Proċedura : 2018/0073(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0428/2018

Testi mressqa :

A8-0428/2018

Dibattiti :

PV 12/12/2018 - 18
CRE 12/12/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2018 - 9.6

Testi adottati :

P8_TA(2018)0523

RAPPORT     *
PDF 909kWORD 109k
5.12.2018
PE 627.911v01-00 A8-0428/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali

(COM(2018)0148 – C8‑0137/2018 – 2018/0073(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Paul Tang

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali

(COM(2018)0148 – C8‑0137/2018 – 2018/0073(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0148),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0137/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Daniż, il-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti u t-Tieni Kamra tan-Netherlands, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0428/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-ekonomija globali qiegħda ssir diġitali b'rata mgħaġġla, u b'riżultat ta' dan, tfaċċaw modi ġodda ta' negozju. Il-kumpaniji diġitali huma kkaratterizzati mill-fatt li l-operati tagħhom huma konnessi mill-qrib ħafna mal-internet. B'mod partikulari, il-mudelli ta' negozju diġitali jserrħu ħafna fuq il-kapaċità li jwettqu attivitajiet mill-bogħod u bi ftit jew bl-ebda preżenza fiżika, fuq il-kontribut tal-utenti finali lejn il-ħolqien tal-valur, u fuq l-importanza tal-assi intanġibbli.

(1)  L-ekonomija globali qiegħda ssir diġitali b'rata mgħaġġla u, b'riżultat ta' dan, tfaċċaw modi ġodda ta' negozju. Il-kumpaniji diġitali huma kkaratterizzati mill-fatt li l-operati tagħhom huma konnessi mill-qrib ħafna mal-internet. B'mod partikulari, il-mudelli ta' negozju diġitali jserrħu ħafna fuq il-kapaċità li jwettqu attivitajiet mill-bogħod u bi ftit jew bl-ebda preżenza fiżika jew taxxabbli f'pajjiż partikolari, fuq il-kontribut tal-utenti finali lejn il-ħolqien tal-valur, u fuq l-importanza tal-assi intanġibbli.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-regoli attwali tat-tassazzjoni korporattiva ġew żviluppati l-iktar matul is-seklu 20 għal negozji tradizzjonali. Huma msejsa fuq l-idea li t-tassazzjoni għandha ssir fejn jinħoloq il-valur. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli attwali għall-ekonomija diġitali wasslet għal allinjament ħażin bejn il-post fejn il-profitti jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur, speċifikament fil-każ ta' mudelli ta' negozju li jserrħu bil-qawwi fuq il-parteċipazzjoni tal-utenti. B'hekk sar evidenti li r-regoli attwali tat-taxxa korporattiva għall-intaxxar tal-profitti tal-ekonomija diġitali mhumiex xierqa, u jeħtieġ li jiġu rieżaminati.

(2)  Ir-regoli attwali tat-tassazzjoni korporattiva ġew żviluppati l-iktar matul is-seklu 20 għal negozji tradizzjonali. Huma msejsa fuq l-idea li t-tassazzjoni għandha ssir fejn jinħoloq il-valur. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli attwali għall-ekonomija diġitali wasslet għal allinjament ħażin bejn il-post fejn il-profitti jiġu ntaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur, speċifikament fil-każ ta' mudelli ta' negozju li jserrħu bil-qawwi fuq il-parteċipazzjoni tal-utenti u assi intanġibbli. Id-diġitalizzazzjoni biddlet ir-rwol tal-utenti, filwaqt li ħalliethom isiru involuti dejjem aktar fil-proċess tal-ħolqien tal-valur. B'hekk sar evidenti li r-regoli attwali tat-taxxa korporattiva għall-intaxxar tal-profitti tal-ekonomija diġitali mhumiex qed iqisu dan il-fattur ġdid u jeħtieġ li jiġu rieżaminati b'mod urġenti.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-objettiv huwa li tiġi eliminata d-diskrepanza bejn it-tassazzjoni tad-dħul diġitali u d-dħul tradizzjonali. Attwalment, bħala medja, in-negozji diġitali jiffaċċjaw rata tat-taxxa effettiva ta' 9,5 % biss meta mqabbla ma' 23,2 % għall-mudelli ta' negozju tradizzjonali1a. Is-sistema tat-tassazzjoni trid tkun ġusta u ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi. Jenħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku.

 

_________________

 

1a Sors: Komputazzjonijiet mill-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea, abbażi ta' ZEW (2016, 2017) u ZEW et al. (2017).

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan ir-rieżami jikkostitwixxi elementi importanti tas-Suq Uniku Diġitali3, billi s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ qafas tat-taxxa modern u stabbli għall-ekonomija diġitali, li jagħti spinta lill-innovazzjoni, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, u jippermetti lill-atturi kollha japprofittaw mid-dinamiki ġodda tas-suq b'kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati.

(3)  Dan ir-rieżami jikkostitwixxi elementi importanti tas-Suq Uniku Diġitali3, billi s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ qafas tat-taxxa ġust, modern u stabbli għall-ekonomija diġitalizzata, li jagħti spinta lill-innovazzjoni u t-tkabbir inklużiv, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, u jippermetti lill-atturi kollha japprofittaw mid-dinamiki ġodda tas-suq b'kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati. Id-diġitalizzazzjoni taffettwa l-ekonomija kollha, u dan imur lil hinn mill-ħolqien ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali; għalhekk ir-regoli tat-taxxa għandhom jiġu riformati. Il-miżuri ad hoc inklużi f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jdewmux ix-xogħlijiet dwar it-tassazzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti u dwar l-inklużjoni ta' tali tassazzjoni fi ħdan Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva.

__________________

__________________

3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (COM(2015) 192 final tas-6 ta' Mejju 2015).

3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (COM(2015) 192 final tas-6 ta' Mejju 2015).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Billi l-problema tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali hija ta' natura dinjija, l-approċċ ideali jkun li tinstab soluzzjoni multilaterali u internazzjonali għaliha. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni hija impenjata attivament fid-dibattitu internazzjonali. Bħalissa għaddejja l-ħidma fl-OECD. Madankollu, li jsir progress fil-livell internazzjonali huwa għadma iebsa. Għaldaqstant, qiegħda tittieħed azzjoni biex tadatta r-regoli tat-taxxa korporattiva fil-livell tal-Unjoni6, kif ukoll biex tħeġġeġ l-ilħiq ta' ftehimiet ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, bil-għan li l-qafas tat-taxxa korporattiva jkun jista' jsir xieraq għall-mudelli ta' negozju diġitali l-ġodda.

