta' Mejju 2017(8),

–  wara li kkunsidra d-diversi kontributi mill-parlamenti nazzjonali dwar il-White Paper u d-dokumenti ta' riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2018 tat-12 ta' Settembru 2018 mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker,

–  wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni  2017 tat-13 ta' Settembru 2017 mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-pjan direzzjonali tiegħu għal unjoni aktar magħquda, aktar b'saħħitha u aktar demokratika tal-24 ta' Ottubru 2017 (COM(2017)0650),

–  wara li kkunsidra d-diskors tas-Sorbonne tal-President Franċiż Emmanuel Macron tas-26 ta' Settembru 2017, bl-isem "Inizjattiva għall-Ewropa: Ewropa sovrana, magħquda u demokratika",

–  wara li kkunsidra s-summit informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE tad-29 ta' Settembru 2017 f'Talinn,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tal-Mexxejja adottata waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fid-19-20 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tas-17 ta' Novembru 2017 tal-Kunsill, tal-Parlament u tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (UEM) tas-6 ta' Diċembru 2017 (COM(2017)0821) u b'mod partikolari l-proposta biex jiġi stabbilit Fond Monetarju Ewropew (FME) (COM(2017)0827), il-proposta biex tiġi integrata s-sustanza tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fil-qafas legali tal-Unjoni (COM(2017)0824) u l-komunikazzjoni dwar Ministru Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi (COM(2017)0823),

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14-15 ta' Diċembru 2017, u l-laqgħa tal-Mexxejja u tal-laqgħat tas-Summit tal-Euro fil-marġini tagħha,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta' Diċembru 2017 mingħand 26 parlament nazzjonali minn 20 Stat Membru dwar it-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Jannar 2018 adottata waqt is-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea (Ċipru, Franza, il-Greċja, Malta, il-Portugall u Spanja), bl-isem "Inġibu lill-UE 'l quddiem fl-2018", kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa li saret mill-pajjiżi tal-Grupp Visegrad (ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja) fis-26 ta' Jannar 2018 u d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-Finanzi Ewropej mill-Finlandja, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands u l-Iżvezja tas-6 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2018 bit-titolu "Ewropa li tagħti riżultati: Għażliet istituzzjonali biex nagħmlu l-ħidma tal-Unjoni Ewropea aktar effiċjenti" (COM(2018)0095),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234 tal-14 ta' Frar 2018 dwar it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew(9),

–  wara li kkunsidra l-laqgħa informali tas-27 kap ta' stat jew ta' gvern tat-23 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2016(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali(11),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 tat-2 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0322),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0325),

–  wara li kkunsidra s-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Meseberg tad-19 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Nirriflettu fuq l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex terġa' tinbena l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea" tad-9 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra d-dibattiti dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa ma' kapijiet ta' stat jew ta' gvern, ospitati mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0427/2018),

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija eżempju ta' integrazzjoni supranazzjonali liema bħalha u ġabet il-paċi dejjiema, il-prosperità u l-benessri mindu saret id-dikjarazzjoni pijuniera Schuman tad-9 ta' Mejju 1950; billi s-sigurtà kondiviża, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-benesseri tal-popli tagħha kienu fil-qalba tal-aspirazzjonijiet u l-azzjonijiet tagħha;

B.  billi l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni, il-munita unika, il-programm Erasmus, il-politiki reġjonali, agrikoli u ta' koeżjoni, u Orizzont 2020 huma kisbiet fundamentali tal-Unjoni, fost ħafna oħrajn, li jikkontribwixxu għall-benessri taċ-ċittadini Ewropej; billi jeħtieġ li l-Unjoni tingħata s-setgħat u r-riżorsi xierqa biex tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21;

C.  billi matul l-aħħar ftit snin l-Unjoni ffaċċjat aktar minn kriżi waħda li ttestjaw ir-reżiljenza u l-kapaċità tagħha li taġixxi b'mod deċiżiv u magħqud;

D.  billi l-perjodu mill-2014 sal-2017 ra politiki monetarji u makroekonomiċi aktar bilanċjati soċjalment u effettivi, bħalma huma l-politiki mhux standard tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-flessibbiltà tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, li kkontribwixxew għall-irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE;

E.  billi għalkemm l-Ewropa rnexxielha trażżan u parzjalment tegħleb l-aktar mumenti kritiċi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, għad hemm quddiemna riformi importanti u urġenti xi jsiru fil-livell tal-UE u fil-livell ta' Stat Membru fil-qasam tal-governanza ekonomika b'mod ġenerali u ż-żona tal-euro b'mod partikolari, kif ukoll f'dawk li huma t-tisħiħ tas-suq uniku u l-irkupru u l-iżvilupp tal-istandards soċjali tal-istati soċjali tagħna;

F.  billi fid-dawl tal-isfidi kurrenti u futuri, interni u esterni, multipli li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni f'dinja globali instabbli u kumplessa, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-migrazzjoni, it-tnaqqis demografiku, it-terroriżmu, is-sigurtà, it-tibdil fil-klima, il-kwistjonijiet ambjentali, iż-żamma tal-ordni multilaterali dinji, l-ikkompletar tal-UEM, il-globalizzazzjoni, il-kummerċ internazzjonali ħieles, ġust u bbażat fuq ir-regoli, l-affarijiet barranin u d-difiża, l-iżvilupp tal-pilastru soċjali, u l-ġlieda kontra l-populiżmu anti-UE, l-intolleranza u l-ksenofobija, l-UE għandha tippromwovi spirtu mġedded ta' kooperazzjoni u solidarjetà fost il-Membri tagħha abbażi tal-Artikoli 2 u 3 tat-TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, filwaqt li l-objettiv minqux fit-Trattat ta' Lisbona li tinħoloq unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa għandu jkompli jispira l-azzjonijiet meħuda mill-Unjoni biex tkompli ssaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea u tindirizza b'mod effettiv dawn l-isfidi;

G.  billi l-Parlament jinsab imħasseb ħafna dwar il-qawmien tal-movimenti populisti, ksenofobiċi u anti-Ewropej madwar l-Ewropa kollha; billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jiddefendu u jippromwovu l-valuri demokratiċi, il-prinċipji fundaturi u l-objettivi tal-integrazzjoni Ewropea;

H.  billi r-referendum tar-Renju Unit ta' Ġunju 2016 li wassal għan-notifika tiegħu fid-29 ta' Marzu 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea intensifika d-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Unjoni; billi n-negozjati dwar il-ħruġ previst tar-Renju Unit mill-UE wrew il-livell għoli ta' interdipendenza tal-Istati Membri, sa liema livell ilkoll kemm aħna niddependu mill-istrumenti u l-politiki konġunti u l-kosti ta' kwalunkwe tluq;

I.  billi l-intensifikazzjoni tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa hija riflessa, minbarra fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament stess dwar il-futur tal-Ewropa tas-16 ta' Frar 2017, fid-Dikjarazzjoni u l-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava, fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma, fl-Aġenda tal-Mexxejja adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ottubru 2017, u diversi kontribuzzjonijiet minn Stati Membri individwali jew gruppi tagħhom, u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll fid-dibattiti plenarji fil-Parlament Ewropew dwar il-"Futur tal-Ewropa" mal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern, fil-laqgħat interparlamentari tal-kumitati u fl-organizzazzjoni ta' djalogi u konsultazzjonijiet taċ-ċittadini minn diversi istituzzjonijiet, korpi u Stati Membri;

J.  billi l-istħarriġ tal-Parlemeter, li sar bejn it-8 u s-26 ta' Settembru 2018, juri li 62 % ta' dawk li wieġbu jemmnu li s-sħubija tal-pajjiżhom hija ħaġa tajba u li 68 % jqisu li pajjiżhom ibbenefika mis-sħubija tiegħu fl-UE, l-ogħla riżultat imkejjel mill-1983 'il hawn;

K.  billi l-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Unjoni jiddefinixxu sfera li magħha jista' jidentifika ruħu kull ċittadin Ewropew, huma x'inhuma d-differenzi politiċi jew kulturali marbuta mal-identità nazzjonali;

L.  billi l-elezzjonijiet li ġejjin għall-Parlament Ewropew jippreżentaw opportunità biex issir valutazzjoni tad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, anke fid-dawl tal-prijoritajiet istituzzjonali prinċipali tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għall-mandat il-ġdid;

M.  billi l-UE qed tiffaċċja perjodu partikolarment importanti fil-proċess tal-kostruzzjoni tagħha, minħabba n-natura u d-dimensjoni tal-isfidi tagħha, u billi dawn jistgħu jissolvew biss billi naħdmu flimkien u permezz ta' integrazzjoni u solidarjetà akbar u aħjar fost l-Istati Membri, filwaqt li nisfruttaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet kurrenti tat-Trattat ta' Lisbona u, sussegwentement, nirriformaw it-Trattati sabiex jittejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet istituzzjonali u jiġi żgurat il-bilanċ xieraq tal-kompetenzi;

N.  billi r-riformi istituzzjonali jenħtieġ li jkollhom l-għan li jagħmlu l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet aktar demokratiċi u li jsaħħu t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-obbigu ta' rendikont tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha; billi, fid-dawl ta' dawn l-għanijiet, huwa ż-żmien xieraq u opportun biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ċivika sinifikattiva fil-proġett Ewropew u biex jiġu organizzati konsultazzjonijiet u jitħeġġeġ djalogu regolari maċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tat-TUE;

O.  billi l-Unjoni teħtieġ struttura governattiva aktar b'saħħitha, b'kontroll demokratiku msaħħaħ min-naħa tal-Parlament, biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-lum u tal-ġejjieni; billi t-trasparenza u l-integrità min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE huma essenzjali biex tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini;

P.  billi d-Dikjarazzjoni konġunta ta' Meseberg bejn Franza u l-Ġermanja fiha serje ta' riflessjonijiet u proposti biex il-kooperazzjoni Ewropea tissaħħaħ, b'mod partikolari fil-qasam tal-governanza ekonomika;

Q.  billi l-promozzjoni ta' dimensjoni Ewropea tal-kultura u tal-edukazzjoni hija vitali għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea, filwaqt li jitqies li l-Unjoni tbati minn defiċit ta' għarfien li jfisser li l-kisbiet tal-Unjoni għandhom it-tendenza li ma jingħatawx importanza mill-ġenerazzjonijiet li għadhom tilgħin;

1.  Ifakkar li r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-ġejjieni tal-Ewropa tas-16 ta' Frar 2017 enfasizzaw l-importanza tal-qafas istituzzjonali uniku u tal-metodu Komunitarju u ssuġġerew diversi proposti u inizjattivi ta' importanza partikolari għall-integrazzjoni Ewropea li jistgħu jikkontribwixxu għall-bini tal-ġejjieni tal-Ewropa;

2.  Jenfasizza li l-Unjoni jeħtiġilha tindirizza b'mod determinal l-isfidi tal-ġejjieni tagħha b'integrazzjoni politika akbar u aħjar, bir-rispett sħiħ u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji demokratiċi u billi naħdmu flimkien; jenfasizza li ċ-ċittadini jridu Ewropa li tipproteġi d-drittijiet, il-benessri u l-mudell soċjali tagħhom fuq il-bażi ta' sovranità kondiviża, li tirrikjedi integrazzjoni politika xierqa; jistieden lill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern isegwu din it-triq fi spirtu mġedded ta' solidarjetà u kollaborazzjoni;

3.  Jirrimarka li l-kapijiet ta' stat jew ta' gvern li indirizzaw il-Parlament fil-plenarja waqt id-dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa kollha kemm huma rrikonoxxew li hemm il-ħtieġa li niffaċċjaw l-isfidi tal-futur flimkien u li nagħmlu aħjar dak li jista' jinkiseb biss flimkien;

4.  Itenni t-twemmin tiegħu li l-integrazzjoni differenzjata għandha tibqa' miftuħa għall-Istati Membri kollha u li għandha tkompli taġixxi bħala metodu ta' integrazzjoni u solidarjetà Ewropej aktar profondi, ħaġa li m'għandhiex titħawwad mal-idea ta' Ewropa à la carte; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe perċezzjoni tal-ħolqien ta' sħubija tal-ewwel klassi u tat-tieni klassi fi ħdan l-Unjoni fid-dibattitu kurrenti dwar l-integrazzjoni differenzjata;

5.  Ifakkar li l-integrazzjoni differenzjata m'għandhiex tkun mod kif titnaqqas l-integrazzjoni politika;

6.  Jenfasizza li l-kriżi pproduċiet żbilanċ bejn l-istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni, u li l-Kunsill Ewropew qed jeżerċita l-inizjattiva politika tiegħu proprja għad-detriment tad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni u qed jirrinforza l-metodu intergovernattiv; iqis, madankollu, li l-metodu Komunitarju huwa dak l-aktar adattat għall-funzjonament tal-Unjoni; ifakkar fl-għadd kbir ta' riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament f'dan ir-rigward u jtenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill Ewropew biex jirrispetta bis-sħiħ il-limiti tal-kompetenzi tiegħu kif imnaqqxa, b'mod partikolari, fl-Artikolu 15 tat-TUE;

7.  Itenni li l-unanimità, li t-Trattati jirrikjedu f'ċerti materji fundamentali, hija ostakolu kważi insuperabbli f'mumenti u f'deċiżjonijiet importanti, u għalhekk, fir-rigward tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet, jargumenta favur il-prinċipju ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK) fil-Kunsill u, għal-leġiżlazzjoni, jiffavorixxi l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fl-oqsma kollha fejn dan ikun possibbli; ifakkar li skont it-Trattati fis-seħħ dan jista' jinkiseb bl-użu tad-diversi klawżoli passerelle jew, fil-każ tal-kooperazzjoni msaħħa, bl-użu tal-Artikolu 333 tat-TFUE;

8.  Jilqa' f'dan ir-rigward it-tħabbira mill-President Juncker fid-diskorsi tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta' Settembru 2017 u tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-intenzjoni li jipproponi l-użu tal-VMK fil-Kunsill f'ċerti oqsma ta' politika speċifiċi, iżda jiddispjaċih li r-regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) mhuwiex fost is-suġġetti elenkati;

