Proċedura : 2018/0165(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0437/2018

Testi mressqa :

A8-0437/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.19

Testi adottati :

P8_TA(2019)0439

RAPPORT     ***I
PDF 837kWORD 93k
6.12.2018
PE 627.044v02-00 A8-0437/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs

(COM(2018)0331 – C8-0212/2018 – 2018/0165(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Anne Sander

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs

(COM(2018)0331 – C8 0212/2018 – 2018/0165(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0331),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0212/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0437/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2018/0165 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  L-inizjattiva tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali timmira li tnaqqas id-dipendenza fuq is-self tal-banek, li tiddiversifika sorsi ta' finanzjament ibbażati fuq is-suq għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kollha ("SMEs") u li tippromwovi l-ħruġ ta' bonds u ishma minn SMEs fi swieq pubbliċi. Kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni li jfittxu li jiġbru kapital f'ċentri tan-negozjar qed jaffaċċjaw spejjeż ta' żvelar u ta' konformità ta' darba u kontinwi għoljin li jistgħu jiskoraġġixxuhom milli biss ifittxu ammissjoni għal negozjar f'ċentri tan-negozjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, ishma maħruġin minn SMEs f'ċentri tan-negozjar tal-Unjoni għandhom it-tendenza li jbatu minn livelli aktar baxxi ta' likwidità u minn volatilità ogħla, li jżidu l-ispiża tal-kapital, li jagħmlu dan is-sors ta' finanzjament wisq oneruż. Hija għalhekk essenzjali politika orizzontali tal-Unjoni għall-SMEs. Din il-politika jeħtieġ li tkun inklużiva, koerenti u effettiva u trid tikkunsidra s-sottogruppi differenti tal-SMEs u l-ħtiġijiet differenti tagħhom. Għal dak il-għan, hemm bżonn ta' regolamenti addizzjonali li jiżguraw li l-SMEs jitqarrbu lejn arranġamenti bħal dawk tal-investitur informali, kapital ta' avvjament, kapital ta' riskju, eċċ. Id-diversifikazzjoni tal-kreditu tal-SMEs hija garanzija għas-saħħa ekonomika tal-Unjoni.

(1a)  "Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju" jew "SMEs" tfisser il-kumpaniji li, skont l-aħħar kontijiet annwali jew konsolidati tagħhom, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: għadd medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja ta' inqas minn 250, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx it-EUR 43 000 000 u fatturat nett annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 000 000.

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) ħolqot tip ġdid ta' ċentri tan-negozjar, is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, subgrupp tal-Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar ("MTFs"), sabiex tiffaċilita l-aċċess għal kapital għall-SMEs li jippemettilhom jikbru u sabiex tiffaċilita aktar żvilupp ta' swieq speċjalisti li jimmiraw li jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet ta' emittenti tal-SMEs li għandhom potenzjal ġenwin ta' tkabbir. Id-Direttiva 2014/65/UE antiċipat ukoll il-fatt li "għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-mod li bih regolamentazzjoni futura għandha tħeġġeġ u tippromovi aktar l-użu ta' dak is-suq sabiex tagħmlu aktar attraenti għall-investituri, u tipprovdi tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u aktar inċentivi għall-SMEs biex ikollhom aċċess għal swieq tal-kapital permezz ta' swieq tal-SMEs li qed jespandu". Fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddikjara li: "il-livell baxx ta' komunikazzjoni u approċċi burokratiċi huma ostakli sinifikanti u għandu jsir sforz ħafna akbar biex dawn l-ostakli jingħelbu. Il-komunikazzjoni għandha dejjem timmira lejn il-parti t'isfel tal-katina billi tinvolvi l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs, is-sħab soċjali, il-kmamar tal-kummerċ, u l-bqija."

(3)  Madankollu nġibdet l-attenzjoni li emittenti ammessi għan-negozjar f'suq tat-tkabbir tal-SMEs jibbenefikaw minn relattivament ftit eżenzjonijiet regolatorji meta mqabblin ma' emittenti ammessi għan-negozjar f'MTFs jew swieq regolati. Ħafna mill-obbligi stipulati fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) japplikaw bl-istess mod għall-emittenti kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom jew miċ-ċentru tan-negozjar fejn l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar. Dak il-livell baxx ta' differenzjazzjoni bejn emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs u tal-MTFs jaġixxi bħala diżinċentiv għall-MTFs biex dawn ifittxu reġistrazzjoni bħala suq tat-tkabbir tal-SMEs, li tidher mill-adozzjoni baxxa li kien hemm sa issa għall-istatus ta' suq tat-tkabbir tal-SMEs. Huwa għalhekk meħtieġ li jiddaħħlu mitigazzjonijiet proporzjonati sabiex jitrawwem b'mod adegwat l-użu tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs.