(5)  Billi l-problema tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali hija ta' natura dinjija, l-approċċ ideali jkun li tinstab soluzzjoni multilaterali u internazzjonali għaliha. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni hija impenjata attivament fid-dibattitu internazzjonali. Bħalissa għaddejja l-ħidma fl-OECD, fil-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u fil-Grupp tal-Bank Dinji, li jiffurmaw il-pjattaforma għal Kollaborazzjoni dwar it-Taxxa. Madankollu, li jsir progress fil-livell internazzjonali huwa għadma iebsa. Għaldaqstant, qiegħda tittieħed azzjoni biex tadatta r-regoli tat-taxxa korporattiva fil-livell tal-Unjoni6, kif ukoll biex tħeġġeġ l-ilħiq ta' ftehimiet ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, bil-għan li l-qafas tat-taxxa korporattiva jkun jista' jsir xieraq għall-mudelli ta' negozju diġitali l-ġodda. Jenħtieġ li tiġi żgurata koerenza mal-Qafas Inklużiv tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS), biex jiġi garantit li ma jkun hemm l-ebda devjazzjoni mill-istandards internazzjonali u biex tiġi evitata kumplessità mmultiplikata.

__________________

__________________

6 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018) 147 final).

6 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018) 147 final).

7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018) 1650 final).

7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018) 1650 final).

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sakemm issir dik l-azzjoni, li jaf iddum ma tiġi adottata u implimentata, l-Istati Membri jinsabu taħt pressjoni biex jaġixxu fir-rigward tal-kwistjoni, minħabba r-riskju li l-bażijiet tat-taxxa korporattiva tagħhom jitnaqqru b'mod sinifikanti tul iż-żmien. In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-miżuri meħudin mill-Istati Membri b'mod individwali joħloq ir-riskju ta' aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku u distorsjoni tal-kompetizzjoni, sitwazzjoni li xxekkel l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali ġodda kif ukoll il-kompetittività tal-Unjoni kollha. Għalhekk jeħtieġ li jiġi adottat approċċ armonizzat fuq soluzzjoni temporanja li tindirizza din il-kwistjoni b'mod immirat, sakemm tidħol fis-seħħ soluzzjoni komprensiva.

(6)  Sakemm issir dik l-azzjoni, li jaf iddum ma tiġi adottata u implimentata, l-Istati Membri jinsabu taħt pressjoni biex jaġixxu fir-rigward tal-kwistjoni, minħabba r-riskju li l-bażijiet tat-taxxa korporattiva tagħhom jitnaqqru b'mod sinifikanti tul iż-żmien. In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-miżuri meħudin mill-Istati Membri b'mod individwali joħloq ir-riskju ta' aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku u distorsjoni tal-kompetizzjoni, sitwazzjoni li xxekkel l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali ġodda kif ukoll il-kompetittività tal-Unjoni kollha. Għalhekk jeħtieġ li jiġi adottat approċċ armonizzat fuq soluzzjoni temporanja li tindirizza din il-kwistjoni b'mod immirat, sakemm tidħol fis-seħħ soluzzjoni komprensiva. Is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tiġi temporanjament ristretta sabiex jiġi evitat li din issir permanenti b'mod mhux intenzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi introdotta klawsola ta' estinzjoni li twassal biex din id-Direttiva tiskadi awtomatikament meta tinstab soluzzjoni komprensiva, preferibbilment fuq livell internazzjonali. Sal-31 ta' Diċembru 2020, jekk ma tkun ġiet miftiehma l-ebda soluzzjoni komprensiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra proposta bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan huwa essenzjali biex jintlaħaq ftehim mingħajr dewmien sabiex tiġi evitata l-multiplikazzjoni ta' taxxi diġitali nazzjonali unilaterali mill-Istati Membri.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dik is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tistabbilixxi s-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali ("TSD") fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali minn ċerti entitajiet. Jenħtieġ li tkun miżura li faċli timplimentaha, li timmira lejn id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali fejn l-utenti jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Dan il-fattur (il-ħolqien tal-valur mill-utenti) jirfed ukoll l-azzjoni fir-rigward tar-regoli tat-taxxa korporattiva, kif deskritt fil-premessa (5).

(7)  Dik is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tistabbilixxi s-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali ("TSD") fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali, inkluż kontenut diġitali minn ċerti entitajiet. Jenħtieġ li tkun miżura li faċli timplimentaha, li timmira lejn id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali fejn l-utenti u l-assi intanġibbli jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Dan il-fattur (il-ħolqien tal-valur mill-utenti u d-dipendenza fuq assi intanġibbli) jirfed ukoll l-azzjoni fir-rigward tar-regoli tat-taxxa korporattiva, kif deskritt fil-premessa (5).

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali biss. Jenħtieġ li s-servizzi diġitali jkunu dawk li jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti, fejn tipikament ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu intaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti. Huwa d-dħul miksub mill-ipproċessar tal-input mill-utenti li jenħtieġ li jiġi intaxxat, mhux il-parteċipazzjoni tal-utent innifisha.

(9)  Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali li jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti u fuq il-kapaċità tagħhom li jwasslu servizzi mingħajr l-ebda preżenza fiżika jew bi preżenza fiżika limitata ħafna. F'dawn il-każijiet, tipikament ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu ntaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  B'mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista tas-servizzi li ġejjin: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta' reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta' interfaċċi diġitali b'diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta' oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta' "intermedjazzjoni"); u (iii) it-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti u li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta' tali servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.

