Proċedura : 2018/0045(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0431/2018

Testi mressqa :

A8-0431/2018

Dibattiti :

PV 15/04/2019 - 16
CRE 15/04/2019 - 16

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0368

RAPPORT     ***I
PDF 821kWORD 90k
6.12.2018
PE 627.812v02-00 A8-0431/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013

(COM(2018)0110 – C8-0110/2018 – 2018/0045(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Wolf Klinz

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013

(COM(2018)0110 – C8-0110/2018 – 2018/0045(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0110),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0110/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0431/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,(3)

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Approċċi regolatorji u superviżorji li jirrigwardaw id-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFs), kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), inklużi l-Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (EuVECA), kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 345/2013, il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (EuSEF), kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 346/2013 u l-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil (ELTIF), kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 2015/760, u l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), fis-sens tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), jirriżultaw fi frammentazzjoni u ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera u għall-aċċess tal-AIFs u l-UCITS, li min-naħa tagħhom jistgħu jwaqqfuhom milli jkunu kkummerċjalizzati fi Stati Membri oħrajn.

(2)  Sabiex jissaħħaħ il-qafas regolatorju applikabbli għall-impriżi ta' investiment kollettiv u biex jitħarsu aħjar l-investituri, il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni lill-investituri f'AIFs u f'UCITS jenħtieġ li jkunu identifikabbli bħala tali, u jenħtieġ li jippreżentaw rendikont iddettaljat tar-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta' unitajiet jew ishma ta' AIF jew UCITS bl-istess mod prominenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni kollha inkluża fil-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tkun ippreżentata b'mod ġust, ċar u mhux qarrieqi. Sabiex tiġi salvagwardjata l-protezzjoni tal-investituri u jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali bejn l-AIFs u l-UCITS, jenħtieġ li l-istandards għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni japplikaw b'mod ugwali għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għall-AIFS u għall-UCITS.

(2a)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-protezzjoni tal-investituri u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jippubblikaw tali informazzjoni fuq is-siti web tagħhom b'mill-inqas lingwa waħda abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, inklużi s-sommarji mhux uffiċjali tagħhom li jippermettu lill-maniġers tal-impriżi ta' investiment kollettiv jiksbu l-ewwel indikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-pubblikazzjoni jenħtieġ li tkun għal finijiet ta' informazzjoni biss u jenħtieġ li ma toħloqx obbligi legali. Għall-istess raġunijiet, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) jenħtieġ li toħloq bażi tad-data ċentrali li tinkludi iperlinks għall-informazzjoni ppubblikata fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti.

(2b)  Sabiex jiġu promossi l-prattiki tajba tal-protezzjoni tal-investituri li huma stipulati fir-rekwiżiti nazzjonali għal komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ġusti u ċari, inklużi l-aspetti online tagħhom, jenħtieġ li jkun possibbli għall-ESMA li tadotta abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

(3)  ▌L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jesiġu notifika minn qabel ta' komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għall-fini ta' verifika ex-ante tal-konformità ta' dawk il-komunikazzjonijiet ma' dan ir-Regolament u rekwiżiti applikabbli oħrajn, bħal jekk il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni humiex identifikabbli bħala tali, jekk jippreżentawx rendikont iddettaljat tar-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta' unitajiet jew ishma ta' UCITS, u fil-każijiet li fihom Stat Membru jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, ta' AIF b'mod ugwalment prominenti u jekk l-informazzjoni kollha fil-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni hijiex ippreżentata b'mod li jkun ġust, ċar u mhux qarrieqi. Dik il-verifika jenħtieġ li titwettaq f'perjodu ta' żmien limitat. Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu notifika minn qabel, dan jenħtieġ li ma jwaqqafhomx milli jivverifikaw il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ex-post.