(4)  Jenħtieġ li l-livell ta' attrazzjoni tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs jiġi msaħħaħ bit-tnaqqis tal-ispejjeż ta' konformità u tal-piżijiet amministrattivi li jkollhom l-emittenti ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Sabiex jinżammu l-ogħla standards ta' konformità fejn jidħlu swieq regolati, il-mitigazzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu limitati għal kumpaniji elenkati fi swieq tat-tkabbir tal-SMEs, irrispettivament mill-fatt li mhux l-SMEs kollha huma elenkati fi swieq tat-tkabbir tal-SMEs u mhux il-kumpaniji kollha elenkati fi swieq tat-tkabbir tal-SMEs huma SMEs. Skont id-Direttiva 2014/65/UE, sa 50 % ta' kumpaniji mhux SMEs jistgħu jiġu ammessi għan-negozjar fi swieq tat-tkabbir tal-SMEs sabiex tinżamm il-profittabbiltà tal-mudell tan-negozju tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs permezz ta', inter alia, likwidità f'titoli mhux tal-SMEs. Fid-dawl tar-riskji involuti fl-applikazzjoni ta' ġabriet differenti ta' regoli għal emittenti elenkati fl-istess kategorija ta' faċilitajiet, jiġifieri s-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, jenħtieġ li t-tibdiliet stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jkunux limitati biss għal emittenti tal-SMEs. Għal raġunijiet ta' konsistenza għall-emittenti u ta' ċarezza għall-investituri, jenħtieġ li t-tħaffif tal-ispejjeż għall-konformità u ta' piżijiet amministrattivi japplika għall-emittenti kollha fi swieq tat-tkabbir tal-SMEs, irrispettivament mill-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom. L-applikazzjoni tal-istess sett ta' regoli għall-emittenti tiżgura wkoll li l-kumpaniji ma jiġux penalizzati għaliex ikunu qed jikbru u ma jibqgħux aktar SMEs. Jeħtieġ li jkun hemm attenzjoni akbar fuq l-SMEs – is-suġġetti ta' dan ir-Regolament – kif ukoll il-ħtiġijiet tagħhom. F'dan il-proċess, is-simplifikazzjoni amministrattiva hija pass essenzjali, iżda jeħtieġu passi oħra. Jeħtieġ li jsiru sforzi biex titjieb l-informazzjoni disponibbli direttament mill-SMEs fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' finanzjament għalihom. Id-data tindika n-nuqqas ta' informazzjoni għall-SMEs bħala waħda mill-problemi ewlenin li taffettwa l-kapaċità tagħhom li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament minbarra dawk bankarji.

(4a)  Huwa rilevanti li fir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) tiġi rikonoxxuta l-inklużjoni tal-Prospett tat-Tkabbir tal-UE, li japplika għall-SMEs li joħorġu kapital fis-swieq. Il-Prospett tat-Tkabbir tal-UE hu ġabra mqassra tal-prospett sħiħ li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, li jinkludi informazzjoni u dokumentazzjoni essenzjali. Il-Prospett tat-Tkabbir tal-UE huwa iqsar u għalhekk irħas biex jiġi prodott, u dan inaqqas l-ispejjeż għall-SMEs. L-SMEs jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jużaw il-Prospett tat-Tkabbir tal-UE. Barra minn hekk, f'offerti ta' titoli sa EUR 20 miljun, kwalunkwe emittent jista' jagħżel ukoll li juża l-Prospett tat-Tkabbir tal-UE sakemm ma jkunx qed ifittex li japplika għal ammissjoni għal negozjar f'suq regolat. Dan ikopri emittenti li l-offerti pubbliċi tagħhom jistgħu jiġu ammessi għal negozjar f'suq tat-tkabbir tal-SMEs, kif ukoll emittenti li jagħmlu offerti pubbliċi li ma jkunux se jiġu negozjati fil-borsa. Alternattivament, l-emittenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jfasslu prospett sħiħ skont ir-Regolament (UE) 2017/1129.

(4b)  Is-suċċess ta' suq tat-tkabbir tal-SMEs jenħtieġ li ma jitkejjilx sempliċement bin-numru ta' kumpaniji elenkati, iżda pjuttost bir-rata tat-tkabbir miksuba mill-kumpaniji elenkati. Jenħtieġ li eżenzjoni regolatorja tkun għall-benefiċċju ta' dawk il-kumpaniji iżgħar li jkollhom potenzjal ta' tkabbir reali.