(10)  B'mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista ta' dan li ġej: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta' reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta' interfaċċi diġitali b'diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta' oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta' "intermedjazzjoni"); (iii)l-ipproċessar, it-trażmissjoni u l-bejgħ ta' dejta miġbura dwar l-utenti u li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali; u (iv) il-provvista ta' kontenut diġitali bħal vidjo, awdjo, logħob jew test. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta' tali kontenut, oġġetti u servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għal każijiet li jinvolvu interfaċċi diġitali b'diversi naħat li jiffaċilitaw il-provvista sottostanti ta' oġġetti jew ta' servizzi direttament bejn l-utenti tal-interfaċċa, it-tranżazzjonijiet sottostanti u d-dħul miksub mill-utenti permezz ta' dawk it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu 'l barra mill-ambitu tat-taxxa. Id-dħul idderivat minn attivitajiet relatati mal-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti jew ta' servizzi li jiġi miftiehem onlajn permezz tas-sit web tal-fornitur ta' tali oġġetti jew servizzi, u fejn il-fornitur ma jaġixxix bħala intermedjarju, jenħtieġ li jibqa' wkoll 'il barra mill-ambitu tat-TSD, billi l-ħolqien tal-valur għall-bejjiegħ bl-imnut jinsab fl-oġġetti jew fis-servizzi pprovduti filwaqt li l-interfaċċa diġitali tintuża sempliċement bħala mezz ta' komunikazzjoni. Jekk fornitur ikunx qed ibigħ oġġetti jew servizzi onlajn fuq il-kont tiegħu stess, jew jekk ikunx qiegħed jipprovdi servizzi ta' intermedjazzjoni, jista' jiġi ddeterminat billi titqies is-sustanza ġuridika u ekonomika ta' tranżazzjoni, kif riflessa fl-arranġamenti bejn il-partijiet rilevanti. Pereżempju, fornitur ta' interfaċċa diġitali fejn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni oġġetti ta' parti terza jista' jitqies li qiegħed jipprovdi servizz ta' intermedjazzjoni (fi kliem ieħor, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali b'diversi naħat) fejn ma jkun qed jittieħed ebda riskju sinifikanti għall-inventarju, jew fejn tkun il-parti terzi li effettivament tistabbilixxi l-prezz ta' tali oġġetti.

(13)  Għal każijiet li jinvolvu interfaċċi diġitali b'diversi naħat li jiffaċilitaw il-provvista sottostanti ta' oġġetti jew ta' servizzi direttament bejn l-utenti tal-interfaċċa, it-tranżazzjonijiet sottostanti u d-dħul miksub mill-utenti permezz ta' dawk it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu 'l barra mill-ambitu tat-taxxa. Id-dħul idderivat minn attivitajiet relatati mal-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti jew ta' servizzi li jiġi miftiehem onlajn permezz tas-sit web tal-fornitur ta' tali oġġetti jew servizzi, u fejn il-fornitur ma jaġixxix bħala intermedjarju, jenħtieġ li jibqa' wkoll 'il barra mill-ambitu tat-TSD. Madankollu, minħabba li huwa possibbli li d-dejta tal-utent tiġi pproċessata permezz ta' interfaċċa diġitali u b'hekk jinħoloq valur ulterjuri mit-tranżazzjoni , u minħabba li n-nuqqas ta' preżenza fiżika jista' joħloq opportunità għal ippjanar aggressiv tat-taxxa, jenħtieġ li t-tkabbir tal-ambitu ta' dawk is-servizzi jiġi kkunsidrat matul ir-rieżami ta' din id-Direttiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Is-servizzi li jikkonsistu fil-provvista ta' kontenut diġitali minn entità permezz ta' interfaċċa diġitali jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tat-taxxa, irrispettivament jekk il-kontenut diġitali jkunx proprjetà ta' dik l-entità jew jekk l-entità tkunx kisbet id-drittijiet biex ixxerrdu. Anki jekk xi tip ta' interazzjoni bejn ir-riċevituri ta' tali kontenut diġitali tista' tkun permessa, u għaldaqstant il-fornitur ta' tali servizzi jista' jitqies li qiegħed jagħmel disponibbli interfaċċa diġitali b'diversi naħat, huwa inqas ċar li l-utent jaqdi rwol ċentrali fil-ħolqien tal-valur għall-kumpanija li tipprovdi l-kontenut diġitali. Minflok, l-enfasi mill-perspettiva tal-ħolqien tal-valur tinsab fuq il-kontenut diġitali nnifsu li jiġi pprovdut mill-entità. Għaldaqstant, id-dħul miksub minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' 'l barra mill-ambitu tat-taxxa.

(14)  Is-servizzi li jikkonsistu fil-provvista ta' kontenut diġitali minn entità permezz ta' interfaċċa diġitali jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tat-taxxa, irrispettivament minn jekk il-kontenut diġitali jkunx proprjetà ta' dik l-entità jew jekk l-entità tkunx kisbet id-drittijiet biex ixxerrdu. Id-dħul miksub minn tali provvisti jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fi żmien [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-kontenut diġitali jiġi ddefinit biex ifisser id-dejta pprovduta f'forma diġitali, bħal programmi informatiċi, applikazzjonijiet, logħob, mużika, vidjo jew test, irrispettivament jekk jiġux aċċessati bi tniżżil jew bl-istreaming, u minbarra d-dejta rrappreżentata mill-interfaċċa diġitali nnifisha. L-għan huwa li jiġu koperti l-forom differenti li jista' jieħu l-kontenut diġitali meta jinkiseb minn utent, u dan ma jolqotx il-fatt li l-għan uniku jew ewlieni mill-perspettiva tal-utent ikun il-kisba tal-kontenut diġitali.