9.  Jilqa' b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-VMK fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) fir-rigward ta' pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'fora internazzjonali, deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti reġimi ta' sanzjonijiet, u deċiżjonijiet biex jiġu varati jew implimentati missjonijiet ċivili b'reazzjoni għal kriżijiet barra mill-Ewropa, minħabba l-importanza li t-teħid ta' deċiżjonijiet jiġi aċċellerat u li jsir aktar effettiv, u l-ħtieġa li l-Unjoni titkellem aktar b'vuċi waħda;

10.  Itenni s-suġġeriment tiegħu li l-Kunsill jiġi trasformat f'kamra leġiżlattiva vera b'kundizzjonijiet indaqs bħall-Parlament, kif deskritt fil-qosor fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona, u li tittejjeb it-trasparenza tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu; jirreferi f'dan il-kuntest għar-rapport speċjali tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill u għall-ittra tad-delegazzjonijiet tal-COSAC tal-20 ta' Diċembru 2017 fejn talbu aktar trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, b'mod partikolari mill-Kunsill u mill-korpi informali bħall-Grupp tal-Euro, f'konformità ma' talbiet simili magħmula mill-Parlament f'dan ir-rigward;

11.  Iqis li hemm għażliet differenti biex il-Kummissjoni ssir aktar aġili billi jiġu adattati l-istruttura u l-metodi ta' ħidma tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, pereżempju bil-ħatra ta' Viċi Presidenti responsabbli għal raggruppament ta' politiki jew bil-ħatra ta' Kummissarji anzjani u subalterni;

12.   Ifakkar li, għalkemm, skont it-Trattati fis-seħħ, il-Parlament ma għandux dritt formali ta' inizjattiva leġiżlattiva, huwa jista' jitlob li l-Kummissjoni tressaq kwalunkwe proposta xierqa dwar kwistjonijiet li, fil-fehma tiegħu, jeħtieġu att tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, u jfakkar lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(12), fl-obbligu tagħha li tagħti kunsiderazzjoni fil-pront u dettaljata lit-talbiet għal proposti għal atti tal-Unjoni; ifakkar, barra minn hekk, li dan il-ftehim interistituzzjonali fih ukoll dispożizzjonijiet dwar il-programmazzjoni annwali u pluriennali interistituzzjonali, li jipprovdu għodda addizzjonali biex il-Parlament imexxi l-aġenda leġiżlattiva;

13.  Ifakkar fil-proposta tiegħu li, fil-każ ta' reviżjoni futura possibbli tat-Trattati, id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva jista' jiġi attribwit ukoll lill-Parlament bħala r-rappreżentant dirett taċ-ċittadini tal-UE;

14.  Jinsisti li għandha tissaħħaħ is-setgħa ta' skrutinju tal-Parlament u b'mod partikolari d-dritt tiegħu ta' inkjesta u li għandu jingħata setgħat speċifiċi, ġenwini u delimitati b'mod ċar;

15.  Jieħu nota tar-rapport tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u biex "Nagħmlu anqas b'aktar effiċjenza" tal-10 ta' Lulju 2018, li jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar mod ġdid ta' ħidma fuq is-sussidjarjetà u fuq il-proporzjonalità; iqis li ħafna minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tal-parlamenti nazzjonali fi ħdan l-Unjoni u kemm hu għaqli li s-sistema ta' twissija bikrija tiġi riformata, diġà ġew sottolinjati mill-Parlament; ifakkar li t-Task Force sabet li hemm valur miżjud tal-UE fl-oqsma kollha eżistenti tal-attività tal-UE u għalhekk ma identifikat l-ebda kompetenza jew qasam ta' politika tat-Trattati li għandhom jiġu delegati mill-ġdid b'mod definittiv, kompletament jew parzjalment, lill-Istati Membri;

16.  Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet differenti li jitolbu rwol aktar attiv għall-parlamenti nazzjonali, speċjalment fil-kontroll tal-azzjoni tal-gvernijiet tagħhom fl-istituzzjonijiet Ewropej; ifakkar ukoll fir-rwol fundamentali tal-awtoritajiet lokali u speċjalment tal-parlamenti reġjonali b'setgħat leġiżlattivi;

17.  Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni fil-livell interistituzzjonali, filwaqt li jiġu rispettati l-prerogattivi ta' kull istituzzjoni kif imnaqqxa fit-Trattati, peress li din il-kooperazzjoni ngħatat qafas ġdid permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, u jissottolinja li s-simplifikazzjoni hija eżerċizzju għaddej il-ħin kollu li għandu l-għan li jagħmel il-proċessi u l-proċeduri fil-livell tal-UE aktar faċli li jinftiehmu, filwaqt li jiżgura li jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u fl-aħħar mill-aħħar tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea;

18.  Jilqa' l-proklamazzjoni konġunta li tapprova l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ffirmata mill-Kunsill, mill-Parlament u mill-Kummissjoni waqt is-Summit Soċjali ta' Gothenburg għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir; jirrimarka li l-kompetenzi u l-għodod meħtieġa biex jitwettaq il-pilastru huma prinċipalment f'idejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll f'idejn is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, filwaqt li s-Semestru Ewropew joffri qafas biex il-prestazzjoni tal-Istati Membri f'dan ir-rigward tkun tista' tiġi monitorjata; ifakkar, barra minn hekk, f'dan il-kuntest li d-djalogu soċjali ħareġ strument indispensabbli biex jittejjeb it-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet tal-UE u biex tissaħħaħ il-leġittimità soċjali tagħhom;

19.  Jinnota n-natura mhux vinkolanti tal-Pilastru Soċjali, li bħala tali ma jistax ibiddel l-attenzjoni tal-UE minn fuq il-politiki ekonomiċi, tas-suq intern u fiskali għal fuq il-miri soċjali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-klawżola soċjali orizzontali minquxa fl-Artikolu 9 tat-TFUE tirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra b'attenzjoni l-impatt li għandha l-leġiżlazzjoni tal-UE fuq l-istandards soċjali u l-impjieg u b'konsultazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati soċjali;

20.  Jenfasizza li l-protezzjoni ambjentali għandha tkun prijorità għolja għall-UE fid-dawl tad-degradazzjoni ambjentali kurrenti, u għandha tiġi integrata fil-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni; jenfasizza li l-UE għandha tieħu azzjoni effettiva biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u żżid is-sehem ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija għal-livelli meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi;

21.  Jistieden għal darba oħra lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Sigurtà Soċjali (ETS Nru 78);

22.  Jissottolinja li huwa importanti li jitkompla l-proċess tal-approfondiment u l-ikkompletar tal-UEM sabiex jingħata kontribut għaż-żamma tal-istabbiltà tal-munita unika u t-tisħiħ tal-konverġenza tal-politiki ekonomiċi, fiskali u tas-suq tax-xogħol u tal-istandards soċjali fost l-Istati Membri; itenni li, bl-eċċezzjoni tal-esklużjoni fakultattiva tad-Danimarka, kull Stat Membru marbut jadotta l-euro; jappoġġa t-teħid ta' passi ulterjuri fl-iżvilupp tal-MES;

23.  Jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa ta' impenn politiku b'saħħtu, governanza effiċjenti u responsabbiltà demokratika fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, b'mod partikolari l-iskrutinju parlamentari fl-istadji varji tas-Semestru Ewropew kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali, sabiex tiġi pprovduta l-governanza ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro b'leġittimità soċjali, ekonomika u demokratika msaħħa u jittejjeb is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni;

24.  Ifakkar fil-fehma tiegħu, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea, li l-politika fiskali u ekonomika għandha ssir "kompetenza kondiviża" bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;

25.  Jinnota l-konverġenza tal-pożizzjonijiet meħuda minn Franza u mill-Ġermanja rigward l-idea ta' kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro; itenni l-fehma tiegħu li tali kapaċità jenħtieġ li tiġi żviluppata fi ħdan il-qafas tal-UE;

26.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti u qed jiddiskuti għodod baġitarji ġodda mmirati lejn l-istabbilizzazzjoni;

27.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Programm ta' Appoġġ għal Riformi; jenfasizza kemm hu importanti li ma jiddgħajfux is-setgħat ta' kodeċiżjoni u ta' superviżjoni tal-Parlament b'rabta mal-infiq tal-fondi tal-UE; jinsab imħasseb li fil-perjodu 2011-2017, 9 % biss mir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) ġew implimentati bis-sħiħ; jieħu nota tal-faċilità ta' konverġenza, li se tipprovdi inċentiv u se tgħin lill-Istati Membri barra miż-żona tal-euro, permezz ta' politiki fiskali u ekonomiċi sostenibbli, jimplimentaw ir-riformi u jissodisfaw il-kriterji għall-introduzzjoni tal-euro;

28.  Jilqa' l-programm futur InvestEU u jenfasizza li l-fond għandu jkompli jnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fl-UE; jappoġġa l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż il-wirt kulturali, sabiex jitrawmu t-tkabbir, l-investimenti u l-impjiegi, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, il-kumpaniji żgħar u b'kapitalizzazzjoni medja u l-intrapriżi soċjali, u b'hekk jingħata kontribut għal benessri mtejjeb u distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul u għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni;

29.  Jinnota li l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Ministru Ewropew tal-Ekonomija u tal-Finanzi; jinnota li t-twaħħid tal-pożizzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u tal-President tal-Grupp tal-Euro jista' jtejjeb l-obbligu ta' rendikont parlamentari fil-livell Ewropew;

30.  Huwa tal-fehma li l-baġit futur tal-UE għandu jippromwovi l-valur miżjud Ewropew f'dak li hu impatt soċjoekonomiku, jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-politiki tal-UE, jiżgura l-finanzi għall-isfidi l-ġodda u jkompli jikkontribwixxi għall-koeżjoni u l-konverġenza mil-lat ekonomiku u soċjali bejn u fi ħdan l-Istati Membri sabiex isaħħaħ is-solidarjetà Ewropea, l-istabbiltà Ewropea, l-ugwaljanza Ewropea kif ukoll it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż fid-dawl tal-impenji tal-UE taħt il-Ftehim ta' Pariġi, jiżgura r-rispett u l-promozzjoni tal-valuri fundamentali kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-TUE u jkun mogħni b'riżorsi proprji ġodda, b'kont meħud tal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

31.  Jilqa' l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi proprji tintroduċi riżorsi proprji reali ġodda, kif mitlub mill-Parlament, iżda jiddispjaċih li ma ġie introdott l-ebda sors ieħor possibbli ta' dħul; jesprimi tħassib dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021-2027, minħabba li m'għandhiex impenn finanzjarju biex tiffaċċja l-isfidi kurrenti għall-UE kif ukoll dawk li għadhom iridu jinqalgħu aktar 'il quddiem; jiddispjaċih dwar il-pożizzjonijiet meħuda minn xi Stati Membri li jirrifjutaw li jipprovdu aktar riżorsi lill-UE, minkejja r-rikonoxximent unanimu tal-ħtieġa li jiġu ffaċċjati sfidi u responsabbiltajiet ġodda, u għalhekk tal-ħtieġa ta' aktar riżorsi finanzjarji; jirrimarka li l-infiq fil-livell tal-UE jista' jiffranka l-flus fil-livell nazzjonali billi tiġi evitata d-duplikazzjoni u permezz tal-ekonomiji ta' skala;

32.  Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jirrikonoxxi l-importanza tat-twaqqif tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota li s-Semestru Ewropew ġie msaħħaħ u ssimplifikat, iżda jenfasizza li l-involviment aħjar tal-parlamenti nazzjonali jgħin għat-tisħiħ tas-sjieda nazzjonali, li jwassal għal implimentazzjoni aħjar tas-CSRs, u b'hekk jittejjeb il-proċess tas-Semestru Ewropew; jinnota li hija l-ewwel u qabel kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jagħżlu politiki fiskali u ekonomiċi adegwati u sostenibbli;

33.  Jiddispjaċih li, sal-ġurnata tal-lum, ma sar l-ebda segwitu prattiku għat-talba tiegħu għal kodiċi ta' konverġenza – li għandu jiġi adottat b'kodeċiżjoni – sabiex ikun hemm qafas aktar effettiv għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; ifakkar, barra minn hekk, li, filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li s-Semestru Ewropew diġà ġie ssimplifikat, il-Parlament talab li jiġi konkluż ftehim interistituzzjonali biex il-Parlament jingħata rwol aktar sostanzjali fis-Semestru Ewropew; ifakkar, f'dan il-kuntest, fis-suġġeriment tiegħu, speċifikament konformi mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali, li l-kalendarji baġitarji fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew jeħtieġ li jkunu kkoordinati aħjar matul il-proċess kollu sabiex kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-parlamenti nazzjonali jiġu involuti aħjar fis-Semestru Ewropew;

34.  Jissottolinja l-importanza tal-impenn favur il-proċess tal-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-ftuħ u t-trattament ugwali tal-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja; ifakkar li l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, inkluża Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti u garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, irid ikompli, bħalma jridu jkomplu wkoll il-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis tar-riskju;

35.  Jilqa' l-proposti kontra l-ħasil tal-flus ippreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rieżami tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF); iħeġġeġ lill-Kunsill jikkompleta flimkien mal-Parlament in-negozjati leġiżlattivi qabel tmiem din il-leġiżlatura, peress li l-politiki kontra l-ħasil tal-flus jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet futuri fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu qed jiffaċilitaw b'mod attiv il-ħasil tal-flus;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-għajnuna tal-Awtoritajiet superviżorji Ewropej, tidentifika u tneħħi l-ostakli li jxekklu s-suq intern u tgħin sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi; huwa tal-fehma li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni għandha tkun l-infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità ikbar lir-regolamenti milli lid-direttivi bħala l-għodda leġiżlattiva għall-Unjoni Bankarja u l-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, fejn xieraq u fuq bażi ta' każ b'każ, sabiex jiġi evitat li jinħolqu kemm frammentazzjoni kif ukoll sitwazzjoni fejn is-superviżuri jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' sistemi nazzjonali differenti;