(5)  Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 sondaġġ tas-suq jikkonsisti fil-komunikazzjoni ta' informazzjoni, qabel titħabbar tranżazzjoni, sabiex jitkejjel l-interess ta' investituri potenzjali fi tranżazzjoni possibbli u l-kondizzjonijiet marbuta magħha bħad-daqs jew il-prezz potenzjali tagħha, lil investitur potenzjali wieħed jew aktar. Matul il-fażi ta' negozjar ta' allokazzjoni privata ta' bonds, emittenti ▌jidħlu f'diskussjonijiet ma' sett limitat ta' investituri kkwalifikati potenzjali (kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9)), u jinnegozjaw it-termini u kondizzjonijiet kuntrattwali kollha tat-tranżazzjoni ma' dawk l-investituri kkwalifikati. Il-komunikazzjoni ta' informazzjoni, f'dik il-fażi ta' negozjar ta' allokazzjoni privata ta' bonds, timmira li tistruttura u tlesti t-tranżazzjoni kollha, u mhux li tkejjel l-interess ta' investituri potenzjali fir-rigward ta' tranżazzjoni predefinita. L-impożizzjoni ta' sondaġġ tas-suq f'allokazzjonijiet privati ta' bonds xi drabi tista' tkun ta' piż u taġixxi bħala diżinċentiv għad-dħul f'diskussjonijiet għal tali tranżazzjonijiet kemm għall-emittenti kif ukoll għall-investituri. Sabiex tiżdied l-attrazzjoni tal-allokazzjoni privata ta' bonds▌, jenħtieġ li dawn it-tranżazzjonijiet jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-reġim tas-sondaġġ tas-suq sakemm ma jkunx hemm stabbilit ftehim ta' nuqqas ta' żvelar adegwat.

(6)  Ftit likwidità f'ishma ta' emittent tista' tinkiseb permezz ta' mekkaniżmi ta' likwidità bħal arranġamenti ta' ħolqien tas-suq jew kuntratti ta' likwidità. Arranġament ta' ħolqien tas-suq jinvolvi kuntratt bejn l-operatur tas-suq u parti terza li timpenja ruħha li żżomm il-likwidità f'ċerti ishma u tibbenefika minn ribassi fuq tariffi ta' negozjar bħala ħlas. Kuntratt ta' likwidità jinvolvi kuntratt bejn emittent u parti terza li tikkommetti li tipprovdi likwidità fl-ishma tal-emittent, u f'ismu. Sabiex jiġi żgurat li tiġi ppreservata għal kollox l-integrità tas-suq, jenħtieġ li l-kuntratti ta' likwidità jkunu disponibbli għall-emittenti kollha tas-swieq tas-suq tal-SMEs kollha madwar l-Unjoni, suġġetti għal għadd ta' kondizzjonijiet. Mhux l-awtoritajiet kompetenti kollha, f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, stabbilew prattiki tas-suq aċċettati b'rabta ma' kuntratti ta' likwidità skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, li tfisser li mhux l-emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs kollha attwalment għandhom aċċess għal skemi ta' likwidità fl-Unjoni. Din l-assenza ta' skemi ta' likwidità tista' tkun xkiel għall-iżvilupp effettiv ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħoloq qafas tal-Unjoni li se jippermetti lil emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs sabiex jidħlu f'kuntratt ta' likwidità ma' fornitur tal-likwidità fi Stat Membru ieħor fin-nuqqas ta' prattika tas-suq aċċettata stabbilita fil-livell nazzjonali. Madankollu, hu essenzjali li l-qafas tal-Unjoni dwar kuntratti ta' likwidità għal swieq ta' tkabbir tal-SMEs ▌ma jissostitwixxix, iżda pjuttost jikkumplimenta, prattiki tas-suq nazzjonali aċċettati eżistenti jew futuri. Hu essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jżommu l-possibbiltà li jistabbilixxu prattika tas-suq aċċettata dwar kuntratti ta' likwidità sabiex jagħmlu l-kondizzjonijiet tagħhom apposta għal speċifiċitajiet lokali jew sabiex jestendu tali ftehimiet għal titoli illikwidi apparti ishma nnegozjati f'ċentri tan-negozjar.

(7)  Sabiex ikun hemm garanzija ta' applikazzjoni uniformi tal-qafas tal-Unjoni għal kuntratti ta' likwidità li hemm referenza għalih fl-inċiż 6, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 596/2014 jiġi emendat sabiex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, bit-tfassil ta' mudell li għandu jkun użat għall-fini ta' tali kuntratti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawn l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(10)

(7a)  Jenħtieġ li l-użu tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs jiġi promoss b'mod attiv. Ħafna SMEs għadhom mhumiex konxji mill-eżistenza ta' dan iċ-ċentru tan-negozjar bħala kategorija ġdida ta' ċentru tan-negozjar. Biex issolvi din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs jenħtieġ li torganizza kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex l-SMEs jiġu infurmati dwar il-possibbiltajiet li joffru s-swieq tat-tkabbir tal-SMEs.

(8)  Skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-emittenti jistgħu jiddeċiedu li jdewmu l-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni privileġġata jekk l-interessi leġittimi tagħhom x'aktarx li jiġu preġudikati. Madankollu l-emittenti huma obbligati jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bihom, u jipprovdu spjegazzjoni tar-raġunament li jappoġġja d-deċiżjoni. L-obbligu għal emittenti tas-Suq tat-Tkabbir tal-SMEs li jiddokumentaw bil-kitba r-raġunijiet li fuqhom iddeċidew li jdewmu l-iżvelar jista' jkun ta' piż. Huwa kkunsidrat li rekwiżit eħfef għal emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs li jikkonsisti minn obbligu li jkunu spjegati biss ir-raġunijiet għad-dewmien fuq talba mill-awtorità kompetenti mhux se jkollu impatt sinifikanti fuq l-abbiltà tal-awtorità kompetenti li tissorvelja l-iżvelar ta' informazzjoni privileġġata filwaqt li jnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv għal emittenti tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, sakemm l-awtoritajiet kompetenti xorta jiġu notifikati bid-deċiżjoni li jkun hemm dewmien u jkunu f'pożizzjoni li jiftħu investigazzjoni jekk ikollhom xi dubju rigward tali deċiżjoni.