(15)  Jenħtieġ li l-kontenut diġitali jiġi ddefinit biex ifisser id-dejta pprovduta f'forma diġitali, bħal programmi informatiċi, applikazzjonijiet, logħob, mużika, vidjo jew test, irrispettivament jekk jiġux aċċessati bi tniżżil jew bl-istreaming, u minbarra d-dejta rrappreżentata mill-interfaċċa diġitali nnifisha.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-kumpaniji diġitali għandhom it-tendenza li jinvestu inqas fil-bini u fil-makkinarju mill-kumpaniji regolari.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn is-servizz deskritt fil-premessa (14) u servizz li jikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali b'diversi naħat li permezz tagħha l-utenti jistgħu jtellgħu u jaqsmu kontenut diġitali ma' utenti oħra, jew mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa li tiffaċilita l-provvista sottostanti ta' kontenut diġitali direttament bejn l-utenti. Dawn l-aħħar servizzi jikkostitwixxu servizz ta' intermedjazzjoni, u għalhekk jenħtieġ li jaqgħu fl-ambitu tat-TSD, irrispettivament min-natura tat-tranżazzjoni sottostanti.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Is-servizzi taxxabbli li jikkonsistu fit-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti jenħtieġ li jkopru biss id-dejta li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' tali utenti f'interfaċċi diġitali, iżda mhux id-dejta li tkun ġiet iġġenerata minn sensuri jew b'mezzi oħra u li tkun inġabret b'mod diġitali. Dan għaliex is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tat-TSD jenħtieġ li jkunu dawk li jużaw l-interfaċċi diġitali bħala mod kif joħolqu l-input mill-utenti li jimmonetizzaw, pjuttost milli dawk is-servizzi li jużaw l-interfaċċi biss bħala mod kif jittrażmettu d-dejta li tkun ġiet iġġenerata mod ieħor. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-TSD ma tkunx taxxa fuq il-ġbir tad-dejta, lanqas fuq l-użu tad-dejta miġbura minn negozju għall-iskopijiet interni tiegħu, u lanqas fuq il-qsim tad-dejta miġbura minn negozju ma' partijiet oħra b'xejn. Jenħtieġ li t-TSD timmira lejn il-ġenerazzjoni ta' dħul mit-trażmissjoni tad-dejta miksuba minn attività speċifika ħafna (l-attivitajiet tal-utenti fuq l-interfaċċi diġitali).

(17)  Is-servizzi taxxabbli li jikkonsistu fl-ipproċessar, fit-trażmissjoni jew fil-bejgħ ta' dejta miġbura dwar l-utenti jenħtieġ li jkopru d-dejta li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' tali utenti f'interfaċċi diġitali. Dawn is-servizzi taxxabbli jenħtieġ li jkunu dawk li jużaw l-interfaċċi diġitali bħala mod kif joħolqu l-input mill-utenti li jimmonetizzaw. It-TSD mhijiex taxxa fuq il-ġbir tad-dejta bħala tali. Jenħtieġ li t-TSD timmira lejn il-ġenerazzjoni ta' dħul mill-ipproċessar, mill-bejgħ jew mit-trażmissjoni lil parti terza ta' din id-dejta miksuba minn attività speċifika ħafna (l-attivitajiet tal-utenti fuq l-interfaċċi diġitali).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ li ċerti entitajiet biss jikkwalifikaw bħala persuni taxxabbli għall-finijiet tat-TSD, irrispettivament jekk ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li entità tikkwalifika bħala persuna taxxabbli biss jekk tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ammont totali ta' dħul madwar id-dinja, irrappurtat mill-entità għall-aħħar sena finanzjarja kompluta li għaliha hemm dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli, jaqbeż is-EUR 750 000 000; u (ii) l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja jaqbeż il-EUR 50 000 000.

(22)  Jenħtieġ li ċerti entitajiet biss jikkwalifikaw bħala persuni taxxabbli għall-finijiet tat-TSD, irrispettivament jekk ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li entità tikkwalifika bħala persuna taxxabbli biss jekk tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ammont totali ta' dħul madwar id-dinja, irrappurtat mill-entità għall-aħħar sena finanzjarja kompluta li għaliha hemm dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli, jaqbeż is-EUR 750 000 000; u (ii) l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja jaqbeż il-EUR 40 000 000.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jenħtieġ li l-ewwel livell limitu (id-dħul totali annwali madwar id-dinja) jillimita l-applikazzjoni tat-TSD lill-kumpaniji ta' ċerta skala, jiġifieri dawk l-iktar kapaċi li jipprovdu dawk is-servizzi diġitali li għalihom il-kontribut tal-utenti jiżvolġi rwol fundamentali, u li jiddependu bil-qawwi fuq netwerks estensivi ta' utenti, fuq traffiku kbir ta' utenti, u fuq l-isfruttament ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Tali mudelli ta' negozju, li jiddependu fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti għall-ksib tad-dħul u li huma vijabbli biss jekk jitwettqu minn kumpaniji ta' ċertu daqs, huma dawk responsabbli għad-differenza kbira bejn il-post fejn jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur. Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar huma l-iktar li jkollhom l-opportunità li jwettqu ppjanar aggressiv tat-taxxa. Huwa għalhekk li ġie propost l-istess livell limitu f'inizjattivi oħra tal-Unjoni9. Tali livell limitu huwa maħsub biex jagħti ċertezza tad-dritt, billi jkun jiffaċilita u jraħħas, għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-determinazzjoni jekk entità jkollhiex l-obbligu tat-TSD. Dan il-livell limitu jeskludi wkoll lill-impriżi ż-żgħar u lill-istartups, billi l-piż tal-konformità mat-taxxa l-ġdida x'aktarx ikollu effett sproporzjonat fuqhom.

(23)  Jenħtieġ li l-ewwel livell limitu (id-dħul totali annwali madwar id-dinja) jillimita l-applikazzjoni tat-TSD lill-kumpaniji ta' ċerta skala, jiġifieri dawk l-iktar kapaċi li jipprovdu dawk is-servizzi diġitali, li jiddependu ħafna fuq assi mobbli intanġibbli u/jew diġitali, li għalihom il-kontribut tal-utenti jiżvolġi rwol fundamentali, u li jiddependu bil-qawwi fuq netwerks estensivi ta' utenti, fuq traffiku kbir ta' utenti, u fuq l-isfruttament ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Tali mudelli ta' negozju, li jiddependu fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti għall-ksib tad-dħul u li huma vijabbli biss jekk jitwettqu minn kumpaniji ta' ċertu daqs, huma dawk responsabbli għad-differenza kbira bejn il-post fejn jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur. Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar huma l-iktar li jkollhom l-opportunità li jwettqu ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-livell limitu huwa wkoll maħsub biex jagħti ċertezza tad-dritt, billi jkun jiffaċilita u jraħħas, għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-determinazzjoni jekk entità jkollhiex l-obbligu tat-TSD. Dan il-livell limitu jeskludi wkoll lill-impriżi ż-żgħar, u lill-istartups, billi l-piż tal-konformità mat-taxxa l-ġdida x'aktarx ikollu effett sproporzjonat fuqhom.

__________________

 

9 Ara l-Artikolu 2 tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016) 683 final).

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Sabiex jittaffew każijiet possibbli ta' tassazzjoni doppja fejn l-istess dħul ikun soġġett għat-taxxa korporattiva u għat-TSD, huwa mistenni li l-Istati Membri jippermettu lin-negozji jnaqqsu t-TSD imħallsa bħala kost mill-bażi tat-taxxa korporattiva fit-territorju tagħhom, irrispettivament jekk iż-żewġ taxxi jitħallsux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti.