38.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tiġi kkompletata; jenfasizza li s-swieq kapitali kbar u integrati sewwa huma komplementari għall-Unjoni Bankarja, minħabba l-kontribut tagħhom għall-kondiviżjoni tar-riskju privat, filwaqt li jżidu l-konverġenza ekonomika, jgħinu biex jammortizzaw ix-xokkijiet futuri, u potenzjalment iwasslu għal allokazzjoni aħjar tal-fondi fejn meħtieġ; jitlob studju komprensiv dwar l-iktar qafas xieraq sabiex titqies aħjar in-natura li qed tevolvi b'mod rapidu tas-servizzi finanzjarji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-aċċess aħjar għal sorsi addizzjonali ta' finanzjament ikun partikolarment ta' għajnuna għan-negozji l-ġodda u l-SMEs, filwaqt li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir solidu tagħhom;

39.  Jilqa' l-ħidma mwettqa s'issa u jqis li jeħtieġ li jitkompla r-rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-VAT; jinsisti dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jinnota l-ħidma tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni ġusta tal-ekonomija diġitali;

40.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-UE, inklużi l-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, isaħħu saħansitra aktar l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom sabiex jispjegaw aħjar il-ħidma tagħhom u sabiex itejbu l-informazzjoni disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

41.  Jenfasizza li l-Ewropa hija forza pożittiva fid-dinja u għandha tkompli tkun, billi tiddefendi l-valuri tagħha, il-multilateraliżmu u d-dritt internazzjonali; ifakkar li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri għall-għajnuna internazzjonali għall-iżvilupp;

42.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill biex jistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) bħala passi importanti lejn politika ta' difiża komuni, u jinnota proposti minn ċerti Stati Membri għal Kunsill tas-Sigurtà tal-UE u għal Inizjattiva ta' Intervent Ewropew; ifakkar t-talba tiegħu għat-twaqqif ta' Kunsill Permanenti tal-Ministri għad-Difiża ppresedut mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), u jenfasizza l-importanza ta' obbligu ta' rendikont demokratiku xieraq fid-deċiżjonijiet meħuda f'dan il-qasam u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali f'dan ir-rigward;

43.  Jilqa' t-tisħiħ tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili u jitlob għal darba oħra li jinħoloq Korp Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, peress li t-Trattati eżistenti jipprovdu bażi tajba għal dan;

44.  Ifakkar fl-adeżjoni pendenti tal-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jitlob li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom jiġu inkorporati fit-TUE u fit-TFUE;

45.  Jiddeplora n-nuqqas ta' ftehim bejn l-Istati Membri rigward il-prijoritajiet u l-implimentazzjoni ta' politika komprensiva dwar l-immigrazzjoni fil-livell tal-UE, li tkun tippermetti li jiġu organizzati u rregolati l-flussi migratorji, jiġu kkontrollati l-fruntieri esterni tal-UE b'mod aktar effettiv, ikun hemm kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-migranti u tal-persuni li jfittxu ażil, fost objettivi oħra; jissottolinja li jeħtieġ li jingħelbu l-kontradizzjonijiet ovvji fl-interessi esposti mill-Istati Membri, kif ukoll l-iskuntentizza espressa miċ-ċittadini, sabiex ma jiġix ipperikolat il-proġett ta' integrazzjoni Ewropea, li jbati bħala riżultat dirett tal-istrumentalizzazzjoni tal-kwistjoni tal-migrazzjoni mill-partiti Ewroxettiċi;

46.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tas-sistema ta' Dublin; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li s-sħubija tiegħu mal-Afrika tissaħħaħ u jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar "It-tisħiħ ta' rotot legali lejn l-Ewropa: parti indispensabbli minn politika dwar il-migrazzjoni bbilanċjata u komprensiva" li tistabbilixxi mezzi legali għall-migrazzjoni (COM(2018)0635);

47.  Jenfasizza l-importanza ta' politika agrikola komuni (PAK) appoġġata minn baġit iffinanzjat tajjeb; ifakkar kemm il-PAK għandha importanza ċentrali għall-istorja tal-Unjoni; jinnota r-rwol fundamentali li għandha fl-iżgurar ta' reġjuni rurali vibranti u provvista tal-ikel sikura; jinnota li r-riforma li jmiss tal-PAK hija opportunità biex jissaħħaħ it-twettiq tal-objettivi tagħha; jenfasizza li l-PAK hija waħda mill-eqdem politiki u trid tkompli tkun waħda mill-aktar politiki importanti u integrati, u li se tkompli tikkontribwixxi għall-bini tal-futur tal-Ewropa permezz ta' integrazzjoni akbar, il-preservazzjoni tal-ambjent u s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel għaċ-ċittadini tal-UE; jinnota li l-politiki ta' żvilupp agrikolu u rurali għandhom potenzjal kbir f'dak li hu forniment ta' beni pubbliċi; jenfasizza li l-biedja Ewropea taqdi rwol vitali fit-tmigħ tal-pjaneta u fil-fatt li tipprovdi impjiegi għal 46 miljun ruħ; jenfasizza r-rwol li l-PAK taqdi fiż-żamma tal-istat u l-kwalità tal-ħamrija, tal-ilma u ta' riżorsi naturali oħra; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-agrikoltura fil-prijoritajiet tal-Unjoni biex jittaffa l-effett tat-tibdil fil-klima u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli; jissottolinja l-importanza ta' PAK iffinanzjata tajjeb u riformata biex jiġu indirizzati b'mod determinat il-bosta sfidi li l-Unjoni se jkollha tiffaċċja fil-ġejjieni; Jenfasizza li l-PAK ma tirrigwardax sempliċement il-biedja u l-bdiewa iżda tirrigwarda wkoll l-għajnuna lill-komunitajiet rurali usa' li fihom joperaw u l-iżvilupp ta' dawn il-komunitajiet;

48.  Jenfasizza li l-politika kummerċjali komuni trid tibqa' pilastru fundamentali tal-politika estera tal-Unjoni, peress li għandha implikazzjonijiet diretti għall-ħajja taċ-ċittadini, u li għandha tgħin lill-Unjoni tadatta ruħha għar-rwol il-ġdid tagħha f'dinja karatterizzata minn multipiċità ta' atturi ewlenin fix-xena internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:

a)  it-tisħiħ tal-politika kummerċjali komuni permezz tal-integrazzjoni tagħha fil-qafas ta' politika usa'; it-tmexxija tal-politika kummerċjali dinjija fil-livell multilaterali u f'dak bilaterali;

b)  it-tmexxija tad-difiża ta' sistema kummerċjali globali orjentata lejn l-iżvilupp li tkun miftuħa, ibbażata fuq ir-regoli, ekwa u sostenibbli, li tiżgura li l-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu joperaw globalment f'qafas ta' kondizzjonijiet ugwali, regoli prevedibbli, kompetizzjoni ġusta u obbligi definiti, li għandhom jinkludu ħidma b'mod kostruttiv fuq pożizzjoni komuni tal-Unjoni fin-negozjati intergovernattivi tan-NU dwar ir-responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tar-responsabbiltà korporattiva u l-obbligi vinkolanti ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista u tal-produzzjoni;

c)  l-aġġornament sħiħ u immedjat tal-Parlament bl-informazzjoni dwar in-negozjati u l-mandat tal-Kunsill, u tul l-implimentazzjoni kollha tal-ftehimiet internazzjonali, bil-għan li jiġi żgurat li jkun jista' jeżerċita s-setgħat u l-prerogattivi tiegħu; is-simplifikazzjoni u t-taqsir tal-proċessi ta' negozjati u t-tisħiħ tal-iskrutinju tal-Parlament tul iż-żmien kollu; iż-żieda tat-trasparenza lejn iċ-ċittadini tal-UE billi jiġu ppubblikati d-direttivi ta' negozjar (mandati) għall-ftehimiet kummerċjali qabel ma jinbdew in-negozjati; ir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-ġurisprudenza reċenti tal-UE li tistabbilixxi l-politika kummerċjali komuni bħala kompetenza esklużiva tal-Unjoni;

d)  l-inklużjoni sistematika, fil-ftehimiet kummerċjali, ta' kapitoli dwar il-kummerċ diġitali, l-SMEs, kif ukoll dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli minbarra dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-qadi ta' rwol ta' tmexxija f'dawn is-suġġetti fid-diskussjonijiet multilaterali; id-difiża tal-privatezza tad-data taċ-ċittadini tal-UE;

e)  it-tisħiħ tal-koerenza tal-politika kummerċjali komuni mal-PESK, mal-politika Ewropea dwar l-iżvilupp u mal-politika dwar il-klima sabiex jiġu garantiti l-valuri u l-objettivi spjegati fl-Artikolu 3(5) tat-TUE u l-Artikoli 21, 207 u 208 tat-TFUE, b'aderenza sħiħa mal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp;

49.  Iqis li l-Unjoni għandha tkompli tmexxi 'l quddiem il-kummerċ internazzjonali filwaqt li tiddefendi l-istandards soċjali, dawk tax-xogħol u dawk ambjentali; iwissi kontra l-gwerer kummerċjali, li jipproduċu biss telliefa u jżidu t-tensjonijiet politiċi u tas-sigurtà;

50.  Ifakkar li skont l-Artikolu 17(7) tat-TUE, "waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza kwalifikata, għandu jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni"; jissottolinja d-determinazzjoni tiegħu li jkompli bil-proċess tal- iSpitzenkandidaten għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni li jmiss b'konformità mat-Trattat ta' Lisbona, u jilqa' l-appoġġ tal-Kummissjoni u ta' ċerti Stati Membri f'dan ir-rigward; jenfasizza li fil-proċess tal-investitura tal-President tal-Kummissjoni, il-konsultazzjonijiet xierqa mal-Parlament huma tal-ikbar importanza, peress li, wara l-elezzjonijiet, dan se jiddetermina l-kandidat li jista' jiġi appoġġjat minn maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu u se jittrażmetti r-riżultat tad-deliberazzjonijiet interni tiegħu lill-Kunsill Ewropew; Ifakkar li l-kandidat irid ikun ġie maħtur bħala Spitzenkandidat minn wieħed mill-partiti politiċi Ewropej u jrid ikun mexxa kampanja għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej; iqis li din il-prattika uriet aktar minn biżżejjed is-siwi tagħha, billi ssaħħaħ il-leġittimità soċjetali tal-elezzjonijiet Ewropej u r-rwol supranazzjonali tal-Parlament Ewropew bħala esponent taċ-ċittadinanza Ewropea u tad-demokrazija Ewropea; iwissi għal darba oħra li l-Parlament Ewropew se jkun lest li jiċħad kwalunkwe kandidat fil-proċedura ta' investitura tal-President tal-Kummissjoni li ma jkunx ġie nominat bħala Spitzenkandidat fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

51.  Jiddispjaċih minħabba t-tentazzjoni frekwenti u mifruxa li jiġu attribwiti deċiżjonijiet mhux popolari lil "Brussell" u li l-awtoritajiet nazzjonali jinħelsu mir-responsabbiltajiet u mill-politika tagħhom, minħabba li din l-attitudni inġusta u opportunistika tagħmel ħsara lill-Ewropa, tippromwovi sentimenti anti-Ewropej u nazzjonaliżmu u tiskredita lill-istituzzjonijiet tal-UE; iqis, barra minn hekk, li l-attribuzzjonijiet foloz imorru kontra l-imperattiv tal-obbligu ta' rendikont tal-azzjoni governattiva; jisħaq fuq il-punt li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE huma essenzjali biex il-politiki tal-Unjoni jitwettqu b'suċċess u biex bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u ċ-ċittadini titrawwem fiduċja reċiproka u jesprimi tħassib dwar l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jonqsu milli jagħmlu dan għax iridu;

52.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' valutazzjoni aktar b'saħħitha tal-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-politiki tal-UE, billi nżommu f'moħħna wkoll il-kost tan-nonleġiżlazzjoni fil-livell Ewropew (l-hekk imsejjaħ "Kost tan-Non-Ewropa");

53.  Jissottolinja l-ħtieġa li tintefa' attenzjoni konċentrata partikolari fuq il-liġi amministrattiva tal-UE, kif hemm indikat fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2016 li titlob għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti(13);

54.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-ispazju pubbliku Ewropew bħala spazju demokratiku supranazzjonali; jenfasizza li l-isfidi ewlenin li l-Ewropa qed taffronta jridu jiġu indirizzati u diskussi minn perspettiva Ewropea u mhux minn perspettiva nazzjonali biss u billi jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet imnaqqxa fl-Artikoli 10 u 11 tat-TUE; jirrimarka li, għal din ir-raġuni, huwa meħtieġ li d-demokrazija Ewropea ssaħħaħ id-dimensjoni transnazzjonali tal-objettivi u l-isfidi tagħha, filwaqt li tippromwovi ċittadinanza Ewropea bbażata fuq il-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea u b'aktar edukazzjoni istituzzjonali Ewropea u qafas soċjetali deliberattiv, aktar parteċipattiv kif ukoll kampanja aktar Ewropea u anqas iffokata fuq il-lat nazzjonali għall-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin dalwaqt fl-2019;

55.  Jilqa' l-approċċ li l-Unjoni ħadet lejn in-negozjati kurrenti dwar il-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, u jissottolinja l-unità eċċellenti murija mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri; jinnota li l-esperjenza fin-negozjati sal-lum uriet il-kumplessitajiet enormi ta' tali deċiżjonijiet;

56.  Jenfasizza għal darb'oħra li la s-sovranità nazzjonali u lanqas is-sussidjarjetà ma jistgħu jiġġustifikaw jew jagħmlu leġittimu li Stat Membru sistematikament jirrifjuta li jirrispetta l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea li nebbħu l-artikoli introduttorji tat-Trattati Ewropej, li kull Stat Membru volontarjament approva u impenja ruħu li jirrispetta; jenfasizza, barra minn hekk, li ż-żamma ta' dawn il-valuri hija fundamentali għall-koeżjoni tal-proġett Ewropew, għad-drittijiet tal-Ewropej kollha u għall-fiduċja reċiproka meħtieġa fost l-Istati Membri; jitlob għal darba oħra lill-Kummissjoni tressaq malajr proposta li timplimenta r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016, li jkun fiha rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

57.  Ifakkar li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja (Kawżi Magħquda C-8/15 P sa C-10/15 P(14)), l-istituzzjonijiet Ewropej huma marbuta li jirrispettaw u jiddefendu d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE anke meta jaġixxu barra mill-qafas legali tal-UE;