(9)  Ir-rekwiżiti anqas stretti attwali għal emittenti tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs li jippreżentaw, f'konformità mal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata unikament fuq talba tal-awtorità kompetenti hija ta' effett prattiku limitat għaliex dawn l-emittenti għadhom soġġetti għal sorveljanza kontinwa tal-persuni li jikkwalifikaw bħala persuni b'informazzjoni privileġġata fil-kuntest ta' proġetti li għaddejjin. Jenħtieġ li l-eżenzjoni eżistenti għalhekk tkun sostitwita bil-possibbiltà għal emittenti tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs li jżommu biss lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti, li jenħtieġ li tinkludi persuni u l-familja diretta ta' persuni li għandhom aċċess regolari għal informazzjoni privileġġata minħabba l-kariga jew pożizzjoni tagħhom fi ħdan l-emittent. Dik il-lista jenħtieġ li tinżamm aġġornata fuq bażi annwali u tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiżgura li din is-simplifikazzjoni amministrattiva ma twassalx għal prattiki illegali għad-detriment tal-SMEs. Il-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata huma strument importanti għal investigazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti.

(9a)  Il-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata huma għodda importanti għar-regolaturi meta jiġu biex jinvestigaw abbuż possibbli tas-suq. Huma jippermettu li tinżamm l-integrità tas-swieq. Huwa essenzjali li jiġi speċifikat li l-obbligu li jiġu stabbiliti listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata jaqa' kemm fuq l-emittenti kif ukoll fuq il-persuni li jaġixxu f'isimhom jew akkont tagħhom. Ir-responsabbiltajiet tal-persuni li jaġixxu f'isem l-emittent jew akkont tiegħu f'dak li jirrigwarda l-istabbiliment tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata jenħtieġ li jkunu ċċarati biex jiġu evitati interpretazzjonijiet u prattiki diverġenti madwar l-UE.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jenħtieġ li jiġu emendati kif meħtieġ.

(9b)  Filwaqt li regoli anqas stretti jiġu riflessi x'imkien ieħor, sanzjonijiet punittivi applikati jenħtieġ li jiriflettu r-realtajiet ekonomiċi ta' kumpaniji iżgħar.

(10)  F'konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, jenħtieġ li l-emittenti jippubblikaw tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali ("PDMRs") u persuni assoċjati mill-qrib magħhom ("PCAs") fi żmien tlett ijiem wara t-tranżazzjoni. L-istess data ta' skadenza tapplika għal PDMRs u PCAs fir-rigward tad-dmir tagħhom li jirrapportaw it-tranżazzjonijiet tagħhom lill-emittent. Fejn emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs jkunu notifikati tard minn PDMRs u PCAs bit-tranżazzjonijiet tagħhom, din tkun sfida teknika għal dawk l-emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs li jikkonformaw mad-data ta' skadenza ta' tlett ijiem li tista' tagħti bidu għal kwistjonijiet ta' responsabbiltà. Għalhekk, jenħtieġ li l-emittenti tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs ikunu permessi jiżvelaw tranżazzjonijiet fi żmien jumejn wara li dawn it-tranżazzjonijiet jiġu notifikati mill-PDMRs jew il-PCAs.

(11)  Jenħtieġ li s-swieq tat-tkabbir tal-SMEs ma jiġux perċepiti bħala l-aħħar pass fl-espansjoni ta' emittenti u jenħtieġ li jippermettu lil kumpaniji ta' suċċess sabiex jikbru u xi darba jimxu għal swieq regolati, sabiex jibbenefikaw minn likwidità akbar u ġabra ta' investituri akbar. Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni minn suq tat-tkabbir tal-SMEs għal suq regolat, jenħtieġ li kumpaniji li qed jikbru jkunu kapaċi jużaw ir-reġim ta' żvelar simplifikat għall-ammissjoni f'suq regolat, kif stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm dawk il-kumpaniji jkunu diġà ammessi għal negozjar f'suq tat-tkabbir tal-SMEs għal mill-anqas tliet snin. Jenħtieġ li dak il-perjodu jippermetti lill-emittenti li jkollhom rekord suffiċjenti u li jipprovdu lis-suq b'informazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom u rekwiżiti ta' rapportar skont ir-regoli tad-Direttiva 2014/65/UE.