(27)  Sabiex jittaffew każijiet possibbli ta' tassazzjoni doppja fejn l-istess dħul ikun soġġett għat-taxxa korporattiva u għat-TSD, se jkollha tinstab soluzzjoni komuni wiesgħa futura għall-Unjoni kollha biex in-negozji jitħallew inaqqsu t-TSD imħallsa bħala kost mill-bażi tat-taxxa korporattiva fit-territorju tagħhom, irrispettivament jekk iż-żewġ taxxi jitħallsux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Fejn l-utenti fir-rigward ta' servizz taxxabbli partikulari jinsabu fi Stati Membri jew f'ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni differenti, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli rilevanti miksub minn dak is-servizz jiġi allokat lil kull Stat Membru b'mod proporzjonali abbażi ta' ċerti kjavi ta' kontribuzzjoni speċifiċi. Jenħtieġ li tali kjavi jiġu stabbiliti skont in-natura ta' kull servizz taxxabbli u l-elementi distintivi li jiskattaw it-twassil ta' dħul għall-fornituri ta' tali servizz.

(29)  Fejn l-utenti fir-rigward ta' servizz taxxabbli partikulari jinsabu fi Stati Membri jew f'ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni differenti, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli rilevanti miksub minn dak is-servizz jiġi allokat lil kull Stat Membru b'mod proporzjonali abbażi ta' ċerti kjavi ta' kontribuzzjoni speċifiċi. Jenħtieġ li tali kjavi jiġu stabbiliti skont in-natura ta' kull servizz taxxabbli u l-elementi distintivi li jiskattaw it-twassil ta' dħul għall-fornituri ta' tali servizz. Meta l-kjavi ta' kontribuzzjoni tirriżulta fi tqassim żbilanċjat li ma jirriflettix l-attività ekonomika reali, mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jirrimedja tali sitwazzjoni. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-istabbiliment possibbli ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim sabiex tiżgura r-riżoluzzjoni xierqa tat-tilwim meta jkunu involuti Stati Membri differenti.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Fil-każ ta' servizz taxxabbli li jikkonsisti fit-tqegħid ta' reklamar fuq interfaċċa diġitali, l-għadd ta' drabi li reklam ikun deher fuq l-apparati tal-utenti f'perjodu tat-taxxa fi Stat Membru jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-proporzjon tad-dħul taxxabbli li jrid jiġi allokat lil dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa.

(30)  Fil-każ ta' servizz taxxabbli li jikkonsisti fit-tqegħid ta' reklamar jew il-forniment ta' kontenut fuq interfaċċa diġitali, jew l-għadd ta' drabi li reklam jew kontenut diġitali jkun deher fuq l-apparati tal-utenti f'perjodu tat-taxxa fi Stat Membru jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-proporzjon tad-dħul taxxabbli li jrid jiġi allokat lil dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Fir-rigward tal-bejgħ ta' oġġetti jew servizzi b'kuntratt fuq pjattaformi ta' kummerċ elettroniku, l-allokazzjoni tad-dħul taxxabbli f'perjodu ta' taxxa lil Stat Membru jenħtieġ li ssir abbażi tad-dħul f'dak il-perjodu ta' taxxa. Id-drittijiet tal-intaxxar fuq id-dħul ta' negozju li jikkontratta l-bejgħ ta' oġġetti u servizzi onlajn jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-oġġetti jew is-servizzi jiġu kkonsenjati lix-xerrej.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Fejn tidħol it-trażmissjoni tad-dejta miġbura dwar l-utenti, l-allokazzjoni tad-dħul taxxabbli fi Stat Membru f'perjodu tat-taxxa jenħtieġ li tqis l-għadd ta' utenti li minnhom tkun ġiet iġġenerata dejta trażmessa f'dak il-perjodu tat-taxxa, b'riżultat tal-użu ta' apparat minn tali utenti f'dak l-Istat Membru.

(32)  Fejn jidħlu l-ipproċessar, il-bejgħ jew it-trażmissjoni tad-dejta miġbura dwar l-utenti, l-allokazzjoni tad-dħul taxxabbli fi Stat Membru f'perjodu tat-taxxa jenħtieġ li tqis l-għadd ta' utenti li minnhom tkun ġiet iġġenerata dejta sfruttata, mibjugħa jew trażmessa f'dak il-perjodu tat-taxxa, b'riżultat tal-użu ta' apparat minn tali utenti f'dak l-Istat Membru.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Kull ipproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, inkluż dak li jkun meħtieġ b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew b'mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li jitqies il-bżonn li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa għall-konformità mar-regoli marbutin mal-legalità u mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, l-għoti ta' informazzjoni u d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.

(34)  Kull ipproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, inkluż dak li jkun meħtieġ b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew b'mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni, mingħajr ma tiġi permessa l-identifikazzjoni tal-utenti. L-awtorità tat-taxxa tal-Istati Membri jenħtieġ li tiġi informata dwar il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-post tal-utenti. B'mod partikulari, jenħtieġ li jitqies il-bżonn li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa għall-konformità mar-regoli marbutin mal-legalità u mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, speċjalment mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, l-għoti ta' informazzjoni u d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.

_________________

_________________

10 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

10 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun ugwali għad-dħul gross totali miksub minn persuna taxxabbli, nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra simili. Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jiġi rrikonoxxut bħala miksub minn persuna taxxabbli fil-mument li jsir dovut, irrispettivament jekk ikunx diġà tħallas sa dak il-mument. Jenħtieġ li t-TSD tkun imponibbli fi Stat Membru fuq il-proporzjon tad-dħul taxxabbli miksub minn persuna taxxabbli f'perjodu tat-taxxa li jiġi jitqies bħala miksub f'dak l-Istat Membru, u jenħtieġ li tiġi kkalkolata billi tiġi applikata r-rata tat-TSD lil dak il-proporzjon. Jenħtieġ li jkun hemm rata unika tat-TSD fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-Suq Uniku. Ir-rata tat-TSD jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 3 %, li tippermetti li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn id-dħul iġġenerat mit-taxxa u l-kunsiderazzjoni tal-impatti differenti tat-TSD fuq negozji b'marġnijiet tal-profitt differenti.