(4)   ▌

(5)  Sabiex tkun żgurata l-ugwaljanza fit-trattament u jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-AIFMs u tal-kumpaniji ta' ġestjoni tal-UCITS dwar jekk għandhomx jinvolvu ruħhom fid-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment, huwa importanti li t-tariffi u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tal-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni transfruntiera msemmija fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE jkunu proporzjonati għall-kompiti ta' superviżjoni mwettqa u żvelati pubblikament, u li, sabiex tiżdied it-trasparenza, dawk it-tariffi u l-ħlasijiet ikunu ppubblikati fis-sit web tagħhom. Għall-istess raġuni, l-iperlinks għall-informazzjoni ppubblikata fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tariffi u l-ħlasijiet jenħtieġ li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-ESMA sabiex ikun hemm punt ċentrali għall-informazzjoni. Jenħtieġ li s-sit web tal-ESMA jinkludi wkoll għodda interattiva li tippermetti l-kalkoli indikattivi ta' dawk it-tariffi u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti.

(5a)  Sabiex jiġi żgurat irkupru aħjar tat-tariffi jew tal-ħlasijiet u sabiex jiżdiedu t-trasparenza u ċ-ċarezza tal-istruttura tat-tariffi u tal-ħlasijiet, meta tali tariffi jew ħlasijiet jiġu imposti mill-awtoritajiet kompetenti, l-AIFMs u l-kumpaniji ta' ġestjoni tal-UCITS jenħtieġ li jirċievu fattura, dikjarazzjoni ta' ħlas individwali jew istruzzjoni tal-ħlas li jistabbilixxu b'mod ċar l-ammont dovut ta' tariffi jew ħlasijiet u l-arranġamenti għall-ħlas.

(6)  Peress li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), l-ESMA jenħtieġ li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha, huwa xieraq u meħtieġ li jissaħħaħ l-għarfien tal-ESMA billi jitwessgħu l-bażijiet tad-data attwalment eżistenti sabiex jinkludu l-AIFMs u l-kumpaniji ta' ġestjoni tal-UCITS kollha, l-Istati Membri li fihom dawn ikunu qed jipprovdu servizzi u l-AIFs u l-UCITS kollha li dawk il-kumpaniji ta' ġestjoni tal-AIFMs u tal-UCITS jimmaniġġjaw u jbiegħu, kif ukoll l-Istati Membri kollha li fihom jinbiegħu dawk l-impriżi ta' investiment kollettiv. Għal dan il-għan, sabiex l-ESMA tkun tista' żżomm il-bażi tad-data ċentrali b'informazzjoni aġġornata, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu lill-ESMA informazzjoni dwar in-notifiki, ittri ta' notifika u informazzjoni li jkunu rċevew skont id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward tal-attività transfruntiera kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe bidla li jenħtieġ li tiġi riflessa fil-bażi tad-data. It-trasferimenti kollha tad-dokumenti relatati man-notifiki bejn l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jsiru permezz ta' portal ta' notifika li għandu jiġi stabbilit mill-ESMA.

(7)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn il-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif definit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, minn naħa, u AIFs oħrajn, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li f'dawk ir-Regolamenti jiġu inklużi regoli dwar il-prekummerċjalizzazzjoni identiċi għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE dwar il-prekummerċjalizzazzjoni. Dawk ir-regoli għandhom jippermettu lill-maniġers irreġistrati skont dawk ir-Regolamenti sabiex jiffukaw fuq l-investituri billi jittestjaw il-ħajra tagħhom għal opportunitajiet jew strateġiji ta' investiment futuri permezz ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

(8)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' informazzjoni dwar komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, tariffi jew ħlasijiet jew, fejn applikabbli, metodoloġiji ta' kalkolu rilevanti għal dawk it-tariffi, imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa tadotta abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' informazzjoni li tkun innotifikata fin-notifiki, l-ittri ta' notifika u l-avviżi bil-miktub dwar l-attivitajiet transfruntiera meħtieġa mid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(9)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-pubblikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u s-sommarji tagħhom dwar ir-rekwiżiti ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli fit-territorji tagħhom, il-livelli ta' tariffi jew ħlasijiet għall-attività ta' kummerċjalizzazzjoni transfruntiera imposti minnhom, u fejn applikabbli, il-metodoloġiji ta' kalkolu rilevanti. Barra minn hekk, biex titjieb it-trażmissjoni lill-ESMA, jenħtieġ li l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni jkopru wkoll in-notifiki, l-ittri ta' notifika u l-informazzjoni dwar l-attivitajiet transfruntiera li huma meħtieġa mid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/EU. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(10)  Jenħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata kull tliet xhur lill-ESMA, sabiex il-bażijiet tad-data tal-maniġers kollha u tal-impriżi kollha ta' investiment kollettiv jinżammu aġġornati.

