Proċedura : 2018/0336(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0435/2018

Testi mressqa :

A8-0435/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.21
CRE 12/03/2019 - 9.21

Testi adottati :

P8_TA(2019)0155

RAPPORT     ***I
PDF 790kWORD 82k
6.12.2018
PE 629.558v02-00 A8-0435/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

(COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: Mercedes Bresso, Rainer Wieland

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

(COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0413/2018),

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–    wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0435/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Meta l-Awtorità timponi sanzjoni fuq partit politiku Ewropew jew fuq fondazzjoni politika Ewropea skont il-proċedura ta' verifika, għandha tqis debitament il-prinċipju ne bis in idem, sabiex jiġi evitat li l-istess ksur jiġi sanzjonat darbtejn, fil-livell nazzjonali wara d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja u fil-livell Ewropew wara l-proċedura ta' verifika.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Billi l-proċedura l-ġdida tiġi attivata permezz ta' deċiżjoni ta' awtorità superviżorja kompetenti dwar il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li jkun possibbli li l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jitolbu li s-sanzjoni tiġi rieżaminata jekk id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja tiġi revokata jew jekk ikun jista' jingħata rimedju kontra tali deċiżjoni.

(6)  Billi l-proċedura l-ġdida tiġi attivata permezz ta' deċiżjoni ta' awtorità superviżorja kompetenti dwar il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkollhom il-possibbiltà li jinstemgħu qabel tittieħed dik id-deċiżjoni, kif ukoll li jitolbu li s-sanzjoni tiġi rieżaminata jekk id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja tiġi revokata jew jekk ikun jista' jingħata rimedju kontra tali deċiżjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 10a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-Awtorità ssir taf b'deċiżjoni ta' awtorità superviżorja skont it-tifsira tal-punt 21 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill17 li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni jirriżulta, jew inkella fejn ikun hemm bażi raġonevoli biex tintlaħaq il-konklużjoni, li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit mill-Artikolu 11. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar jekk il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn dak il-ksur. L-Awtorità għandha titlob l-opinjoni mingħajr telf ta' żmien u mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien qasir u raġonevoli li jiġi stabbilit mill-Awtorità.

1.  Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea ma għandhomx jinfluwenzaw, jew jippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali min-naħa ta' persuna fiżika jew ġuridika. Dan il-paragrafu japplika biss jekk awtorità superviżorja ta' Stat Membru, fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill17, tkun stabbiliet, b'deċiżjoni infurzabbli, li jkun seħħ ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

 

2.  Meta ssir taf b'xi mġiba koperta mill-ewwel paragrafu, u tkun ġiet notifikata bid-deċiżjoni infurzabbli tal-awtorità superviżorja msemmija f'dak l-ewwel paragrafu, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit mill-Artikolu 11 mingħajr telf ta' żmien u mhux aktar tard minn 3 xhur wara dik in-notifika. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni, fi żmien qasir u raġonevoli stabbilit mill-Awtorità, dwar jekk il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkunux kisru l-paragrafu 1.

 

Fid-dawl tal-opinjoni tal-kumitat, l-Awtorità għandha tiddeċiedi – skont l-Artikolu 27(2)(a) – jekk għandhiex timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun debitament motivata, partikolarment fir-rigward tal-opinjoni tal-kumitat, u għandha tiġi ppubblikata bla dewmien.

_________________

_________________

17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5. 2016, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5. 2016, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – punt vii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  fejn, f'konformità mal-Artikolu 10a, il-kumitat jagħti opinjoni li tikkonkludi li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.;

(vii)  meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu kisru l-Artikolu 10a(1).;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 27 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fejn deċiżjoni ta' awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 10a tkun ġiet revokata jew fejn ikun ingħata rimedju kontra tali deċiżjoni, l-Awtorità għandha twettaq rieżami ta' kwalunkwe sanzjoni li tkun ġiet imposta skont il-punt (a)(vii) tal-paragrafu 2 fuq talba tal-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati.

7.  Meta deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 10a tkun ġiet revokata definittivament jew meta jkun ingħata rimedju finali kontra tali deċiżjoni, l-Awtorità għandha twettaq rieżami ta' kwalunkwe sanzjoni li tkun ġiet imposta skont il-punt (a)(vii) tal-paragrafu 2 fuq talba tal-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (5.12.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

(COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sophia in 't Veld

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Biex jintlaħaq dan il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' verifika li permezz tagħha l-Awtorità trid, f'ċerti ċirkostanzi, titlob lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti jivvaluta jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali. Meta l-kumitat jikkonkludi li dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-Awtorità timponi sanzjonijiet f'konformità mas-sistema ta' sanzjonijiet effettiva, proporzjonali u dissważiva stabbilita mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(4)  Biex jintlaħaq dan il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' verifika li permezz tagħha l-Awtorità jeħtiġilha, wara deċiżjoni finali mill-awtorità superviżorja nazzjonali jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, titlob lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti jivvaluta jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali. Meta l-kumitat jikkonkludi li dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-Awtorità timponi sanzjonijiet f'konformità mas-sistema ta' sanzjonijiet effettiva, proporzjonali u dissważiva stabbilita mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Jenħtieġ li dawn is-sanzjonijiet jilħqu l-objettiv li jiggarantixxu elezzjonijiet ħielsa u ġusti għall-Parlament Ewropew, filwaqt li s-sanzjonijiet possibbli imposti mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jenħtieġ li jsegwu l-objettiv li jipproteġu l-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Meta l-Awtorità timponi sanzjoni fuq il-partit politiku Ewropew jew fuq il-fondazzjoni politika Ewropea skont il-proċedura ta' verifika, jenħtieġ li hija tieħu kont debitu tal-prinċipju ne bis in idem, sabiex jiġi evitat li l-istess ksur jiġi sanzjonat darbtejn, fuq il-livell nazzjonali wara d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja, u fuq il-livell Ewropew wara l-proċedura ta' verifika.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-Awtorità timponi sanzjoni fuq il-partit politiku Ewropew/il-fondazzjoni politika Ewropea skont il-proċedura ta' verifika, is-sanzjoni tista' titqies bħala ne bis in idem: id-Deċiżjoni mill-awtorità superviżorja, u s-sanzjoni imposta mill-Awtorità. Dan imur kontra l-Artikolu 50 tal-Karta u l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 10a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-Awtorità ssir taf b'deċiżjoni ta' awtorità superviżorja skont it-tifsira tal-punt 21 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill17 li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni jirriżulta, jew inkella fejn ikun hemm bażi raġonevoli biex tintlaħaq il-konklużjoni, li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit mill-Artikolu 11. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar jekk il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn dak il-ksur. L-Awtorità għandha titlob l-opinjoni mingħajr telf ta' żmien u mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien qasir u raġonevoli li jiġi stabbilit mill-Awtorità.

Jekk l-Awtorità ssir taf b'deċiżjoni finali ta' awtorità superviżorja skont it-tifsira tal-punt 21 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew b'deċiżjoni finali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilita skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2018/172517a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament 2018/1725 li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni finali jirriżulta, jew inkella meta jkun hemm raġunijiet fattwali li jindikaw li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jew ikun twettaq f'isimhom jew taħt l-istruzzjonijiet tagħhom jew bl-appoġġ tagħhom, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit mill-Artikolu 11. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar jekk il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jiksru r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali, jew billi awtorizzaw, taw istruzzjonijiet jew appoġġaw entità li tkun kisret ir-regoli applikabbli, billi jieħdu vantaġġ minn dak il-ksur. L-Awtorità għandha titlob l-opinjoni mingħajr telf ta' żmien u mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien qasir u raġonevoli li jiġi stabbilit mill-Awtorità.

__________________

__________________

17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5. 2016, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5. 2016, p. 1).

 

17a Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)

Ġustifikazzjoni

Jekk id-deċiżjonijiet finali biss jistgħu jiskattaw il-proċeduri ta' verifika, il-prinċipji taċ-ċertezza tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet għal proċess ġust u għal proċess dovut huma garantiti aħjar. Permezz tal-inklużjoni tar-Regolament [2018/xxxx (45/2001)], anki d-deċiżjonijiet tal-KEPD dwar ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data mill-istituzzjonijiet tal-UE (inkluż l-MEPs u l-persunal) jistgħu jiskattaw il-proċedura. Id-deċiżjonijiet adottati minn awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data jew mill-KEPD biss jistgħu jwasslu għal din il-proċedura, mhux deċiżjonijiet investigattivi jew konsultattivi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament 1141/2014

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jintalab mill-Awtorità, il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali. Fiż-żewġ każijiet il-kumitat jista' jitlob kwalunkwe dokument u prova rilevanti mingħand l-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, partiti politiċi jew fondazzjonijiet politiċi oħrajn jew partijiet ikkonċernati oħrajn, u jista' jitlob li jisma' r-rappreżentanti tagħhom. Fil-każ ta' opinjonijiet dwar jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali, l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 10(a) għandhom jikkooperaw mal-kumitat f'konformità mal-liġi applikabbli.