(12)  Skont ir-Regolament (UE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), l-emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs mhumiex obbligati jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom fl-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju. Madankollu, sabiex ikun evitat li jitbiegħdu minn standards tas-suq regolat, jenħtieġ li l-emittenti tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs li jixtiequ jużaw reġim ta' żvelar simplifikat għal trasferiment lejn suq regolat jippreparaw l-aktar rapporti finanzjarji reċenti tagħhom, inkluż informazzjoni komparattiva għas-sena preċedenti skont dak ir-Regolament.

(12a)  Huwa meħtieġ approċċ trasversali biex jitjiebu l-finanzjament għall-SMEs u l-investiment fihom fl-Unjoni. Jenħtieġ li dak l-approċċ trasversali jiffoka fuq iż-żewġ aspetti tal-finanzjament – l-intrapriżi u l-investituri. Bħalissa, l-investituri istituzzjonali qegħdin jaffaċċjaw regoli, rekwiżiti prudenzjali jew proporzjonijiet potenzjalment konservattivi żżejjed li jżommuhom milli jinvestu fl-SMEs. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina, fid-diversi regolamenti settorjali li jirregolaw il-fondi tal-pensjonijiet, l-intrapriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, lill-maniġers tal-assi u lid-ditti tal-investiment, kif jista' jiġi ffaċilitat l-investiment fl-SMEs elenkati fis-swieq ta' tkabbir u b'mod aktar ġenerali fl-SMEs kollha fl-Unjoni.

(13)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 2017/1129 jiġu emendati kif xieraq.

(14)  Jenħtieġ li l-emendi stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għal operaturi tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs preżenti sabiex jadattaw il-ġabra ta' regoli tagħhom,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 596/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 huwa emendat kif ġej:

1.  fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1.a Fejn offerta għal titoli hija indirizzata biss lil investituri kwalifikati kif definit fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, komunikazzjoni ta' informazzjoni lil dawn l-investituri kwalifikati għall-għanijiet ta' negozjar tat-termini u kondizzjonijiet kuntrattwali tal-parteċipazzjoni tagħhom fi ħruġ ta' bonds minn emittent li għandu strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar ma għandhiex tikkostitwixxi sondaġġ tas-suq u ma għandhiex tikkostitwixxi żvelar illegali ta' informazzjoni privileġġata. Dak l-emittent għandu jiżgura li l-investituri li jkunu qed jirċievu l-informazzjoni huma konxji ta', u jirrikonoxxu bil-kitba, id-dmirijiet legali u regolatorji involuti u huwa konxju tas-sanzjonijiet applikabbli għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata u żvelar illegali ta' informazzjoni privileġġata.

________________________

*  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).";

2.  fl-Artikolu 13, jiddaħħlu l-paragrafi 12 u 13 li ġejjin:

"12. Mingħajr ma tiddgħajjef il-kapaċità tal-Istati Membri li jużaw prattiki użati tas-suq, jew li jiżviluppaw tali prattiki, emittent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu huma ammessi għan-negozjar f'suq ta' tkabbir tal-SMEs għandu jkun awtorizzat li jidħol f'kuntratt ta' likwidità tal-UE għall-ishma tiegħu, kemm-il darba jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  it-termini u kondizzjonijiet tal-kuntratt ta' likwidità jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) ta' dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2016/908**;

(b)  il-kuntratt ta' likwidità jkun stabbilit skont il-mudell kif imsemmi fil-paragrafu 13;

(c)  il-fornitur tal-likwidità ikun debitament awtorizzat mill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2014/65/UE u reġistrat bħala membru tas-suq mill-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li topera s-suq tat-tkabbir tal-SMEs;

(d)  l-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw is-suq tat-tkabbir tal-SMEs jirrikonoxxu bil-kitba lill-emittent li rċevew kopja tal-kuntratt ta' likwidità u jaqblu mat-termini u kondizzjonijiet tal-kuntratt.

L-emittent imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun kapaċi juri fi kwalunkwe ħin li l-kondizzjonijiet li taħthom ġie stabbilit il-kuntratt huma ssodisfati fuq bażi kontinwa. Dak l-emittent u d-ditta tal-investiment li joperaw is-suq tat-tkabbir tal-SMEs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b'kopja tal-kuntratt tal-likwidità▌.

13. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-paragrafu 12, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, u abbażi tal-parir tekniku tagħha, tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika standards għal mudell kuntrattwali li għandu jintuża għall-finijiet tad-dħul f'kuntratt ta' likwidità tal-UE biex tiġi żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13. ▌

_________________________

**  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/908 tas-26 ta' Frar 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji, il-proċedura u r-rekwiżiti biex tiġi stabbilita prattika tas-suq aċċettata u r-rekwiżiti biex tinżamm, tiġi terminata jew jiġu modifikati l-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha (ĠU L 153, 10.6.2016, p. 3).";

3.  Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

  (a) it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "Jekk emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun ittardja l-iżvelar ta' informazzjoni privileġġata skont dan il-paragrafu, għandu dejjem jinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 dwar id-dewmin, immedjatament wara li l-informazzjoni tkun żvelata lill-pubbliku. Fin-notifika bil-miktub, l-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ġew issoddisfati l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu. B'mod alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li rekord ta' tali spjegazzjoni jista' jiġi ppreżentat biss fuq talba tal-awtorità kompetenti speċifikata fil-paragrafu 3.