(11)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jsir b'mod konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-ESMA jenħtieġ li jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(11a)  Sabiex l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw riżorsi suffiċjenti u s-setgħat superviżorji u investigattivi kollha meħtieġa.

(12)  Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi tas-suq u tivvaluta jekk il-miżuri introdotti tejbux id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta' investiment.

(12a)  Sabiex jiġu vvalutati l-fenomenu ta' solleċitazzjoni ta' treġġigħ lura u d-domanda fuq l-inizjattiva proprja ta' investitur, kif ukoll il-potenzjal li dawn jintużaw biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet marbuta mal-passaport, inkluż minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika rapport dwar dawn il-kwistjonijiet sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(13)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġu sinkronizzati d-dati tal-applikazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw [id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE dwar id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta' investiment kollettiv] u ta' dan ir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u l-prekummerċjalizzazzjoni.

(14)  Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-effiċjenza tas-suq u l-istabbiliment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "AIF" tfisser AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE, inklużi l-EuVECA, l-EuSEF u l-ELTIF;

(b)  "AIFM" tfisser AIFM kif awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ba)  "maniġer tal-EuVECA" tfisser maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti rreġistrat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(bb)  "maniġer tal-EuSEF" tfisser maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti rreġistrat skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(c)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2009/65/KE jew awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 2011/61/UE jew l-Artikolu 4(1)(h) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(d)  "l-Istat Membru ta' domiċilju" tfisser l-Istat Membru li fih l-AIFM jew il-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(e)  "UCITS" tfisser UCITS awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(f)  "kumpanija maniġerjali tal-UCITS" tfisser kumpanija maniġerjali kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew UCITS awtoġestita;

Artikolu 2

Rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.  L-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji maniġerjali ▌tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni kollha lill-investituri għandhom ikunu identifikabbli bħala tali, jippreżentaw rendikont iddettaljat tar-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta' unitajiet jew ishma ta' AIF jew ta' UCITS b'mod ugwalment prominenti u li l-informazzjoni inkluża fil-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa.

2.  Il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom jiżguraw li ebda komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni li jkun fiha informazzjoni speċifika dwar xi UCITS ma tikkontradixxi jew tnaqqas is-sinifikat tal-informazzjoni li tkun fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2009/65/KE▌, u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 ta' dik id-Direttiva. Il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni kollha jindikaw li jeżisti prospett u li t-tagħrif ewlieni għall-investituri jkun disponibbli. Il-komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għandha tispeċifika fejn, kif u b'liema lingwa l-investituri jew l-investituri potenzjali jistgħu jiksbu l-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri u għandha tipprovdi iperlinks għal dawk id-dokumenti.

2a.  Il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jispeċifikaw ukoll fejn, kif u b'liema lingwa l-investituri jew l-investituri potenzjali jistgħu jiksbu sommarju tad-drittijiet tal-investituri u għandhom jipprovdu hyperlink għal tali sommarju, li għandu jinkludi, kif xieraq, aċċess għall-mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali f'każ ta' tilwim.

3.  L-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA u l-maniġers tal-EuSEF għandhom jiżguraw li l-ebda komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni li tkun tinkludi stedina għal xiri ta' unitajiet jew ishma ta' AIF li jkun fiha informazzjoni speċifika dwar AIF ma tiddikjara xi ħaġa li tkun tikkontradixxi l-informazzjoni li trid tiġi divulgata lill-investituri f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jew, rispettivament, mal-Artikolu 13 tar-Regolament 345/2013 jew mal-Artikolu 14 tar-Regolament 346/2013, jew tnaqqas is-sinifikat tagħha.

4.  Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-AIFs li jippubblikaw prospett skont ir-Regolament 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), jew skont il-liġi nazzjonali, jew japplikaw regoli dwar il-format u l-kontenut tat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/65/KE.