(35)  Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun ugwali għad-dħul gross totali miksub minn persuna taxxabbli, nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra simili. Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jiġi rrikonoxxut bħala miksub minn persuna taxxabbli fil-mument li jsir dovut, irrispettivament jekk ikunx diġà tħallas sa dak il-mument. Jenħtieġ li t-TSD tkun imponibbli fi Stat Membru fuq il-proporzjon tad-dħul taxxabbli miksub minn persuna taxxabbli f'perjodu tat-taxxa li jiġi jitqies bħala miksub f'dak l-Istat Membru, u jenħtieġ li tiġi kkalkolata billi tiġi applikata r-rata tat-TSD lil dak il-proporzjon. Jenħtieġ li jkun hemm rata unika tat-TSD fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-Suq Uniku. Ir-rata tat-TSD stabbilita għal 3 %, hija maħsuba biex jintlaħaq bilanċ xieraq bejn id-dħul iġġenerat mit-taxxa u l-kunsiderazzjoni tal-impatti differenti tat-TSD fuq negozji b'marġnijiet tal-profitt differenti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)  Rata unika tat-TSD fil-livell tal-Unjoni tikkostitwixxi l-ewwel pass lejn armonizzazzjoni ulterjuri tat-tassazzjoni korporattiva fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u tiġi eliminata l-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa u l-ġirja lejn l-iktar livell baxx li tirriżulta fir-rigward tal-livelli tat-tassazzjoni korporattiva, jenħtieġ li fil-futur qarib tiġi introdotta wkoll rata tat-taxxa korporattiva effettiva minima fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jistabbilixxu obbligi ta' kontabbiltà, ta' żamma tar-rekords u oħrajn bil-għan li jiżguraw li t-TSD dovuta effettivament titħallas, kif ukoll miżuri oħra għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tat-taxxa.

(37)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jistabbilixxu obbligi ta' kontabbiltà, ta' żamma tar-rekords u oħrajn bil-għan li jiżguraw li t-TSD dovuta effettivament titħallas, kif ukoll miżuri oħra, inklużi penali u sanzjonijiet, għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tat-taxxa.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)  It-taxxa totali fuq is-servizzi diġitali mħallsa minn persuna taxxabbli għal kull Stat Membru jenħtieġ li tkun parti mis-sistema tar-rapportar għal kull pajjiż.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  F'każ li persuna taxxabbli jkollha obbligu ta' TSD f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni jenħtieġ li tawditja, kull tliet snin, id-dikjarazzjoni tat-TSD ippreżentata lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)  It-TSD hija miżura temporanja li qed tistenna soluzzjoni permanenti, u jenħtieġ li ma tittardja bl-ebda mod id-dħul fis-seħħ ta' soluzzjoni permanenti. Din id-Direttiva jenħtieġ li tiskadi mal-adozzjoni, skont liema tiġi l-ewwel, tad-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli relatati mat-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti, jew id-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, inkluż l-istabbiliment diġitali permanenti kif propost fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva rispettivament, jew direttiva li timplimenta ftehim politiku milħuq f'forum internazzjonali bħall-OECD jew in-NU.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-ħlas tat-TSD minn entitajiet, il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz u l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għall-ġbir u l-ħlas tat-taxxa.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 40c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40c)  Sentejn wara...[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti għar-rieżami tagħha skont il-prinċipji tat-tassazzjoni ġusta tas-settur diġitali.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma l-protezzjoni tal-integrità tas-Suq Uniku, l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tiegħu, u l-evitar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Peress li dawn l-għanijiet, fid-dawl tan-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

(41)  L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma l-protezzjoni tal-integrità tas-Suq Uniku, l-iżgurar tal-funzjonament ġust u tajjeb tiegħu, u l-evitar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Peress li dawn l-għanijiet, fid-dawl tan-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  "ipproċessar ta' dejta" tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq dejta personali jew fuq settijiet ta' dejta personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  it-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali.

(c)  l-ipproċessar, it-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti ta' kontenut fuq interfaċċa diġitali bħal vidjo, awdjo, logħob jew test bl-użu ta' interfaċċa diġitali;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali fejn l-għan uniku jew ewlieni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-interfaċċa jkun li l-entità li tagħmilha disponibbli tkun tista' tipprovdi kontenut diġitali lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' pagament lill-utenti;

(a)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali fejn l-għan uniku jew ewlieni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-interfaċċa jkun li l-entità li tagħmilha disponibbli tkun tista' tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' pagament lill-utenti, dment li ma jiġi ġġenerat l-ebda dħul ieħor bis-saħħa tal-ipproċessar, it-trażmissjoni jew il-bejgħ tad-dejta tal-utenti;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja rilevanti jaqbeż il-EUR 50 000 000.

(b)  l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja rilevanti jaqbeż il-EUR 40 000 000.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jikber il-kamp ta' applikazzjoni tat-TSD, il-livell limitu tad-dħul taxxabbli jenħtieġ li jitnaqqas għal EUR 25 000 000.

Sabiex jiġu protetti l-kumpaniji ż-żgħar u l-istartups meta mqabbla ma' kumpaniji akbar, ir-rata tat-TSD jenħtieġ li tkun ta' 3 % għad-dħul bejn EUR 25 000 000 u EUR 100 000 000 u ta' 5 % għad-dħul li jaqbeż il-EUR 100 000.

Sabiex jiġi evitat effett qawwi ta' preċipizju u biex jiġu protetti l-kumpaniji ż-żgħar u l-istartups, kull kumpanija fil-kamp ta' applikazzjoni jenħtieġ li tirċievi konċessjoni tat-taxxa annwali ta' EUR 750 000.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  fil-każ ta' servizz skont l-Artikolu 3(1)(ca), il-kontenut diġitali inkwistjoni jidher fuq l-apparat tal-utent f'mument meta l-apparat ikun qiegħed jintuża f'dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa biex jaċċessa interfaċċa diġitali;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-dejta li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal dejta li tindika l-Istat Membru fejn jinsabu l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk l-utenti.

6.  Id-dejta li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal dejta li tindika l-Istat Membru fejn jinsabu l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk l-utenti. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD għandu jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż l-ipproċessar li jista' jkun neċessarju b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet (IP) jew mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim iżidx aktar l-effikaċja u l-effiċjenza tas-soluzzjoni għal nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun xieraq, tinkludi proposta leġiżlattiva.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata tat-TSD għandha tkun 3 %.