58.  Itenni li, fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, għandu jitqies kif is-sistema baġitarja tal-UE tista' tiġi riformata biex tipprovdi baġit xieraq li jiggarantixxi l-finanzjament tal-politiki ppjanati, il-kisba ta' bilanċ aħjar bejn il-prevedibbiltà u l-kapaċità ta' rispons, u kif għandu jiġi żgurat li l-arranġamenti kumplessivi ta' finanzjament ma jkunux aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tal-Unjoni u jiġi garantit l-obbligu ta' rendikont; huwa tal-fehma li l-prekondizzjonalità tal-politiki trid tissaħħaħ, fejn meħtieġ u mingħajr ma tiġi perikolata l-funzjonalità tal-programmi, bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba effettiva fl-implimentazzjoni tal-infiq tal-Unjoni;

59.  Jenfasizza l-importanza li tintefa' attenzjoni konċentrata b'mod partikolari fuq l-użu aktar effiċjenti tal-finanzjament u fuq il-mekkaniżmi demokratiċi ta' kontroll tal-baġit tal-UE; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jtejbu l-proċeduri u l-prattiki tagħhom immirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jikkontribwixxu attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati; jemmen, f'dan il-kuntest, li l-proċedura ta' kwittanza hija strument indispensabbli ta' responsabbiltà demokratika lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u jfakkar fid-diffikultajiet li ġew iffaċċjati ripetutament minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jinsisti li l-Kunsill irid jinżamm politikament responsabbli u trasparenti bħalma huma l-istituzzjonijiet l-oħrajn; jenfasizza li ma għandu jkun hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan;

60.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fenomenu tal-korruzzjoni li għandu konsegwenzi finanzjarji sinifikanti u li jirrappreżenta theddida serja għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-investiment pubbliku; jindika kemm hu importanti li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jiġu salvagwardati kontra l-frodi u kontra attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

61.  Itenni li meta jitqies l-istat preżenti tal-proġett ta' integrazzjoni, l-UE jeħtiġilha teżawrixxi kull triq possibbli biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat ta' Lisbona; jindika li reviżjoni sussegwenti tat-Trattati għandha tkun ibbażata fuq it-tlaqqiegħ ta' Konvenzjoni – li tiggarantixxi l-inklużività permezz tal-kompożizzjoni tagħha ta' rappreżentanti u tipprovdi pjattaforma għar-riflessjoni u għall-involviment mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini – bil-għan li tiddiskuti u tislet konklużjonijiet mid-diversi kontributi għall-proċess ta' riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa mill-istituzzjonijiet u minn korpi oħra tal-Unjoni u mill-proposti mressqa minn kapijiet ta' stat jew ta' gvern, mill-parlamenti nazzjonali u mis-soċjetà ċivili u waqt konsultazzjonijiet maċ-ċittadini;

62.  Jenfasizza li l-proċess ta' riflessjoni dwar il-futur tal-Ewropa diġà beda fuq il-bażi tad-diversi pożizzjonijiet dwar ir-riforma tal-UE meħuda mill-Parlament, mill-Kunsill Ewropew u mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li, minkejja dawn il-pożizzjonijiet, ġew previsti biss riformi marġinali; jenfasizza li, ladarba jkunu ġew stabbiliti l-Parlament il-ġdid u l-Kummissjoni l-ġdida, dawn għandhom jikkapitalizzaw mill-ħidma li saret fil-leġiżlatura preċedenti u jibdew jaħdmu fuq il-proposti li saru;

63.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.

(2)

ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.

(3)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(4)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(5)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 235.

(6)

ĠU C 263, 25.7.2018, p. 125.

(7)

ĠU C 345, 13.10.2017, p. 11.

(8)

ĠU C 306, 15.9.2017, p. 1.

(9)

ĠU L 45, 17.2.2018, p. 40.

(10)

Testi adottati, P8_TA(2018)0056.

(11)

Testi adottati, P8_TA(2018)0189.

(12)

ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)

ĠU C 86, 6.3.2018, p. 126.

(14)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta' Settembru 2016, Ledra Advertising Ltd u Oħrajn vs Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew, ECLI:EU:C:2016:701.


NOTA SPJEGATTIVA

Id-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-2017 għalqet il-proċess ta' riflessjoni politika li kien ġie varat fi Bratislava fis-16 ta' Settembru 2016 wara r-referendum fir-Renju Unit. L-għan kien li jiġi stabbilit approċċ konġunt u li jitfassal pjan ta' azzjoni għas-snin li ġejjin. L-Istati Membri impenjaw ruħhom li jaħdmu sabiex jiksbu:

•  Ewropa sikura u protetta, li fiha ċ-ċittadini kollha jistgħu jiċċaqalqu b'mod ħieles, bi fruntieri esterni protetti u politika ta' migrazzjoni effettiva.

•  Ewropa prosperuża u sostenibbli, li tippromwovi tkabbir sostnut u sostenibbli, b'suq uniku b'saħħtu.

•  Ewropa soċjali, li tiġġieled il-qgħad, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-faqar.

•  Ewropa aktar b'saħħitha fix-xena globali, li tiżviluppa sħubiji eżistenti u tibni oħrajn ġodda, determinata li ssaħħaħ is-sigurtà tagħha u d-difiża komuni tagħha.

Id-dinja qed tavvanza u l-avvenimenti, fl-aspetti kollha, qed iseħħu malajr. Kollox jaffettwana, d-dinja hija konnessa u qed issir dejjem aktar interdipendenti. L-Unjoni Ewropea għalhekk tiffaċċja sfidi ġodda li jġiegħluna nieħdu deċiżjonijiet, minn sistema istituzzjonali li mhijiex effiċjenti u rapida biżżejjed, u lanqas mhi koerenti mad-dimensjoni u l-importanza tal-problemi. Ħafna mill-problemi serji li ffaċċjajna f'dawn l-aħħar snin jinsabu biss fil-proċess li jiġu indirizzati: ma ġewx solvuti. Il-migrazzjoni hija waħda minn dawn il-kwistjonijiet, u hija meħtieġa politika ġdida. Il-kriżi tal-Euro wriet l-urġenza tal-governanza tagħha. Wara l-kriżi ekonomika, hemm bżonn li tingħata prijorità lil konverġenza akbar u lil politiki ġodda huma. In-negozjati diffiċli dwar il-Brexit għadhom se jibdew. U qegħdin jitfaċċaw sfidi ġodda, ukoll, fis-sura tal-protezzjoniżmu u l-possibbiltà ta' gwerer kummerċjali; il-politika internazzjonali u d-difiża fuq sfond ta' diżordni multipolari; is-sigurtà quddiem dik li tista' tkun theddida terroristika fit-tul; il-protezzjoni tad-data tagħna u tad-demokraziji tagħna kontra l-manipulazzjoni u l-attakki ċibernetiċi; eċċetra.

Ħafna mill-isfidi li qed niffaċċjaw huma globali u s-soluzzjoni tagħhom se tirrikjedi azzjoni fil-livell sovranazzjonali, inkluż fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali eżistenti. L-indirizzar tal-kwistjoni tat-tibdil fil-klima huwa forsi l-aħjar eżempju tal-livell meħtieġ ta' kooperazzjoni internazzjonali, minkejja l-fatt estremament diżappuntanti li l-Istati Uniti tal-Amerka rtiraw mill-Ftehim ta' Pariġi. Kwistjonijiet bħalma huma l-migrazzjoni, iċ-ċibersigurtà, il-kummerċ internazzjonali, il-kriżijiet umanitarji, il-pandemiji, id-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali, eċċ. ma jistgħux jiġu indirizzati minn pajjiż wieħed waħdu. Lanqas ma jistgħu jiġu indirizzati mill-Ewropa waħedha. Huwa għalhekk li hemm maġġoranza politika kbira fl-Ewropa li qed tistedinna nkomplu naħdmu flimkien biex nagħmlu l-affarijiet li bħalissa qegħdin nagħmlu sewwa, u biex nieħdu azzjoni flimkien biex nindirizzaw il-problemi maġġuri li qed niffaċċjaw bħala Ewropej.

Huwa għalhekk li hemm maġġoranza politika kbira fl-Ewropa li titlobna li nkomplu nagħmlu flimkien dak li qegħdin nagħmlu tajjeb illum u nindirizzaw flimkien l-isfidi kbar li qed niffaċċjaw bħala Ewropej. Dawk li huma favur l-Ewropa, qegħdin kontinwament jitolbu li jsiru titjibiet fis-sistema istituzzjonali tagħna quddiem l-inċertezza u n-nuqqas ta' sigurtà fuq għadd kbir ta' fronti. "Ewropa li tipproteġi" huwa wieħed mill-islogans li ntużaw biex iħeġġu lill-Ewropa terġa' tikseb ir-raison d'être tagħha u l-funzjoni soċjali tagħha billi testendi x-xibka ta' protezzjoni biex tiżgura sigurtà personali u kollettiva. "Niddeċiedu aħna", u ma nħallux lill-ġrajjiet jew lill-oħrajn jiddettawlna x'nagħmlu, hija oħra mill-għajtiet pro-Ewropej, iffokata fuq is-sovranità Ewropea f'kuntest dinji, quddiem ir-rivoluzzjoni diġitali, l-isfidi tal-enerġija, il-kriżi demokratika, il-mudell soċjali, il-multilateraliżmu internazzjonali u l-bilanċ ġeopolitiku li qed jinbidel.

Bla dubju, wieħed mid-dibattiti kbar tagħna huwa dak li jinħoloq bejn in-Nazzjon u l-Ewropa, bejn ir-realtajiet nazzjonali tagħna u l-istruttura sovranazzjonali, daqs li kieku t-tnejn li huma kienu inkompatibbli. Huwa dibattitu li jħaddan fih għadd ta' aspetti tekniċi (is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità, it-tqassim tas-setgħat, eċċ.), iżda, f'dawn l-aħħar snin, mar lil hinn minn hekk. Tfaċċat forma ġdida ta' nazzjonaliżmu, li ħafna drabi huwa anti-Ewropew bil-miftuħ, iħares lejn l-Istat Nazzjon bħala l-uniku kuntest għad-demokrazija u b'hekk jiċħad il-kisbiet tal-proġett Ewropew kif ukoll id-demokrazija Ewropea nfisha. Jeħtiġilna nsibu bilanċ fil-mod kif nużaw is-setgħat rispettivi tagħna, b'mod li niżguraw li s-setgħat tal-UE ma jestendux lil hinn mill-kompetenza tagħha. Iżda jeħtiġilna wkoll niżguraw li l-Ewropa tkun kapaċi tagħmel xogħolha mingħajr ma tiġi limitata minn intergovernamentaliżmu paralizzanti.

Jenħtieġ li jissaħħaħ il-moviment Ewropew billi jinbena "demos" Ewropew li l-politika, l-edukazzjoni u l-kultura għandhom jinkoraġġixxu. Huwa meħtieġ li d-diviżjonijiet Ewropej ma jitħallewx idgħajfu l-Unjoni tagħna ħalli ċ-ċittadini tagħna ma jispiċċawx taħt is-setgħa tal-populiżmu nazzjonalist li jeqred d-drittijiet u l-libertajiet. Irridu niftakru li l-Ewropa hija magħmula minn għadd kbir ta' identitajiet u popli differenti li s-sentimenti tagħhom huma influwenzati minn imgħoddi ta' toqol enormi. Ikun suwiċidali jekk dawn jiġu mqanqla, jew jekk jitqiegħdu f'konfrontazzjoni kontra xulxin.

Il-fenomenu tal-migrazzjoni kiseb importanza enormi fid-dibattitu Ewropew. Il-prinċipji morali tagħna qed jiġu mġarrba mill-ġrajjiet li qed iseħħu fil-Mediterran. Il-politika barranija tagħna turi dgħjufijiet enormi f'tali xenarji konfliġġenti bħal-Lvant Nofsani. Aħna m'aħniex kapaċi nikkontrollaw b'mod effettiv il-fruntieri esterni tagħna u d-deċiżjonijiet komunitarji tagħna ma ġewx implimentati minħabba diżubbidjenza b'mod apert tat-tqassim tal-kwoti tal-immigrazzjoni. L-agħar ħaġa hi forsi li f'ħafna mis-soċjetajiet tagħna hemm sentimenti ta' rifjut u ksenofobija kontra l-immigrazzjoni. Dawn is-sentimenti huma mmanipulati u użati b'makakkerija mil-lemin estrem politiku u mill-movimenti popolisti anti-Ewropej. Għal din ir-raġuni huwa essenzjali u urġenti li terġa' tinbena l-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni. Hija waħda mill-isfidi kbar tal-Ewropa, mhux biss għad-demografija, iżda, u fuq kollox, biex tkun koerenti mal-prinċipji u l-valuri (Artikolu 2 tat-Trattat) li fuqhom hija bbażata l-Unjoni tagħna.

L-esperjenza tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u tal-ġestjoni tagħha mill-UEM tatna ħafna tagħlim u wriet ħafna ineffiċjenzi fil-funzjonament istituzzjonali, u mhux biss fejn tidħol il-Politika Monetarja u Ekonomika. Diversi rapporti mfassla mill-Parlament Ewropew urew: li f'dawn l-aħħar snin, il-biċċa l-kbira tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi sar fi ħdan il-Kunsill Ewropew, għad-detriment tal-istituzzjonijiet l-oħra; li l-bażi demokratika ta' bosta deċiżjonijiet ġiet imdgħajfa bl-influwenza li kellhom fuqhom korpi tekniċi mhux rappreżentattivi; li l-qafas istituzzjonali li fuqu hija bbażata l-governanza taż-żona tal-euro mhijiex biżżejjed u jeħtieġ riformi kbar; li l-unanimità mitluba mit-Trattati tikkostitwixxi ostaklu li hu kważi insuperabbli f'mumenti kritiċi jew għat-teħid ta' deċiżjonijiet ewlenin; li l-Politika Esterna u ta' Sigurtà tal-Unjoni teħtieġ titjib fit-teħid tad-deċiżjonijiet u r-riżorsi, kif ukoll li tgħaqqad ir-rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni, eċċ... B'mod ġenerali, dawn ir-rapporti jipproponu riformi importanti fil-funzjonament istituzzjonali tal-Kummissjoni, tal-Parlament u tal-Kunsill biex tiżdied it-trasparenza u jitjiebu l-effettività u l-effiċjenza tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni.