5.  ▌ L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, waqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti online tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 3

Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu aġġornata fuq is-siti web tagħhom informazzjoni sħiħa dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS, u s-sommarji tagħhom, b'mill-inqas lingwa waħda abitwali fil-kamp tal-finanzi internazzjonali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA ▌l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata ▌l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-pubblikazzjonijiet u għan-notifiki skont dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  Sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] l-ESMA għandha teżamina f'rapport ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tinforma lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarhom. L-ESMA għandha taġġorna dak ir-rapport kull sentejn.

Artikolu 4

Il-bażi tad-data ċentrali tal-ESMA dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward ir-rekwiżiti ta' kummerċjalizzazzjoni

Sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-ESMA għandha tippubblika u żżomm fis-sit web tagħha bażi ta' data ċentrali li tkun tinkludi ▌l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(2).

Artikolu 5

Il-verifika ex-ante tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.  Għall-fini uniku ta' verifika tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu notifika minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li l-kumpaniji maniġerjali ▌għandhom il-ħsieb li jużaw direttament jew indirettament fit-trattazzjonijiet tagħhom mal-investituri.

Ir-rekwiżit għal notifika minn qabel imsemmi fl-ewwel subparagrafu m'għandux jikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel għall-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet ta' UCITS u m'għandux ikun parti mill-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 93 tad-Direttiva 2009/65/KE.

Fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu notifika minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu bil-għan li titwettaq verifika ex-ante, dawn għandhom, fi żmien 10-il jum ta' xogħol, li jibdew jgħoddu mill-ewwel jum ta' xogħol wara li jaslu l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, jinformaw lill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS dwar kwalunkwe talba biex din temenda l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tagħha.

In-notifika minn qabel imsemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tkun meħtieġa fuq bażi sistematika jew skont kwalunkwe prattika oħra ta' verifika u hija mingħajr preġudizzju għal setgħat superviżorji oħra biex jiġu vverifikati l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ex-post.

2.  L-awtoritajiet kompetenti li jesiġu notifika minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jistabbilixxu, japplikaw, u jippubblikaw fis-siti web tagħhom, il-proċeduri għan-notifika minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Ir-regoli u l-proċeduri interni għandhom jiżguraw trattament trasparenti u nondiskriminatorju tal-UCITS kollha, irrispettivament mill-Istati Membri li fihom huma awtorizzati l-UCITS.

3.  Fejn l-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA jew il-maniġers tal-EuSEF jikkummerċjalizzaw unitajiet jew ishma tal-AIFs tagħhom lill-investituri individwali, il-paragrafi 1 u 2 ▌għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk l-AIFMs, maniġers tal-EuVECA jew maniġers tal-EuSEF.

4.  L-awtoritajiet kompetenti ▌għandhom ▌, sal-31 ta' Marzu ta' kull tieni sena li tibda minn ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regfolament emendatorju], jirrapportaw lill-ESMA ▌l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-għadd ta' talbiet għal emendi fir-rigward tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li saru abbażi ta' verifika ex-ante, fejn applikabbli;

(b)  l-għadd ta' talbiet għal emendi u d-deċiżjonijiet meħuda abbażi ta' verifiki ex-post, b'distinzjoni ċara tal-aktar ksur frekwenti, inklużi deskrizzjoni u n-natura ta' dak il-ksur;

(ba)  deskrizzjoni tal-aktar ksur frekwenti tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2;

(c)  eżempju wieħed konkret ta' kull ksur imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 6

Prinċipji komuni rigward tariffi jew ħlasijiet

1.  It-tariffi jew il-ħlasijiet imposti minn awtorità kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-attività transfruntiera tal-AIFMs, tal-maniġers tal-EuVECA, tal-maniġers tal-EuSEF u tal-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom ikunu konsistenti mal-kosti reali mġarrba mill-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha relatati ma' dawn il-kompiti.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu fattura, dikjarazzjoni ta' ħlas individwali jew struzzjoni ta' ħlas fl-indirizz indikat fit-[tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew fil-punt (I) tal-Anness IV tad-Direttiva 2011/61/UE]. Il-fattura għandha tindika t-tariffi jew il-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-metodu ta' ħlas u d-data li fiha huwa dovut il-ħlas.