Ir-rata tat-TSD għandha tkun stabbilita għal 3 %.

Ġustifikazzjoni

The objective of the DST is to close the gap between corporate taxation on digital firms and traditional firms and create a level playing field between them. When setting the rate for this revenue based tax, we therefore should assess the implied profit tax rate. Therefore we need to do two things; set the target rate and a realistic estimate of the profit margins. In its staff working document the European Commission claims that large multinational groups with a digital business model, using tax aggressive tax planning, are not paying any corporate income taxes. The average corporate income tax rate in the EU is 21.3% in 2018, which should therefore be the target for the implied rate of profits of the EU-wide DST. When it comes to the profit margin it is clear from the data available for public traded companies that large multinational groups with a digital business model tend to have a high profit margin. For example Google and Facebook, have a profit margin of up to 40%. When setting the rate rate of the DST, the assumed profit margin of 15% taken by the European Commission is too conservative. An assumed profit margin of 25% for large digital firms is more in line with reality. When applying these two metrics to the DST, we arrive to a rate of 5% on digital turnover in order to tax the implied profits with a 20% tax rate. (5/25 = 20% )

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jkun japplika l-punt (b) ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tawditja, kull tliet snin, id-dikjarazzjoni tat-TSD ippreżentata lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Madankollu, jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont l-Artikolu 10(3)(b), il-persuna taxxabbli għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10.

2.  Madankollu, jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont l-Artikolu 10(3)(b), il-persuna taxxabbli għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2a.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(3), il-persuna taxxabbli tista' tiddeċiedi li żżomm l-Istat Membru tal-identifikazzjoni li tkun għażlet inizjalment, peress li dik il-persuna taxxabbli jista' jerġa' jkollha l-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membri fil-perjodu tat-taxxa li jkun imiss. Jekk il-persuna taxxabbli ma jkollhiex l-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru għal aktar minn żewġ perjodi tat-taxxa konsekuttivi, din għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni fi żmien tliet snin mid-data li fiha kien meħtieġ li titressaq id-dikjarazzjoni inizjali. L-emendi li jsiru wara tali perjodu għandhom ikunu rregolati mir-regoli u mill-proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru fejn it-TSD tkun dovuta.

2.  L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni fi żmien sentejn mid-data li fiha kien meħtieġ li titressaq id-dikjarazzjoni inizjali. L-emendi li jsiru wara tali perjodu għandhom ikunu rregolati mir-regoli u mill-proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru fejn it-TSD tkun dovuta.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa fir-rigward tat-TSD.

3.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri, inklużi penali u sanzjonijiet, biex jipprevjenu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa fir-rigward tat-TSD.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta leġiżlattiva biex tiġi inkluża fid-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tal-iżvelar ta' informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti impriżi u fergħat, li tipprevedi l-ammont totali tat-taxxa fuq is-servizzi diġitali mħallas minn persuna taxxabbli lill-Istati Membri differenti li għandu jiżdied mal-lista tal-istandards tar-rapportar obbligatorju għal kull pajjiż.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U SKAMBJU OBBLIGATORJU TA' INFORMAZZJONI

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu -20 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -20

 

Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni

 

Sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jivvalutaw it-taxxa dovuta kif xieraq u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa u unformi ta' din id-Direttiva, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mat-taxxa għandu jkun awtomatiku u obbligatorju, kif stipulat bid-direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE. L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji xierqa għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal tal-amministrazzjoni tat-taxxa b'attenzjoni partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni tat-taxxa transfruntiera u l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24a

 

Rapport u rieżami

 

Sentejn wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti għar-rieżami tagħha skont il-prinċipji tat-tassazzjoni ġusta tas-settur diġitali.

 

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:

 

(a)  iż-żieda fir-rata tat-TSD minn 3 % għal 5 % flimkien ma' benefiċċju tat-taxxa korrispondenti sabiex tiġi limitata d-differenza fir-rati tat-taxxa effettivi bejn il-kumpaniji tradizzjonali u dawk diġitali;

 

(b)  il-kamp ta' applikazzjoni tat-TSD, inkluża żieda f'tali l-ambitu biex jiġi inkluż il-bejgħ ta' oġġetti jew servizzi li jiġu kkuntrattati onlajn permezz ta' interfaċċi diġitali;

 

(c)  l-ammont ta' taxxa mħallsa f'kull Stat Membru;

 

(d)  it-tip ta' attivitajiet diġitali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

 

(e)  il-prattiki potenzjali tal-ippjanar tat-taxxa li ġew applikati mill-entitajiet biex jevitaw li jħallsu t-TSD.

 

(f)  il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz, il-kooperazzjoni ma' Stati Membri; u

 

(g)  l-impatt globali fuq is-suq intern b'kont meħud tad-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 24b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24b

 

Obbligi tar-rapportar

 

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni ċifri u informazzjoni rilevanti dwar il-ħlas tat-TSD minn entitajiet, il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz u l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għall-ġbir u l-ħlas tat-taxxa.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25a

 

Klawżola ta' estinzjoni kondizzjonali fuq miżuri permanenti

 

It-TSD hija miżura temporanja li qed tistenna soluzzjoni permanenti; għalhekk, din id-Direttiva għandha tiskadi mal-adozzjoni, skont liema tiġi l-ewwel, ta':

 

(a)  id-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli relatati mat-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti;

 

(b)  id-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, inkluż l-istabbiliment diġitali permanenti kif propost fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva rispettivament; jew

 

(c)  Direttiva li timplimenta l-ftehim politiku milħuq f'fora internazzjonali bħall-OECD jew in-NU.


NOTA SPJEGATTIVA

Is-sistemi għat-taxxa korporattiva attwali mfassla għan-negozji tradizzjonali, bi preżenza fiżika identifikabbli b'mod ċar, mhumiex adatti għar-realtà tal-ekonomija tas-seklu 21. L-iżvilupp rapidu ta' mudelli ta' negozju diġitali ġodda bbażati fuq il-parteċipazzjoni tal-utenti u assi intanġibbli ħoloq kundizzjonijiet mhux ekwi fir-rigward tan-negozji tradizzjonali. Dawn in-negozji diġitali jużaw in-nuqqas ta' preżenza fiżika fl-Istati Membri biex jittrasferixxu l-profitti u għandhom it-tendenza li jħallsu biss frazzjoni tat-taxxi korporattivi li jħallsu l-kompetituri tagħhom. Dan huwa inġust u jmur kontra l-prinċipji Ewropej ta' kompetizzjoni ġusta.