Meta jintalab mill-Awtorità, il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali, jew billi jkunu awtorizzaw, taw istruzzjonijiet jew appoġġaw entità li tkun kisret ir-regoli applikabbli. Fiż-żewġ każijiet il-kumitat jista' jitlob kwalunkwe dokument u prova rilevanti mingħand l-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, partiti politiċi jew fondazzjonijiet politiċi oħrajn jew partijiet ikkonċernati oħrajn, u jista' jitlob li jisma' r-rappreżentanti tagħhom. Fil-każ ta' opinjonijiet dwar jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu kisru r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali, jew billi jkunu awtorizzaw, taw istruzzjonijiet jew appoġġaw entità li tkun kisret ir-regoli applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 10(a) għandhom jikkooperaw mal-kumitat f'konformità mal-liġi applikabbli u f'konformità mad-dmir tas-sigriet professjonali kif stabbilit fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u r-Regolament il-ġdid (UE) 2018/1725 jipprevedu li l-membri u l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji huma marbuta bis-sigriet professjonali. Jekk huma se jikkondividu kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali ma' dan il-kumitat ta' persuni eminenti, din il-kooperazzjoni għandha tirrispetta d-dmir tas-sigriet professjonali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – punt vii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  meta, f'konformità mal-Artikolu 10a, il-kumitat jagħti opinjoni li tikkonkludi li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.;

(vii)  meta, f'konformità mal-Artikolu 10a, il-kumitat jagħti opinjoni li tikkonkludi li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw b'mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.; F'dan il-każ, għandu jitqies kif dovut il-prinċipju ne bis in idem;

Ġustifikazzjoni

Jekk l-Awtorità timponi sanzjoni fuq il-partit politiku Ewropew/il-fondazzjoni politika Ewropea skont il-proċedura ta' verifika, is-sanzjoni tista' titqies bħala ne bis in idem: id-Deċiżjoni mill-awtorità superviżorja, u s-sanzjoni imposta mill-Awtorità. Dan imur kontra l-Artikolu 50 tal-Karta u l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 27a – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  fl-Artikolu 27a, jiżdied il-punt li ġej:

 

(ba)  fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a)(vii) tal-Artikolu 27, meta l-persuna fiżika tkun instabet ukoll responsabbli għall-fatti u l-azzjonijiet inkwistjoni waqt li ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10a.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza, jeħtieġ li jiżdied dan il-punt mal-Artikolu 27a (Responsabbiltà ta' persuni fiżiċi).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Referenzi

COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

1.10.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

1.10.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sophia in 't Veld

5.11.2018

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

3.12.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Romeo Franz, Kinga Gál, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Gérard Deprez, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, France Jamet

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Morten Helveg Petersen

ECR

Branislav Škripek, Helga Stevens, Kristina Winberg

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, József Nagy

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Ivari Padar, Emilian Pavel, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Max Andersson, Romeo Franz, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras

2

-

ENF

France Jamet, Auke Zijlstra

1

0

PPE

Traian Ungureanu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-protezzjoni ta’ data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Referenzi

COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.9.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

1.10.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

1.10.2018

JURI

1.10.2018

LIBE

1.10.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

9.10.2018

JURI

24.9.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mercedes Bresso

24.9.2018

Rainer Wieland

24.9.2018

 

 

Eżami fil-kumitat

12.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, György Schöpflin, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Charles Goerens, Siôn Simon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Albert Deß, Norbert Erdős, Sven Giegold, Krzysztof Hetman, Monika Hohlmeier, Danuta Jazłowiecka, Seán Kelly, Gabriel Mato, Anne-Marie Mineur, Pavel Poc, Gabriele Preuß

Data tat-tressiq

6.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Charles Goerens, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Barbara Spinelli

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Albert Deß, Norbert Erdős, Krzysztof Hetman, Monika Hohlmeier, Danuta Jazłowiecka, Seán Kelly, Gabriel Mato, György Schöpflin

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Ramón Jáuregui Atondo, Pavel Poc, Gabriele Preuß, Siôn Simon

VERTS/ALE

Max Andersson, Sven Giegold

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2019Avviż legali