Artikolu 7

Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw tariffi u ħlasijiet

1.  Sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu informazzjoni aġġornata fis-siti web tagħhom ▌li telenka t-tariffi jew il-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), jew, fejn applikabbli, il-metodi ta' kalkolu għal dawk it-tariffi jew ħlasijiet, b'mill-inqas lingwa abitwali waħda fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta taħt l-ewwel subparagrafu.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jridu jinnotifikaw lill-ESMA taħt dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki skont dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO: [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Bażi tad-data ▌tal-ESMA dwar it-tariffi u l-ħlasijiet

Sabiex tiżdied it-trasparenza tat-tariffi u tal-ħlasijiet sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-ESMA għandha tippubblika u żżomm fis-sit web tagħha bażi tad-data▌, aċċessibbli mill-pubbliku b'mill-inqas lingwa waħda abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li telenka l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(2).

Sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-ESMA għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha għodda interattiva, aċċessibbli mill-pubbliku b'mill-inqas lingwa waħda abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li tipprovdi kalkolu indikattiv tat-tariffi u l-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)▌. Dik l-għodda għandha tinżamm aġġornata.

Artikolu 10

Bażi tad-data ċentrali tal-ESMA dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS

Sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] l-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha bażi tad-data ċentrali għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS, aċċessibbli għall-pubbliku b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li telenka:

(a)   l-AIFs kollha li jiġu kkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, l-AIFMs tagħhom, il-maniġer tal-EUSEF jew il-maniġer tal-EUVECA, u lista tal-Istati Membri li fihom dawn jiġu kkummerċjalizzati; kif ukoll

(b)  l-UCITS kollha li jiġu kkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS tagħhom u lista tal-Istati Membri li fihom dawn jiġu kkummerċjalizzati▌.

Dik il-bażi tad-data ċentrali għandha tinżamm aġġornata.

L-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-data msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, ir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tad-Direttiva 2011/61/UE, il-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 u l-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013.

Artikolu 11

Standardizzazzjoni tan-notifiki lill-ESMA

1.  Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA għandha tistabbilixxi sistema għal skambju regolari ta' informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFMs u tal-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS.

L-awtoritajiet kompetenti ▌għandhom jgħarrfu lill-ESMA bil-bidliet relatati mal-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni transfruntiera u jikkomunikaw lill-ESMA, kull tlieta xhur, l-informazzjoni li hija meħtieġa għall-ħolqien u ż-żamma tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament dwar kwalunkwe notifika, ittra ta' notifika ▌jew ▌informazzjoni msemmija ▌fl-Artikolu 93(1), l-Artikolu 93a(2) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikolu 31(2), l-Artikolu 32(2), u fl-Artikolu 32a(2) tad-Direttiva 2011/61/UE, u kwalunkwe bidla għal dik l-informazzjoni, jekk tali bidliet iwasslu għal bidla fl-informazzjoni f'dik il-bażi tad-data ċentrali.

2.  L-ESMA għandha tistabbilixxi portal ta' notifika li fih kull awtorità kompetenti għandha ttella' d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1 u li permezz tagħhom isiru t-trasferimenti kollha ta' tali dokumenti bejn l-awtoritajiet kompetenti.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-arranġamenti tekniċi meħtieġa għall-funzjonament tal-portal ta' notifika msemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ▌f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11a

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013, ir-Regolament (UE) 2015/760 inklużi dawk relatati mal-penali, għandhom jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward tal-maniġers imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju

Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (o) li ġej:

"(o)  "prekummerċjalizzazzjoni" tfisser għoti dirett jew indirett ta' informazzjoni jew komunikazzjoni dwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment mill-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, jew f'ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li għadu mhux irreġistrat jew f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, li huwa stabbilit iżda li għadu mhux innotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 15 f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali għandhom domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, u li f'kull każ ma jirriżultax f'offerta jew pjazzament lill-investitur biex jinvesti fl-unitajiet jew fl-ishma ta' dak il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti";

(2)  jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

"Artikolu 4a

1. Il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jistgħu jagħmlu prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, għajr meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri potenzjali:

(c)  tkun tippermetti lill-investituri jintrabtu li jixtru unitajiet jew ishma ta'fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti partikolari;

(d)  tkun tammonta għall-forma finali ta' prospett, dokumenti kostituzzjonali jew dokumenti ta' offerta ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li ma jkunux għadhom ġew irreġistrati, jew tkun tammonta għal formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili kemm f'forma ta' abbozz kif ukoll f'forma finali li jippermettu lill-investituri jinvestu fl-unitajiet jew fl-ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti. Għall-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li jkunu diġà ġew stabbiliti, tista' tiġi pprovduta l-forma finali ta' prospett.