  (b) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"B'deroga mit-tielet subparagrafu, meta l-emittent ikollu t-titoli tiegħu ammessi f'suq ta' tkabbir tal-SME, l-ispjegazzjoni bil-miktub għandha tiġi pprovduta mill-emittent lill-awtorità kompetenti unikament fuq talba";

4.  fl-Artikolu 18, il-paragrafi 1 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom, kull wieħed għandu:

(a)  ifassal lista tal-persuni kollha li għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata u li jaħdmu għalih taħt kuntratt ta' impjieg, jew inkella jwettqu kompiti li permezz tagħhom ikollhom aċċess għal informazzjoni privileġġata, bħal konsulenti, kontabilisti jew aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (lista' ta' persuni b'informazzjoni privileġġata);

(b)  jaġġorna din il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata fil-pront skont il-paragrafu 4; u

(c)  jipprovdi l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun fuq talba tagħha.

2.  Emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom, għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fuq il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata taċċetta bil-miktub id-dmirijiet legali u regolatorji involuti u hija konxja mis-sanzjonijiet applikabbli għal abbuz ta' informazzjoni privileġġata, u żvelar illegali ta' informazzjoni privileġġata. Meta persuna oħra tintalab mill-emittent tfassal u taġġorna l-lista tiegħu ta' persuni b'informazzjoni priviliġġata, l-emittent jibqa' responsabbli b'mod sħiħ għall-konformità ma' dan l-Artikolu. L-emittent għandu dejjem iżomm dritt ta' aċċess għal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata li l-persuna l-oħra tkun fasslet.

3.  Il-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandhom jinkludu tal-anqas:

  (a)  l-identità ta' kwalunkwe persuna li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata;

(b)  ir-raġuni għaliex dik il-persuna ddaħħlet fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata;

(c)  id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata; u

(d)  id-data li fiha nkitbet il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata.

4.  L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom jew għan-nom tagħhom għandhom jaġġornaw il-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tagħhom fil-pront, inkluża d-data tal-aġġornament fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)  meta jkun hemm tibdil fir-raġuni għaliex tiddaħħal persuna li tkun diġà fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata;

(b)  meta jkun hemm persuna ġdida li jkollha aċċess għall-informazzjoni privileġġata u teħtieġ, għalhekk, tiżdied mal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata; u

(c)  meta persuna ma jibqax ikollha aċċess għal informazzjoni privileġġata.

Kull aġġornament għandu jispeċifika d-data u l-ħin meta seħħ it-tibdil li wassal għall-aġġornament.

5.  L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom għandhom iżommu l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tagħhom għal perjodu ta' mhux inqas minn 5 snin wara li tkun tfasslet jew ġiet aġġornata.

6.  Emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq tat-tkabbir tal-SMEs u kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom jew akkont tagħhom għandhom ikunu awtorizzati sabiex jinkludu fil-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tagħhom biss lil dawk il-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew tal-pożizzjoni tagħhom għandhom aċċess permanenti għal informazzjoni privileġġata fl-entitajiet rispettivi tagħhom.

Dawk il-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandhom ikunu provduti lill-awtorità kompetenti fuq talba. Fin-nuqqas ta' talba bħal din, il-listi għandhom jiġu pprovduti bi frekwenza minima li għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti."

5.  fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3), tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq tat-tkabbir tal-SMEs għandu jkollhom jumejn ta' xogħol wara li jirċievu n-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jagħmlu pubblika l-informazzjoni li hemm f'dik in-notifika.".

5a.  L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u 6, fl-Artikolu 12(5), fl-Artikolu 13(13), fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 17(3) u fl-Artikolu 19(13) u (14) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu."

(b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(13), it-tielet subparagrph tal-Artikolu 17(2) u (3), l-Artikolu 19(13) u (14) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ."

(c) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"3a. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru, skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet."

(d) Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Att delegat adottat bis-saħħa tal-Artikolu 6(5) jew (6), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(13), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-Artikolu 17(3), jew l-Artikolu 19(13) jew (14), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 2017/1129

-1.  l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

  (a)  il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(f) titoli offruti b'konnessjoni ma' xiri permezz ta' offerta ta' skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), ▌li jiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent u li jiżgura aktar trasparenza sabiex investitur ikun jista' jagħmel valutazzjoni infurmata f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);"

(b)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"6a. L-eżenzjonijiet previsti fil-punt (f) tal-paragrafu 4, u fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, għandhom japplikaw biss meta t-titoli ta' ekwità tal-entità kontraenti jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat qabel l-akkwist.