Ħafna mir-riformi pendenti u d-deċiżjonijiet li rridu nieħdu biex niffaċċjaw il-futur jeħtieġu integrazzjoni politika Ewropea aktar profonda, speċjalment fil-qasam tal-governanza ekonomika u monetarja. Dan se jkun l-uniku mod biex isir dan b'leġittimità demokratika.

Il-bidla fit-Trattati tista' tkun, fl-aħħar mill-aħħar, l-aħjar mod biex tinkiseb din l-integrazzjoni, iżda ma jidhirx li huwa rakkomandabbli f'dan iż-żmien. Din se tkun deċiżjoni li għandha tiġi analizzata u li, jekk xieraq, għandha ttieħed fil-leġiżlatura li jmiss. Madankollu, fi żmien qasir, u mingħajr tibdil fit-trattati, ħafna riformi jistgħu u għandhom jitwettqu kif indikat fir-Riżoluzzjoni tal-PE tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja taż-żona tal-euro. Il-kooperazzjoni msaħħa se tkompli tkun għodda utli, bħalma tista' tkun fid-Difiża. Madankollu, Ewropa li taħdem b'ritmi differenti m'għandhiex tkun Ewropa à la carte.

Iżda l-integrazzjoni politika se titlob ukoll li ntejbu r-relazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej. L-identità politika sovranazzjonali Ewropea taċ-ċittadini, hija dgħajfa. M'hemmx fiduċja f'dik ir-relazzjoni u l-konnessjoni bejn ir-rieda taċ-ċittadini espressa fl-elezzjonijiet u l-orjentazzjonijiet politiċi tal-Unjoni hija minima. Il-President Juncker, il-federalisti Ewropej, il-prim ministri u, naturalment, il-Parlament Ewropew għamlu suġġerimenti u diskussjonijiet dwar kif tista' tittejjeb ir-relazzjoni ta' bejn iċ-ċittadini tal-Ewropa u l-istituzzjonijiet Ewropej, u dwar kif il-mod ta' kif jiffunzjonaw il-Kummissjoni u l-Parlament jista' jiġi allinjat aktar mar-regoli li jirregolaw is-sistemi parlamentari nazzjonali fil-livell nazzjonali. B'kunsiderazzjoni ta' dan, jeħtieġ li jiġu indirizzati għadd kbir ta' kwistjonijiet bil-ħsieb li tiżdied it-trasparenza politika u jittejbu r-relazzjonijiet maċ-ċittadini tal-Ewropa. Dawk il-kwistjonijiet jinkludu s-suġġerimenti tal-Parlament għar-riforma tal-Liġi Elettorali Ewropea, is-sistema tal-iSpitzenkandidaten, it-tisħiħ tal-partiti politiċi Ewropej, il-maġġoranzi parlamentari meħtieġa biex tiġi sostnuta l-azzjoni tal-Kummissjoni, is-setgħat ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew, ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali, u l-bqija.

Id-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa ilu jikseb kontinwità mtennija matul din il-leġiżlatura u b'mod aktar partikolari fi tmiemha. L-istituzzjonijiet, kif ukoll riċerkaturi u esperti Ewropej, għamlu għadd ta' kontributi fuq il-bażi tal-ħames xenarji li l-Kummissjoni ħejjiet fl-ewwel nofs tal-2017. Il-kontributu li saru għad-dibattitu mill-presidenti u mill-prim ministri tal-Istati Membri kienu partikolarment impressjonanti. B'mod partikolari, il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Presidenti jew mill-Prim Ministri tal-Istati Membri, mistiedna mill-PE biex jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa, matul din is-sena 2018 kienu notevoli.

Dan ir-rapport għandu l-għan li jiġbor fil-qosor il-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi dwar il-futur u li jiggwida u jiċċara t-triq tal-integrazzjoni Ewropea lejliet l-elezzjonijiet tal-2019. F'dak ir-rigward, għandu jiġi nnutat li dan ir-Rapport m'għandux l-intenzjoni li jsolvi jew jiddeċiedi dwar l-alternattivi differenti, iżda li jiddefinixxi l-problemi, jiddeskrivi l-isfidi u joffri t-triq li trid tindirizza l-politika Ewropea u r-rappreżentanti l-ġodda li se joħorġu mill-elezzjonijiet li jmiss.

Dan ir-rapport lanqas m'għandu l-intenzjoni li jiżviluppa t-tekniki u r-riformi leġiżlattivi li għandna fil-poter tagħna biex nimxu 'l quddiem fl-integrazzjoni. Dan il-kompitu diġà twettaq mill-PE bl-approvazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet li ġejjin:

–  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2017, dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-konfigurazzjoni istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea

–  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2017, dwar it-titjib tal-funzjonament tal-kostruzzjoni tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona

–  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro

Dawn ir-rapporti u oħrajn imsemmija fil-premessi huma l-bażijiet strumentali tar-riformi u tal-progress pendenti għal Ewropa kapaċi tassumi l-isfidi tagħha ta' governanza għas-snin li ġejjin.

Dak li tabilħaqq jimmira li jagħmel dan ir-rapport huwa li jaġġorna fl-aħħar tal-2018, fil-bidu ta' dibattitu politiku fundamentali li se jsir fl-elezzjonijiet ta' Mejju 2019, liema huma l-kwistjonijiet ewlenin għall-Ewropa, x'inhuma l-isfidi u liema huma l-istrumenti li jiffaċċjawhom. Is-soluzzjonijiet mhumiex iddefiniti, fir-rigward tal-istituzzjonijiet li se joħorġu mill-vot popolari u minħabba li dawk eletti se jkunu dawk li jiddeċiedu. Huwa maħsub biss li tiġi stabbilita aġenda politika Ewropea bbażata fuq il-messaġġi multipli u mtennija li sitwazzjoni attwali tippreżenta lilna u fir-rapporti, dikjarazzjonijiet u proposti suċċessivi li l-istituzzjonijiet Ewropej differenti u l-mexxejja massimi tal-Istati Membri tagħhom għamlu lilna f'dawn l-aħħar xhur u li, fit-totalità tagħhom, għandhom l-intenzjoni li jagħmlu lill-Ewropa qawwa ġeopolitika, kummerċjali, klimatika, ekonomika, alimentari u diplomatika.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (5.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa

(2018/2094(INI))

Rapporteur għal opinjoni: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-politika kummerċjali komuni għandha tibqa' pilastru fundamentali tal-politika barranija tal-Unjoni b'implikazzjonijiet diretti fuq il-ħajja taċ-ċittadini, u li għandha tgħin lill-Unjoni tadatta ruħha għar-rwol il-ġdid tagħha f'dinja ta' atturi ewlenin multipli fix-xena internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin għal dan l-għan:

a)  it-tisħiħ tal-politika kummerċjali komuni permezz tal-integrazzjoni tagħha fil-qafas ta' politika usa'; it-tmexxija tal-politika kummerċjali dinjija fil-livell multilaterali u f'dak bilaterali; it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' sħab kummerċjali bilaterali, strateġiċi u reġjonali u ma' organizzazzjonijiet multilaterali bħall-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), billi taqdi rwol attiv fir-riforma meħtieġa tagħha sabiex issir aktar effikaċi u reattiva għall-isfidi globali l-ġodda, inklużi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, u biex tiżdied il-leġittimità tagħha; it-tisħiħ tat-tmexxija tal-Unjoni u l-politika kummerċjali tal-UE fil-promozzjoni ta' politika kummerċjali bbażata fuq il-valuri permezz tat-tisħiħ tad-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-kummerċ u r-rispett tal-ogħla standards Ewropej;

b)  it-tmexxija tad-difiża ta' sistema ta' kummerċ globali miftuħa, ibbażata fuq ir-regoli, ġusta u sostenibbli orjentata lejn l-iżvilupp, sabiex tiġi tiżdied il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE, billi tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' regoli u ftehimiet internazzjonali, bħall-ftehimiet dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-konvenzjonijiet tal-ILO, dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni u ftehimiet dwar it-trasparenza finanzjarja, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-kooperazzjoni fiskali; l-iżgurar li li l-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu joperaw globalment f'qafas ta' kondizzjonijiet ugwali, regoli prevedibbli, kompetizzjoni ġusta u obbligi definiti, li għandhom jinkludu ħidma b'mod kostruttiv fuq pożizzjoni komuni tal-Unjoni fin-negozjati intergovernattivi tan-NU dwar ir-responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tar-responsabbiltà korporattiva u l-obbligi vinkolanti ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista u tal-produzzjoni;

c)  li l-Parlament jinżamm kompletament u immedjatament informat dwar in-negozjati u l-mandat tal-Kunsill, u tul l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali, bil-għan li jiġi żgurat li jkun jista' jeżerċita s-setgħat u l-prerogattivi tiegħu; is-simplifikazzjoni u t-taqsir tal-proċessi ta' negozjati u t-tisħiħ tal-iskrutinju tal-Parlament tul iż-żmien kollu; iż-żieda tat-trasparenza lejn iċ-ċittadini tal-UE billi jiġu ppubblikati d-direttivi ta' negozjar (mandati) għall-ftehimiet kummerċjali qabel il-bidu tan-negozjati, sabiex jiżdiedu wkoll il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, biex ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar u f'waqtu tal-opportunitajiet li jirriżultaw għall-UE; ir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-ġurisprudenza reċenti tal-UE li tistabbilixxi l-politika kummerċjali komuni bħala kompetenza esklużiva tal-Unjoni;

d)  l-adattar tal-politika tal-kummerċ għat-tendenzi globali tal-awtomizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, is-servizzifikazzjoni, iż-żieda fil-katini tal-valur globali u l-interkonnettività tal-kummerċ f'oġġetti u servizzi billi jsir dejjem iktar xogħol lejn l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet xierqa biex jiġu żgurati trasferimenti ta' data, prezzijiet kompetittivi għal prodotti intermedjarji u kummerċ liberalizzat fis-servizzi fi ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali;

e)  l-appoġġ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-politika kummerċjali komuni; iż-żieda tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li l-ekonomija tagħna tiġi dekarbonizzata; l-appoġġ lill-kumpaniji Ewropej bil-għan li nkunu l-mexxejja ta' dan is-settur fil-livell dinji, u b'hekk tiżdied il-kompetittività u jinħolqu l-impjiegi; l-enfasizzar tal-fatt li l-iżvilupp sostenibbli m'għandux jitqies bħala ostaklu għall-investiment; l-enfasi fuq il-kooperazzjoni internazzjonali u l-proċess ta' parteċipazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fil-kontinent Afrikan, li jistgħu jippromwovu ċikli ekonomiċi sostenibbli fil-livell reġjonali, iwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u jrawmu l-iżvilupp ta' politiki ta' protezzjoni soċjali;

f)  l-inklużjoni b'mod sistematiku tal-kummerċ diġitali, l-SMEs, kapitoli vinkolanti u infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ftehimiet kummerċjali, u l-qadi ta' rwol ta' tmexxija f'dawn is-suġġetti f'diskussjonijiet multilaterali; id-difiża tal-privatezza tad-data taċ-ċittadini tal-UE sa fejn hu stabbilit fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni (Regolament (UE) 2016/679) u l-promozzjoni tat-tisħiħ tal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tad-data u l-aċċess għas-suq; it-tiftix ta' bini ta' alleanza globali u l-appoġġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità transkonfinali; l-iżvilupp ta' strateġija diġitali tal-UE li tinkludi l-investiment fl-infrastruttura diġitali u l-impriżi diġitali għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha kemm hi;

g)  il-faċilitazzjoni tal-proċedura ta' applikazzjoni għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, u tal-aċċess għalih, sabiex jitqiesu l-konsegwenzi tal-liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka tal-kummerċ tal-oġġetti u s-servizzi;

h)  it-tisħiħ tal-koerenza tal-politika kummerċjali komuni mal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), il-politika Ewropea dwar l-iżvilupp u l-politika dwar il-klima sabiex jiġu garantiti l-valuri u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 21, 207 u 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'aderenza sħiħa mal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp;

i)  ir-rikonoxximent tal-fatt li l-politiċizzazzjoni estrema tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE tista' timpedixxi l-kummerċ;

j)  l-enfasizzar tal-importanza strateġika tal-iżvilupp ta' politika tal-viċinat kostruttiva billi jiġu żviluppati relazzjonijiet kummerċjali ġusti u kooperazzjoni ekonomika mal-ekonomiji fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Unjoni, sabiex jiġu promossi l-prosperità ekonomika u soċjali tagħhom u l-ħolqien tal-impjiegi;

k)  l-antiċipar tal-effetti tal-Brexit u l-proponiment ta' mezzi biex jittaffew il-konsegwenzi ekonomiċi negattivi għall-Unjoni u għaċ-ċittadini tagħha, inklużi ċ-ċittadini tar-Renju Unit li attwalment jgħixu fl-Unjoni;

l)  it-titjib tal-istrateġija ta' komunikazzjoni għall-politika kummerċjali komuni billi jiġu pprovduti analiżijiet aktar pubbliċi u komprensivi tal-effetti potenzjali ta' ftehimiet kummerċjali ġodda qabel ma jiġu adottati d-direttivi ta' negozjati rilevanti (mandati); l-ikkomunikar imtejjeb tal-opportunitajiet li joffri l-kummerċ liċ-ċittadini u lill-kumpaniji tagħna; it-tisħiħ tat-trasparenza u l-approfondiment tad-djalogu mal-professjonisti u mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili sabiex jiġi żgurat l-involviment xieraq tagħhom fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali, b'mod partikolari permezz tad-djalogu konġunt u l-gruppi konsultattivi domestiċi ta' ftehimiet kummerċjali u billi jiġu allokati aktar riżorsi għal dawn il-mekkaniżmi; l-għoti ta' għajnuna liċ-ċittadini u lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni biex jifhmu aħjar l-bilanċ li qed jinbidel fl-arkitettura tar-relazzjonijiet ekonomiċi globali u jadattaw ruħhom għalih.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sajjad Karim, Sander Loones, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Norbert Lins

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Nadja Hirsch, Patricia Lalonde

ECR

Sander Loones

EFDD

Tiziana Beghin

GUE/NGL

Helmut Scholz

NI

David Borrelli, Emmanuel Maurel

PPE

Georges Bach, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Christophe Hansen, Norbert Lins, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

3

-

ECR

Sajjad Karim

ENF

France Jamet

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur

1

0

GUE/NGL

Eleonora Forenza

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (16.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa

(2018/2094(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Petri Sarvamaa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq b'ċerta kriżi ta' leġittimità b'rabta mad-deċiżjonijiet Ewropej;

B.  billi huwa meħtieġ li l-proġett Ewropew jinġieb aktar qrib iċ-ċittadini tal-UE, billi tingħata attenzjoni partikolari għall-bżonnijiet, il-ħajja u l-aspettattivi tagħhom, sabiex qabel kollox tissaħħaħ il-leġittimità tal-UE kif ukoll bil-għan li jerġgħu jinkisbu l-fiduċja u l-entużjażmu għall-proġett Ewropew grazzi għal governanza mġedda tal-UE;

C.  billi l-iskrutinju parlamentari tal-infiq pubbliku huwa element essenzjali ta' sistema demokratika moderna;

D.  billi żieda fid-demokrazija fl-UE timxi id f'id ma trasparenza, responsabbiltà u integrità akbar, b'dawn tal-aħħar għandhom ikunu l-prinċipji gwida tal-kultura fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE għall-promozzjoni ta' governanza effiċjenti u biex tiġi garantita trasparenza akbar fil-funzjonament tal-UE u fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tagħha;

E.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom ikunu trasparenti u obbligati jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni rigward il-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-UE;

F.  billi l-mexxejja tal-UE-27 taw sinjal ċar ta' "unità u solidarjetà" permezz tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma fil-25 ta' Marzu 2017;

G.  billi l-inerzja fil-livell Ewropew ma għadhiex alternattiva b'kunsiderazzjoni tal-isfidi ewlenin li għandha tiffaċċja l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-globalizzazzjoni, il-migrazzjoni, id-difiża fuq il-bażi ta' kooperazzjoni msaħħa, il-kwistjonijiet soċjali, it-tlestija tal-Unjoni Monetarja Ewropea u l-għażla ta' riżorsi proprji ġodda tal-UE;

H.  billi l-baġit tal-UE jibqa' sors prezzjuż ta' finanzjament għall-Istati Membri;

1.  Iqis li l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE hija fundamentali għad-demokrazija, għall-governanza tajba u għat-tfassil effikaċi tal-politika;

2.  Jenfasizza li huwa essenzjali li mmorru lil hinn mill-viżjonijiet konfliġġenti tal-Ewropa, u li tinstab soluzzjoni għall-kunflitti tal-prijoritajiet sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-Unjoni tinqasam jew tiddgħajjef;

3.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Brexit saħħaħ l-urġenza dwar il-bżonn ta' riflessjoni akbar fuq l-arkitettura istituzzjonali u ta' nefqa tal-UE, u dwar it-tfassil ta' dinamiċi ta' politika ġodda tal-UE;

4.  Jindika li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li jirtira mill-Unjoni se jkollha konsegwenzi baġitarji kumplessi u se taffettwa b'mod negattiv il-baġit tal-UE; jinsisti li fid-dawl tal-isfidi attwali u futuri tal-UE, il-bqija tal-UE-27 għandhom ikunu aktar ambizzjużi f'termini ta' riforma tal-baġit;

5.  Jinsab konvint li għad hemm lok biex ir-responsabbiltà demokratika tiġi ankrata aħjar fil-qafas tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiġu żviluppati mekkaniżmi b'saħħithom li jiżguraw il-leġittimità politika u r-responsabbiltà istituzzjonali u billi jiġu ssimplifikati l-istrutturi ta' governanza dejjem aktar kumplessi tal-UE;

6.  Ifakkar dwar il-bżonn urġenti ta' riforma baġitarja u amministrattiva tal-UE li tissimplifika l-proċessi interni tagħha u tagħmel l-UE aktar komprensibbli u aċċessibbli għaċ-ċittadini tagħha;

7.  Ifakkar li kwalunkwe żvilupp ulterjuri fi ħdan l-arkitettura tal-Unjoni b'rabta ma' korpi eżistenti jew mal-ħolqien ta' entitajiet legali ġodda għandu dejjem jikkunsidra l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà demokratika tal-UE, tal-arranġamenti ta' awditjar pubbliku u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħha;

8.  Jemmen li huwa meħtieġ li jitnaqqsu l-lakuni ta' responsabbiltà fl-UE u li jrid jsir avvanz lejn modi aktar kollaborattivi ta' skrutinju li jikkombinaw is-sorveljanza demokratika u l-attivitajiet ta' awditjar filwaqt li jipprovdu wkoll trasparenza akbar; jitlob, għal dan il-għan, li tiġi garantita r-responsabbiltà sħiħa u s-sorveljanza demokratika effettiva tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-korpi futuri li għad iridu jiġu stabbiliti, bħall-Fond Monetarju Ewropew;

9.  Jenfasizza, barra minn hekk, li wasal iż-żmien li ssir riflessjoni prammatika fuq il-modi ta' azzjoni tal-UE billi jiġu mwieġba l-mistoqsijiet ewlenin dwar kif l-aħjar jiġu implimentati l-politiki tal-Unjoni u liema mudelli ta' governanza għandhom jiġu applikati biex titwitta t-triq għal Ewropa li toffri riżultati tanġibbli;

10.  Ifakkar li hija meħtieġa viżjoni strateġika fit-tul tal-UE; iqis li wasal iż-żmien kemm li jitressqu narrattivi Ewropej ġodda u wkoll li l-politiki tal-UE jitwasslu b'mod aktar strateġiku abbażi ta' għadd ta' prijoritajiet, ta' għanijiet u kompetenzi kollettivi tal-Unjoni, iddefiniti b'mod ċar u li jinftiehem bil-għan li titjieb il-leġġibbiltà u l-effiċjenza;

11.  Jissottolinja li t-traduzzjoni tal-għanijiet politiċi ġenerali f'azzjonijiet u f'riżultati reali u viżibbli għaċ-ċittadini tal-UE għandha tkun soġġetta għal verifiki regolari tar-realtà, u b'hekk ikun strettament neċessarju li l-kontroll baġitarju jinżamm bħala komponent fundamentali tal-proċess ta' kontroll demokratiku;

12.  Jindika l-fatt li t-tisħiħ tas-sorveljanza demokratika u tal-iskrutinju tal-Parlament għandhom ikunu bbażati mhux biss fuq il-monitoraġġ tradizzjonali tal-istokks u tal-flussi finanzjarji, iżda wkoll fuq il-valutazzjoni bir-reqqa tal-valur għall-flus b'impatt siewi u sostenibbli għaċ-ċittadini u b'rispett għall-valuri tal-Unjoni u tal-istat tad-dritt;

13.  Iqis li r-rispett għall-valuri fundamentali, il-garanzija tal-protezzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, jew l-introduzzjoni ta' kundizzjonalità ekoloġika huma prerekwiżiti demokratiċi meħtieġa għad-definizzjoni ta' kwalunkwe tip ta' solidarjetajiet finanzjarji ġodda tal-UE; jinsab imħasseb dwar l-iżviluppi reċenti b'rabta man-nuqqas ta' rispett tal-istat tad-dritt f'xi Stati Membri; japprezza, f'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324), jenfasizza li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jieħdu azzjoni biex jipproteġu l-istat tad-dritt;

14.  Jesiġi li l-qafas attwali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jissaħħaħ permezz ta' sistema ta' sanzjonijiet, li jkunu proporzjonati skont il-grad tan-nuqqasijiet jew tal-isforzi li jimminaw l-istat tad-dritt abbażi ta' valutazzjoni indipendenti, li tvarja mit-tnaqqis ta' finanzjament tal-UE sas-sospensjoni tal-pagamenti u tal-impenji b'risposta għal nuqqasijiet rikorrenti; iqis li, fiċ-ċirkostanzi simili kollha, il-Parlament għandu jipparteċipa, fuq l-istess livell mal-Kunsill, fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward ta' tali proċedimenti u fit-tneħħija ta' tali miżuri;

15.  Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi promossa l-kisba tal-valur miżjud Ewropew, fi kliem ieħor li l-ġbir flimkien tar-riżorsi fil-livell Ewropew għandu jagħti riżultati meta mqabbel mal-infiq fuq il-livell nazzjonali, li ma jistax jiffoka fuq il-forniment ta' beni pubbliċi Ewropej;

16.  Iqis il-bżonn li jitfasslu għodod aħjar għal riformi strutturali madwar l-UE billi jiġu pprovduti beni pubbliċi Ewropej sostanzjali, u li dan isir b'kunsiderazzjoni xierqa tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità;

17.  Huwa tal-fehma li l-prekondizzjonalità tal-politiki għandha tissaħħaħ fejn meħtieġ u mingħajr periklu għall-funzjonalità tal-programmi bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u effettiva fl-implimentazzjoni tal-infiq tal-Unjoni;

18.  Itenni li fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, għandu jitqies kif is-sistema baġitarja tal-UE tista' tiġi riformata biex tipprovdi baġit xieraq li jiggarantixxi l-finanzjament tal-politiki ppjanati, tikseb bilanċ aħjar bejn il-prevedibbiltà u l-kapaċità ta' rispons, kif ukoll tiżgura li l-arranġamenti kumplessivi ta' finanzjament ma jkunux aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tal-Unjoni u jiġi garantit l-obbligu ta' rendikont;

19.  Iqis li huwa xieraq li jiġi żgurat li l-baġit jipprovdi valur addizzjonali reali għaċ-ċittadini tal-UE;

20.  Jenfasizza li l-iżgurar ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti, flimkien mal-immodernizzar tas-sistema tar-riżorsi proprji, b'mod partikolari permezz tal-garanzija ta' riżorsi proprji stabbli, effiċjenti u ġenwinament Ewropej, huwa kruċjali biex jinżamm livell għoli ta' investiment u ta' ambizzjonijiet u influwenza tal-Unjoni fix-xena internazzjonali;

21.  Jenfasizza li l-Aġenziji Ewropej għandhom rwol insostitwibbli x'jaqdu fil-forniment ta' għarfien espert fl-oqsma rispettivi tagħhom, u fl-istess waqt fir-rappreżentanza tal-UE fl-Istati Membri; jisħaq li għaldaqstant huwa essenzjali li, fil-futur, il-ħidma tal-Aġenziji tkun strutturata u organizzata tajjeb, li l-attivitajiet promossi mill-Aġenziji jkunu vijabbli u li, f'kull ħin, tiġi żgurata l-viżibbiltà tagħhom;

22.  Jenfasizza, barra minn hekk, li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għandu jiġi inkorporat fil-baġit tal-UE, kif diġà ġie ddikjarat fil-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 (QFP) il-ġdid, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-baġit; jindika li l-inklużjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-UE żżid il-kapaċità ta' skrutinju tal-awtorità ta' kwittanza dwar l-infiq fl-UE;

23.  Jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jtejbu l-proċeduri u l-prattiki tagħhom immirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jikkontribwixxu attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati; jemmen, f'dan il-kuntest, li l-proċedura ta' kwittanza hija strument indispensabbli ta' responsabbiltà demokratika lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

24.  Jindika l-importanza li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jiġu salvagwardati kontra l-frodi u kontra attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

25.  Ifakkar fid-diffikultajiet li ġew iffaċċjati ripetutament fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jinsisti li l-Kunsill irid jinżamm politikament responsabbli u trasparenti bħalma huma l-istituzzjonijiet l-oħrajn; jenfasizza li ma għandu jkun hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan;

26.  Jikkunsidra li l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa pass importanti fil-kisba ta' spazju pubbliku Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex l-UPPE jiġi stabbilit malajr billi tipprovdi riżorsi suffiċjenti;

27.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fenomenu tal-korruzzjoni li għandu konsegwenzi finanzjarji sinifikanti u li jirrappreżenta theddida serja għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-investiment pubbliku; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex din terġa' tibda tippubblika rapport annwali dwar il-korruzzjoni;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi possibbiltajiet għal metodi futuri ta' kooperazzjoni mal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO), inkluża l-possibbiltà li l-UE tapplika għal sħubija f'dan il-Grupp, u li l-Parlament jinżamm aġġornat bil-progress ta' din l-applikazzjoni;

29.  Jitlob li l-politika ta' integrità u l-qafas etiku tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE jissaħħu permezz ta' implimentazzjoni aħjar tal-kodiċi ta' kondotta, tal-protezzjoni tal-informaturi, tal-prinċipji etiċi, tat-trasparenza u tar-responsabbiltà;

30.  Iħeġġeġ, bħala prinċipju ta' gwida, li ssir deskrizzjoni tal-kontorni tal-Ewropa tal-futur, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà l-ġdida u billi jiġi ffavorit il-metodu Komunitarju fuq l-użu tal-intergovernamentaliżmu bħala l-metodu ta' governanza għall-UE;

31.  Huwa tal-fehma li jeħtieġ li jitkompla d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa fl-ogħla livell istituzzjonali, billi ssir enfasi partikolari fuq l-użu aktar effiċjenti tal-fondi u fuq il-mekkaniżmi ta' kontroll tal-baġit tal-UE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Richard Sulík

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

ECR

Richard Sulík

GUE/NGL

Dennis de Jong

EPP

Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Caterina Chinnici, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

Greens/EFA

Bart Staes

1

-

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

1

0

EPP

Tamás Deutsch

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (14.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa

(2018/2094(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ivan Jakovčić

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-prodotti agrikoli tal-Unjoni jikkontribwixxu kemm għall-iżvilupp ekonomiku tal-Unjoni f'dawk li huma produzzjoni u proċessar u kemm għall-wirt kulturali u gastronomiku ħaj tagħha, billi jsaħħu l-koeżjoni territorjali u soċjali kif ukoll it-tradizzjonijiet lokali u reġjonali; billi hemm żieda fid-domanda għal prodotti ta' kwalità għolja u tradizzjonali fil-livell Ewropew u fil-livell globali; billi l-futur tal-Unjoni jiddependi wkoll mill-preżenza ta' żoni rurali b'saħħithom u dinamiċi, inklużi żoni rurali estensivi;

B.  billi l-agrikoltura u l-forestrija jaqdu rwol ċentrali fil-ġestjoni effettiva tal-art bil-għan li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima abbażi tar-rispett għall-ftehimiet internazzjonali, filwaqt li tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika fl-aspetti kollha tagħha;

C.  billi l-akbar kritiċi tal-Unjoni jiġbdu l-attenzjoni lejn distakk li hemm bejn l-azzjonijiet proposti tagħha u r-realizzazzjonijiet tagħha kemm fil-livell nazzjonali u kemm f'dak lokali, u billi l-ħruġ tar-Renju Unit se jkollu impatti sinifikanti fuq il-finanzjament futur tal-Unjoni;

D.  billi skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) id-domanda globali għall-ikel se tiżdied b'70 % sal-2050; billi l-politika agrikola komuni (PAK) il-ġdida teħtieġ tiżgura valur miżjud ekonomiku għall-biedja, filwaqt li ttejjeb il-produttività tagħha b'inqas riżorsi disponibbli u tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta u ikel tajjeb għas-saħħa u ta' kwalità għolja bi prezzijiet raġonevoli; billi dawk l-objettivi tal-PAK iridu jibqgħu elementi ewlenin għall-futur tal-Ewropa;

E.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija objettiv ewlieni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; billi ħafna mir-rwoli moqdija min-nisa fiż-żoni rurali jgħinu biex l-azjendi agrikoli jinżammu vijabbli u biex il-komunitajiet rurali jibqgħu dinamiċi; billi l-isforzi għall-prevenzjoni tad-depopolazzjoni rurali huma marbuta mal-opportunitajiet għan-nisa u ż-żgħażagħ, u billi n-nisa fiż-żoni rurali bħalissa qed jiffaċċjaw bosta sfidi;

1.  Jenfasizza l-importanza ta' PAK appoġġata minn baġit iffinanzjat tajjeb; ifakkar kemm il-PAK għandha importanza ċentrali għall-istorja tal-Unjoni; jinnota r-rwol fundamentali li għandha fl-iżgurar ta' reġjuni rurali vibranti u provvista tal-ikel sikura; jinnota li r-riforma li jmiss tal-PAK hija opportunità biex jissaħħaħ it-twettiq tal-objettivi tagħha; jenfasizza li l-PAK hija waħda mill-eqdem politiki u trid tkompli tkun waħda mill-aktar politiki importanti u integrati, u li se tkompli tikkontribwixxi għall-bini tal-futur tal-Ewropa permezz ta' integrazzjoni akbar, il-preservazzjoni tal-ambjent, u s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel għaċ-ċittadini tal-UE;

2.  Jenfasizza li l-biedja Ewropea taqdi rwol vitali fit-tmigħ tal-pjaneta u fil-fatt li tipprovdi impjiegi għal 46 miljun ruħ; jenfasizza l-isfidi li jinħolqu mill-kriżijiet u mill-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali; jinnota li l-azzjoni leġiżlattiva tal-UE biex tindirizza b'mod deċiżiv il-prattiki kummerċjali inġusti għandha l-għan li tiżgura katina tal-provvista alimentari aktar sostenibbli għall-benefiċċju tal-bdiewa u tal-konsumaturi;

3.  Jinnota li l-politiki ta' żvilupp agrikolu u rurali għandhom potenzjal kbir f'dak li hu forniment ta' beni pubbliċi; jenfasizza li l-agrikoltura mhijiex biss responsabbli għall-provvediment ta' materja prima u prodotti għall-industrija tal-ikel u industriji oħra, iżda għandha wkoll influwenza qawwija fuq l-ambjent u l-kampanja; iqis, għalhekk, li l-kwalità ambjentali fl-UE tiddependi ħafna mill-ġestjoni tar-riżorsi u mill-ġestjoni applikata fil-livell tal-azjendi agrikoli;

4.  Jikkondividi l-għan għall-ġejjieni fit-tul ta' tranżizzjoni lejn agrikoltura Ewropea mmexxija mis-suq u sostenibbli li żżid il-kompetittività u tnaqqas il-ħtieġa li l-bdiewa jirċievu appoġġ għall-introjtu; jitlob li l-PAK tiġi allinjata ma' politiki oħra tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa ta' dixxiplina baġitarja ġenerali; jirrimarka li meta jkunu meħtieġa żidiet baġitarji għal ċerti prijoritajiet, it-tnaqqis għandu jsir l-ewwel u qabel kollox banda oħra;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li ssir simplifikazzjoni ġenwina tal-PAK, li timmira għal politika li tiffoka fuq ir-riżultati u fuq il-produzzjoni aktar milli fuq il-konformità; jemmen li l-PAK jeħtiġilha tkun aktar orjentata lejn is-suq, filwaqt li l-bdiewa jsiru inqas dipendenti mill-appoġġ pubbliku u filwaqt li tiżdied il-kompetittività fis-settur;

6.  Jirrimarka li l-problema li kulma jmur qed tikber tad-depopolazzjoni taż-żoni rurali trid tiġi indirizzata b'mod determinat permezz ta' miżuri u sinerġiji mmirati bejn il-politiki tal-UE sabiex tingħata spinta lis-sostenibbiltà tas-settur agrikolu Ewropew, u b'hekk jiġu appoġġati u inkoraġġiti l-bdiewa żgħażagħ fiż-żoni kkonċernati; ifakkar li t-tiġdid ġenerazzjonali huwa sfida li qed iħabbtu wiċċhom magħħha l-bdiewa f'ħafna Stati Membri;

7.  Jenfasizza r-rwol li l-PAK taqdi fiż-żamma tas-saħħa u l-istat tal-ħamrija, l-ilma u riżorsi naturali oħra; jirrimarka li l-produtturi agrikoli Ewropej huma impenjati favur prattiki ambjentali tajba u favur il-miri stabbiliti għall-indirizzar determinat tat-tibdil fil-klima;

8.  Jisħaq fuq l-importanza tal-produzzjoni organika u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tas-sinerġiji ta' bejniethom, li huma ta' benefiċċju kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi; ifakkar kemm huma importanti l-aċċess għall-innovazzjoni u l-funzjonament ġust tal-katina alimentari; jitlob li wieħed mill-pilastri tal-PAK il-ġdida jiġi dedikat lill-prijoritajiet li joħolqu l-impjiegi u jiżguraw l-ogħla kwalità tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel tal-UE;

9.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-agrikoltura fil-prijoritajiet tal-Unjoni biex jittaffa l-effett tat-tibdil fil-klima u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar fil-ħtieġa ta' baġit b'saħħtu u adegwat għall-agrikoltura f'dak ir-rigward;

10.  Jiġbed l-attenzjoni lejn it-tnaqqis fl-introjti tal-biedja fl-UE ikkawżat miż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u mill-volatilità tal-prezzijiet, li għandhom impatt negattiv fuq kemm il-bdiewa għandhom il-ħila jżommu l-produzzjoni għaddejja; jenfasizza l-ispejjeż li jkollhom iġarrbu l-bdiewa Ewropej biex jikkonformaw ma' dawk li huma l-ogħla standards tas-sikurezza tal-ikel, tal-ambjentali, tal-benesseri tal-annimali u tax-xogħol fid-dinja; jenfasizza li l-bdiewa għandhom jiġu kkumpensati permezz tal-PAK talli jipprovdu beni pubbliċi lis-soċjetà;

11.  Jenfasizza li l-iskemi tal-kwalità tal-UE li jinvolvu l-indikazzjonijiet ġeografiċi (Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta, Indikazzjoni Ġeografika Protetta u Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti) jipproteġu l-ismijiet tal-prodotti mill-użu ħażin, jgħollu l-profil tagħhom, isaħħu l-valur tagħhom fil-qafas tal-ftehimiet internazzjonali, iżidu mal-introjtu tal-bdiewa u jagħtu spinta lill-fiduċja tal-konsumaturi; jenfasizza li l-użu tal-logo Ewropew jagħti aktar viżibbiltà u jiggarantixxi l-kwalità tal-prodotti agrikoli għall-esportazzjoni, kif jagħmel ukoll l-użu tat-termini li jindikaw l-oriġini jew il-kwalità;

12.  Jinsisti li għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-bdiewa li jiffaċċjaw spejjeż żejda minħabba r-restrizzjonijiet speċifiċi marbuta maż-żoni naturali ta' valur għoli bħalma huma ż-żoni muntanjużi, il-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi u żoni oħra żvantaġġjati; jemmen li, minħabba r-restrizzjonijiet speċifiċi tagħhom, il-finanzjament tal-PAK huwa importanti ħafna għal dawn ir-reġjuni u li kwalunkwe tnaqqis li jsir se jkollu impatt ta' ħsara kbira fuq għadd kbir ta' prodotti agrikoli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw skemi tal-kwalità sabiex jagħtu lill-produtturi kkonċernati l-opportunità li jintroduċuhom malajr;

13.  Ifakkar fl-appoġġ tal-Parlament espress fl-2015 għall-estensjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli; jemmen li estensjoni bħal din għandha titqies b'mod serju fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, minħabba l-potenzjal li għandha li tappoġġa lir-reġjuni rurali billi żżid il-valur lill-prodotti tradizzjonali u toħloq l-impjiegi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq mingħajr dewmien proposta leġiżlattiva l-indikazzjonijiet ġeografiċi jiġu estiżi għall-prodotti mhux agrikoli;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment akbar fl-agrikoltura u fis-sistemi agroalimentari, kif ukoll li jsir iktar infiq fir-riċerka u l-iżvilupp, sabiex tiġi promossa l-innovazzjoni, tiġi appoġġjata żieda fil-produzzjoni sostenibbli u jinstabu modi aħjar kif jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-iskarsezza tal-ilma u t-tibdil fil-klima;

15.  Jenfasizza r-rikkezza tal-affarijiet tal-ikel u l-gosti Ewropej u l-ħafna varjetajiet kulinarji Ewropej; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li l-prodotti u t-togħmiet tradizzjonali reġjonali u lokali tal-Ewropa jiġu preservati permezz ta' strumenti tal-PAK bħalma huma programmi ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali;

16.  Jenfasizza l-importanza ta' PAK iffinanzjata sew u riformata biex jiġu indirizzati b'mod determinat il-bosta sfidi li l-Unjoni se jkollha tiffaċċja fil-ġejjieni; ifakkar li l-PAK jeħtieġ li tappoġġa lill-bdiewa b'mod aktar effiċjenti sabiex ilaħħqu mal-kriżijiet agrikoli ; jenfasizza l-importanza tal-PAK futura fit-trawwim tal-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp, filwaqt li jfakkar li l-objettivi tal-PAK għandhom jitqiesu meta jkun qed jiġi mfassal il-programm futur ta' Orizzont Ewropa;

17.  Jenfasizza r-rwol li jaqdu l-bdiewa żgħażagħ għall-kompetittività kurrenti u futura tal-agrikoltura Ewropea u għall-produzzjoni tal-ikel garantita; jenfasizza li l-agrikoltura hija aktar minn sempliċiment attività ekonomika u hija wkoll parti vitali ta' UE sostenibbli; jenfasizza kemm hi importanti l-ġenerazzjoni li għadha tielgħa għall-Futur tal-Ewropa;

18.  Ifakkar fir-rwol tan-nisa fiż-żoni rurali u fil-kontribut tagħhom bħala intraprendituri u promoturi tal-iżvilupp sostenibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat il-potenzjal tagħhom għall-agrikoltura sostenibbli u għar-reżiljenza taż-żoni rurali; jitlob, għalhekk, appoġġ akbar għall-azjendi agrikoli ġestiti minn familji u għall-bdiewa żgħażagħ u appoġġ għall-impjieg fl-agrikoltura fiż-żona rurali, speċjalment għall-bdiewa żgħażagħ;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni u r-riċerka, speċjalment fil-qasam tat-tnissil u l-għażla tal-pjanti, biex l-Unjoni tkun tista' tikkompeti bis-sħiħ mal-bqija tad-dinja f'dan il-qasam;

20.  Jissottolinja li l-politiki ta' koeżjoni strutturali u l-PAK inaqqsu d-distakk minn bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha billi jippromwovu l-integrazzjoni fil-livell lokali u jiżguraw żvilupp territorjali bilanċjat, speċjalment fiż-żoni rurali, periferiċi u żvantaġġjati. jenfasizza, għalhekk, kemm hu importanti li jiġu appoġġjati l-iżvilupp rurali u l-biedja organika fil-PAK;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa li titħares id-diversità tal-agrikoltura fl-UE, u jirrikonoxxi l-fatt li s-swieq lokali li huma fornuti bi prodotti agrikoli friski u mkabbra lokalment huma ambjentalment sostenibbli u joffru appoġġ lill-komunitajiet tal-biedja stabbiliti; jitlob li ssir promozzjoni aħjar tal-ktajjen tal-provvista qosra;

22.  Jenfasizza li l-PAK tgħin biex tiġi ppreservata l-vijabbiltà taż-żoni żvantaġġati, inklużi ż-żoni muntanjużi, u għalhekk taqdi rwol vitali fil-prevenzjoni tal-abbandun u d-depopolazzjoni ta' bosta żoni fl-Ewropa;

23.  Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp rurali fl-appoġġ għall-agrikoltura multifunzjonali u fit-trawwim ta' sħubijiet bejn il-bdiewa, il-komunitajiet lokali u s-soċjetà ċivili u tal-attivitajiet intraprenditorjali addizzjonali, sabiex jiġi ġġenerat id-dħul minn attivitajiet ekonomiċi diversifikati;

24.  Jenfasizza li l-eżodu rurali li qed iseħħ bħalissa jirrikjedi l-interazzjoni bejn l-istrumenti tal-PAK u l-politika ta' koeżjoni biex iż-żoni rurali jsiru aktar attraenti;

25.  Jenfasizza li l-PAK ma tirrigwardax sempliċement il-biedja u l-bdiewa, iżda wkoll l-għajnuna u l-iżvilupp tal-komunitajiet rurali usa' li fihom joperaw; jenfasizza li l-UE għandha ssaħħaħ il-politika ta' żvilupp rurali tagħha, li tiffoka fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, mill-appoġġ għan-negozji ġodda fiż-żoni rurali u l-aċċess għall-broadband sl-isfidi ambjentali jew soċjetali speċifiċi li qed tħbatta wiċċha magħha l-popolazzjoni rurali;

26.  Jirrikonoxxi l-problema inkwetanti tal-ġuħ li qed taffettwa l-pjaneta tagħna, u għalhekk jemmen li l-UE għandha tfittex li tibni reżiljenza għall-kriżijiet tal-ikel, u b'hekk tiżgura provvisti tal-ikel suffiċjenti, nutrittivi u affordabbli u tikkontribwixxi għall-kisba ta' "Dinja fejn ħadd ma jbati l-Ġuħ";

27.  Jenfasizza li l-inċentivi għall-għelejjel tal-enerġija sostenibbli li bħalissa qed jiġu ppjanati ma għandhom bl-ebda mod jikkompromettu s-sigurtà tal-ikel għall-pubbliku;

28.  Jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp rurali, inkluża l-inizjattiva LEADER, fl-appoġġ ta' agrikoltura multifunzjonali u fit-trawwim ta' attivitajiet u opportunitajiet imprenditorjali addizzjonali, sabiex jiġi ġġenerat introjtu mill-agrituriżmu, u jiġu żgurati agrikoltura sostnuta mill-komunità u l-forniment ta' servizzi soċjali fiż-żoni rurali;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw skambji tal-aħjar prattiki bejn il-bdiewa Ewropej, sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni u tissaħħaħ l-identità Ewropea.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

8

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, José Bové, Daniel Buda, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Giulia Moi, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marijana Petir, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Maria Gabriela Zoană, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Maria Heubuch, Anthea McIntyre, Momchil Nekov, Hilde Vautmans, Miguel Viegas, Thomas Waitz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Ulrike Müller, Hilde Vautmans

ECR

Anthea McIntyre

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

NI

Diane Dodds

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Marijana Petir

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Paolo De Castro, Karine Gloanec Maurin, Momchil Nekov, Maria Noichl, Tibor Szanyi, Maria Gabriela Zoană

8

-

EFDD

John Stuart Agnew

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez, Miguel Viegas

VERTS/ALE

José Bové, Martin Häusling, Thomas Waitz

3

0

ALDE

Jan Huitema

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (22.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa

(2018/2094(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ivana Maletić

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-fehmiet espressi matul id-dibattiti plenarji dwar "Il-Futur tal-Ewropa"; huwa tal-fehma li l-baġit futur tal-UE għandu jippromwovi valur miżjud Ewropew f'termini ta' impatt soċjoekonomiku, jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-politiki tal-UE, jiżgura l-finanzi għall-isfidi l-ġodda, ikompli jikkontribwixxi għall-koeżjoni u l-konverġenza mil-lat ekonomiku u soċjali bejn u fi ħdan l-Istati Membri sabiex isaħħaħ is-solidarjetà Ewropea, l-istabbiltà Ewropea, l-ugwaljanza Ewropea kif ukoll it-tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti, inkluż fid-dawl tal-impenji tal-UE fir-rigward tal-Ftehim ta' Pariġi, jiżgura r-rispett u l-promozzjoni tal-valuri fundamentali kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u jkun mogħni b'riżorsi proprji ġodda, b'kont meħud tal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

2.  Jissottolinja l-importanza tal-impenn favur il-proċess tal-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-ftuħ u t-trattament ugwali tal-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja; ifakkar li l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, inkluża Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti u garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, irid ikompli, bħalma jridu jkomplu wkoll il-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis tar-riskju;

3.  Jilqa' l-proposti kontra l-ħasil tal-flus ippreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rieżami tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF); iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Parlament biex jikkompletaw in-negozjati leġiżlattivi qabel it-tmiem ta' dan it-terminu leġiżlattiv, peress li l-politiki kontra l-ħasil tal-flus jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet futuri fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu qed jiffaċilitaw b'mod attiv il-ħasil tal-flus;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-għajnuna tal-Awtoritajiet superviżorji Ewropej, tidentifika u tneħħi l-ostakli li jxekklu s-suq intern u tgħin sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi; huwa tal-fehma li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni għandha tkun l-infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità ikbar lir-regolamenti milli lid-direttivi bħala l-għodda leġiżlattiva għall-Unjoni Bankarja u l-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, fejn xieraq u fuq bażi ta' każ b'każ, sabiex jiġi evitat li jinħolqu kemm frammentazzjoni kif ukoll sitwazzjoni fejn is-superviżuri jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' sistemi nazzjonali differenti;

6.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tiġi kkompletata; jenfasizza li s-swieq kapitali kbar u integrati sewwa huma komplementari għall-Unjoni Bankarja, minħabba l-kontribut tagħhom għall-kondiviżjoni tar-riskju privat, filwaqt li jżidu l-konverġenza ekonomika, jgħinu biex jammortizzaw ix-xokkijiet futuri, u potenzjalment iwasslu għal allokazzjoni aħjar tal-fondi fejn meħtieġ; jitlob studju komprensiv dwar l-iktar qafas xieraq sabiex titqies aħjar in-natura li qed tevolvi b'mod rapidu tas-servizzi finanzjarji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-aċċess aħjar għal sorsi addizzjonali ta' finanzjament ikun partikolarment ta' għajnuna għan-negozji l-ġodda u l-SMEs, filwaqt li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir solidu tagħhom;

7.  Jissottolinja li huwa importanti li jitkompla l-proċess tal-approfondiment u l-ikkompletar tal-UEM sabiex jingħata kontribut għaż-żamma tal-istabbiltà tal-munita unika u t-tisħiħ tal-konverġenza tal-politiki ekonomiċi, fiskali u tas-suq tax-xogħol u tal-istandards soċjali fost l-Istati Membri; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' impenn politiku b'saħħtu, governanza effiċjenti u responsabbiltà demokratika fil-livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-iskrutinju parlamentari fl-istadji differenti tas-Semestru Ewropew; itenni li, bl-eċċezzjoni tal-esklużjoni fakultattiva tad-Danimarka, kull Stat Membru marbut jadotta l-euro; jappoġġa t-teħid ta' passi ulterjuri fl-iżvilupp tal-MES; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti u qed jiddiskuti għodod baġitarji ġodda mmirati lejn l-istabbilizzazzjoni;

8.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Programm ta' Appoġġ għal Riformi; jenfasizza l-importanza li ma jiddgħajfux is-setgħat ta' kodeċiżjoni u ta' kontroll tal-Parlament b'rabta mal-infiq tal-fondi tal-UE; jinsab imħasseb li fil-perjodu 2011-2017, 9 % biss mir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) ġew implimentati bis-sħiħ; jieħu nota tal-faċilità ta' konverġenza li se tipprovdi inċentiv u se tgħin lill-Istati Membri barra miż-żona tal-euro, permezz ta' politiki fiskali u ekonomiċi sostenibbli, jimplimentaw ir-riformi u jissodisfaw il-kriterji għall-introduzzjoni tal-euro;

9.  Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jirrikonoxxi l-importanza tat-twaqqif tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota li s-Semestru Ewropew ġie msaħħaħ u ssimplifikat, iżda jenfasizza li l-involviment aħjar tal-parlamenti nazzjonali jgħin għat-tisħiħ tas-sjieda nazzjonali, li jwassal għal implimentazzjoni aħjar tas-CSRs, u b'hekk jittejjeb il-proċess tas-Semestru Ewropew; jinnota li hija l-ewwel u qabel kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jagħżlu politiki fiskali u ekonomiċi adegwati u sostenibbli;

10.  Jilqa' l-programm futur InvestEU u jenfasizza li l-fond għandu jkompli jnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fl-UE; jappoġġa l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż il-wirt kulturali, sabiex jitrawmu t-tkabbir, l-investimenti u l-impjiegi, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, il-kumpaniji żgħar u b'kapitalizzazzjoni medja u l-intrapriżi soċjali, u b'hekk jingħata kontribut għal benessri mtejjeb u distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul u għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni;

11.  Jilqa' l-ħidma mwettqa s'issa u jqis li jeħtieġ li jitkompla r-rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-VAT; jinsisti dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jinnota l-ħidma tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni ġusta tal-ekonomija diġitali.

12.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, inklużi l-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, biex isaħħu saħansitra aktar l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom sabiex jispjegaw aħjar il-ħidma tagħhom u jtejbu l-informazzjoni disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

7

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Jeppe Kofod, Paloma López Bermejo, Michel Reimon, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Elmar Brok, Helga Stevens

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ENF

Barbara Kappel

PPE

Pilar Ayuso, Elmar Brok, Markus Ferber, Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Ernest Urtasun

7

-

ECR

Bernd Lucke, Joachim Starbatty

EFDD

David Coburn, Marco Valli

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Miguel Viegas

3

0

ECR

Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Helga Stevens

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Is-Sa Danuta Hübner

President, Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

ASP 12E157

Brussell

  Suġġett: Opinjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa – 2018/2094(INI)

Sur President,

Qabel il-waqfa tas-sajf, ir-rapporteur tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, is-Sur Ramon Jáuregui Atondo, stieden lill-kumitati jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar ir-rapport fuq inizjattiva proprja mhux leġiżlattiv tal-Kumitat AFCO dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċidew, waqt il-laqgħa tagħhom tad-9 ta' Lulju 2018, li jagħtu l-opinjoni tagħhom f'forma ta' ittra, skont ir-Regoli ta' Proċedura, b'enfasi speċjali fuq il-kompetenzi tal-kumitat tagħna. Jien ġejt maħtur bħala rapporteur għal opinjoni.

Bħala rapporteur għal opinjoni, nixtieq nesprimi l-qbil tiegħi mal-approċċ li ttieħed fl-abbozz ta' rapport tal-Kumitat AFCO biex jiġu pprovduti sintesi tal-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi dwar il-futur tal-Ewropa u gwida u kjarifika dwar id-diversi direzzjonijiet li tista' tieħu l-integrazzjoni Ewropea qabel l-elezzjonijiet fl-2019. L-għan ta' dan l-eżerċizzju, għaldaqstant, mhuwiex li jsolvi jew jiddeċiedi dwar l-alternattivi differenti, iżda li jiddefinixxi l-problemi, jiddeskrivi l-isfidi u jistabbilixxi l-opzjonijiet li l-politika Ewropea u l-Membri tal-PE eletti fl-elezzjonijiet li jmiss ser ikollhom jindirizzaw.

Fit-3 ta' Settembru 2018, waqt laqgħa tal-Kumitat JURI, sar skambju ta' fehmiet dwar id-dossier u, wara skambji bejn il-koordinaturi permezz ta' proċedura bil-miktub, ġiet adottata l-opinjoni li ġejja fil-Kumitat waqt il-laqgħa tal-10 ta' Ottubru 2018, b'20 vot favur, 2 kontra u l-ebda astensjoni(1).

Il-Kumitat JURI jistieden lill-Kumitat AFCO, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jissottolinja li l-kwistjonijiet marbuta mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jridu jkunu esposti b'mod ċar għaċ-ċittadini, bil-għan li dawn jaraw li l-Unjoni Ewropea taħdem fl-interess ta' kulħadd u li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-aktar livell baxx bil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jissottolinja, barra minn hekk, li l-kwistjonijiet marbuta mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma responsabilità komuni tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet kollha fil-livelli kollha involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta, kif kienet ħabbret fil-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2018, il-Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ ulterjuri tas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u r-regolamentazzjoni aħjar tal-operat ta' kuljum tal-Unjoni Ewropea;

2.  Jisħaq fuq il-punt li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE huma essenzjali biex il-politiki tal-Unjoni jitwettqu b'suċċess u biex bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u ċ-ċittadini titrawwem fiduċja reċiproka;

3.  Jissottolinja l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lil-liġi amministrattiva tal-UE, kif muri permezz tar-riżoluzzjoni tagħha tad-9 ta' Ġunju 2016 li appellat għal amministrazzjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti tal-Unjoni Ewropea(2), u li ġiet segwita minn valutazzjoni tal-impatt mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew u konsultazzjoni pubblika;

4.  Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni fil-livell interistituzzjonali, filwaqt li jkun hemm rispett għall-prerogattivi ta' kull istituzzjoni kif minqux fit-Trattati, kooperazzjoni li ngħatat qafas ġdid permezz tal-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet tat-13 ta' April 2016, u jissottolinja li s-simplifikazzjoni hija eżerċizzju li għadu għaddej li għandu l-għan li jħaffef il-proċessi u l-proċeduri fil-livell tal-UE biex dawn jinftiehmu aħjar, jiżguraw li jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u fl-aħħar mill-aħħar tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jissottolinja li l-isfidi globali l-kbar li jeżistu llum, bħad-diġitizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, il-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, se jkomplu jagħmlu pressjoni fuq is-sistemi ġudizzjarji fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri; jinsab konvint li dawn l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati biss f'Unjoni Ewropea b'saħħitha, permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi li jridu jinstabu bil-għan li jkomplu jiġu approssimati l-liġijiet nazzjonali, tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja, isiru riformi ulterjuri fil-limiti tat-Trattat eżistenti, u tkompli tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;

6.  Jemmen li kwalunkwe politika ulterjuri dwar teknoloġiji ġodda teħtieġ timxi skont prinċipji etiċi li jikkonċentraw fuq in-nies u fuq ħajjet in-nies.

Nittama li dan t'hawn fuq ikun kontribut siewi għar-rapport imfassal mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali.

Dejjem tiegħek,

Is-Sur Pavel Svoboda

(1)

Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Pavel Svoboda (President u rapporteur), Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (Viċi Presidenti), Max Andersson, Joëlle Bergeron, Kostas Chrysogonos, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Angelika Niebler, Virginie Rozière, József Szájer, Axel Voss, Tiemo Wölken, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka.

(2)

P8_TA(2016)0279


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jasenko Selimovic, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wajid Khan, Constanze Krehl


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

PPE

Elmar Brok, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Rainer Wieland

S&D

Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia Yvonne Kaufmann, Wajid Khan, Constanze Krehl, Jo Leinen, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep Maria Terricabras

6

-

ECR

Morten Messerschmidt

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Gerolf Annemans

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

NI

Diane James

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Jannar 2019Avviż legali