Meta jiġi pprovdut abbozz ta' prospett jew dokument ta' offerta kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, tali dokumenti għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li d-dokument ma jikkostitwixxix offerta jew stedina għal sottoskrizzjoni f'unitajiet jew f'ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti.

2. Il-maniġers ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jibgħatu ittra sempliċi u informali f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi qabel ma jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni, fejn jiddikjaraw l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom se jwettqu dawk l-attivitajiet, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu flimkien ma' kopja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri li fihom se jwettqu dawk l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li l-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jinnotifikaw il-kontenut jew l-indirizzi tal-prekummerċjalizzazzjoni.

3. Il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti permezz ta' attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jakkwistaw biss unitajiet jew ishma f'dak il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti fil-kuntest ta' kummerċjalizzazzjoni permessa skont l-Artikolu 14, 14a jew 15.

Is-sottoskrizzjoni mill-investituri li kienu soġġetti għall-prekummerċjalizzazzjoni, fi żmien 18-il xahar wara li l-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jkun involva ruħu fil-prekummerċjalizzazzjoni, għal unitajiet jew ishma ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti msemmija fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni mill-maniġer tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jew f'ismu, jew ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti reġistrat b'riżultat ta' dawk l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni, għandha titqies bħala r-riżultat tal-kummerċjalizzazzjoni u għandha tkun suġġetta għan-notifika applikabbli u għandha tikkonforma, fejn applikabbli, mal-Artikoli 14, 14a u 15.

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li maniġer ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jagħmel l-arranġamenti xierqa b'mod li l-informazzjoni relatata mal-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni tiegħu tkun disponibbli, u tiġi pprovduta fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu u lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri li fihom involva ruħu f'attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni. Maniġer ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni tiegħu jiġu ddokumentati kif xieraq, inklużi referenzi għall-Istati Membri u l-perjodi ta' żmien li matulhom ikunu twettqu l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni, kif ukoll deskrizzjoni fil-qosor ta' dawk l-attivitajiet, inkluża l-informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment ippreżentati u, fejn rilevanti, lista tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti ppreżentati.

3b. Parti terza għandha tidħol biss fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi Stat Membru ospitanti f'isem maniġer irreġistrat ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti fejn din tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE, bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE, bħala kumpanija tal-maniġment tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont id-Direttiva 2011/61/UE jew fejn taġixxi bħala aġent marbut.

Artikolu 13

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej

Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (o) li ġej:

"(o)  'prekummerċjalizzazzjoni' tfisser għoti dirett jew indirett ta' informazzjoni jew komunikazzjonidwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment mill-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, jew f'ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li għadu mhux irreġistrat jew f'fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jkun stabbilit iżda li jkun għadu mhux innotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 16 f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali jkollhom domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, u li f'kull każ ma jirriżultax f'offerta jew pjazzament lill-investituri biex jinvestu fl-unitajiet jew fl-ishma ta' dak il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(2)  jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

"Artikolu 4a

1. Il-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jistgħu jagħmlu prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, għajr meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri potenzjali:

(c)  tkun tippermetti lill-investituri jintrabtu li jixtru unitajiet jew ishma ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti partikolari;

(d)  tkun tammonta għall-forma finali ta' prospett, dokumenti kostituzzjonali jew dokumenti ta' offerta ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li ma jkunux għadhom ġew irreġistrati, jew tkun tammonta għal formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili kemm f'forma ta' abbozz kif ukoll f'forma finali li jippermettu lill-investituri jinvestu fl-unitajiet jew fl-ishma ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti. Għall-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jkunu diġà ġew stabbiliti, tista' tiġi pprovduta l-forma finali ta' prospett.

Meta jiġi pprovdut abbozz ta' prospett jew dokument ta' offerta kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, tali dokumenti għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li d-dokument ma jikkostitwixxix offerta jew stedina għal sottoskrizzjoni f'unitajiet jew f'ishma ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

2. Il-maniġers ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jibgħatu ittra sempliċi u informali f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi qabel ma jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni, fejn jiddikjaraw l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom se jwettqu dawk l-attivitajiet, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu flimkien ma' kopja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri li fihom se jwettqu dawk l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li l-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jinnotifikaw il-kontenut jew l-indirizzi tal-prekummerċjalizzazzjoni.

3. Il-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti permezz ta' attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jakkwistaw biss unitajiet jew ishma f'dak il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti fil-kuntest ta' kummerċjalizzazzjoni permessa skont l-Artikolu 15, 15a jew 16.

Is-sottoskrizzjoni mill-investituri li kienu soġġetti għall-prekummerċjalizzazzjoni, fi żmien 18-il xahar wara li l-maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun involva ruħu f'attività ta' prekummerċjalizzazzjoni, għal unitajiet jew ishma ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti msemmija fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni mill-maniġer tal-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew f'ismu, jew ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti reġistrat b'riżultat ta' dawk l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni, għandha titqies bħala r-riżultat tal-kummerċjalizzazzjoni u għandha tkun suġġetta għan-notifika applikabbli u għandha tikkonforma, fejn applikabbli, mal-Artikoli 15, 15a u 16.

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġer ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jagħmel l-arranġamenti xierqa b'mod li l-informazzjoni relatata mal-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni tiegħu tkun disponibbli, u tiġi pprovduta fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom involva ruħu f'attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni. Maniġer ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni tiegħu jiġu ddokumentati kif xieraq, inklużi referenzi għall-Istati Membri, il-perjodi ta' żmien li matulhom ikunu saru l-attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni, kif ukoll deskrizzjoni fil-qosor ta' dawk l-attivitajiet, inkluża l-informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment ippreżentati u, fejn rilevanti, lista tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti ppreżentati.

3b. Parti terza għandha tidħol biss fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi Stat Membru ospitanti f'isem maniġer irreġistrat ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti fejn din tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE, bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE, bħala kumpanija tal-maniġment tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont id-Direttiva 2011/61/UE jew fejn taġixxi bħala aġent marbut.

Artikolu 13a

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 dwar id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs)

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 32(1), "31 ta' Diċembru 2019" hija sostitwita b'"31 ta' Diċembru 2021";

(2)  fl-Artikolu 33(1), "31 ta' Diċembru 2018" hija sostitwita b'"31 ta' Diċembru 2019";

(3)  fl-Artikolu 33(2), "31 ta' Diċembru 2018" hija sostitwita b'"31 ta' Diċembru 2019";

(4)  fl-Artikolu 33(4), "31 ta' Diċembru 2018" hija sostitwita b'"31 ta' Diċembru 2019".

Artikolu 14

Evalwazzjoni

Sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal data 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-ESMA u mal-awtoritajiet kompetenti, tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Sa ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, mal-ESMA u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fenomenu ta' solleċitazzjoni ta' treġġigħ lura u d-domanda fuq l-inizjattiva proprja ta' investitur, fejn tispeċifika l-kobor ta' din il-forma ta' sottoskrizzjoni għal fondi, id-distribuzzjoni ġeografika tagħha, inklużi l-pajjiżi terzi, u l-potenzjal tagħha li tintuża biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet marbuta mal-passaport.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal l-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea], ħlief għall-Artikolu 2(1) u (4), l-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13, li għandhom japplikaw minn ... [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.

(4)

  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(5)

  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(6)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(7)

  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv

Referenzi

COM(2018)0110 – C8-0110/2018 – 2018/0045(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.4.2018

JURI

16.4.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

21.3.2018

JURI

27.3.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Wolf Klinz

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

19.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Mady Delvaux, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Barbara Lochbihler, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

6.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Wolf Klinz, Lieve Wierinck

ECR

Syed Kamall, Bernd Lucke, Ralph Packet

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Jarosław Wałęsa

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Philippe Lamberts, Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Molly Scott Cato

0

-

 

 

5

0

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Jannar 2019Avviż legali