L-eżenzjonijiet stabbiliti fil-punt (g) tal-paragrafu 4 u l-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss fil-każ ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  it-titoli ta' ekwità soġġetti għad-diviżjoni jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat qabel it-tranżazzjoni;

(b)  it-titoli ta' ekwità soġġetti għad-diviżjoni tal-kumpanija jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat qabel it-tranżazzjoni;

(c)  l-għaqda ma tkunx meqjusa bħala tranżazzjoni ta' akkwist invers fis-sens tal-paragrafu B19 tal-IFRS 3, Kombinamenti ta' Negozji, kif approvat mill-Unjoni Ewropea."

1.  L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1129 huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

  (i)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

emittenti li t-titoli ta' ekwità tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq ta' tkabbir tal-SMEs b'mod kontinwu għal tal-inqas l-aħħar 18-il xahar u li joħorġu titoli mingħajr ekwità jew titoli li jagħtu aċċess għall-ekwità;"

(ii)  ▌jiżdied il-punt ▌li ġej:

"(d) emittenti li ġew ammessi għan-negozjar f'suq ta' tkabbir tal-SMEs għal mill-anqas sentejn u li jkunu qed ifittxu ammissjoni ta' titoli eżsitenti jew ġodda għan-negozjar f'suq regolat.";

(b)  il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e)  għal titoli ta' ekwità jew titoli li jagħtu aċċess għal ekwità, id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju, id-dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn, żvelar ta' konflitti ta' interess rilevanti u tranżazzjonijiet relatati mal-parti, azzjonisti maġġuri u, fejn applikabbli, informazzjoni finanzjarja pro forma."

(ii)  jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta' Jannar 2021, tirrevedi l-att delegat jew l-atti delegati previsti f'dan il-paragrafu, inkluż b'mod partikolari dawk li jistabbilixxu l-iskedi li jispeċifikaw l-informazzjoni ridotta dwar it-titoli ta' ekwità skont il-punt (e) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu."

2a.  Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jiddaħħal il-punt li ġej:

"(ca) l-emittenti, li mhumiex SMEs, li joffru ishma lill-pubbliku fl-istess waqt ta' applikazzjoni ta' ammissjoni ta' dawn l-ishma f'suq ta' tkabbir tal-SMEs, sakemm ma jkollhomx ishma diġà ammessi għall-kummerċ f'suq ta' tkabbir tal-SMEs u li l-prodott taż-żewġ komponenti li ġejjin ikun inqas minn EUR 200 000 000:

(i) il-prezz tal-offerta finali jew il-prezz massimu fil-każ imsemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 17(1);

(ii) in-numru totali ta' ishma pendenti immedjatament wara l-offerta ta' ishma lill-pubbliku, ikkalkulat jew fuq l-ammont ta' ishma offruti lill-pubbliku jew fuq l-ammont massimu ta' ishma offruti lill-pubbliku, fil-każ imsemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 17(1)."

2b.  Fl-Anness V, il-punt II huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "II. ▌Dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn (għal titoli ta' ekwità biss maħruġa minn kumpanniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq 'il fuq minn EUR 200 000 000) u dikjarazzjoni tal-kapital operatorju (għat-titoli ta' ekwità biss).

  L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn tal-emittent u informazzjoni dwar jekk il-kapital operatorju huwiex biżżejjed biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet preżenti tal-emittent jew, f'każ kuntrarju, kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ."

Artikolu 2a

Emendi għar-Regolament (UE) 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/KE

1.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2020 l-aktar tard, tfassal rapport f'kooperazzjoni mal-ESMA dwar l-impatt li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) u d-Direttiva 2014/65/UE għandhom fuq il-finanzjament, l-aċċess għas-swieq finanzjarji u s-suċċess tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Għall-fini tar-rapport, l-ESMA għandha tiġbor data dwar l-IPOs u t-tneħħija mil-listi rigward swieq tat-tkabbir tal-SMEs, MTFs oħra u swieq regolati, kif ukoll timmonitorja t-trasferiment ta' kumpaniji bejn ċentri tan-negozjar differenti. L-ESMA għandha teżamina jekk is-sjieda tal-ishma u l-bonds ta' SMEs fis-suq sekondarju tikkostitwixxix ostakolu għall-SMEs li qed jaċċessaw is-swieq pubbliċi. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk ikun il-każ.

2.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tistabbilixxi grupp ta' esperti magħmul minn partijiet ikkonċernati biex jimmonitorja s-suċċess tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. It-taqsima dwar is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandha titħejja f'kooperazzjoni mal-grupp ta' esperti magħmul minn partijiet ikkonċernati.

Artikolu 2b

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/593

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tivvaluta l-effetti tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva Delegata 2017/593/UE(13) dwar il-kopertura tar-riċerka tal-SMEs fl-Unjoni.