Fin-nuqqas ta' ftehim internazzjonali dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali, huwa importanti ħafna li jiġu introdotti regoli ġodda rigward it-tassazzjoni tal-mudelli tan-negozju diġitali li joperaw fis-Suq Uniku tal-Unjoni, biex tiġi żgurata kontribuzzjoni tat-taxxa ġusta għall-ekonomiji Ewropej mill-kumpaniji kollha u jiġi evitat li l-Istati Membri jkollhom jieħdu miżuri unilaterali. Għalkemm ir-rapporteur jemmen li t-tassazzjoni tal-attivitajiet diġitali għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjoni ta' stabbiliment virtwali permanenti kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-rapporti tiegħu dwar il-Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u l-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva ta' Marzu 2018, huwa jaqbel li hemm bżonn ta' miżura temporanja.

Essenzjalment, ir-rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-kunċett li din it-taxxa għandha tkun limitata għall-kumpaniji li jaqbżu EUR 750 miljun ta' dħul totali madwar id-dinja sabiex jiġi limitat impatt negattiv fuq l-iżvilupp ta' kumpaniji żgħar, negozji ġodda u negozji li qed jespandu fis-settur diġitali.

Ir-rapporteur jipproponi għadd ta' emendi mmirati sabiex titjieb il-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari:

•  Il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi permezz ta' żieda fir-rata ta' taxxa TSD minn 3 % għal 5 %. Hekk kif il-Kummissjoni għamlitha ċara fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tagħha, il-kumpaniji tradizzjonali domestiċi jħallsu rata tat-taxxa medja effettiva ta' 20,9 % filwaqt li l-gruppi multinazzjonali diġitali involuti fl-ippjanar tat-taxxa għandhom rata tat-taxxa medja negattiva ta' -2,3 %. Il-Kummissjoni bbażat ir-rata proposta tagħha fuq id-dħul diġitali fuq l-idea ta' taxxa implikata tal-profitti. Meta jkun qed jiġi segwit l-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi, ir-rata għandha tagħlaq dan id-distakk fit-tassazzjoni bejn id-ditti tradizzjonali u dawk diġitali. Il-livell ta' taxxi korporattivi implikati għandu għalhekk jiġi stabbilit fil-livell ta' 20 % li jħallsu l-azjendi tradizzjonali, minflok it-13 % indikati fil-proposta. Barra minn hekk, qed tiġi preżunta profittabbiltà baxxa tal-mudelli ta' negozju diġitali ta' 15 %, filwaqt li jkun aktar realistiku jekk tintuża marġni ta' profitt ta' 25 %. Il-kumpanija multinazzjonali diġitali kbar bħal Facebook u Google għandhom tendenza li jkollhom marġini ta' profitt sa 40 %. It-teħid ta' dawn il-metriċi ġodda biex ir-rata ta' TSD tiġi stabbilita għal 5 % joħloq kundizzjonijiet ekwi bejn il-kumpaniji tradizzjonali u dawk diġitali, u jippermetti kontribuzzjoni tat-taxxa akbar minn settur li s'issa kien għadu ma ġiex intaxxat biżżejjed.

•  It-twessigħ tal-bażi tat-taxxa bl-inklużjoni, fl-ambitu tad-dħul taxxabbli, tal-forniment ta' kontenut diġitali bħal vidjo, awdjo jew test bl-użu ta' interfaċċa diġitali u l-bejgħ ta' oġġetti jew servizzi miftiehem onlajn permezz ta' pjattaformi ta' kummerċ elettroniku. Minħabba l-kapaċità tagħhom li jipproċessaw id-dejta tal-utent u b'hekk joħolqu valur ulterjuri mit-tranżazzjoni, minbarra l-fatt li, id-dħul tagħhom miksub onlajn huwa suxxettibbli għal ippjanar aggressiv tat-taxxa minħabba nuqqas ta' preżenza fiżika fl-Istati Membri differenti. L-inklużjoni ta' dawn il-forom ta' dħul diġitali fl-ambitu tat-TSD skont id-destinazzjoni timxi fuq l-istess linji tar-riformi tat-taxxa proposti mill-Kummissjoni fil-BKKTK.

•  Kjarifika li t-TSD għandha tapplika wkoll għall-bejgħ u t-trażmissjoni tad-dejta miksuba permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-utenti fuq interfaċċi diġitali.

•  L-introduzzjoni ta' klawżola ta' estinzjoni kondizzjonali fuq il-miżuri permanenti proposti tal-UE, fejn it-TSD għandha tiskadi bl-adozzjoni ta' proposti għal preżenza diġitali sinifikanti jew il-BKKTK, inkluża l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment diġitali permanenti.

•  Il-Kummissjoni qed tintalab teżamina mill-ġdid din id-Direttiva wara 3 snin b'mod partikolari fir-rigward tal-entitajiet koperti mit-TSD, l-ammont ta' taxxa mħallsa f'kull Stat Membru, il-limiti tat-TSD fir-rigward tad-daqs tal-entitajiet u d-dħul mis-servizzi diġitali, it-tip ta' attivitajiet diġitali u t-tipi ta' dħul taxxabbli tagħhom.

•  L-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' awditjar fejn id-dikjarazzjoni tat-TSD ippreżentata lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni tiġi awditjata kull tliet snin.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali

Referenzi

COM(2018)0148 – C8-0137/2018 – 2018/0073(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

19.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

19.4.2018

JURI

19.4.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

23.4.2018

JURI

23.4.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Paul Tang

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

9.10.2018

19.11.2018

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Peter Simon, Paul Tang, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Barbara Lochbihler, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

5.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Petr Ježek, Lieve Wierinck

ECR

Bernd Lucke

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Jarosław Wałęsa

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Philippe Lamberts, Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Molly Scott Cato

2

-

ALDE

Wolf Klinz

GUE/NGL

Miguel Viegas

2

0

ECR

Syed Kamall, Ralph Packet

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018Avviż legali