L-Artikolu 13 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593 jistabbilixxi r-rekwiżiti li japplikaw għall-forniment ta' riċerka minn partijiet terzi lil ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-portafoll jew servizzi anċillari oħrajn lill-klijenti, u b'mod partikolari l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssoddisfati biex tali riċerka ma titqiesx bħala inċentiv ipprojbit mill-Artikolu 24(7) u (8) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 2c

Emendi għad-Direttiva 2009/138/KE

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, tal-proporzjonijiet ta' investiment u ta' kwalunkwe miżura oħra li jista' jkollha impatt restrittiv fuq il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jaqgħu taħt id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) biex jiffinanzjaw lill-SMEs elenkati u mhux elenkati, u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, EIOPA) għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:

(a)  analiżi tal-evoluzzjoni tal-investiment minn kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'SMEs elenkati u mhux elenkati;

(b)  analiżi tal-ostakoli regolatorji u amministrattivi li jillimitaw jew jipprevjenu l-finanzjament u l-investiment f'SMEs elenkati u mhux elenkati bħal rekwiżiti u proporzjonijiet prudenzjali, jew dispożizzjonijiet oħra;

(c)  il-konsistenza tar-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE konnessi ma' skoperturi tal-SMEs u l-konklużjonijiet tal-analiżi msemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 2d

Emendi għad-Direttiva (UE) 2016/2341

1.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, tal-proporzjonijiet ta' investiment u ta' kwalunkwe miżura oħra li jista' jkollha impatt restrittiv fuq istituzzjonijiet tal-fondi ta' pensjonijiet tax-xogħol (IORP 2) li jaqgħu taħt id-Direttiva 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) fil-finanzjament tal-SMEs elenkati u mhux elenkati, u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:

(a)  analiżi tal-iżviluppi fl-investiment min-naħa tal-fondi ta' pensjonijiet tax-xogħol fl-SMEs elenkati u mhux elenkati;

(b)  analiżi tal-ostakoli regolatorji u amministrattivi li jillimitaw jew jipprevjenu l-finanzjament u l-investiment f'SMEs elenkati u mhux elenkati bħal rekwiżiti u proporzjonijiet prudenzjali, jew dispożizzjonijiet oħra;

(c)  il-konsistenza tar-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE konnessi ma' skoperturi tal-SMEs u l-konklużjonijiet tal-analiżi msemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 2e

Klawsola ta' reviżjoni tal-oqfsa li jirregolaw l-attivitajiet tal-intrapriżi ta' investiment u tal-maniġers tal-assi

1.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, tal-proporzjonijiet ta' investiment u ta' kwalunkwe miżura oħra li taqa' taħt id-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) (UCITS), id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) (AIFMD), IFD u IFR [PO: jekk jogħġbok daħal ir-referenza] li jista' jkollha impatt restrittiv fuq il-maniġers tal-assi u l-intrapriżi tal-investiment fil-finanzjament tal-SMEs elenkati u mhux elenkati, u għandha tippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-ESMA u l-EBA għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:

(a)  analiżi tal-iżviluppi fl-investiment min-naħa ta' dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-SMEs elenkati u mhux elenkati;

(b)  analiżi tal-ostakoli regolatorji u amministrattivi li jillimitaw jew jipprevjenu l-finanzjament u l-investiment f'SMEs elenkati u mhux elenkati bħal rekwiżiti u proporzjonijiet prudenzjali, jew dispożizzjonijiet oħra;

(c)  analiżi tar-riskju reali ffaċċjat u kkawżat minn investimenti f'SMEs elenkati fl-UE fuq perjodu ta' mill-inqas 10 snin, jew 5 snin meta jkun hemm tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, li jirrappreżenta ċiklu ekonomiku sħiħ li jqis iċ-ċikliċità ta' fatturi ekonomiċi ewlenin;

(d)  il-koerenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-kuntest assoċjat mal-iskoperturi fuq l-SMEs u l-konklużjonijiet tal-analiżijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

________________________________

***  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1). ”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika wara sitt (6) xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew        Għall-Kunsill

Il-President        Il-President

(1)

  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 79.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu▌.

(3)

  ĠU C […], […], p. […].

(4)

  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 79.

(5)

  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... (ĠU ...) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' ...

(6)

  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(8)

  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE. Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

(9)

  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(10)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(11)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(13)

Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 tas-7 ta' April 2016 li tissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti, l-obbligi ta' governanza tal-prodotti u r-regoli applikabbli għall-provvediment jew ir-riċeviment ta' tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 500).

(14)

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(15)

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(16)

Id-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186).

(17)

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-promozzjoni tal-użu ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs

Referenzi

COM(2018)0331 – C8-0212/2018 – 2018/0165(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

IMCO

11.6.2018

JURI

11.6.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.6.2018

IMCO

19.6.2018

JURI

9.7.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Anne Sander

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.9.2018

19.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Barbara Lochbihler, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

7.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Petr Ježek, Wolf Klinz, Lieve Wierinck

ECR

Syed Kamall, Bernd Lucke, Ralph Packet

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Jarosław Wałęsa, Esther de Lange

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Philippe Lamberts, Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Molly Scott Cato

0

-

 

 

5

0

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali