Proċedura : 2018/0111(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0438/2018

Testi mressqa :

A8-0438/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.20

Testi adottati :

P8_TA(2019)0352

RAPPORT     ***I
PDF 2054kWORD 209k
7.12.2018
PE 623.664v02-00 A8-0438/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

(COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Neoklis Sylikiotis

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Julia Reda, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

(*)  Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
  PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

(COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0234),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0169/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tad-29 ta' Novembru 2018 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-Kumitat responsabbli għall-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mill-Kummissjoni biex tieħu l-pożizzjoni tal-Parlament u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Novembru 2018, li japprova dik il-pożizzjoni, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0438/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dak it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni fl-ewwel qari

---------------------------------------------------------

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-Data Miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewopea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament u tal-Kunsill(3) ġiet emendata b'mod sostanzjali. Peress li jridu jsiru aktar emendi, jenħtieġ li ssir riformulazzjoni ta' dik id-Direttiva fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  B'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/98/KE u ħames snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/37/UE emendatorja, wara li kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni u rieżami tal-funzjonament tad-Direttiva fil-qafas ta' Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)(4).

(3)  Wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u fid-dawl tar-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Impatt(5), il-Kummissjoni qieset li kienet meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-ostakli emerġenti u li fadal b'rabta mal-użu wiesa' tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-informazzjoni ffinanzjata mill-pubbliku fl-Unjoni, u biex il-qafas leġiżlattiv taġġornah mal-progress fit-teknoloġiji diġitali, u tkompli tistimula l-innnovazzjoni teknoloġika speċjalment fl-Intelliġenza Artifiċjali▌.

(4)  Il-bidliet sostantivi li ddaħħlu fit-test ġuridiku biex jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej jiffokaw fuq dawn l-oqsma li ġejjin: l-għoti ta' aċċess f'ħin reali għal data dinamika b'mezzi tekniċi xierqa, aktar forniment ta' data pubblika ta' valur għoli għall-użu mill-ġdid, inkluż mill-impriżi pubbliċi kif ukoll mill-impriżi privati meta prodott fil-prestazzjoni ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, l-indirizzar ta' kull bidu ta' forma ġdida ta' arranġamenti esklużivi, l-użu tal-eżenzjonijiet għall-prinċipju tat-tariffar tal-ispiża marġinali u r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u ċerti strumenti legali relatati, inklużi d-Direttiva 96/9/KE(6), id-Direttiva 2003/4/KE, id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u r-Regolament (UE) 2016/679.

(4a)  L-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt fundamentali. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") tipprevedi li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż id-dritt li wieħed ikollu opinjoni u li jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika u irrispettivament mill-fruntieri.

(4b)  L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u jiddikjara li tali data trid tiġi pproċessata b'mod ġust għal finijiet speċifikati u fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi u taħt il-kontroll ta' awtorità indipendenti.

(5)  It-Trattat jipprevedi l-istabbiliment ta' suq intern u ta' sistema li tassigura li ma jkunx hemm tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern. L-armonizzazzjoni tar-regoli u l-prattiki fl-Istati Membri b'rabta mal-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku tikkontribwixxi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(6)  Is-settur pubbliku fl-Istati Membri jiġbor, jiġġenera, jirriġenera u jxerred firxa wiesgħa ta' informazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, fosthom l-attività soċjali, politika, ekonomika, legali, ġeografika, ambjentali, meteoroloġika, siżmika, u turistika, kif ukoll fl-oqsma tan-negozju, tal-privattivi u tal-edukazzjoni▌. Id-dokumenti ġġenerati mill-korpi tas-settur pubbliku ta' natura eżekuttiva, leġiżlattiva jew ġudizzjarja jikkostitwixxu ġabra vasta, varjata u prezzjuża ta' riżorsi li minnhom tista' tibbenefika s-soċjetà. Id-disponibbiltà ta' din l-informazzjoni f'format elettroniku użat b'mod komuni tippermetti liċ-ċittadini u n-negozji jsibu modi ġodda biex jużawha u joħolqu prodotti u servizzi ġodda u innovattivi. L-Istati Membri u l-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw u jirċievu appoġġ finanzjarju adegwat mill-Programm Ewropa Diġitali jew mill-fondi u l-programmi rilevanti tal-Unjoni mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tal-Ewropa, użu wiesa' ta' teknoloġiji diġitali jew it-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi fl-isforzi tagħhom biex id-data tkun tista' tintuża mill-ġdid.

(6a)  L-informazzjoni tas-settur pubbliku tirrappreżenta sors straordinarju ta' data li tista' tikkontribwixxi biex jittejjeb is-suq uniku diġitali u jiġu żviluppati applikazzjonijiet ġodda għall-konsumaturi u n-negozji. L-użu intelliġenti tad-data, inkluż l-ipproċessar tagħha permezz tal-applikazzjonijiet tal-intelligenza artifiċjali, jista' jkollu effett ta' trasformazzjoni fuq is-setturi kollha tal-ekonomija.

(7)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku stabbiliet sett minimu ta' regoli li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-mezzi prattiċi biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta' dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, inkluż il-korpi eżekuttivi, leġiżlattivi jew ġudizzjarji. Minn mindu ġie adottat l-ewwel sett ta' regoli dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, l-ammont ta' data fid-dinja, inkluż id-data pubblika, żdied b'mod esponenzjali u qed jiġu ġġenerati u jinġabru tipi ġodda ta' data. B'mod parallel, hemm evoluzzjoni kontinwa fit-teknoloġiji għall-analiżi, l-isfruttar u l-ipproċessar tad-data, bħat-tagħlim awtomatiku, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Internet tal-Oġġetti. Din l-evoluzzjoni teknoloġika mgħaġġla tippermetti l-ħolqien ta' servizzi u applikazzjonijiet ġodda, mibnija fuq l-użu, l-aggregazzjoni u l-kombinazzjoni tad-data. Ir-regoli li oriġinarjament ġew adotatti fl-2003 u mbagħad emendati fl-2013 ma għadhomx jimxu paripassu ma' dawn il-bidliet mgħaġġla u minħabba f'hekk jeżisti r-riskju li jintilfu l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali li joffri l-użu mill-ġdid tad-data pubblika.

(8)  L-evoluzzjoni lejn soċjetà bbażata fuq id-data, bl-użu ta' data minn dominji u attivitajiet differenti, tinfluwenza l-ħajja ta' kull ċittadin fl-Unjoni, fost l-oħrajn għax tippermettilhom jiksbu mezzi ġodda għall-aċċess u l-kisba tal-għarfien.

(9)  Il-kontenut diġitali għandu rwol importanti f'din l-evoluzzjoni. Il-produzzjoni tal-kontenut tat lok għall-ħolqien mgħaġġel ta' impiegi fis-snin reċenti u tkompli tagħmel dan. Ħafna mill-impjiegi jinħolqu min-negozji ġodda u l-SMEs innovattivi.

(10)  Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-istabbiliment ta' suq intern hu l-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta' ċerti servizzi u prodotti fl-Istati Membri u mal-Unjoni kollha. L-informazzjoni tas-settur pubbliku jew l-informazzjoni miġbura, iġġenerata, riġenerata, u mxerda fi ħdan l-eżerċizzju ta' kompitu pubbliku jew ta' servizz ta' interess ġenerali, hi materjal primarju importanti għall-prodotti u s-servizzi b'kontenut diġitali u ser issir riżorsa ta' kontenut ferm aktar importanti meta jinħolqu teknoloġiji diġitali avvanzati, bħall-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji tar-reġistru distribwit u l-internet tal-oġġetti. L-użu intelliġenti tad-data, inkluż l-ipproċessar tagħha permezz tal-applikazzjonijiet tal-intelligenza artifiċjali, jista' jkollu effett ta' trasformazzjoni fuq is-setturi kollha tal-ekonomija. Anki l-kopertura ġeografika transfruntiera wiesgħa se tkun essenzjali f'dan il-kuntest. Possibbiltajiet wiesgħa ta' użu mill-ġdid ta' informazzjoni bħal din jenħtieġ li fost l-oħrajn jippermettu lill-kumpaniji Ewropej kollha, inklużi l-mikrointrapriżi u l-SMEs, kif ukoll lis-soċjetà ċivili, li jisfruttaw il-potenzjal ta' din id-data u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien u l-protezzjoni ta' impjiegi ta' kwalità, speċjalment għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali, u għal għanijiet soċjetali importanti bħad-dover ta' rendikont u t-trasparenza.

(11)  L-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn korp tas-settur pubbliku żżid il-valur għall-utenti li jużaw mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti finali u għas-soċjetà b'mod ġenerali, u ħafna drabi, għall-korp pubbliku nnifsu, billi tippromwovi t-trasparenza u d-dover ta' rendikont, u r-rispons tal-utenti li jużaw mill-ġdid u tal-utenti aħħarija u dan jippermetti lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni miġbura kif ukoll it-twettiq tal-kompiti pubbliċi tiegħu. Bl-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, it-tixrid ta' data miġbura u mqassma fi ħdan l-eżerċizzju ta' kompitu pubbliku jista' jikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata l-informazzjoni awtentika tal-utenti.

(12)  Hemm differenzi konsiderevoli fir-regoli u l-prattiki tal-Istati Membri b'rabta mal-isfruttar tar-riżorsi tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, li joħolqu ostakli għal kisba sħiħa tal-potenzjal ekonomiku ta' dan ir-riżors ta' dokument ewlieni. Il-prattika tal-korpi tas-settur pubbliku fl-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għadha tvarja fost l-Istati Membri. Dak il-fatt jenħtieġ li jiġi kkunsidrat. Jenħtieġ għalhekk li ssir armonizzazzjoni minima tar-regoli u l-prattiki nazzjonali dwar l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku, fil-każijiet meta d-differenzi fir-regolamenti u l-prattiki nazzjonali jew in-nuqqas ta' ċarezza jxekklu l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-Unjoni.

(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-ħolqien ta' data bbażata fuq il-prinċipju ta' "data miftuħa mid-disinn u b'mod awtomatiku", fir-rigward tad-dokumenti kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiżguraw livell konsistenti ta' protezzjoni għall-għanijiet ta' interess pubbliku, bħas-sigurtà pubbliku, inkluż fejn hija kkonċernata informazzjoni sensittiva relatata ma' infrastrutturi kritiċi; u filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali, inkluż fejn l-informazzjoni f'sett tad-data individwali tista' ma tippreżentax riskju ta' identifikazzjoni jew singolarizzazzjoni ta' persuna fiżika, iżda meta kkombinata ma' informazzjoni oħra disponibbli, tista' tinvolvi dan ir-riskju. Il-politiki tad-data miftuħa li jiżguraw il-faċilità tas-sejbien, l-aċċessibbiltà, l-interoperabbiltà u l-użu mill-ġdid (il-prinċipji FAIR) u li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, teknika jew finanzjarja, u li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda primarjament għall-pubbliku, jistgħu jaqdu rwol importanti fit-trasparenza u fir-responsabbiltà demokratika, jippromwovu l-impenn soċjali u jixprunaw u jippromwovu l-iżvilupp ta' servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija▌. Sabiex jiġu massimizzati dawk il-benefiċċji, jenħtieġ li jiġi żgurat l-aċċess għas-sorsi u għad-data li qed tevolvi. Għaldaqstant jenħtieġ li l-interoperabbiltà, kif ukoll l-istandards u d-data miftuħa, jiġu implimentati fil-livell tal-amministrazzjoni ta' kull Stat Membru. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u tappoġġa t-tfassil, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-adozzjoni ta' interfaċċi elettroniċi interoperabbli li jippermettu servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u siguri.

(14)  Barra minn hekk, mingħajr l-armonizzazzjoni minima fil-livell tal-Unjoni, l-attivitajiet leġiżlattivi fil-livell nazzjonali, li diġà nbdew f'għadd ta' Stati Membri biex iwieġbu għall-isfidi teknoloġiċi, jistgħu jwasslu għal aktar differenzi sinifikattivi. L-impatt ta' dawk id-differenzi u l-inċertezzi leġiżlattivi jsir aktar sinifikanti bi żvilupp ulterjuri fis-soċjetà tal-informazzjoni, li diġà żied ħafna l-isfruttar transfruntier tal-informazzjoni.

(15)  L-Istati Membri stabbilew politiki dwar l-użu mill-ġdid skont id-Direttiva 2003/98/KE, u wħud mill-Istati Membri ilhom jadottaw approċċi ambizzjużi tad-data miftuħa, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tad-data pubblika aċċessibbli għaċ-ċittadini u għall-kumpanniji, lil hinn mil-livell minimu stabbilit f'dik id-Direttiva. Biex ikun evitat li regoli differenti fi Stati Membri differenti jkunu ta' xkiel għall-offerta transfruntiera tal-prodotti u tas-servizzi, u biex settijiet tad-data komparabbli jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal applikazzjonijiet pan-Ewropej imsejsa fuqhom, hemm bżonn issir armonizzazzjoni minima biex jiġi ddeterminat x'data pubblika tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid fis-suq intern tal-informazzjoni, b'mod konsistenti mar-reġim rilevanti tal-aċċess. Id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali li jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti minimi, l-aktar fil-każijiet ta' leġiżlazzjoni settorjali, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw. L-eżempji ta' dispożizzjonijiet li jaqbżu l-livell minimu ta' armonizzazzjoni ta' din id-Direttiva jinkludu limiti tat-tariffi permissibbli tal-użu mill-ġdid li jkunu inqas mil-limiti previsti fl-Artikolu 6 jew termini ta' liċenzjar inqas restrittivi minn dawk imsemmija fl-Artikolu 8. B'mod partikolari, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jaqbżu l-livell minimu ta' armonizzazzjoni ta' din id-Direttiva kif stabbilit f'Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni adottati skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport.

(16)  Qafas ġenerali għall-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku hu meħtieġ biex jiżgura kundizzjonijiet ġusti, proporzjonati u mhux diskriminatorji għall-użu mill-ġdid ta' dik l-informazzjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jiġbru, jiġġeneraw, jirriġeneraw u jxerrdu dokumenti biex iwettqu l-kompiti pubbliċi tagħhom. L-użu ta' dawk id-dokumenti għal raġunijiet oħra jikkostitwixxi użu mill-ġdid. Il-politika tal-Istati Membri tista' tmur lil hinn mill-istandards minimi stabbiliti b'din id-Direttiva, u b'hekk tippermetti użu mill-ġdid aktar estensiv.

(17)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għad-dokumenti li l-forniment tagħhom ikun parti mill-kompiti pubbliċi tal-korpi tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit mil-liġi jew minn regoli vinkolanti oħra tal-Istati Membri. Fin-nuqqas ta' dawn ir-regoli, il-kompiti pubbliċi jenħtieġ li jiġu ddefiniti skont il-prattika amministrattiva komuni tal-Istat Membru, sakemm l-ambitu tal-kompiti pubbliċi jkun trasparenti u soġġett għal rieżami. Il-kompiti pubbliċi jistgħu jiġu ddefiniti b'mod ġenerali jew abbażi ta' każ b'każ lil korpi individwali tas-settur pubbliku.

(18)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għad-dokumenti li jsiru aċċessibbli għall-użu mill-ġdid meta l-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw, ibigħu, ixerrdu, jiskambjaw jew jagħtu l-informazzjoni. Biex ikunu evitati sussidji inkroċjati, l-użu mill-ġdid jenħtieġ li jinkludi użu ulterjuri ta' dokumenti fi ħdan l-organizzazzjoni nnifisha għall-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħha. L-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu ta' kompitu pubbliku tipikament se jkunu jinkludu l-forniment ta' dokumenti li jiġu ġġenerati jew tariffati esklużivament fuq bażi kummerċjali u f'kompetizzjoni ma' oħrajn fis-suq.

(19)  Jenħtieġ li din id-Direttiva bl-ebda mod ma tirrestrinġi jew tippreġudika t-twettiq tal-kompiti legali tal-amministrazzjoni pubblika u tal-korpi pubbliċi l-oħrajn. Lanqas ma tistabbilixxi l-aċċess. Din id-deċiżjoni tibqa' fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet ▌stipulati f'din id-Direttiva, bħall-protezzjoni tad-data personali, li jippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu jew jeskludu ċerti dokumenti milli jkunu jistgħu jiġu aċċessati. Din id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi eżistenti tal-aċċess fl-Istati Membri u ma tibdilx ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għal dokumenti. Din ma tapplikax fil-każijiet meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji, bir-reġim rilevanti tal-aċċess, ikunu jistgħu jiksbu dokumenti biss dment li jagħtu prova ta' interess partikolari. Fil-livell tal-Unjoni, l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jitħeġġu jagħmlu disponibbli kull dokument miżmum minnhom għall-użu mill-ġdid. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jippromwovu u jħeġġu l-użu mill-ġdid ta' dokumenti, inkluż testi uffiċjali ta' natura leġiżlattiva u amministrattiva li l-korp tas-settur pubbliku jkollu dritt jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom.

(20)  Ħafna drabi l-Istati Membri jafdaw il-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali f'idejn entitajiet barra mis-settur pubbliku, filwaqt li jżommu livell għoli ta' kontroll fuq dawn l-entitajiet. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/98/KE japplikaw biss għad-dokumenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u jeskludu lill-impriżi pubbliċi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Dan iwassal għal disponibbiltà fqira għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti ġenerati waqt it-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari s-setturi tal-utilità. Minbarra dan, jonqos bil-kbir il-potenzjal għall-ħolqien ta' servizzi transfruntiera bbażati fuq id-dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' interess ġenerali. L-użu mill-ġdid tad-data jista' jkollu rwol importanti fl-istimulazzjoni tat-tkabbir ekonomiku u fil-promozzjoni tal-involviment pubbliku.

(21)  Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu jistgħu jiġu applikati għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti ġġenerati waqt it-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali mill-impriżi pubbliċi u privati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li jagħmlu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), kif ukoll mill-impriżi pubbliċi u privati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li jaġixxu bħala operaturi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, l-impriżi pubbliċi u privati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva,li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità, u l-impriżi pubbliċi u privati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li jaġixxu bħala sidien tal-bastimenti tal-Unjoni li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu).

(21a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal dokumenti relatati mal-provvista ta' servizzi fl-interess ġenerali; għall-użu mill-ġdid minn kompetituri diretti ta' impriżi pubbliċi ta' dokumenti prodotti fl-ambitu tal-attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u eżentati mir-regoli tal-akkwist skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li hemm fihom.

(21b)  Minħabba n-natura kritika tal-attivitajiet tagħhom u minħabba sigurtà u r-rekwiżit ta' notifika, jenħtieġ li d-Direttiva la tapplika għal aċċess għal dokumenti li jkunu esklużi lanqas għal dawk ristretti għal raġunijiet tal-protezzjoni tas-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2016/1148/UE jew skont ir-regoli li jmexxu operaturi ta' infrastrutturi kritiċi inklużi operaturi ta' servizzi essenzjali fis-sens tad-Direttiva 2008/114/KE.

(22)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma jkunx fiha obbligu li jitħalla l-użu mill-ġdid tad-dokumenti ġenerati mill-impriżi pubbliċi jew, meta jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, impriżi privati. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar jekk jiġix awtorizzat l-użu mill-ġdid tad-dokumenti kollha jew ta' xi wħud minnhom, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva tibqa' f'idejn l-impriża pubblika kkonċernata jew, fejn rilevanti, impriża privata. Huwa biss wara li l-impriża pubblika jew, fejn rilevanti, impriża privata tkun għażlet li tagħmel dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid li din jenħtieġ li tosserva l-obbligi rilevanti stabbiliti fil-Kapitoli III u IV ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fejn jidħlu l-formati, it-tariffar, it-trasparenza, il-liċenzji, in-nondiskriminazzjoni u l-projbizzjoni ta' arranġamenti esklużivi. Min-naħa l-oħra, l-impriża pubblika jew, fejn rilevanti, impriża privata mhix meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II, bħalma huma r-regoli applikabbli għall-ipproċessar tat-talbiet.

(23)  Il-volum tad-data tar-riċerka ġenerata qed jikber b'mod esponenzjali u għandu l-potenzjal li din tintuża mill-ġdid lil hinn mill-komunità xjentifika. Biex l-isfidi dejjem akbar tas-soċjetà jkunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod effiċjenti u b'mod ħolistiku, sar kruċjali u urġenti li d-data minn sorsi differenti, kif ukoll minn fost setturi u dixxiplini differenti, tkun tista' tiġi aċċessata, mħallta u użata mill-ġdid. Id-data tar-riċerka tinkludi l-istatistika, ir-riżultati tal-esperimenti, il-kejl, l-osservazzjonijiet ta' riċerki fuq il-post, ir-riżultati ta' stħarriġiet, rekordjar ta' intervisti u stampi. Din tinkludi wkoll il-metadata, l-ispeċifikazzjonijiet u oġġetti diġitali oħra. Id-data tar-riċerka hi differenti mill-artikli xjentifiċi li jirrappurtaw u jikkummentaw fuq is-sejbiet tar-riċerka xjentifika tagħhom. Għal bosta snin, id-disponibbiltà miftuħa u l-użu mill-ġdid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika li joħorġu minn finanzjament pubbliku kienu soġġetti għal inizjattivi speċifiċi ta' politika. Il-politiki tal-aċċess miftuħ għandhom l-għan b'mod partikolari li jipprovdu lir-riċerkaturi u lill-pubbliku ġenerali b'aċċess għad-data tar-riċerka minn kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tad-disseminazzjoni u li din tkun tista' tintuża u terġa' tintuża. L-aċċess miftuħ jgħin biex titjieb il-kwalità, jonqos il-bżonn ta' xogħol doppju tar-riċerka, jitħaffef il-progress xjentifiku, tiġi miġġielda l-frodi xjentifika, u jista' b'mod ġenerali jiġi ffavorit it-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni. Minbarra l-aċċess miftuħ, l-ippjanar tal-ġestjoni tad-data fi żmien qasir qed isir prassi xjentifika standard li tiżgura li d-data tkun traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u tista' tintuża mill-ġdid (il-prinċipji FAIR), u l-istess qed jiġri fir-rigward tal-forniment konsistenti ta' pjanijiet ta' ġestjoni tad-data, li għandu jitħeġġeġ aktar.

(24)  Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, jixraq jiġi stabbilit obbligu għall-Istati Membri biex jadottaw politiki tal-aċċess miftuħ b'rabta mar-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-pubbliku u biex jiżguraw li dawn il-politiki jiġu implimentati minn kull organizzazzjoni li twettaq ir-riċerka u minn kull organizzazzjoni li tiffinanzja r-riċerka. Tipikament il-politiki tal-aċċess miftuħ ikunu jippermettu firxa ta' eċċezzjonijiet biex ir-riżultati tar-riċerka xjentifika ma tkunx disponibbli b'mod miftuħ. Fis-17 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-preżervazzjoni tagħha, li ġiet aġġornata fil-25 ta' April 2018(9), u din tiddeskrivi, fost l-oħrajn, elementi rilevanti tal-politiki tal-aċċess miftuħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitjiebu l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom ċerti riżultati tar-riċerka jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li ċerti obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva jiġu estiżi għad-data xjentifika li tirriżulta mill-attivitajiet tar-riċerka xjentifika ssussidjati mill-fondi pubbliċi jew kofinanzjati minn entitajiet tas-settur pubbliku u privat. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-data tar-riċerka li tkun iffinanzjata pubblikament tkun awtomatikament miftuħa. Iżda f'dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqies kif xieraq it-tħassib b'rabta mal-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigrieti kummerċjali, is-siġurtà nazzjonali, interessi kummerċjali leġittimi u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi f'konformità mal-prinċipju ta' data "miftuħa kemm jista' jkun, magħluqa kemm ikun hemm bżonn" sabiex, bħala parti essenzjali mir-riċerka, l-enfasi tkun li titħeġġeġ il-ġestjoni tad-data. Jekk l-aċċess ikun ristrett, il-pubbliku jenħtieġ li jingħata raġunijiet validi għal dawn ir-restrizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid. Biex jiġi evitat kull piż amministrattiv, dawn l-obbligi jenħtieġ li japplikaw biss għal din id-data tar-riċerka li diġà saret disponibbli għall-pubbliku mir-riċerkaturi. Tipi oħra ta' dokumenti miżmuma minn organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u minn organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ li jibqgħu jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(25)  Id-definizzjonijiet ta' "korp tas-settur pubbliku" u ta' "korp regolat mil-liġi pubblika" jittieħdu mid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(26)  Din id-Direttiva tistabbilixxi definizzjoni ġenerika tat-terminu "dokument". Din tkopri kull rappreżentazzjoni ta' atti, fatti jew informazzjoni – u kull kumpilazzjoni ta' dawk l-atti, il-fatti jew l-informazzjoni – bi kwalunkwe mezz (miktub fuq karta, jew maħżun b'format elettroniku jew irrekordjat b'mod awdjo, viżiv jew awdjoviżiv). Id-definizzjoni ta' "dokument" mhix maħsuba li tkopri l-programmi tal-kompjuter.

(27)  Il-korpi tas-settur pubbliku qed kulma jmur jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli għall-użu mill-ġdid b'mod proattiv, permezz ta' formati miftuħa li jinqraw mill-magni u f'format li jiżgura l-interoperabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà. Jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid meta dan jintalab minn utent li juża mill-ġdid. L-Istati Membri jenħtieġ li jiggarantixxu li jiġu definiti arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jkun jista' jiġi eżerċitat b'mod effettiv, b'indikazzjonijiet ċari ta' fejn jistgħu jinstabu tali dokumenti. Il-limitu taż-żmien biex tingħata tweġiba għat-talbiet għall-użu mill-ġdid jenħtieġ li jkun raġonevoli u konformi maż-żmien ekwivalenti għat-talbiet biex jiġi aċċessat id-dokument skont ir-reġimi rilevanti tal-aċċess. ▌Iżda jenħtieġ li l-impriżi pubbliċi, l-istituti edukattivi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit. B'limiti taż-żmien raġonevoli mal-Unjoni kollha jiġi stimulat il-ħolqien ta' prodotti u servizzi aggregati ġodda tal-informazzjoni fil-livell pan-Ewropew. Dan hu partikolarment importanti għad-data dinamika (inkluża d-data ambjentali, it-traffiku tad-data, id-data satellitari, metoroloġika), li l-valur ekonomiku tagħha jiddependi mid-disponibbiltà immedjata tal-informazzjoni u minn aġġornamenti regolari. Għalhekk, id-data dinamika jentħieġ li tkun disponibbli minnufih wara l-ġbir, mingħajr dewmien, permezz ta' Interfaċċa ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (API) biex jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-internet, mobbli, u tal-cloud ibbażati fuq din id-data. Meta dan ma jkunx possibbli minħabba restrizzjonijiet tekniċi jew finanzjarji, jenħtieġ li l-korpi tas-settur pubbliku jagħmlu d-dokumenti disponibbli fil-limitu taż-żmien li jippermetti l-isfruttar tal-potenzjal ekonomiku kollu tagħhom. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi sabiex jitneħħew ir-restrizzjonijiet tekniċi u finanzjarji rilevanti. Jekk ikun hemm bżonn liċenzja, id-disponibbiltà fil-ħin tad-dokumenti tista' tkun parti mit-termini tal-liċenzja.

(28)  Biex jinkiseb aċċess għad-data miftuħa għall-użu mill-ġdid permezz ta' din id-Direttiva, hemm bżonn jiġi żgurat l-aċċess għal data dinamika permezz ta' Interfaċċi għall-Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (APIs)▌. API tiddeskrivi t-tip ta' data li tista' tiġi rkuprata, kif isir dan u l-format li bih tasal id-data. Jenħtieġ li l-APIs ikunu appoġġati minn dokumentazzjoni teknika ċara li tkun kompluta u disponibbli online. Standards rikonoxxuti Ewropej jew internazzjonali jew protokolli oħra li jintużaw b'mod komuni jenħtieġ li jiġu applikati u jenħtieġ li jintużaw l-istandards internazzjonali għal settijiet ta' data fejn applikabbli. L-APIs jista' jkollhom livelli differenti ta' kumplessità u tista' tkun sempliċi link għal bażi tad-data biex jinġabru settijiet speċifiċi tad-data, interfaċċja tal-web strutturata, jew strutturi aktar kumplessi. Hemm valur ġenerali fl-użu mill-ġdid u fil-qsim tad-data permezz ta' użu xieraq tal-APIs għax dan se jgħin lill-iżviluppaturi u lin-negozji ġodda biex joħolqu servizzi u prodotti ġodda. Dan hu ingredjent importanti biex jinħolqu ekosistemi ta' valur madwar assi tad-data li l-potenzjal tagħhom għadu mhuwiex sfruttat biżżejjed mis-sidien tad-data. It-twaqqif u l-użu tal-API jeħtieġ jissejsu fuq diversi prinċipji: l-istabbiltà, l-affidabbiltà, id-disponibbiltà, l-effiċjenza, il-manutenzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-uniformità tal-użu u istandards, il-faċilità tal-użu, u s-sigurtà. Għad-data dinamika, jiġifieri d-data aġġornata b'mod frekwenti, ħafna drabi f'ħin reali, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi jenħtieġ li jagħmlu dan disponibbli għall-użu mill-ġdid minnufih wara l-ġbir permezz ta' APIs adegwati, li jeħtieġ ikunu kompatibbli mal-prinċipji FAIR. L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jirċievu appoġġ effiċjenti sabiex jiżviluppaw livell adegwat ta' kompetenza fis-servizzi tagħhom.

(29)  Il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jitjiebu billi tiġi limitata l-ħtieġa ta' diġitalizzazzjoni tad-dokumenti stampati jew ta' pproċessar tal-fajls diġitali biex isiru reċiproċikament kompatibbli. Għalhekk, il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jagħmlu d-dokumenti disponibbli b'xi format jew lingwa diġà eżistenti, permezz ta' mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jqisu b'mod favorevoli t-talbiet għal estratti minn dokumenti eżistenti meta t-tweġiba għal dik it-talba tkun tinvolvi biss operazzjoni sempliċi. Iżda jenħtieġ li l-korpi tas-settur pubbliku ma jkunux obbligati jipprovdu estratt minn dokument meta dan ikun jinvolvi sforz sporporzjonat. Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli b'format li, sa fejn ikun possibbli u xieraq, ma jkunx jiddependi mill-użu ta' xi softwer speċifiku, ▌il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jqisu l-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti minn persuni b'diżabbiltà u għalihom billi jipprovdu l-informazzjoni b'formati aċċessibbli .

(30)  Meta possibbli u xieraq, biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jagħmlu d-dokumenti, inkluż dawk ippubblikati fuq is-siti web, disponibbli b'formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, flimkien mal-metadata tagħhom, bl-aqwa livell ta' preċiżjoni u granularità, b'format li jiżgura l-interoperabbiltà, pereżempju billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kompatibbiltà u l-utilizzabbiltà tal-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(31)  Dokument jenħtieġ li jitqies li għandu format li jinqara mill-magni jekk dan ikollu format ta' fajl strutturat b'tali mod li l-applikazzjonijiet ta' softwer ikunu jistgħu faċilment jidentifikaw, jirrikonoxxu u, b'mod teknoloġikament newtrali, jieħdu data speċifika minnu. Id-data kodifikata f'fajls strutturati b'format li jinqara mill-magni jenħtieġ li titqies bħala data li tista' tinqara mill-magni. Il-formati li jinqraw mill-magni jistgħu jkunu miftuħa jew proprjetarji; jistgħu jkunu standard formali jew le. Jenħtieġ li d-dokumenti kodifikati f'format ta' fajl li jillimita l-ipproċessar awtomatiku, għax id-data ma tkunx tista' tittieħed jew ma tkunx tista' tittieħed faċilment minn dawn id-dokumenti, ma jitqisux li għandhom format li jinqara mill-magni. L-Istati Membri, fejn xieraq, jenħtieġ li jħeġġu l-użu ta' formati miftuħa li jinqraw mill-magni. Jenħtieġ li s-soluzzjonijiet żviluppati mill-programm ISA² jitqiesu fit-tfassil tal-metodi tekniċi għall-użu mill-ġdid tad-data.

(32)  It-tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jikkostitwixxu ostaklu għan-negozji ġodda u għall-SMEs biex jidħlu fi swieq importanti. Għalhekk jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr tariffi u, meta t-tariffi huma meħtieġa, dawn jenħtieġ jiġu limitati, fil-prinċipju, għall-ispejjeż marġinali. F'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li ma jixxekkilx il-funzjonament normali tal-korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom relatati mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom. Anki r-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv jenħtieġ li jiġi rikonoxxut. F'dawn il-każijiet, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu tariffi għall-ispejjeż marġinali msemmija hawn fuq. Dawk it-tariffi jenħtieġ li jkunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u d-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni, id-disseminazzjoni u l-manutenzjoni, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-data personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ li jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rekwiżit li jiġi ġġenerat dħul li jkopri parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-korpi tas-settur pubbliku marbuta mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom jew l-ambitu tas-servizzi ta' interess ġenerali fdati f'idejn l-impriżi pubbliċi ma għandux ikun rekwiżit legali u jista' joħroġ, pereżempju, minn prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri.

(32a)  Ir-redditu fuq l-investiment jista' jinftiehem bħala perċentwal, flimkien mal-ispejjeż marġinali, li jippermetti l-irkupru tal-ispejjeż tal-kapital u l-inklużjoni ta' rata reali ta' redditu. Peress li l-ispejjeż tal-kapital huwa marbut mill-qrib mar-rati tal-imgħax tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li huma stess għandhom bażi fir-rata fissa tal-BĊE fuq l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin, ir-redditu raġonevoli fuq l-investiment jenħtieġ li ma jkunx mistenni li jkun aktar minn 5 % ogħla mir-rata tal-imgħax fissa tal-BĊE.

(33)  Il-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jimponu tariffi ogħla mill-ispejjeż marġinali biex ma jixxekkilx il-funzjonament normali tagħhom. Fil-każ ta' dawn il-korpi tas-settur pubbliku, id-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tul il-perjodu tal-kontabbiltà xieraq jenħtieġ li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni, id-disseminazzjoni, il-manutenzjoni, il-preżervazzjoni u l-ikklerjar tad-drittijiet, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-data personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ li jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Għall-fini tal-libreriji, tal-mużewijiet u tal-arkivji, u filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tagħhom, jistgħu jitqiesu l-prezzijiet mitluba mis-settur privat għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti identiċi jew simili meta jkun qed jiġi kkalkulat redditu raġonevoli fuq l-investiment. Jenħtieġ li tali tariffi ogħla mill-ispejjeż marġinali jiġu stabbiliti abbażi ta' kriterji trasparenti, traċċabbli u verifikabbli.

(34)  Il-limiti ta' fuq tat-tariffi stabbiliti f'din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li japplikaw tariffi aktar baxxi jew li ma japplikaw l-ebda tariffa.

(35)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-kriterji tat-tariffar ogħla mill-ispejjeż marġinali. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri, pereżempju, jistgħu jistabbilixxu dawn il-kriterji fir-regoli nazzjonali jew jistgħu jaħtru l-korp xieraq jew korpi xierqa, għajr il-korp tas-settur pubbliku nnifsu, li jkunu kompetenti biex jistabbilixxu dawn il-kriterji. Dak il-korp jenħtieġ li jkun organizzat skont is-sistemi kostituzzjonali u ġuridiċi tal-Istati Membri. Dan jista' jkun korp eżistenti b'setgħat eżekuttivi baġitarji u taħt responsabbiltà politika.

(36)  Li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku jkunu ċari u disponibbli għall-pubbliku hi kundizzjoni minn qabel għall-iżvilupp ta' suq tal-informazzjoni mal-Unjoni kollha. Għalhekk il-kundizzjonijiet applikabbli kollha għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ li jkunu ċari għall-utenti li jużaw mill-ġdid. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-ħolqien ta' indiċijiet aċċessibbli online, meta xieraq, tad-dokumenti disponibbli biex jippromwovu u jiffaċilitaw it-talbiet għall-użu mill-ġdid. L-applikanti għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet li mhumiex ▌istituti edukattivi, organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ li jiġu infurmati bil-mezzi disponibbli ta' rimedju rigward id-deċiżjonijiet jew il-prattiki li jaffettwawhom. Dan hu importanti b'mod partikolari għall-SMEs u n-negozji l-ġodda li jaf ma jkunux midħla tal-interazzjonijiet mal-korpi tas-settur pubbliku minn Stati Membri oħra u l-mezzi korrispondenti ta' rimedju.

(37)  Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami. Dak il-korp jista' jkun awtorità nazzjonali diġà eżistenti, bħall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità superviżorja nazzjonali stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2016/679(12), l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali. Dak il-korp jenħtieġ li jkun organizzat skont is-sistemi kostituzzjonali u ġuridiċi tal-Istati Membri u jenħtieġ li ma jkunx jippreġudika xi mezz ta' rimedju li jkun disponibbli mod ieħor għall-applikanti għall-aċċess u għall-użu mill-ġdid. Iżda jenħtieġ li dan ikun indipendenti mill-mekkaniżmu tal-Istat Membru li jistabbilixxi l-kriterji tat-tariffar ogħla mill-ispejjeż marġinali. Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami tad-deċiżjonijiet negattivi u tad-deċiżjonijiet li, għalkemm jippermettu l-użu mill-ġdid, xorta jistgħu jaffettwaw lill-applikanti minħabba raġunijiet oħra, b'mod partikolari bir-regoli tat-tariffar applikati. Il-proċess tar-rieżami jenħtieġ li jsir malajr, skont il-ħtiġijiet ta' suq li qed jinbidel malajr.

(38)  Id-disponibbiltà pubblika ta' kull dokument ġeneralment disponibbli miżmum mis-settur pubbliku – li ma jikkonċernax biss il-proċess politiku iżda anki l-proċess ġuridiku u amministrattiv – hi strument fundamentali biex jiġi estiż id-dritt tal-għarfien, li hu prinċipju bażiku tad-demokrazija. Din l-għan huwa applikabbli għall-istituzzjonijiet f'kull livell, sew lokali, nazzjonali jew internazzjonali.

(39)  F'xi każijiet, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti se jsir mingħajr ma tiġi miftiehma liċenzja. F'xi każijiet oħrajn, tinħareġ liċenzja li timponi kundizzjonijiet fuq l-użu mill-ġdid mill-persuna liċenzjata li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet bħar-responsabbiltà, il-protezzjoni tad-data personali, l-użu xieraq tad-dokumenti, il-garanzija li ma jsirux alterazzjonijiet u r-rikonoxximent tas-sors. Jekk il-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw dokumenti għall-użu mill-ġdid, il-kundizzjonijiet tal-liċenzja jenħtieġ li jkunu ġusti u trasparenti. Il-liċenzji standard disponibbli online jistgħu jaqdu wkoll rwol importanti f'dan ir-rigward. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għad-disponibbiltà ta' liċenzji standard.

(40)  Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tagħmilx ċerti dokumenti disponibbli aktar għall-użu mill-ġdid, jew tieqaf taġġornahom, din jenħtieġ li tagħmel dawn id-deċiżjonijiet magħrufa pubblikament fl-ewwel opportunità, b'mezzi elettroniċi meta possibbli.

(41)  Il-kundizzjonijiet tal-użu mill-ġdid jenħtieġ li jkunu nondiskriminatorji għal kategoriji paragunabbli tal-użu mill-ġdid. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta bejn il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi fuq naħa waħda, u utenti oħrajn fuq in-naħa l-oħra, f'każijiet fejn id-dokumenti jintużaw mill-ġdid minn dawk il-korpi tas-settur pubbliku jew l-impriżi pubbliċi bħala input għall-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri, b'mod partikolari, jiżguraw li l-użu mill-ġdid ta' dokumenti ta' impriżi pubbliċi ma jwassalx għal distorsjoni fis-suq u li ma tiġix imxekkla l-kompetizzjoni ġusta. Jenħtieġ li, pereżempju, dan ma jwaqqafx il-qsim tal-informazzjoni bejn il-korpi tas-settur pubbliku mingħajr ħlas waqt it-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, meta partijiet oħra jkunu qed jintalbu ħlas għall-użu mill-ġdid tal-istess dokumenti. Jenħtieġ li dan lanqas ma jwaqqaf l-adozzjoni ta' politika ta' tariffar differenzjat għall-użu mill-ġdid kummerċjali u mhux kummerċjali u l-adozzjoni ta' politika ta' liċenzjar u tariffar differenzjati meta l-attur ekonomiku jkun jixtieq jerġa' juża dokumenti f'kundizzjonijiet kummerċjali speċifiċi.

(42)  B'rabta ma' użu mill-ġdid tad-dokument, il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jimponu xi kundizzjonijiet, meta xieraq permezz ta' liċenzja, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors u r-rikonoxximent ta' jekk id-dokument inbidilx b'xi mod mill-utent li użah mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, il-liċenzji għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jenħtieġ li jagħmlu l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid, pereżempju jillimitawhom għal indikazzjoni tas-sors. Il-liċenzji miftuħin disponibbli online, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati tad-data miftuħa, jenħtieġ li jaqdu rwol importanti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-użu tal-liċenzji miftuħa li eventwalment jenħtieġ li jsir prattika komuni mal-Unjoni kollha.

(43)  Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jirrispettaw ir-regoli tal-kompetizzjoni meta jistabbilixxu l-prinċipji għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti filwaqt li jevitaw kemm jista' jkun ftehimiet esklużivi jew kwalunkwe użu preferenzjali tad-data bejniethom u s-sħab privati. Iżda, biex jipprovdu servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, xi drabi jaf ikun hemm bżonn jingħata dritt esklużiv għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti speċifiċi tas-settur pubbliku. Dan jista' jkun il-każ jekk l-ebda pubblikatur kummerċjali ma jippubblika l-informazzjoni mingħajr dak id-dritt esklużiv.

(44)  Hemm għadd ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn il-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet, l-arkivji u s-sħab privati li jinvolvu d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali li jagħtu drittijiet esklużivi lil sħab privati. L-esperjenza turi li dawn is-sħubijiet pubbliċi privati jistgħu jiffaċilitaw l-użu sinifikanti tal-kollezzjonijiet kulturali u fl-istess waqt iżidu l-aċċess tal-pubbliku għall-wirt kulturali. Għaldaqstant, jixraq jitqiesu d-diverġenzi attwali fl-Istati Membri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali b'sett ta' regoli speċifiċi dwar arranġamenti esklużivi għad-diġitalizzazzjoni ta' dawk ir-riżorsi. Meta dritt esklużiv ikun jirrigwarda d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali, jaf ikun hemm bżonn ċertu perjodu ta' esklużività biex is-sieħeb privat ikun jista' jirkupra l-ispejjeż indotti. Iżda dak il-perjodu jenħtieġ li jkun limitat fiż-żmien u qasir kemm jista' jkun biex jitħares il-prinċipju li l-materjal tad-dominju pubbliku jenħtieġ li jibqa' fid-dominju pubbliku ladarba jkun ġie diġitalizzat. B'mod ġenerali, il-perjodu ta' dritt esklużiv għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali jenħtieġ li ma jkunx jaqbeż l-għaxar (10) snin. Perjodu ta' esklużività itwal minn għaxar (10) snin jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami, filwaqt li jitqiesu l-bidliet teknoloġiċi, finanzjarji u amministrattivi fl-ambjent minn mindu jkun sar l-arranġament. Barra minn hekk, kull sħubija pubblika privata għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali jenħtieġ li tagħti drittijiet sħaħ lill-istituzzjoni kulturali sieħba fir-rigward tal-użu wara t-terminazzjoni tar-riżorsi kulturali diġitalizzati.

(45)  L-arranġamenti bejn id-detenturi tad-data u l-utenti li jużaw id-data mill-ġdid, li ma jkunux espressament jagħtu drittijiet esklużivi, iżda li jista' jkun raġonevolment mistenni li jirrestrinġu d-disponibbiltà tad-dokumenti għall-użu mill-ġdid, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skrutinju pubbliku addizzjonali u għalhekk jenħtieġ li jiġu ppubblikati mill-inqas xahrejn qabel jidħlu fis-seħħ biex il-partijiet ikkonċernati jkollhom l-opportunità li jitolbu l-użu mill-ġdid tad-dokumenti koperti mill-ftehim u jevitaw ir-riskju li tiġi ristretta l-firxa ta' utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid. Dawn id-dokumenti jenħtieġ li wkoll isiru pubbliċi wara l-konklużjoni tagħhom, bil-forma finali miftiehma bejn il-partijiet.

(46)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' vantaġġi eċċessivi tal-innovatur li jistgħu jillimitaw l-għadd ta' utenti potenzjali li jużaw id-data mill-ġdid. Meta l-arranġamenti kuntrattwali, minbarra l-obbligi lill-Istati Membri skont din id-Direttiva biex jagħtu d-dokumenti, ikunu jeżiġu trasferiment ta' riżorsi tal-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat u regoli tal-kompetizzjoni oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 101 sa 109 tat-Trattat. Mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fl-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat jirriżulta li l-Istat jenħtieġ jivverifika ex ante jekk tistax tkun involuta għajnuna mill-Istat fl-arranġament kuntrattwali rilevanti u jiżgura li dawn ikunu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(47)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju u jenħtieġ li tiġi implimentata u applikata b'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). L-obbligi kollha li ġejjin minn din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu ssodisfati filwaqt li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali b'rispett lejn il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data fl-Unjoni, inkluż fl-użu mill-ġdid tad-data transfruntiera, billi tkun żgurata l-anonimizzazzjoni tad-data personali. L-anonimizzazzjoni hija fundamentali għall-iżgurar tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku fi ħdan ir-regoli u l-obbligi li jipproteġu d-data personali skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, anki jekk din għandha prezz. Jixraq li din titqies fost l-ispejjeż li jridu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-ispejjeż marġinali tad-disseminazzjoni kif definit fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.

(47a)  Informazzjoni anonima jenħtieġ li tfisser kwalunkwe informazzjoni li ma tistax tkun relatata, direttament jew indirettament, waħidha jew flimkien ma' data assoċjata, ma' persuna fiżika jew data personali li ssir anonima b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jibqax identifikabbli. Barra minn hekk, meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku li jkun fihom data personali, l-organizzazzjonijiet soġġetti għal din id-Direttiva jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data qabel ma jagħmlu d-dokument pubbliku. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari għal setturi speċifiċi li b'mod regolari jittrattaw kategoriji speċjali ta' data personali, bħas-settur tas-saħħa, jew data personali oħra msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679. Sabiex jiġi indirizzat kif xieraq it-tħassib relatat mal-protezzjoni neċessarja tad-data personali, tali valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data jenħtieġ li titwettaq f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(48)  Din id-Direttiva ma taffettwax id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi. Biex ikun evitat kull dubju, l-espressjoni "drittijiet tal-proprjetà intellettwali" tirreferi għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati biss (inkluż forom sui generis ta' protezzjoni). Din id-Direttiva ma tapplikax għad-dokumenti koperti bi drittijiet tal-proprjetà industrijali, bħall-privattivi, id-disinji reġistrati u t-trademarks. Din id-Direttiva la taffettwa l-eżistenza jew il-proprjetà ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-korpi tas-settur pubbliku, u lanqas ma tillimita l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet b'xi mod lil hinn mil-limiti stabbiliti f'din id-Direttiva. L-obbligi imposti minn din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw biss sal-limitu li jkunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjeta intellettwali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi (il-Konvenzjoni ta' Berna) u l-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (il-Ftehim TRIPS). Iżda l-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jeżerċitaw id-drittijiet tal-awtur tagħhom b'mod li jiffaċilita l-użu mill-ġdid.

(49)  Fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, b'mod partikolari skont il-Konvenzjoni ta' Berna u l-Ftehim TRIPS, id-dokumenti li partijiet terzi għandhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk parti terza tkun il-proprjetarju inizjali tad-dritt tal-proprjetà intellettwali għal dokument miżmum minn libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, mużewijiet u arkivji u t-terminu tal-protezzjoni ta' dawk id-drittijiet ma jkunx skada, jenħtieġ li dak id-dokument, għall-fini ta' din id-Direttiva, jitqies bħala dokument li partijiet terzi għandhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu.

(50)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, inklużi d-drittijiet ekonomiċi u morali, li jista' jkollhom l-impjegati tal-korpi tas-settur pubbliku skont ir-regoli nazzjonali.

(51)  Barra minn hekk, meta dokument isir disponibbli għall-użu mill-ġdid, il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat jenħtieġ li jżomm id-dritt li jisfrutta d-dokument.

(51a)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku.

(52)  L-għodda li tgħin lil utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid biex isibu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw ferm l-użu transfruntier tad-dokumenti tas-settur pubbliku. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkunu hemm fis-seħħ arranġamenti prattiċi li jgħinu lill-utenti li jużaw mill-ġdid biex ifittxu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Il-listi tal-assi, l-aħjar aċċessibbli online, ta' dokumenti ewlenin (dokumenti li ntużaw estensivament mill-ġdid jew bil-potenzjal li jintużaw estensivament mill-ġdid), u l-portali kkollegati ma' listi tal-assi deċentralizzati huma eżempji ta' dawk l-arranġamenti prattiċi.

(52a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jissimplifikaw l-aċċess għas-settijiet tad-data, b'mod partikolari billi jipprovdu punt uniku ta' aċċess u jagħmlu disponibbli b'mod progressiv settijiet tad-data xierqa mill-korpi tas-settur pubbliku kemm fir-rigward tad-dokumenti kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva kif ukoll fir-rigward tad-data mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(53)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) u għad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16). Hija tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom fis-suq intern tal-informazzjoni meta jkun permess l-użu mill-ġdid tad-dokumenti. Id-dritt previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE jenħtieġ li ma jiġix eżerċitat biex ikun evitat jew ristrett l-użu mill-ġdid tad-dokumenti lil hinn mil-limiti stabbiliti b'din id-Direttiva.

(54)  Il-Kummissjoni appoġġat l-iżvilupp ta' Rapport dwar il-Maturità tad-data Miftuħa online b'indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku fl-Istati Membri kollha. Aġġornament regolari ta' dan ir-rapport jikkontribwixxi għall-qsim tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u għad-disponibbiltà ta' informazzjoni dwar politiki u prattiki fl-Unjoni kollha.

(55)  Hemm bżonn ikun żgurat li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-ammont ta' użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli u l-prattiki ta' rimedju.

(56)  Il-Kummissjoni tista' tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw din id-Direttiva b'mod konsistenti billi toħroġ linji gwida u taġġorna dawk eżistenti, b'mod partikolari dwar il-liċenzji standard rakkomandati, is-settijiet tad-data u t-tariffar għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

(57)  Wieħed mill-għanijiet ewlenin li għalihom twaqqaf is-suq intern hu l-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta' servizzi fl-Unjoni kollha, u li ċ-ċittadini jenħtieġ li jkollhom aċċess għalihom. Il-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji għandhom ammont sinifikanti ta' riżorsi siewja ta' informazzjoni tas-settur pubbliku. L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma minn tali istituzzjonijiet għandu potenzjal soċjali u ekonomiku sostanzjali kemm għall-industriji kulturali u kreattivi, kif ukoll għas-soċjetà, b'mod partikolari peress li l-proġetti ta' diġitizzazzjoni mmultiplikaw l-ammont ta' materjal ta' dominju pubbliku diġitali, li huwa aċċessibbli fuq pjattaformi bħall-Europeana. Dawn il-kollezzjonijiet ta' wirt kulturali u l-metadata relatata huma bażi potenzjali għal prodotti u servizzi b'kontenut diġitali u għandhom potenzjal enormi għal użu mill-ġdid innovattiv mhux biss għas-settur kulturali u dak kreattiv, imma wkoll f'setturi oħrajn bħat-tagħlim u t-turiżmu. Tipi oħra ta' stabbilimenti kulturali (bħall-orkestri, l-opri, il-ballijiet u t-teatri), inklużi l-arkivji li jagħmlu parti minn dawk l-istabbilimenti, jenħtieġ li jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni minħabba l-ispeċifiċità tagħhom bħala "arti tal-ispettaklu" u minħabba l-fatt li kważi l-materjal kollu tagħhom hu soġġett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi u għalhekk jibqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(58)  Biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li jappoġġaw l-użu mill-ġdid ta' dokumenti li hu assoċjat ma' benefiċċji ċiviċi u soċjoekonomiċi importanti u li jkollu valur għoli għas-soċjetà u l-ekonomija, fl-Anness IIa hjia inkluża lista ta' kategoriji ta' settijiet tad-data ta' valur għoli. Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplementa l-lista ta' kategoriji ta' settijiet tad-deja ta' valur għoli msemmija fl-Anness II billi żżid kategoriji ġodda u s-settijiet tad-data ta' valur għoli rispettivi tagħhom mal-lista ta' settijiet tad-data ta' valur għoli fost id-dokumenti li għalihom tapplika din id-Direttiva, flimkien mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(59)  Lista għall-UE kollha ta' settijiet tad-data li għandhom potenzjal partikolari li joħolqu benefiċċji soċjoekonomiċi kif ukoll kundizzjonijiet armonizzati għall-użu mill-ġdid jikkostitwixxu xprunatur importanti għal applikazzjonijiet u servizzi tad-data transfruntiera. L-Anness IIa jipprovdi lista ta' kategoriji ta' settijiet tad-data ta' valur għoli li tista' tiġi ssupplementata permezz ta' att delegat. Il-kategoriji addizzjoniali u s-settijiet tad-data rispettivi tagħhom għal-lista jenħtieġ li jqisu l-leġiżlazzjoni settorjali li diġà tirregola l-pubblikazzjoni tas-settijiet tad-data, kif ukoll il-kategoriji indikati fl-Anness Tekniku tal-Karta dwar id-data Miftuħa tal-G8 u fl-Avviż tal-Kummissjoni 2014/C 240/01. Fil-proċess li jwassal għall-identifikazzjoni ta' kategoriji addizzjonali għal-lista, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi, l-utenti li jużaw id-data u l-utenti li jużaw id-data mill-ġdid, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi. Jenħtieġ li l-partijiet interessati kollha jingħataw il-possibbiltà li jressqu suġġerimenti quddiem il-Kummissjoni għal kategoriji addizzjonali ta' settijiet tad-data ta' valur għoli jew settijiet tad-data konkreti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis dawn is-suġġerimenti jew tipprovdi lill-parti interessata kkonċernata r-raġunijiet għaliex ma tkunx adottat is-suġġeriment.

(60)  Biex ikun żgurat l-impatt massimu tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, jenħtieġ li s-settijiet tad-data ta' valur għoli jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid b'restrizzjonijiet legali minimi u mingħajr spejjeż. Jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati wkoll permezz tal-Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet, kull meta s-sett tad-data inkwistjoni jkun fih data dinamika.

(60a)   Minħabba r-riskju għoli li l-formati teknoloġiċi attwali għall-ħżin u l-għoti ta' aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku jsiru skaduti, l-awtoritajiet pubbliċi – b'mod partikolari fil-każ ta' settijiet tad-data ta' valur għoli – jenħtieġ li jimplimentaw politiki ta' preservazzjoni effettivi fit-tul biex ikunu żgurati l-possibbiltajiet tal-użu fil-futur.

(61)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' prodotti u servizzi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha bbażati fuq dokumenti tas-settur pubbliku, li jkun żgurat l-użu transfruntier effiċjenti tad-dokumenti tas-settur pubbliku min-naħa tal-kumpaniji privati, partikolarment mill-intrapriżi żgħar u medji, għal prodotti u servizzi tal-informazzjoni b'valur miżjud, u min-naħa taċ-ċittadini biex teħfief iċ-ċirkolazzjoni libera tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ma jistgħux jintlaħqu kif xieraq mill-Istati Membri iżda minħabba l-ambitu pan-Ewropew tal-azzjoni proposta, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(62)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-dritt tal-privatezza (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17) u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà (l-Artikolu 26). Jenħtieġ li xejn f'din id-Direttiva ma jiġi interpretat jew implimentat b'mod inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

(62a)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data ħareġ l-Opinjoni 5/2018 fl-10 ta' Lulju 2018 skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) 45/20011(17).

(63)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(18), dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta' miżuri ulterjuri possibbli.

(64)  L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali jenħtieġ li jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula, joħroġ mid-Direttivi preċedenti.

(65)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi indikati fl-Anness I, il-Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

-1  Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas regolatorju li jirregola l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku sabiex jiġi promoss l-użu ta' data miftuħa u tiġi stimulata l-innovazzjoni fil-prodotti u s-servizzi.

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi sett minimu ta' regoli li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-mezzi prattiċi li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid ta':

(a)  dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(b)  dokumenti eżistenti li l-aċċess għalihom mhuwiex eskluż jew ristrett skont l-Artikolu 12, miżmuma mill-impriżi pubbliċi li huma attivi fl-oqsma definiti fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) u mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi ta' servizzi pubbliċi skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20), mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21), u l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala sidien ta' bastimenti tal-Komunità li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92(22).

(ba)  dokumenti eżistenti miżmuma minn impriżi privati prodotti fit-twettiq ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali fl-oqsma msemmija fil-punt (b).

(c)  id-data tar-riċerka, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(1) u (2).

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)  dokumenti li l-forniment tagħhom hu attività li mhix fl-ambitu tal-kompitu pubbliku tal-korpi tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit bil-liġi jew b'regoli vinkolanti oħra fl-Istat Membru, jew fin-nuqqas ta' tali regoli, kif definit mill-prattika amministrattiva komuni tal-Istat Membru inkwistjoni, dment li l-ambitu tal-kompiti pubbliċi jkun trasparenti u soġġett għal rieżami;

(b)  dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi:  prodotti barra mill-ambitu tal-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali kif definit bil-liġi jew b'xi regoli vinkolanti oħra fl-Istat Membru;

  relatati mal-attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u, skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, mhux soġġetti għal regoli dwar l-akkwist;

  li l-aċċess għalihom huwa eskluż jew ristrett sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/1148;

(c)  dokumenti li partijiet terzi għandhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom;

(d)  dokumenti li huma esklużi mill-aċċess minħabba r-reġimi tal-aċċess tal-Istati Membri, inkluż minħabba:

  il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża jew is-sigurtà pubblika,

  il-kunfidenzjalità tal-istatistika,

  il-kunfidenzjalità kummerċjali (inklużi s-sigrieti kummerċjali, professjonali jew tal-kumpaniji);

(da)  dokumenti li l-aċċess għalihom huwa eskluż jew ristrett għal raġunijiet ta' protezzjoni ta' informazzjoni ta' infrastruttura kritika sensittiva kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/114/KE.

(e)  dokumenti li l-aċċess għalihom hu ristrett minħabba r-reġimi tal-aċċess tal-Istati Membri, inkluż meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji jridu jippruvaw interess partikolari biex jiksbu aċċess għad-dokumenti;

(f)  partijiet ta' dokumenti li fihom biss logos, armi u insinja;

(g)  dokumenti jew partijiet ta' dokumenti li l-aċċess għalihom hu eskluż jew ristrett għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-data personali, jew li fihom data personali li l-użu mill-ġdid tagħha jista' jimmina l-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, b'mod partikolari skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali;

(h)  dokumenti miżmuma minn xandara tas-servizz pubbliku u s-sussidjarji tagħhom, jew minn korpi oħra jew is-sussidjarji tagħhom għat-twettiq ta' mandat tax-xandir tas-servizz pubbliku;

(i)  dokumenti miżmuma minn stabbiliment kulturali, għajr il-libreriji, il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkiviji;

(j)  dokumenti miżmuma minn stabbilimenti edukattivi tas-sekondarja u tal-livelli aktar baxxi u, fil-każ tal-istabbilimenti edukattivi l-oħra kollha, dokumenti għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c);

(k)  dokumenti għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c) miżmuma mill-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u mill-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, inklużi l-organizzazzjonijiet stabbiliti għat-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka.

3.  Din id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi tal-aċċess fl-Istati Membri u hi mingħajr preġudizzju għalihom.

3a.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament Ġenerali (UE) 2016/679 u ma taffettwax il-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali skont dak ir-Regolament u liġijiet oħrajn tal-Unjoni.

4.  L-obbligi imposti b'din id-Direttiva għandhom japplikaw biss sakemm ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Berna u l-Ftehim TRIPS.

5.  Id-dritt għall-kreatur ta' bażi tad-data previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE ma għandux jiġi eżerċitat mill-korpi tas-settur pubbliku biex ikun evitat jew ristrett l-użu mill-ġdid tad-dokumenti lil hinn mil-limiti ta' din id-Direttiva.

6.  Din id-Direttiva tirregola l-użu mill-ġdid tad-dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, inklużi d-dokumenti li għalihom tapplika d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23).

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1.  "korp tas-settur pubbliku" tfisser l-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi regolati bil-liġi pubblika u l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn awtorità waħda jew bosta awtoritajiet bħal dawn jew minn korp jew bosta korpi bħal dawn regolati bil-liġi pubblika;

2.  "korp regolat bil-liġi pubblika" tfisser korp:

  (a)  stabbilit għall-fini speċifiku biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li ma għandhomx natura industrijali jew kummerċjali; kif ukoll

  (b)  li għandu personalità ġuridika; kif ukoll

  (c)  iffinanzjat, fil-parti l-kbira tiegħu mill-Istat, jew minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew korpi oħra regolati bil-liġi pubblika; jew ikun soġġett għas-superviżjoni maniġerjali minn dawk il-korpi; jew ikollu bord amministrattiv, maniġerjali jew tas-sorveljanza, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jkunu ħatruhom l-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali jew korpi oħra regolati bil-liġi pubblika;

3.  "impriża pubblika" tfisser kwalunkwe impriża li l-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti fuqha bis-saħħa tas-sjieda li għandhom tagħha, tal-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew tar-regoli li jirregolawha;

Għandha tiġi preżunta influwenza dominanti fuq in-naħa tal-korpi tas-settur pubbliku meta tali korpi tas-settur pubbliku, direttament jew indirettament fir-rigward ta' impriża:

(i) ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(ii) jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbutin ma' ishma maħruġa mill-impriżi; jew

(iii) jistgħu jaħtru aktar minn nofs il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża;

4.  "università" tfisser korp tas-settur pubbliku li jipprovdi edukazzjoni għolja tal-postsekondarja li twassal għal lawrji akkademiċi;

4a.  "liċenzja miftuħa" tfisser kwalunkwe liċenzja pubblika standardizzata li tippermetti li d-data u l-kontenut jiġu aċċessati, użati, immodifikati u kondiviżi liberament minn kwalunkwe persuna għal kwalunkwe skop, b'soġġett, l-aktar l-aktar, għal rekwiżiti li jippreservaw il-provenjenza u l-prinċipju ta' aċċess miftuħ;

5.  "dokument" tfisser:

  (a)  kwalunkwe kontenut irrispettivament mill-mezz li fuqu jkun jinsab (miktub fuq karta, jew maħżun b'format elettroniku jew irrekordjat b'mod awdjo, viżiv jew awdjoviżiv);

  (b)  kwalunkwe parti ta' tali kontenut;

5b.  "informazzjoni anonima" jew "informazzjoni anonimizzata" tfisser informazzjoni li mhijiex relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli jew data personali li ssir anonima b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx jew ma jibqax identifikabbli;

6.  "data dinamika" tfisser dokumenti f'forma elettronika li jinbidlu ta' spiss jew fuq bażi regolari;

6a.  "interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet" (API) tfisser sett iddokumentat tajjeb ta' funzjonijiet, proċeduri, definizzjonijiet u protokolli għall-irkupru strutturat tal-informazzjoni online;

7.  "data tar-riċerka" tfisser dokumenti f'forma diġitali, għajr il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, miġbura jew prodotti matul attivitajiet tar-riċerka xjentifika u użati bħala evidenza fil-proċess tar-riċerka, jew huma aċċettati komunement fil-komunità tar-riċerka kif meħtieġ biex jiġu vvalidati s-sejbiet u r-riżultati tar-riċerka;

8.  "settijiet tad-data ta' valur għoli" tfisser dokumenti li l-użu mill-ġdid tagħhom hu assoċjat ma' benefiċċji ▌importanti għas-soċjetà, għall-ambjent u għall-ekonomija, l-aktar minħabba l-adegwatezza tagħhom għall-ħolqien ta' applikazzjonijiet, servizzi b'valur miżjud u xogħol ġdid, ta' kwalità u diċenti, u l-għadd ta' benefiċjarji potenzjali tas-servizzi u l-applikazzjonijiet b'valur miżjud abbażi ta' dawn is-settijiet tad-data;

9.  "użu mill-ġdid" tfisser l-użu minn persuni jew entitajiet ġuridiċi ta' dokumenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku, għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali li mhumiex il-fini oriġinali tal-kompitu pubbliku li għalih kienu ġew prodotti d-dokumenti, għajr l-iskambju ta' dokumenti bejn korpi tas-settur pubbliku purament biex iwettqu l-kompiti pubbliċi tagħhom;

9a.  "data personali" tfisser data kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2016/679;

10.  "format li jinqara mill-magni" tfisser format ta' fajl strutturat b'mod li l-applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu jidentifikaw, jagħrfu u jieħdu data speċifika b'mod faċli, inklużi dikjarazzjonijiet individwali tal-fatti, u l-istruttura interna tagħhom;

11.  "format miftuħ" tfisser format ta' fajl li hu indipendenti mill-pjattaforma u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr ebda restrizzjoni li xxekkel l-użu mill-ġdid tad-dokumenti;

12.  "standard miftuħ formali" tfisser standard li ġie stabbilit bil-miktub u b'deskrizzjoni fid-dettall tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rekwiżiti dwar kif tkun żgurata l-interoperabbiltà tas-softwer;

13.  "redditu raġonevoli fuq l-investiment" tfisser persentaġġ tat-tariffa ġenerali, flimkien mal-ammont meħtieġ biex jiġi rkuprati l-ispejjeż eliġibbli, sa 5 punti perċentwali aktar mir-rata fissa tal-imgħax tal-Bank Ċentrali Ewropew;

14.  "parti terza" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li mhix korp tas-settur pubbliku, impriża pubblika jew impriża privata kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) li żżomm id-data.

Artikolu 3

Il-prinċipju ġenerali

1.   ▌L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti, li din id-Direttiva tapplika għalihom skont l-Artikolu 1, ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

2.  Fir-rigward tad-dokumenti li l-libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji, għandhom id-drittjiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, u fir-rigward tad-dokumenti miżmuma minn impriżi pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-użu mill-ġdid ta' tali dokumenti jkun permess mill-impriża pubblika jew l-impriża privata kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) li tkun ipproduċiethom, dawn id-dokumenti għandhom ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġu prodotti u jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid skont il-prinċipju ta' "miftuħ permezz tad-disinn u b'mod awtomatiku".

2b.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti, l-organizzazzjonijiet soġġetti għal din id-Direttiva, għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari għal setturi speċifiċi li b'mod regolari jittrattaw kategoriji speċjali ta' data personali, bħas-settur tas-saħħa, jew data personali oħra msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679. Tali valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data għandha titwettaq b'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679.

KAPITOLU II

TALBIET GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

Artikolu 4

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ipproċessar tat-talbiet għall-użu mill-ġdid

1.  Il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati kif imsemmi fl-il-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) għandhom jipproċessaw, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq, talbiet għall-użu mill-ġdid u għandhom jagħmlu d-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li jkun konsistenti mal-limiti taż-żmien stabbiliti għall-ipproċessar tat-talbiet tal-aċċess għad-dokumenti.

1a.  Id-deċiżjoni dwar jekk jiġix awtorizzat jew le l-użu mill-ġdid ta' xi dokumenti jew tad-dokumenti kollha skont din id-Direttiva, għandha tibqa' f'idejn l-impriża pubblika jew l-impriża privata kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) ikkonċernata. Wara li l-impriża tkun għażlet li tagħmel dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid, hija għandha tosserva l-obbligi rilevanti stabbiliti fil-Kapitoli III u IV, b'mod partikolari fejn jidħlu l-format, it-tariffar, it-trasparenza, il-liċenzji, in-nondiskriminazzjoni u l-projbizzjoni ta' arranġamenti esklussivi.

2.  Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda limitu ta' żmien jew l-ebda regola oħra li tirregola l-forniment fil-ħin tad-dokumenti, il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) għandhom jipproċessaw it-talba u għandhom iwasslu d-dokumenti għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant kemm jista' jkun malajr jew, l-iktar tard, f'perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn 20 jum tax-xogħol minn meta tasal it-talba. Dan il-perjodu ta' żmien jista' jittawwal b'20 jum tax-xogħol ieħor għal talbiet estensivi jew kumplessi. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jiġi notifikat mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet ġimgħat wara t-talba inizjali li jkun hemm bżonn aktar żmien biex tiġi pproċessata u r-raġunijiet għal dan.

3.  Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi jew l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għar-rifjut lill-applikant skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-reġim tal-aċċess ta' dak l-Istat Membru jew skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b'mod partikulari l-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 1(2) jew l-Artikolu 3. Meta deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq il-punt (c) tal-Artikolu 1(2), il-korp tas-settur pubbliku, l-impriża pubblika jew l-impriża privata kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) għandu jagħmel referenza għall-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, meta magħrufa, jew inkella għal-liċenzjatur li mingħandu l-korp tas-settur pubbliku jkun kiseb il-materjal rilevanti. Il-libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji mhumiex obbligati jinkludu din ir-referenza.

4.  Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-użu mill-ġdid għandha tagħmel referenza għall-mezz ta' rimedju jekk l-applikant ikun jixtieq jappella d-deċiżjoni. Il-miżuri ta' rimedju għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami bil-kompetenzi xierqa, bħall-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali, l-awtorità superviżorja nazzjonali mwaqqfa skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-korp tas-settur pubbliku kkonċernat.

4a.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)  jingħata appoġġ meta jintalab l-aċċess għad-dokumenti;

(b)  il-listi ta' korpi tas-settur pubbliku, impriżi pubbliċi u impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) ikunu aċċessibbli għall-pubbliku;

(c)  l-arranġamenti prattiċi jkunu definiti sabiex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jkun jista' jiġi eżerċitat b'mod effettiv;

(d)  il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) jinfurmaw lill-pubbliku b'mod adegwat dwar id-drittijiet li jgawdu abbażi ta' din id-Direttiva u bis-saħħa tar-regoli eżistenti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, stipulati fil-livell nazzjonali jew f'dak tal-Unjoni, u sa ċertu punt xieraq jipprovdu informazzjoni, gwida u pariri għal dan il-għan.

5.  Dawn l-entitajiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu:▌

;

(b) l-istabbilimenti edukattivi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka.

KAPITOLU III

IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

Artikolu 5

Il-formati disponibbli

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V, il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi, u l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1), għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli b'forom jew formati li jkunu aċċessibbli, faċilment traċċabbli u riutilizzabbli b'mezzi elettroniċi, bi kwalunkwe lingwa eżistenti qabel u, meta possibbli u xieraq, b'format miftuħ u li jinqara mill-magni, flimkien mal-metadata tagħhom. Kemm il-format kif ukoll il-metadata għandhom, jikkonformaw mal-istandards miftuħa formali.

2.  Sakemm l-utenti li jużaw mill-ġdid ikollhom kwalunkwe possibbiltà li jużaw mill-ġdid id-dokumenti mitluba, il-paragrafu 1 ma għandux jimplika obbligu għall-korpi tas-settur pubbliku, għall-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1), għall-impriżi pubbliċi li joħolqu jew jadattaw dokumenti jew jipprovdu siltiet biex jikkonformaw ma' dak il-paragrafu meta dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur lil hinn minn sempliċi operazzjoni.

3.  Abbażi ta' din id-Direttiva, il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1), u l-impriżi pubbliċi ma jistgħux jintalbu jibqgħu jiġġeneraw jew jaħżnu ċertu tip ta' dokumenti bil-ħsieb tal-użu mill-ġdid ta' dawn id-dokumenti minn xi organizzazzjoni tas-settur privat jew tas-settur pubbliku.

4.  Il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1), għandhom jagħmlu d-data dinamika disponibbli għall-użu mill-ġdid minnufih wara l-ġbir, permezz ta' Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (APIs) xierqa. Biex tiġi żgurata l-provvista sostnuta ta' data dinamika, il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jirċievu appoġġ skont il-programmi rilevanti tal-Unjoni.

5.  Meta d-disponibbiltà tad-dokumenti minnufih wara l-ġbir f'ħin reali u mingħajr dewmien tkun taqbeż il-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-korp tas-settur pubbliku, tal-impriża privata kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1), jew tal-impriża pubblika, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu disponibbli fi żmien li ma jxekkilx indebitament l-isfruttament tal-potenzjal ekonomiku u soċjali tagħhom.

5a.  Il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-użu mill-ġdid tagħha jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 6

Il-prinċipji li jirregolaw it-tariffar

1.  L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun mingħajr ħlas jew limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riġenerazzjoni, bil-forniment u bid-disseminazzjoni tagħhom u, meta applikabbli, bl-anonimizzazzjoni tad-data personali u bil-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment.

2.  Bħala eċċezzjoni, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a)  il-korpi tas-settur pubbliku li huma mitluba jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tagħhom marbuta mat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom;

(aa)  id-dokumenti li għalihom il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat meħtieġ jiġġenera biżżejjed dħul sabiex ikopri parti sostanzjali mill-ispejjeż marbuta mal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni tagħhom.

(b)  il-libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji;

(c)  l-impriżi pubbliċi;

(ca)  l-impriżi privati kif imsemmi fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1).

3.  Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, it-tariffi totali għandhom jiġu kkalkulati skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli stabbiliti mill-Istati Membri. Id-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perjodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, tal-ġenerazzjoni, tar-riġenerazzjoni u tad-disseminazzjoni, tal-ħżin tad-data u, meta applikabbli, tal-anonimizzazzjoni tad-data personali u tal-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom ikunu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli.

4.  Meta jintalbu tariffi mill-korpi tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (b) tal-pararafu 2, id-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perjodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, tal-ġenerazzjoni, tar-riġenerazzjoni, tad-disseminazzjoni, tal-ħżin tad-data, tal-preżervazzjoni u tal-ikklerjar tad-drittijiet, u, meta applikabbli, tal-anonimizzazzjoni tad-data personali u tal-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom jiġu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku involuti.

5.  L-utent ma għandux jintalab iħallas biex juża mill-ġdid is-settijiet tad-data ta' valur għoli, li l-lista tagħhom għandha tiġi definita skont l-Artikolu 13 u l-Anness IIa, u d-data tar-riċerka msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1).

Artikolu 7

It-trasparenza

-1a.  L-Istati Membri jistgħu jiżvelaw l-ispejjeż li għandhom jinġarrbu għar-riproduzzjoni, id-disseminazzjoni u l-ħżin tad-data tad-dokumenti, kif ukoll, meta applikabbli, l-ispejjeż għall-anonimizzazzjoni tad-data personali u l-ispejjeż għall-miżuri għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2).

1.  Fil-każ tat-tariffi standard għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jew ta' partijiet minnhom, kwalunkwe kundizzjoni applikabbli u l-ammont proprja ta' dawk it-tariffi, inkluż il-bażi tal-kalkolu għal dawk it-tariffi, għandhom jiġu prestabbiliti u ppubblikati, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq.

2.  Fil-każ tat-tariffi għall-użu mill-ġdid għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-fatturi li jitqiesu għall-kalkolu ta' dawk it-tariffi għandhom jiġu indikati mill-bidu. Meta jintalab, id-detentur tad-dokumenti inkwistjoni għandu jindika wkoll il-mod kif ġew ikkalkulati dawn it-tariffi fir-rigward tat-talba speċifika għall-użu mill-ġdid.

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista ta' korpi tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2).

4.  Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jiżguraw li l-applikanti tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jkunu infurmati bil-mezzi disponibbli għar-rimedju b'rabta mad-deċiżjonijiet jew il-prattiki li jaffettwawhom.

Artikolu 8

Il-liċenzji

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu l-użu mill-ġdid tad-dokumenti soġġett għal kundizzjonijiet jew liċenzja, sakemm il-ħtieġa għal tali kundizzjonijiet jew liċenzja ma tkunx diskriminatorja, tkun iġġustifikata minn objettiv ta' interess pubbliku u tkun proporzjonata.

2.  Fi Stati Membri fejn jintużaw il-liċenzji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji standard għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku, li jkunu jistgħu jiġu adattati biex jissodisfaw l-applikazzjonijiet partikolari tal-liċenzji, ikunu disponibbli b'format diġitali u jkunu jistgħu jiġu pproċessati b'mod elettroniku. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta' dawn il-liċenzji standard.

2a.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' responsabbiltà, stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn korp pubbliku, impriża pubblika, jew impriża privata kif imsemmija fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) jagħmlu d-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr ebda kundizzjoni jew restrizzjoni, dak il-korp pubbliku, impriża pubblika, jew impriża privata kif imsemmija fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) għandhom ikunu jistgħu jirrinunzjaw għar-responsabbiltà kollha fir-rigward tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid.

Artikolu 9

Arranġamenti prattiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi tal-assi ta' dokumenti ewlenin bil-metadata rilevanti li jkunu aċċessibbli online meta possibbli u xieraq u b'format li jinqara mill-magni, u portali kkollegati mal-listi tal-assi. Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tiftix interlingwistiku tad-dokumenti.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati kif imsemmija fil-punt(ba) tal-Artikolu 1(1) jipprovdu lill-Kummissjoni b'aċċess meħtieġ għad-data kollha li huma jagħmlu disponibbli għall-użu mill-ġdid sabiex tkun tista' ssir aggregazzjoni tas-settijiet tad-data fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari biex tipprovdi settijiet tad-data b'kopertura sħiħa lill-Unjoni għal kategorija partikolari ta' data kif stabbilit fl-Anness IIa. Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti prattiċi biex tagħmel disponibbli s-settijiet tad-data fil-livell tal-Unjoni permezz ta' punt uniku ta' aċċess.

Artikolu 10

Id-disponibbiltà u l-użu mill-ġdid tad-data tar-riċerka

1.  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw id-disponibbiltà tad-data tar-riċerka billi jadottaw politiki nazzjonali u azzjonijiet rilevanti bil-għan li jagħmlu d-data tar-riċerka ffinanzjata mill-pubbliku disponibbli b'mod miftuħ ("politiki tal-aċċess miftuħ") u kompatibbli mal-prinċipji FAIR. Id-data tar-riċerka kollha li tkun iffinanzjata pubblikament jenħtieġ li tkun awtomatikament miftuħa. F'dan il-kuntest, it-tħassib dwar id-DPI, il-protezzjoni tad-data personali u l-kunfidenzjalità, is-sigurtà u l-interessi kummerċjali leġittimi, għandhom jiġu kkunsidrati skont il-prinċipju "miftuħa kemm jista' jkun, magħluqa kemm ikun hemm bżonn". Dawn il-politiki tal-aċċess miftuħ għandhom jiġu indirizzati lill-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u lill-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka. Skemi ta' finanzjament ta' riċerka ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni għandhom jobbligaw lill-benefiċjarji kollha li jagħmlu d-data tar-riċerka tagħhom disponibbli b'mod miftuħ għall-użu mill-ġdid, f'konformità ma' Orizzont Ewropa.

2.  Id-data tar-riċerka għandha tkun tista' tintuża mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV, sakemm din tkun iffinanzjat mill-pubbliku u kull meta l-aċċess għal din id-data hu mogħti minn repożitorji istituzzjonali jew ibbażati fuq is-suġġetti jew kwalunkwe infrastruttura tad-data oħra lokali, nazzjonali jew internazzjonali. F'dan il-kuntest għandhom jitqiesu l-interessi kummerċjali leġittimi, l-attivitajiet relatati mat-trasferiment tal-għarfien u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali eżistenti qabel. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 1(2).

KAPITOLU IV

IN-NUQQAS TA' DISKRIMINAZZJONI U L-KUMMERĊ ĠUST

Artikolu 11

Nuqqas ta' diskriminazzjoni

1.  Kull kundizzjoni applikabbli għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandha tkun nondiskriminatorja għall-kategoriji paragunabbli tal-użu mill-ġdid, inkluż l-użu mill-ġdid transfruntier.

2.   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta bejn il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati kif imsemmija fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1), u utenti oħra, f'każijiet fejn id-dokumenti jintużaw mill-ġdid minn dawk il-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi jew l-impriżi privati kif imsemmija fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) bħala kontribut għall-attivitajiet kummerċjali tagħhom li mhumiex fl-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħhom, billi jiżguraw li l-istess tariffi u kundizzjonijiet oħra japplikaw għall-forniment tad-dokumenti għal dawk l-attivitajiet li japplikaw għall-utenti oħra.

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw bl-istess mod li l-użu mill-ġdid ta' dokumenti u informazzjoni tal-impriżi pubbliċi jew impriża privata kif imsemmija fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1) ma jwassalx għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta.

Artikolu 12

Il-projbizzjoni ta' arranġamenti esklużivi

1.  Sabiex tiġi żgurata l-ekwità, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha fis-suq, anki jekk utent wieħed jew aktar ikunu diġà sfruttaw il-prodotti b'valur miżjud ibbażati fuq dawn id-dokumenti. Il-kuntratti jew arranġamenti oħra bejn korpi tas-settur pubbliku, impriżi privati kif imsemmija fil-punt (ba) tal-Artikolu 1(1), jew impriżi pubbliċi li jżommu d-dokumenti u partijiet terzi ma għandhomx jagħtu drittijiet esklużivi, jew jippermettu ebda użu preferenzjali tad-data. Għandu jiġi kkunsidrat is-servizz pubbliku eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE skont l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva u s-sħubiji ta' innovazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/24/UE.

2.  Iżda, meta jkun hemm bżonn dritt esklużiv għall-forniment ta' servizz ta' interess pubbliku, il-validità tar-raġuni biex jingħata dak id-dritt esklużiv għandha tkun suġġetta għal rieżami regolari, u f'kull każ għandha tiġi rieżaminata kull tliet snin. L-arranġamenti esklużivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku mill-inqas xahrejn qabel ma jidħlu fis-seħħ. It-termini finali ta' dawn l-arranġamenti għandhom ikunu trasparenti u disponibbli għall-pubbliku.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali.

3.  Minkejja l-paragrafu 1, meta dritt esklużiv jirrigwarda d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali, b'mod ġenerali l-perjodu ta' esklużività ma għandux jaqbeż l-10 snin. Jekk dak il-perjodu jaqbeż l-10 snin, id-durata tiegħu għandha tkun suġġetta għal rieżami tul il-11-il sena u, jekk applikabbli, kull seba' snin wara dan.

L-arranġamenti li jagħtu drittijiet esklużivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu trasparenti u disponibbli għall-pubbliku.

Fil-każ ta' dritt esklużiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat għandu jingħata kopja mingħajr ħlas tar-riżorsi kulturali diġitalizzati bħala parti minn dawk l-arranġamenti. Dik il-kopja għandha tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid fi tmiem il-perjodu ta' esklużività.

4.   L-arranġamenti prattiċi jew legali li, mingħajr ma espressament jagħtu dritt esklużiv, ikollhom l-għan jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija jwasslu għal disponibbiltà ristretta tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti minn entitajiet li mhumiex il-partijiet terzi li qed jieħdu sehem fl-arranġament, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mill-inqas xahrejn qabel ma jidħlu fis-seħħ. Dawk l-arranġamenti legali jew prattiċi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami regolari, u għandhom, fi kwalunkwe każ, jiġu rieżaminati kull tliet snin. It-termini finali ta' dawn l-arranġamenti għandhom ikunu trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kompetizzjoni.

5.   L-arranġamenti esklużivi eżistenti fis-17 ta' Lulju 2013 li ma jikkwalifikawx għall-eċċezzjonijiet skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu tterminati fl-aħħar tal-kuntratt u f'kull każ sa mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2043.

Artikolu 12a (ġdid)

Preservazzjoni tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' politiki ta' preservazzjoni sinifikanti għal informazzjoni tas-settur pubbliku fi kwalunkwe format li joffri l-aqwa garanziji possibbli ta' aċċess fit-tul.

KAPITOLU V

SETTIJIET TAD-DATA TA' VALUR GĦOLI

Artikolu 13

Lista ta' settijiet tad-data ta' valur għoli

1.  Bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, fl-Anness IIa ġiet stabbilita lista ta' kategoriji għas-settijiet tad-data ta' valur għoli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 14 sabiex tissupplimenta l-lista billi jiżdiedu kategoriji ġodda u s-settijiet tad-data rispettivi tagħhom mal-lista ta' settijiet tad-data ta' valur għoli fost id-dokumenti li tapplika għalihom din id-Direttiva, flimkien mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom.

2.  Dawn is-settijiet tad-data għandhom ikunu disponibbli mingħajr ħlas, b'format li jinqara mill-magni u aċċessibbli għal download, u fejn xieraq, permezz tal-APIs. Il-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu kompatibbli mal-liċenzji standard miftuħa.

3.  Bħala eċċezzjoni, id-disponibbiltà mingħajr ħlas imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għad-settijiet tad-data ta' valur għoli tal-impriżi pubbliċi jekk il-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fl-Artikolu 13(7) turi li s-settijiet tad-data disponibbli mingħajr ħlas se jwasslu għal distorsjoni▌tal-kompetizzjoni fis-swieq rispettivi.

5.  Il-lista ta' kategoriji u s-settijiet tad-data ta' valur għoli rispettivi tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 hija bbażata fuq il-valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw benefiċċji soċjali, ekonomiċi, jew ambjentali sinjifikanti, servizzi innovattivi, l-għadd ta' utenti, b'mod partikolari l-SMEs, id-dħul li jistgħu jgħinu biex jiġġeneraw, il-potenzjal tagħhom li jiġu kkombinati ma' settijiet oħra tad-data u l-impatt mistenni fuq is-sitwazzjoni kompetittiva tal-impriżi pubbliċi.

6.  Il-lista fl-Anness IIa tista', fejn xieraq, tiġi supplimentata permezz ta' att delegat; Il-Kummissjoni tista' tissupplimenta l-lista fl-Anness IIa billi tissupplimenta kategoriji ġodda u s-settijiet tad-data ta' valur għoli rispettivi tagħhom permezz ta' att delegat b'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE u soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

7.  Qabel l-adozzjoni tal-att delegat, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt, inkluż analiżi tal-kostbenefiċċji, u tiżgura li l-att jikkumplimenta l-istrumenti legali eżistenti bbażati skont is-settur, fir-rigward tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti li huma fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fejn kategoriji ta' settijiet tad-data ta' valur għoli jistgħu jikkonċernaw lill-impriżi pubbliċi, il-valutazzjoni tal-impatt għandha tagħti attenzjoni speċjali lid-distorsjonijiet possibbli fil-kompetizzjoni u lir-rwol tal-impriżi pubbliċi, l-SMEs u n-negozji l-ġodda f'ambjent ekonomiku kompetittiv.

7a.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 7, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati kollha inklużi l-korpi kompetenti detenturi tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, is-sħab soċjali, l-utenti u l-utenti li jużaw mill-ġdid, l-applikanti għall-użu u l-użu mill-ġdid, u l-gruppi tas-soċjetà ċivili. Il-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw il-possibbiltà li jressqu suġġerimenti quddiem il-Kummissjoni għal kategoriji addizzjonali ta' settijiet tad-data ta' valur għoli jew settijiet tad-data konkreti. Il-Kummissjoni għandha tqis lil dawk is-suġġerimenti, jew tipprovdi lill-parti interessata b'raġunijiet għaliex ma tkunx adottat is-suġġeriment.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis l-effetti potenzjali fuq il-kompetizzjoni meta l-impriżi pubbliċi jkunu joperaw fi swieq kompetittivi.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hi mogħtija lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, diment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien tliet xhur minn mindu jkunu ġew mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi, mal-Artikoli […] sa […]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha ssir u kif it-tali dikjarazzjoni għandha tiġi mfassla.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 16

Evalwazzjoni

1.  Mhux qabel erba' snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar(24). L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-Rapport.

2.  L-evalwazzjoni għandha tindirizza b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt soċjali u ekonomiku ta' din id-Direttiva, inkluż id-daqs taż-żieda fl-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku, li tapplika għalihom din id-Direttiva, speċjalment mill-SMEs, l-impatt tas-settijiet tad-data ta' valur għoli, l-effetti tal-prinċipji applikati għat-tariffar u l-użu mill-ġdid ta' testi uffiċjali ta' natura leġiżlattiva u amministrattiva, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet oħra li mhumiex korpi tas-settur pubbliku, id-disponibbiltà u l-użu tal-APIs, l-interazzjoni bejn ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, kif ukoll possibbiltajiet oħra biex jitjieb il-funzjonament xieraq tas-suq intern, bl-appoġġ tal-iżvilupp tal-ekonomija u tas-suq tax-xogħol.

Artikolu 17

Revoka

Id-Direttiva 2003/98/KE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness I, il-Parti A, hi mħassra b'effett [l-għada tad-data fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1)], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassraflimkien mal-emenda tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 15)

Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90)

Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1)

Parti B

Skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-data tal-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 15)

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

 

2003/98/KE

l-1 ta' Lulju 2005

 

2013/37/UE

it-18 ta' Lulju 2015

it-18 ta' Lulju 2015

ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Id-Direttiva 2003/98/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), il-kliem introduttorju u l-Artikolu 1(1)(a)

_

Artikolu 1(1)(b)

_

Artikolu 1(1)(c)

Artikolu 1(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 1(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(2)(a)

_

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 1(2)(c)

Artikolu 1(2)(c)

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 1(2)(ca)

Artikolu 1(2)(e)

Artikolu 1(2)(cb)

Artikolu 1(2)(f)

Artikolu 1(2)(cc)

Artikolu 1(2)(g)

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 1(2)(h)

Artikolu 1(2)(e)

Artikolu 1(2)(j)

Artikolu 1(2)(f)

Artikolu 1(2)(i)

_

Artikolu 1(2)(k)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

_

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(4)

_

Artikolu 1(5)

_

Artikolu 1(6)

Artikolu 2, il-kliem introduttorju

Artikolu 2, il-kliem introduttorju

Artikolu 2, il-punt 1

Artikolu 2, il-punt 1

Artikolu 2, il-punt 2

Artikolu 2, il-punt 2

_

Artikolu 2, il-punt 3

Artikolu 2, il-punt 3

Artikolu 2, il-punt 5

_

Artikolu 2, il-punt 6

_

Artikolu 2, il-punt 7

_

Artikolu 2, il-punt 8

Artikolu 2, il-punt 4

Artikolu 2, il-punt 9

Artikolu 2, il-punt 5

_

Artikolu 2, il-punt 6

Artikolu 2, il-punt 10

Artikolu 2, il-punt 7

Artikolu 2, il-punt 11

Artikolu 2, il-punt 8

Artikolu 2, il-punt 12

Artikolu 2, il-punt 9

Artikolu 2, il-punt 4

_

Artikolu 2, il-punt 13

_

Artikolu 2, il-punt 14

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

_

_

Artikolu 4(5), il-kliem introduttorju

_

Artikolu 4(5)(a)

 

Artikolu 4(5)(b)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(3)

_

Artikolu 5(4)

_

Artikolu 5(5)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 6(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 6(2)(b)

_

Artikolu 6(2)(c)

Artikolu 6(2)(b)

_

Artikolu 6(2)(c)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 6(4)

_

Artikolu 6(5)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(3)

_

_

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9

Artikolu 9

_

Artikolu 10(1)

_

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 11(2a)

Artikolu 12(3)

_

Artikolu 12(4)

Artikolu 11(3)

_

Artikolu 11(4)

Artikolu 12(5)

_

Artikolu 13(1)

_

Artikolu 13(2)

_

Artikolu 13(3)

_

Artikolu 13(4)(a)

_

Artikolu 13(4)(b)

_

Artikolu 13(5)

_

Artikolu 13(6)

_

Artikolu 13(7)

_

Artikolu 14(1)

_

Artikolu 14(2)

_

Artikolu 14(3)

_

Artikolu 14(4)

_

Artikolu 14(5)

_

Artikolu 14(6)

Artikolu 12

Artikolu 15(1)

_

Artikolu 15(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 13(2)

_

Artikolu 13(3)

Artikolu 16(2)

_

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 19

_

Anness I

_

Anness II

ANNESS IIa

Lista ta' kategoriji u settijiet tad-data ta' valur għoli

1. Data Ġeospazjali

Kodiċi postali, mapep nazzjonali u lokali (konfini katastali, topografiċi, marittimi, amministrattivi).

2. Osservazzjoni tad-dinja u l-ambjent

- Data spazjali u data in situ (monitoraġġ tat-temp u tal-kwalità tal-art u tal-ilma, siżmika, konsum tal-enerġija, il-prestazzjoni enerġetika tal-bini u livelli ta' emissjonijiet).

3. Data meteoroloġika

- Previżjonijiet tat-temp, ix-xita, il-pressjoni tar-riħ u dik atmosferika.

4. Statistika

- Data ta' statistika nazzjonali, reġjonali u lokali b'indikaturi demografiċi u ekonomiċi ewlenin (il-prodott domestiku gross, l-età, il-qgħad, l-introjtu, l-edukazzjoni).

5. Kumpaniji

- Reġistri tal-kumpaniji u tan-negozji (lista tal-kumpaniji rreġistrati, data dwar is-sjieda u l-ġestjoni, identifikaturi tar-reġistrazzjoni).

6. Data dwar it-trasport

- Skedi taż-żmien tat-trasport pubbliku tal-mezzi kollha tat-trasport, informazzjoni dwar xogħlijiet pubbliċi u l-istat tan-netwerk tat-trasport inkluża informazzjoni dwar it-trasport.

(1)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz ta' qtugħ.

(3)

  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

(4)

  SWD(2018)145.

(5)

  SWD(2018)127.

(6)

  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

(7)

  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(8)

  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(9)

  C(2018) 2375

(10)

  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(11)

  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L108, 25.4.2007, p. 1).

(12)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(13)

  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) […].

(14)

  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p. 37). 37).

(15)

  Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).

(16)

  Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(18)

  ĠU L123, 12.5. 2016, p. 1.

(19)

  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(20)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007

dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE)

Nri 1191/69 u 1107/70.

(21)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3-20).

(22)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7-10).

(23)

  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(24)

  SWD (2017)350


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2018)33866

Is-Sur Jerzy BUZEK

President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

PHS 08B046

Brussell

Suġġett:  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

COM(2018)0234 - C8-0169/2018 - 2018/0111(COD)

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet irid jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizz Legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta' dan l-aħħar, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Fl-aħħar nett, waqt il-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Settembru 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali(1), b'vot unanimu, irrakkomanda li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Is-Sur Pavel Svoboda

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Marie Christine Boutonnet, Jean Marie Cavada, Mady Delvaux, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Jytte Guteland, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Angelika Niebler, Răzvan Popa, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka, Luis de Grandes Pascual.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, it-12 ta' Lulju 2018

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI TA':  IL-PARLAMENT EWROPEW

    IL-KUNSILL

    IL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

COM(2018) 234 final tal-25.4.2018 - 2018/0111(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-23 u l-31 ta' Mejju 2018 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawk il-laqgħat(1), b'riżultat tal-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twassal għar-riformulazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota, bi qbil komuni, dan li ġej.

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi:

- fil-premessa 7, iż-żieda tal-kliem "u emendata iktar tard fl-2013";

- fil-premessa 8, is-sostituzzjoni tal-kliem "soċjetà bbażata fuq id-data" bil-kliem "soċjetà tal-informazzjoni u tal-għarfien";

- fil-premessa 12, it-tħassir tal-kliem "tradizzjonali";

- fil-premessa 13, it-tħassir tal-aħħar sentenza;

- fil-premessa 26, it-tħassir tal-kliem "skont l-iżviluppi fis-soċjetà tal-informazzjoni";

- fil-premessa 27, iż-żieda tal-kliem "id-data tas-satellita, id-data tat-temp";

- it-tħassir tat-test sħiħ tal-premessa 14 tad-Direttiva 2003/98/KE;

- fil-premessa 47, iż-żieda tal-kliem "u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill";

- fil-premessa 54, is-sostituzzjoni tal-kliem "tabella ta' valutazzjoni fl-Internet tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku" bil-kliem "Rapport dwar il-Maturità tad-Data Miftuħa";

- is-sostituzzjoni tad-diċitura attwali tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/98/KE b'diċitura ġdida;

- fl-Artikolu 5(1), iż-żieda tal-kliem inizjali "Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V";

- fl-Artikolu 7(1), it-tħassir tal-kliem "miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku";

- fl-Artikolu 7(2), it-tħassir tal-kliem "il-korp tas-settur pubbliku inkwistjoni għandu jindika mill-bidu liema" u s-sostituzzjoni tal-kliem "il-korp tas-settur pubbliku" bil-kliem "id-detentur tad-dokumenti".

2. Fil-premessi 8, 12 u 14, il-kelma "Komunità" jenħtieġ li tiġi sostitwita bil-kelma "Unjoni".

3. Fil-kaxxa ta' referenza li tippreċedi l-premessa 56, l-indikazzjoni "2013/37/UE premessa 29" kellha taqra "2013/37/UE premessa 36".

4. Fl-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem "minnufih jinfurmaw" (sostitwit bil-kliem "jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-") kellhom jiġu mmarkati b'sinjal ta' "ingassatura doppja".

5. Id-diċitura attwali tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2003/98/KE kellha tiġi mmarkata kompletament bis-sinjal ta' "ingassatura doppja". Id-diċitura proposta għall-Artikolu 16(1) kellha tiġi mmarkata kompletament b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi.

6. Il-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni kellha tinkludi żewġ annessi dwar riformulazzjoni, imsejħa "Anness I" u "Anness II" fil-premessa 65 u fl-Artikolu 17.

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-att eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (19.10.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

(COM2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Julia Reda

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

I. Sfond

Fl-aħħar deċennju u nofs, id-Dejta Miftuħa evolviet u żviluppat biex issir kunċett li huwa osservat fil-qalba tal-amministrazzjoni moderna. Il-gvernijiet u l-awtoritajiet ħaddnu l-prinċipju li fejn id-dejta tista' ssir disponibbli għall-użu mill-ġdid, din trid issir disponibbli.

B'konformità mad-dritt fundamentali ta' aċċess għall-informazzjoni, id-dritt ta' aċċess u ta' użu mill-ġdid tad-dejta tas-settur pubbliku jippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw b'mod attiv fil-komunitajiet tagħhom. Bosta individwi u inizjattivi jagħmlu użu mid-dejta biex joħolqu benefiċċji għas-soċjetà. Huma jagħmlu użu minn dejta affidabbli bħala sors ta' informazzjoni minflok xnigħat jew evidenza sporadika.

Fl-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta ta' riformulazzjoni, l-ekonomija tad-dejta fl-Unjoni Ewropea kienet stmata li tiswa' EUR 300 biljun fl-2016. Fl-istess sena, fl-UE kien hemm madwar 134 000 negozju tad-dejta.(1)

Minbarra ċ-ċittadini u n-negozji, l-amministrazzjonijiet infushom jibbenefikaw mid-Dejta Miftuħa. Filwaqt li l-gvernijiet u l-awtoritajiet jitħallew jissodisfaw l-obbligi demokratiċi tagħhom li jagħmlu l-politika u l-proċessi ta' deċiżjonijiet tagħhom trasparenti, it-tħaddin tad-Dejta Miftuħa joħloq ukoll inċentivi għad-dipartimenti biex jikkooperaw aktar. Id-dejta ssir aċċessibbli għall-utenti interni fejn dawn qabel ma kellhomx aċċess. Skont l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, il-benefiċċji li d-dejta ssir miftuħa mill-bidu nett jisbqu bil-bosta kwalunkwe spiża għall-amministrazzjoni pubblika, b'rata "attwali ta' madwar 26:1"(2).

II. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

A. Miftuħ permezz tad-Disinn u b'mod Awtomatiku

L-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt fundamentali, iggarantit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 11. Huwa għalhekk li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex ifasslu politiki li jirregolaw il-ħolqien tad-dejta sabiex il-pubblikazzjoni tagħhom tkun diġà prevista.

Il-fatt li l-informazzjoni tas-settur pubbliku ssir aċċessibbli u tkun tista' tintuża mill-ġdid joħloq spejjeż għall-amministrazzjoni pubblika. Illum il-ġurnata, il-benefiċċji jisbqu l-ispejjeż. Billi ssir riflessjoni dwar il-possibbiltà sussegwenti tal-pubblikazzjoni fl-istadju tal-ġenerazzjoni tad-dejta, l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu aktar, u l-pubblikazzjoni tista' tiġi ssimplifikata.

Il-prinċipju għandu jissejjaħ miftuħ permezz tad-disinn u b'mod awtomatiku.

B. Settijiet tad-Dejta ta' Valur Għoli

Il-Kummissjoni identifikat Settijiet tad-Dejta ta' Valur Għoli bħala partikolarment ta' valur għall-ekonomija u s-soċjetà. Il-ftuħ tal-aċċess għas-Settijiet tad-Dejta ta' Valur Għoli huwa għalhekk essenzjali għall-għan tar-riformulazzjoni.

Għalhekk, fuq il-bażi tal-esperjenzi fl-Istati Membri, id-Direttiva hija emendata b'lista ta' kategoriji ta' dejta ta' valur għoli u settijiet tad-dejta eżemplari minn oqsma identifikati bħala ta' valur għoli mill-Open Knowledge Foundation(3) u fl-Anness Tekniku tal-Karta dwar id-Dejta Miftuħa tal-G8(4). Il-Kummissjoni tingħata setgħat delegati biex taġġorna din il-lista u ttejjibha b'settijiet tad-dejta konkreti li hija tidentifika permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi, u billi tħeġġeġ lill-pubbliku jissottmetti suġġerimenti.

C. It-tariffar

Il-gvernijiet u l-amministrazzjoni pubblika jistgħu jitolbu ħlas għal dejta li jkunu kkummissjonaw biex tiġi ġġenerata, li jkunu ġġeneraw huma stess, jew li jkunu lliċenzjaw.

L-approċċ kawt fir-riformulazzjoni jonqos milli jikkoreġi l-istatus quo, fejn il-korporazzjonijiet multinazzjonali kbar jibbenefikaw minn dejta pubblika, filwaqt li l-inizjattivi ċiviċi jitilfu din l-opportunità. Pereżempju, Google allegatament għamlet ftehim ta' liċenzjar għall-immappjar tad-dejta mal-Aġenzija Federali tal-Ġermanja għall-Kartografija u l-Ġeodesija(5) li jinvolvi tariffa annwali żgħira b'sitt ċifri. Fejn Google tista' taffordja tali tariffa, id-dejta tibqa' inaċċessibbli u mhux affordabbli għall-SMEs jew alternattivi tas-soċjetà ċivili bbażati fuq il-komunità kompetittivi bħal OpenStreetMap(6) li ħolqu mapep iddettaljati tad-dinja l-aktar bis-saħħa tal-voluntiera.

Bħala riżultat, l-informazzjoni tas-settur pubbliku tispiċċa ssaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq diġà dominanti ta' kumpaniji multinazzjonali kbar, filwaqt li tillimita l-kapaċità għall-iżvilupp ta' alternattivi.

Għalhekk, il-possibbiltà għas-settur pubbliku li jżomm ħlas għad-dejta trid tkun limitata aktar. L-użu mill-ġdid tad-dejta għandu jkun mingħajr ħlas, sakemm ma jsirx taħt ċirkostanzi ddefiniti b'mod strett ħafna.

D. Direttiva dwar id-Dejta Miftuħa

Id-Direttiva m'għandhiex tfixkel lill-Istati Membri li diġà jħaddnu d-Dejta Miftuħa u li joħorġu l-informazzjoni tagħhom f'formati miftuħa, u taħt liċenzji miftuħa permissivi. Hi għandha tgħin lill-Istati Membri li għadhom mhumiex impenjati u tiggwidahom b'passi u metodi li għandhom jiġu adottati.

Hi għandha tissottolinja d-dimensjoni Ewropea tad-Dejta Miftuħa, tippromwovi l-aggregazzjoni pan-Ewropea tad-dejta, u l-kollaborazzjoni matul il-fruntieri.

Fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE, it-terminu Dejta Miftuħa ma kienx magħruf sew. Illum il-ġurnata, is-sitwazzjoni hija differenti. Bħala terminu, Dejta Miftuħa huwa terminu stabbilit b'mod wiesa' u jintuża kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri. Għalhekk, l-aqwa terminu li jiddeskrivi dak li trid takkwista d-Direttiva huwa Dejta Miftuħa.

L-isem tad-Direttiva għandu juri dak li hi tista' tikseb u konsegwentement tingħata isem ġdid bħala d-"Direttiva dwar Dejta Miftuħa".

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

dwar id-Dejta Miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament u tal-Kunsill28 ġiet emendata b'mod sostanzjali. Peress li jridu jsiru aktar emendi, minħabba ċ-ċarezza jenħtieġ li ssir riformulazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(1)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament u tal-Kunsill28 ġiet emendata b'mod sostanzjali28a. Peress li jridu jsiru aktar emendi, minħabba ċ-ċarezza jenħtieġ li ssir riformulazzjoni ta' dik id-Direttiva.

__________________

__________________

28 Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

28 Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

 

28a Ara l-Anness I, il-Parti A.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/98/KE u ħames snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/37/UE emendatorja, wara li kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni u rieżami tal-funzjonament tad-Direttiva fil-qafas ta' Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)29.

(2)  B'konformità mad-Direttiva 2003/98/KE u ħames snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/37/UE emendatorja, wara li kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni u rieżami tal-funzjonament tad-Direttiva fil-qafas ta' Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)29.

__________________

__________________

29 SWD(2018) 145.

29 SWD(2018) 145.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u fid-dawl tar-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Impatt30, il-Kummissjoni qieset li azzjoni fil-livell tal-Unjoni kienet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ostakli emerġenti u li fadal b'rabta mal-użu wiesa' tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-informazzjoni ffinanzjata mill-pubbliku fl-Unjoni, u biex il-qafas leġiżlattiv taġġornah mal-avvanzi fit-teknoloġiji diġitali, bħall-Intelliġenza Artifiċjali u l-Internet tal-Oġġetti (IoT).

(3)  Wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u fid-dawl tar-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Impatt30, il-Kummissjoni qieset li azzjoni fil-livell tal-Unjoni kienet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ostakli emerġenti u li fadal b'rabta mal-użu wiesa' tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-informazzjoni ffinanzjata mill-pubbliku fl-Unjoni, u biex il-qafas leġiżlattiv taġġornah mal-avvanzi fit-teknoloġiji diġitali, bħat-tagħlim awtomatiku, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Internet tal-Oġġetti (IoT).

__________________

__________________

30 SWD(2018) 127.

30 SWD(2018) 127.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-bidliet sostantivi li ddaħħlu fit-test ġuridiku biex jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej, jiffokaw fuq dawn l-oqsma li ġejjin: l-għoti ta' aċċess f'ħin reali għal dejta dinamika b'mezzi tekniċi xierqa, aktar forniment ta' dejta pubblika ta' valur għoli għall-użu mill-ġdid, inkluż mill-impriżi pubbliċi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, l-indirizzar ta' kull bidu ta' forma ġdida ta' arranġamenti esklussivi, l-użu tal-eżenzjonijiet għall-prinċipju tat-tariffar tal-ispiża marġinali u r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u ċerti strumenti legali relatati, inkluż id-Direttiva 96/9/KE31 u d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.

(4)  Il-bidliet sostantivi li ddaħħlu fit-test ġuridiku biex jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej, jiffokaw fuq dawn l-oqsma li ġejjin: l-għoti ta' aċċess f'ħin reali għal dejta dinamika b'mezzi tekniċi xierqa, aktar forniment ta' dejta pubblika ta' valur għoli għall-użu mill-ġdid, inkluż mill-impriżi pubbliċi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, l-indirizzar ta' kull bidu ta' forma ġdida ta' arranġamenti esklussivi, l-użu tal-eżenzjonijiet għall-prinċipju tat-tariffar tal-ispiża marġinali u r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u ċerti strumenti legali relatati, inkluż id-Direttiva 96/9/KE31, id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (UE) 2016/67932.

__________________

__________________

31 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

31 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

32 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

32 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt fundamentali. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") tipprevedi li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż id-dritt li wieħed ikollu opinjoni u li jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat mingħajr interferenza minn awtorità pubblika u irrispettivament mill-fruntieri.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-settur pubbliku fl-Istati Membri jiġbor, jiġġenera, jirriġenera u jxerred firxa wiesgħa ta' informazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, fosthom informazzjoni soċjali, ekonomika, ġeografika, dwar it-temp, turistika, kummerċjali, dwar il-privattivi u edukattiva. Id-dokumenti ġġenerati mill-korpi tas-settur pubbliku ta' natura eżekuttiva, leġiżlattiva jew ġudizzjarja jikkostitwixxu ġabra vasta, diversa u prezzjuża ta' riżorsi li minnhom tista' tibbenefika l-ekonomija tal-għarfien.

(6)  Is-settur pubbliku fl-Istati Membri jiġbor, jiġġenera, jirriġenera u jxerred firxa wiesgħa ta' informazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, fosthom informazzjoni soċjali, ekonomika, ġeografika, dwar it-temp, turistika, kummerċjali, dwar il-privattivi u edukattiva. Id-dokumenti ġġenerati mill-korpi tas-settur pubbliku ta' natura eżekuttiva, leġiżlattiva jew ġudizzjarja jikkostitwixxu ġabra vasta, diversa u prezzjuża ta' riżorsi li minnhom tista' tibbenefika l-ekonomija tal-għarfien, li hija bbażata fuq il-kwantità, il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni disponibbli u twassal għal adattament aħjar għal bżonnijiet tal-konsumatur.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku stabbiliet sett minimu ta' regoli li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-mezzi prattiċi biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta' dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, inkluż il-korpi eżekuttivi, leġiżlattivi jew ġudizzjarji. Minn mindu ġie adottat l-ewwel sett ta' regoli dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, l-ammont ta' dejta fid-dinja, inkluż id-dejta pubblika, żdied b'mod esponenzjali u qed jiġu ġġenerati u jinġabru tipi ġodda ta' dejta. B'mod parallel, qed nixhdu evoluzzjoni kontinwa fit-teknoloġiji għall-analiżi, l-isfruttar u l-ipproċessar tad-dejta. Din l-evoluzzjoni teknoloġika mgħaġġla tippermetti l-ħolqien ta' servizzi u applikazzjonijiet ġodda, mibnija fuq l-użu, l-aggregazzjoni u l-kombinazzjoni tad-dejta. Ir-regoli li oriġinarjament ġew adotatti fl-2003 u mbagħad emendati fl-2013 ma għadhomx jimxu paripassu ma' dawn il-bidliet mgħaġġla u minħabba f'hekk jeżisti r-riskju li jintilfu l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali li joffri l-użu mill-ġdid tad-dejta pubblika.

(7)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku stabbiliet sett minimu ta' regoli li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-mezzi prattiċi biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta' dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, inkluż il-korpi eżekuttivi, leġiżlattivi jew ġudizzjarji. Minn mindu ġie adottat l-ewwel sett ta' regoli dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, l-ammont ta' dejta fid-dinja, inkluż id-dejta pubblika, żdied b'mod esponenzjali u qed jiġu ġġenerati u jinġabru tipi ġodda ta' dejta. B'mod parallel, hemm evoluzzjoni kontinwa fit-teknoloġiji għall-analiżi, l-isfruttar u l-ipproċessar tad-dejta, bħat-tagħlim awtomatiku, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Internet tal-Oġġetti. Din l-evoluzzjoni teknoloġika mgħaġġla tippermetti l-ħolqien ta' servizzi u applikazzjonijiet ġodda, mibnija fuq l-użu, l-aggregazzjoni u l-kombinazzjoni tad-dejta. Ir-regoli li oriġinarjament ġew adotatti fl-2003 u mbagħad emendati fl-2013 ma għadhomx jimxu paripassu ma' dawn il-bidliet mgħaġġla u minħabba f'hekk jeżisti r-riskju li jintilfu l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali li joffri l-użu mill-ġdid tad-dejta pubblika.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-evoluzzjoni lejn soċjetà bbażata fuq id-dejta tinfluwenza l-ħajja ta' kull ċittadin fl-Unjoni, fost l-oħrajn għax tippermettilhom jiksbu mezzi ġodda għall-aċċess u l-kisba tal-għarfien.

(8)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn korp tas-settur pubbliku żżid il-valur għall-utenti li jużaw mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti finali u għas-soċjetà b'mod ġenerali, u ħafna drabi, għall-korp pubbliku nnifisu, billi tippromwovi t-trasparenza u l-kontabbiltà, u r-rispons tal-utenti li jużaw mill-ġdid u tal-utenti aħħarija jippermetti lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni miġbura.

(11)  L-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn korp tas-settur pubbliku żżid il-valur għall-utenti li jużaw mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti finali u għas-soċjetà b'mod ġenerali, u ħafna drabi, għall-korp pubbliku nnifisu, billi tippromwovi t-trasparenza u l-kontabbiltà, u r-rispons tal-utenti li jużaw mill-ġdid u tal-utenti aħħarija jippermetti lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni miġbura kif ukoll it-twettiq tal-kompiti pubbliċi tiegħu.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Hemm differenzi konsiderevoli fir-regoli u l-prattiki tal-Istati Membri b'rabta mal-isfruttar tar-riżorsi tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, li joħolqu ostakli għal kisba sħiħa tal-potenzjal ekonomiku ta' dan ir-riżors ta' dokument ewlieni. Il-prattika tal-korpi tas-settur pubbliku fl-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għadha tvarja fost l-Istati Membri. Dak il-fatt jenħtieġ jiġi kkunsidrat. L-armonizzazzjoni minima tar-regoli u l-prattiki nazzjonali dwar l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku għalhekk jenħtieġ issir, fil-każijiet meta d-differenzi fir-regolamenti u l-prattiki nazzjonali jew in-nuqqas ta' ċarezza jxekklu l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-Unjoni.

(12)  Hemm differenzi konsiderevoli fir-regoli u l-prattiki tal-Istati Membri b'rabta mal-isfruttar tar-riżorsi tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, li joħolqu ostakli għal kisba sħiħa tal-potenzjal ekonomiku ta' dan ir-riżors ta' dokument ewlieni. Il-prattika tal-korpi tas-settur pubbliku fl-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għadha tvarja fost l-Istati Membri. Dak il-fatt jenħtieġ li jiġi kkunsidrat. L-armonizzazzjoni minima tar-regoli u l-prattiki nazzjonali dwar l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku għalhekk jenħtieġ li ssir, fil-każijiet meta d-differenzi fir-regolamenti u l-prattiki nazzjonali jew in-nuqqas ta' ċarezza jxekklu l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, teknika jew finanzjarja, u li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda anke għall-pubbliku, jistgħu jaqdu rwol importanti li jixprunaw l-iżvilupp ta' servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi promoss l-impenn soċjali.

(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-ħolqien ta' dejta bbażata fuq il-prinċipju ta' "miftuħa mid-disinn u b'mod awtomatiku", fir-rigward tad-dokumenti kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiżguraw livell konsistenti ta' protezzjoni għall-objettivi ta' interess pubbliku, bħas-sigurtà pubbliku jew il-protezzjoni tad-dejta personali, inkluż fejn informazzjoni sensittiva relatat ma' infrastrutturi kritiċi huma kkonċernat jew fejn l-informazzjoni f'settijiet tad-dejta individwali ma tistax toħloq riskju li tiġi identifikata persuna fiżika, iżda meta kkombinata ma' informazzjoni oħra disponibbli, tista' toħloq dan ir-riskju. Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, teknika jew finanzjarja, u li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda anke għall-pubbliku, jistgħu jaqdu rwol importanti li jippromwovu l-iżvilupp ta' servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi promoss l-impenn soċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-interoperabbiltà, l-istandards miftuħa u d-dejta miftuħa jiġu implimentati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali f'kull amministrazzjoni ta' Stat Membru. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u tappoġġja t-tfassil, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-adozzjoni ta' interfaċċi elettroniċi interoperabbli li jippermettu servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u siguri.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Barra minn hekk, mingħajr l-armonizzazzjoni minima fil-livell tal-Unjoni, l-attivitajiet leġiżlattivi fil-livell nazzjonali, li diġà nbdew f'għadd ta' Stati Membri biex iwieġbu għall-isfidi teknoloġiċi, jistgħu jwasslu għal aktar differenzi sinifikattivi. L-impatt ta' dawk id-differenzi leġiżlattivi u l-inċertezzi jsiru aktar sinifikanti bi żvilupp aktar fis-soċjetà tal-informazzjoni, li diġà żiedet ħafna l-isfruttar transfruntier tal-informazzjoni.

(14)  Mingħajr l-armonizzazzjoni minima fil-livell tal-Unjoni, l-attivitajiet leġiżlattivi fil-livell nazzjonali, li diġà nbdew f'għadd ta' Stati Membri biex iwieġbu għall-isfidi teknoloġiċi, jistgħu jwasslu għal aktar differenzi sinifikattivi. L-impatt ta' dawk id-differenzi leġiżlattivi u l-inċertezzi jsiru aktar sinifikanti bi żvilupp aktar fis-soċjetà tal-informazzjoni, li diġà żiedet ħafna l-isfruttar transfruntier tal-informazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din id-Direttiva jenħtieġ tapplika għad-dokumenti li jsiru aċċessibbli għall-użu mill-ġdid meta l-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw, ibigħu, ixerrdu, jiskambjaw jew jagħtu l-informazzjoni. Biex ikunu evitati sussidji inkroċjati, l-użu mill-ġdid jenħtieġ jinkludi aktar użu ta' dokumenti fi ħdan l-organizzazzjoni nnifisha għall-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħha. L-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu ta' kompitu pubbliku tipikament se jkunu jinkludu l-forniment ta' dokumenti li jiġu ġġenerati jew tariffati esklussivament fuq bażi kummerċjali u f'kompetizzjoni ma' oħrajn fis-suq.

(18)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għad-dokumenti li jsiru aċċessibbli għall-użu mill-ġdid meta l-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw, ibigħu, ixerrdu, jiskambjaw jew jagħtu l-informazzjoni jew jikkummisjonaw il-ġenerazzjoni tagħha. Biex ikunu evitati sussidji inkroċjati, l-użu mill-ġdid jenħtieġ li jinkludi aktar użu ta' dokumenti fi ħdan l-organizzazzjoni nnifisha għall-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħha. L-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu ta' kompitu pubbliku tipikament se jkunu jinkludu l-forniment ta' dokumenti li jiġu ġġenerati jew tariffati esklussivament fuq bażi kummerċjali u f'kompetizzjoni ma' oħrajn fis-suq.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid, sakemm l-aċċess ma jkunx ristrett jew eskluż skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u soġġett għall-eċċezzjonijiet l-oħra stipulati f'din id-Direttiva. Din id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi eżistenti tal-aċċess fl-Istati Membri u ma tibdilx ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għal dokumenti. Din ma tapplikax fil-każijiet meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji, bir-reġim rilevanti tal-aċċess, ikunu jistgħu jiksbu dokumenti biss diment li jagħtu prova ta' interess partikolari. Fil-livell tal-Unjoni, l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ jitħeġġu jagħmlu disponibbli kull dokument miżmum minnhom għall-użu mill-ġdid. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ jippromwovu u jħeġġu l-użu mill-ġdid ta' dokumenti, inkluż testi uffiċjali ta' natura leġislattiva u amministrattiva li l-korp tas-settur pubbliku jkollu dritt jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom.

(19)  Id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet l-oħra stipulati f'din id-Direttiva, bħas-sigurtà nazzjonali jew il-protezzjoni tad-dejta personali, li jippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu jew jeskludu ċerti dokumenti milli jkunu jistgħu jiġu aċċessati. Fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni, il-proċeduri u l-modalitajiet rigward l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku tibqa' fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri. Din id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi eżistenti tal-aċċess fl-Istati Membri u ma tibdilx ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għal dokumenti. Din ma tapplikax fil-każijiet meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji, bir-reġim rilevanti tal-aċċess, ikunu jistgħu jiksbu dokumenti biss diment li jagħtu prova ta' interess partikolari. Fil-livell tal-Unjoni, l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jitħeġġu jagħmlu disponibbli kull dokument miżmum minnhom għall-użu mill-ġdid. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jippromwovu u jħeġġu l-użu mill-ġdid ta' dokumenti, inkluż testi uffiċjali ta' natura leġislattiva u amministrattiva li l-korp tas-settur pubbliku jkollu dritt jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom. Għalkemm din id-Direttiva ma tistipulax obbligu għall-korpi tas-settur pubbliku li jiżguraw il-ħżin ta' ċertu tip ta' dokumenti bil-ħsieb tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jiżguraw li dan ma jfixkilx indebitament l-isfruttament tal-potenzjal ekonomiku tagħhom.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE jenħtieġ tiġi emendata biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu jistgħu jiġu applikati għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti ġġenerati waqt it-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali mill-impriżi pubbliċi li jagħmlu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, kif ukoll mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità, u l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala sidien tal-bastimenti tal-Unjoni li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu).

(21)  Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu jistgħu jiġu applikati għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti ġġenerati waqt it-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali mill-impriżi pubbliċi li jagħmlu waħda mill-attivitajiet imsemmija fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, kif ukoll mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi tas-servizz pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità, u l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala sidien tal-bastimenti tal-Unjoni li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu).

__________________

__________________

33 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

33 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma jkunx fiha obbligu li jitħalla l-użu mill-ġdid tad-dokumenti ġġenerati mill-impriżi pubbliċi. Id-deċiżjoni dwar jekk jiġix awtorizzat l-użu mill-ġdid jenħtieġ tibqa' f'idejn l-impriża pubblika kkonċernata. Huwa biss wara li l-impriża pubblika tkun għażlet li tagħmel dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid li din għandha tosserva l-obbligi rilevanti stabbiliti fil-Kapitoli III u IV ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fejn jidħlu l-formati, it-tariffar, it-trasparenza, il-liċenzji, in-nondiskriminazzjoni u l-projbizzjoni ta' arranġamenti esklussivi. Min-naħa l-oħra, l-impriża pubblika mhix meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II, bħalma huma r-regoli applikabbli għall-ipproċessar tat-talbiet.

(22)  Din id-Direttiva ma fihiex obbligu li jitħalla l-użu mill-ġdid tad-dokumenti ġġenerati mill-impriżi pubbliċi. Id-deċiżjoni dwar jekk jiġix awtorizzat l-użu mill-ġdid ta' dokumenti jew parti minn dokumenti, li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tibqa' f'idejn l-impriża pubblika kkonċernata. Huwa biss wara li l-impriża pubblika tkun għażlet li tagħmel dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid li din jenħtieġ li tosserva l-obbligi rilevanti stabbiliti fil-Kapitoli III u IV ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fejn jidħlu l-formati, it-tariffar, it-trasparenza, il-liċenzji, in-nondiskriminazzjoni u l-projbizzjoni ta' arranġamenti esklussivi. Min-naħa l-oħra, l-impriża pubblika mhix meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II, bħalma huma r-regoli applikabbli għall-ipproċessar tat-talbiet.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Din id-Direttiva tistabbilixxi definizzjoni ġenerika tat-terminu "dokument". Din tkopri kull rappreżentazzjoni ta' atti, fatti jew informazzjoni – u kull kumpilazzjoni ta' dawk l-atti, il-fatti jew l-informazzjoni – bi kwalunkwe mezz (miktub fuq karta, jew maħżun b'format elettroniku jew irrekordjat b'mod awdjo, viżiv jew awdjoviżiv). Id-definizzjoni ta' "dokument" mhix maħsuba li tkopri l-programmi tal-kompjuter.

(26)  Din id-Direttiva tistabbilixxi definizzjoni ġenerika tat-terminu "dokument". Din tkopri kull rappreżentazzjoni ta' atti, fatti jew informazzjoni – u kull kumpilazzjoni ta' dawk l-atti, il-fatti jew l-informazzjoni – bi kwalunkwe mezz (miktub fuq karta, jew maħżun b'format elettroniku jew irrekordjat b'mod awdjo, viżiv jew awdjoviżiv). Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu trasparenza fir-rigward tal-metodoloġija użata fil-kompilazzjoni tad-dokumenti.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-korpi tas-settur pubbliku qed kulma jmur jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli għall-użu mill-ġdid b'mod proattiv, billi jiżguraw skopribbiltà online u disponibbiltà effettiva tal-metadejta u anki tal-kontenut sottostanti. Jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid meta dan jintalab minn utent li juża mill-ġdid. F'dawk il-każijiet, il-limitu taż-żmien limit biex tingħata tweġiba għat-talbiet għall-użu mill-ġdid jenħtieġ ikun raġonevoli u skont iż-żmien ekwivalenti għat-talbiet biex jiġi aċċessat id-dokument skont ir-reġimi rilevanti tal-aċċess. Iżda jenħtieġ li l-impriżi pubbliċi, l-istituti edukattivi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit. B'limiti taż-żmien raġonevoli mal-Unjoni kollha jiġi stimulat il-ħolqien ta' prodotti u servizzi aggregati ġodda tal-informazzjoni fil-livell pan-Ewropew. Dan hu partikolarment importanti għad-dejta dinamika (inkluż it-traffiku tad-dejta, id-dejta tas-satellita, id-dejta tat-temp), li l-valur ekonomiku tagħha jiddependi mid-disponibbiltà immedjata tal-informazzjoni u minn aġġornamenti regolari. Għalhekk, id-dejta dinamika jentħieġ tkun disponibbli minnufih wara l-ġbir, permezz ta' Interfaċċa ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (API) biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-internet, mobbli, u tal-cloud ibbażati fuq din id-dejta. Meta dan ma jkunx possibbli minħabba restrizzjonijiet tekniċi jew finanzjarji, jenħtieġ li l-korpi tas-settur pubbliku jagħmlu d-dokumenti disponibbli fil-limitu taż-żmien li jippermetti l-isfruttar tal-potenzjal ekonomiku kollu tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn liċenzja, id-disponibbiltà fil-ħin tad-dokumenti tista' tkun parti mit-termini tal-liċenzja.

(27)  Il-korpi tas-settur pubbliku qed kulma jmur jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli għall-użu mill-ġdid b'mod proattiv, billi jiżguraw sejbien online u disponibbiltà effettiva tal-metadejta u anki tal-kontenut sottostanti. Jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid meta dan jintalab minn utent li juża mill-ġdid. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-applikanti jitolbu dokumenti għall-użu mill-ġdid mingħajr ma jkollhom għalfejn jiddikjaraw xi interess. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu li jiġu definiti arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku jkun jista' jiġi eżerċitat b'mod effettiv, bħall-ħatra ta' uffiċjali tal-informazzjoni, il-ħolqien u ż-żamma ta' faċilitajiet għall-analiżi ta' dokumenti, reġistri jew listi ta' dokumenti li jkunu fil-pussess ta' korpi tas-settur pubbliku jew punti ta' informazzjoni, b'indikazzjonijiet ċari ta' fejn ikunu jistgħu jinstabu dawn id-dokumenti. Il-limitu taż-żmien limit biex tingħata tweġiba għat-talbiet għall-użu mill-ġdid jenħtieġ li jkun raġonevoli u skont iż-żmien ekwivalenti għat-talbiet biex jiġi aċċessat id-dokument skont ir-reġimi rilevanti tal-aċċess. L-impriżi pubbliċi, l-istituti edukattivi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka għalhekk jistgħu jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit. B'limiti taż-żmien raġonevoli mal-Unjoni kollha jiġi stimulat il-ħolqien ta' prodotti u servizzi aggregati ġodda tal-informazzjoni fil-livell pan-Ewropew. Dan hu partikolarment importanti għad-dejta dinamika (inkluż it-traffiku tad-dejta, id-dejta tas-satellita, id-dejta tat-temp), li l-valur ekonomiku tagħha jiddependi mid-disponibbiltà immedjata tal-informazzjoni u minn aġġornamenti regolari. Għalhekk, id-dejta dinamika jenħtieġ li tkun disponibbli minnufih wara l-ġbir, permezz ta' Interfaċċa ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (API) biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-internet, mobbli, u tal-cloud ibbażati fuq din id-dejta. Meta dan ma jkunx possibbli minħabba restrizzjonijiet tekniċi jew finanzjarji, jenħtieġ li l-korpi tas-settur pubbliku jagħmlu d-dokumenti disponibbli fil-limitu taż-żmien li jippermetti l-isfruttar tal-potenzjal ekonomiku kollu tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn liċenzja, id-disponibbiltà fil-ħin tad-dokumenti tista' tkun parti mit-termini tal-liċenzja.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Biex jinkiseb aċċess għad-dejta miftuħa għall-użu mill-ġdid permezz ta' din id-Direttiva, hemm bżonn jintużaw Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (APIs) adegwati u mfassla sew. API tiddeskrivi t-tip ta' dejta li tista' tiġi rkuprata, kif isir dan u l-format li bih tasal id-dejta. Din għandha livelli differenti ta' kumplessità u tista' tkun sempliċi link għal bażi tad-dejta biex jinġabru settijiet speċifiċi tad-dejta, interfaċċja tal-web, jew strutturi aktar kumplessi. Hemm valur ġenerali fl-użu mill-ġdid u fil-qsim tad-dejta permezz ta' użu xieraq tal-APIs għax dan se jgħin lill-iżviluppaturi u lin-negozji ġodda biex joħolqu servizzi u prodotti ġodda. Dan hu ingredjent importanti biex jinħolqu ekosistemi ta' valur madwar assi tad-dejta li ħafna drabi ftit li xejn jintużaw. It-twaqqif u l-użu tal-API jeħtieġ jissejsu fuq diversi prinċipji: l-istabbiltà, il-manutenzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-uniformità tal-użu u istandards, il-faċilità tal-użu, u s-sigurtà. Għad-dejta dinamika, jiġifieri d-dejta aġġornata b'mod frekwenti, ħafna drabi f'ħin reali, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi jenħtieġ jagħmlu dan disponibbli għall-użu mill-ġdid minnufih wara l-ġbir permezz ta' APIs adegwati.

(28)  Biex jinkiseb aċċess għad-dejta miftuħa għall-użu mill-ġdid permezz ta' din id-Direttiva, hemm bżonn jintużaw Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (APIs) adegwati u mfassla sew. API tiddeskrivi t-tip ta' dejta li tista' tiġi rkuprata, kif isir dan u l-format li bih tasal id-dejta. Din għandha livelli differenti ta' kumplessità u tista' tkun sempliċi link għal bażi tad-dejta biex jinġabru settijiet speċifiċi tad-dejta, interfaċċja tal-web strutturata, jew strutturi aktar kumplessi. Hemm differenzi konsiderevoli fost l-Istati Membri meta jintużaw l-APIs u jenħtieġ li jkun previst appoġġ finanzjarju addizzjonali li jimxi lejn użu msaħħaħ tad-dejta dinamika u l-APIs b'mod ġenerali. L-APIs huma meħtieġa għall-iżvilupp tal-iskambji kompletament interoperabbli tal-informazzjoni. Hemm valur ġenerali fl-użu mill-ġdid u fil-qsim tad-dejta permezz ta' użu xieraq tal-APIs għax dan se jgħin lill-iżviluppaturi u lin-negozji ġodda biex joħolqu servizzi u prodotti ġodda. Dan hu ingredjent importanti biex jinħolqu ekosistemi ta' valur madwar assi tad-dejta li ħafna drabi ftit li xejn jintużaw. It-twaqqif u l-użu tal-API jeħtieġ jissejsu fuq diversi prinċipji: l-istabbiltà, l-affidabbiltà, id-disponibbiltà, l-effiċjenza, il-manutenzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-uniformità tal-użu u istandards, il-faċilità tal-użu, u s-sigurtà. Għad-dejta dinamika, jiġifieri d-dejta aġġornata b'mod frekwenti, ħafna drabi f'ħin reali, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi jenħtieġ li jagħmlu dan disponibbli għall-użu mill-ġdid minnufih wara l-ġbir permezz ta' APIs adegwati. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-API taderixxi mal-prinċipju ta' stabbiltà, jiġifieri li taħdem b'mod konsistenti fuq l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi. Jenħtieġ li l-API taderixxi mal-prinċipju ta' affidabbiltà sabiex, meta jsiru bidliet, dawn jiġu kkomunikati minn ħafna qabel, ħlief f'każijiet urġenti debitament ġustifikati meta l-bidliet ikunu jridu jiġu applikati aktar kmieni. Jenħtieġ li l-API tiżgura disponibbiltà, billi topera f'livell ta' kwalità kostanti. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza, il-prestazzjoni u l-kumplessità tal-APIs jenħtieġ li ma jvarjawx b'mod sinifikanti bejn meta jiġu aċċessati mill-fornitur tad-dejta jew mill-produttur tad-dejta, jew mill-utent tad-dejta. Sabiex tittejjeb l-interoperabilità tal-APIs, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-kriterji minimi għall-interoperabbiltà tal-APIs.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  It-tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jikkostitwixxu ostaklu għan-negozji ġodda u għall-SME biex jidħlu fi swieq importanti. Għalhekk jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr tariffi u, meta t-tariffi huma meħtieġa, dawn jenħtieġ jiġu limitati, fil-prinċipju, għall-ispejjeż marġinali. F'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ titqies il-ħtieġa li ma jixxekkilx il-funzjonament normali tal-korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom relatati mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom. Anki r-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv jenħtieġ jiġi rikonoxxut. F'dawn il-każijiet, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għalhekk jenħtieġ ikunu jistgħu jitolbu tariffi għall-ispejjeż marġinali msemmija hawn fuq. Dawk it-tariffi jenħtieġ ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u d-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġx ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni u d-disseminazzjoni, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rekwiżit li jiġi ġġenerat dħul li jkopri parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-korpi tas-settur pubbliku marbuta mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom jew l-ambitu tas-servizzi ta' interess ġenerali fdati f'idejn l-impriżi pubbliċi ma għandux ikun rekwiżit legali u jista' joħroġ, pereżempju, minn prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri.

(32)  Firxa wiesgħa ta' prattiki f'termini ta' ħlas għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti jippersistu mhux biss bejn l-Istati Membri, iżda anke bejn il-korpi tas-settur pubbliku fl-istess Stat Membru. It-tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jikkostitwixxu ostaklu għan-negozji ġodda u għall-SME biex jidħlu fi swieq importanti. Għalhekk jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr tariffi jew, meta t-tariffi huma meħtieġa, dawn jenħtieġ li jiġu limitati, fil-prinċipju, għall-ispejjeż marġinali, kif imsemmi fl-Avviż 2014/C 240/01 tal-Kummissjoni. F'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li ma jixxekkilx il-prestazzjoni tal-kompiti pubbliċi u l-funzjonament normali tal-korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru mill-inqas 60 % tal-ispejjeż relatati mad-dokumenti, li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Anki r-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv jenħtieġ jiġi rikonoxxut. F'dawn il-każijiet, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu tariffi għall-ispejjeż marġinali msemmija hawn fuq. Dawk it-tariffi jenħtieġ ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u d-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni, id-disseminazzjoni u l-ħżin tad-dejta, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ li jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rekwiżit li jiġi ġġenerat dħul li jkopri mill-inqas 60 % tal-ispejjeż jenħtieġ li jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Il-redditu fuq l-investiment jista' jinftiehem bħala perċentwal, flimkien mal-ispejjeż marġinali, li jippermetti l-irkupru tal-kost tal-kapital u l-inklużjoni ta' rata reali ta' redditu. Peress li l-kost tal-kapital huwa marbut mill-qrib mar-rati tal-imgħax tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, huma stess huma bbażati fuq ir-rata fissa tal-BĊE fuq l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin, ir-redditu raġonevoli fuq l-investiment jenħtieġ li ma jkunx mistenni aktar minn 5 % ogħla mir-rata tal-imgħax fissa tal-BĊE.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku jkunu ċari u disponibbli għall-pubbliku hi kundizzjoni minn qabel għall-iżvilupp ta' suq tal-informazzjoni mal-Unjoni kollha. Għalhekk il-kundizzjonijiet applikabbli kollha għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ ikunu ċari għall-utenti li jużaw mill-ġdid. L-Istati Membri jenħtieġ iħeġġu l-ħolqien ta' indiċijiet aċċessibbli online, meta xieraq, tad-dokumenti disponibbli biex jippromwovu u jiffaċilitaw it-talbiet għall-użu mill-ġdid. L-applikanti għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet li mhumiex impriżi pubbliċi, istituti edukattivi, organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ jiġu infurmati bil-mezzi disponibbli ta' rimedju rigward id-deċiżjonijiet jew il-prattiki li jaffettwawhom. Dan hu importanti b'mod partikolari għall-SMEs li jaf ma jkunux midħla tal-interazzjonijiet mal-korpi tas-settur pubbliku minn Stati Membri oħra u l-mezzi korrispondenti ta' rimedju.

(36)  Li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet għall-aċċess u għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku jkunu ċari u disponibbli għall-pubbliku hi kundizzjoni minn qabel għall-iżvilupp ta' suq tal-informazzjoni mal-Unjoni kollha. Għalhekk il-kundizzjonijiet applikabbli kollha għall-aċċess u għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ li jkunu ċari għall-utenti li jużaw mill-ġdid. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-ħolqien ta' indiċijiet aċċessibbli online, meta xieraq, tad-dokumenti disponibbli biex jippromwovu u jiffaċilitaw it-talbiet għall-użu mill-ġdid. L-applikanti għall-aċċess u għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet li mhumiex impriżi pubbliċi, istituti edukattivi, organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ li jiġu infurmati bil-mezzi disponibbli ta' rimedju rigward id-deċiżjonijiet jew il-prattiki li jaffettwawhom. Dan hu importanti b'mod partikolari għall-SMEs li jaf ma jkunux midħla tal-interazzjonijiet mal-korpi tas-settur pubbliku minn Stati Membri oħra u l-mezzi korrispondenti ta' rimedju.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami. Dak il-korp jista' jkun awtorità nazzjonali diġà eżistenti, bħall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali. Dak il-korp jenħtieġ ikun organizzat skont is-sistemi kostituzzjonali u ġuridiċi tal-Istati Membri u jenħtieġ li ma jkunx jippreġudika xi mezz ta' rimedju li jkun disponibbli mod ieħor għall-applikanti għall-użu mill-ġdid. Iżda jenħtieġ li dan ikun indipendenti mill-mekkaniżmu tal-Istat Membru li jistabbilixxi l-kriterji tat-tariffar ogħla mill-ispejjeż marġinali. Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami tad-deċiżjonijiet negattivi u tad-deċiżjonijiet li, għalkemm jippermettu l-użu mill-ġdid, xorta jistgħu jaffettwaw lill-applikanti minħabba raġunijiet oħra, b'mod partikolari bir-regoli tat-tariffar applikati. Il-proċess tar-rieżami jenħtieġ isir malajr, skont il-ħtiġijiet ta' suq li qed jinbidel malajr.

(37)  Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami. Dak il-korp jista' jkun awtorità nazzjonali diġà eżistenti, bħall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali. Dak il-korp jenħtieġ li jkun organizzat skont is-sistemi kostituzzjonali u ġuridiċi tal-Istati Membri u jenħtieġ li ma jkunx jippreġudika xi mezz ta' rimedju li jkun disponibbli mod ieħor għall-applikanti għall-aċċess u għall-użu mill-ġdid. Iżda jenħtieġ li dan ikun indipendenti mill-mekkaniżmu tal-Istat Membru li jistabbilixxi l-kriterji tat-tariffar ogħla mill-ispejjeż marġinali. Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami tad-deċiżjonijiet negattivi u tad-deċiżjonijiet li, għalkemm jippermettu l-użu mill-ġdid, xorta jistgħu jaffettwaw lill-applikanti minħabba raġunijiet oħra, b'mod partikolari bir-regoli tat-tariffar applikati. Il-proċess tar-rieżami jenħtieġ li jsir malajr, skont il-ħtiġijiet ta' suq li qed jinbidel malajr.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  F'xi każijiet, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti se jsir mingħajr ma tiġi miftiehma liċenzja. F'xi każijiet oħrajn, tinħareġ liċenzja li timponi kundizzjonijiet fuq l-użu mill-ġdid mill-persuna liċenzjata li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet bħar-responsabbiltà, l-użu xieraq tad-dokumenti, il-garanzija li ma jsirux alterazzjonijiet u r-rikonoxximent tas-sors. Jekk il-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw dokumenti għall-użu mill-ġdid, il-kundizzjonijiet tal-liċenzja jenħtieġ ikunu ġusti u trasparenti. Il-liċenzji standard disponibbli online jistgħu jaqdu wkoll rwol importanti f'dan ir-rigward. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu għad-disponibbiltà ta' liċenzji standard.

(39)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-użu mill-ġdid tad-dokumenti se jsir mingħajr kundizzjonijiet. Meta jkun meħtieġ u ġustifikat minn objettiv ta' interess pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet, jekk ikun xieraq permezz ta' liċenzja, li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet bħar-responsabbiltà, l-użu xieraq tad-dokumenti, il-garanzija li ma jsirux alterazzjonijiet u r-rikonoxximent tas-sors, filwaqt li jiggarantixxu li japplikaw l-inqas kundizzjonijiet jew termini restrittivi ta' liċenjzar, inkluż il-possibbiltà li d-dokumenti jkunu fid-dominju pubbliku. Jekk il-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw dokumenti għall-użu mill-ġdid, il-kundizzjonijiet tal-liċenzja jenħtieġ li jkunu ġusti u trasparenti. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jevalwaw il-kompatibbiltà ta' dawn l-obbligi mal-prinċipju tal-proporzjonalità biex jiżguraw li tali liċenzji jew kundizzjonijiet ma jirrestrinġux bla bżonn il-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid jew kompetizzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu wkoll l-użu ta' liċenzji standard miftuħa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku u jiżguraw li dawn il-liċenzji huma disponibbli f'format diġitali u jistgħu jiġu pproċessati b'mod elettroniku. Jenħtieġ li l-liċenzji miftuħa disponibbli online, li jagħtu drittijiet usa' ta' użu mill-ġdid mingħajr limitazzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi u bl-użu ta' formati ta' dejta miftuħa, jaqdu rwol importanti u jenħtieġ li eventwalment isiru prattika komuni madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar il-liċenzji standard rakkomandati u l-approċċi ta' liċenzjar.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Il-kundizzjonijiet tal-użu mill-ġdid jenħtieġ ikunu nondiskriminatorji għal kategoriji paragunabbli tal-użu mill-ġdid. Jenħtieġ li, pereżempju, dan ma jwaqqafx il-qsim tal-informazzjoni bejn il-korpi tas-settur pubbliku mingħajr ħlas waqt it-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, meta partijiet oħra jkunu qed jintalbu ħlas għall-użu mill-ġdid tal-istess dokumenti. Jenħtieġ li dan lanqas ma jwaqqaf l-adozzjoni ta' politika ta' tariffar differenzjat għall-użu mill-ġdid kummerċjali u mhux kummerċjali.

(41)  Il-kundizzjonijiet tal-użu mill-ġdid jenħtieġ li jkunu nondiskriminatorji għal kategoriji paragunabbli tal-użu mill-ġdid. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta bejn il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi fuq naħa waħda, u utenti oħrajn fuq in-naħa l-oħra, f'każijiet fejn id-dokumenti jintużaw mill-ġdid minn dawk il-korpi tas-settur pubbliku jew l-impriżi pubbliċi bħala input għall-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri, b'mod partikolari, jiżguraw li l-użu mill-ġdid ta' dokumenti ta' impriżi pubbliċi ma jwassalx għal distorsjoni fis-suq u li ma tiġix imxekkla l-kompetizzjoni ġusta. Jenħtieġ li, pereżempju, dan ma jwaqqafx il-qsim tal-informazzjoni bejn il-korpi tas-settur pubbliku mingħajr ħlas waqt it-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, meta partijiet oħra jkunu qed jintalbu ħlas għall-użu mill-ġdid tal-istess dokumenti. Jenħtieġ li dan lanqas ma jwaqqaf l-adozzjoni ta' politika ta' tariffar differenzjat għall-użu mill-ġdid kummerċjali u mhux kummerċjali.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  B'rabta ma' użu mill-ġdid tad-dokument, il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jimponu xi kundizzjonijiet, meta xieraq permezz ta' liċenzja, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors u r-rikonoxximent ta' jekk id-dokument inbidilx b'xi mod mill-utent li użah mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, il-liċenzji għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jenħtieġ jagħmlu l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid, pereżempju jillimitawhom għal indikazzjoni tas-sors. Il-liċenzji miftuħin disponibbli online, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati tad-dejta miftuħa, jenħtieġ jaqdu rwol importanti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ iħeġġu l-użu tal-liċenzji miftuħa li eventwalment jenħtieġ isir prattika komuni mal-Unjoni kollha.

imħassar

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ jirrispettaw ir-regoli tal-kompetizzjoni meta jistabbilixxu l-prinċipji għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti filwaqt li jevitaw kemm jista' jkun ftehimiet esklussivi bejniethom u s-sħab privati. Iżda, biex jipprovdu servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, xi drabi jaf ikun hemm bżonn jingħata dritt esklussiv għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti speċifiċi tas-settur pubbliku. Dan jista' jkun il-każ jekk l-ebda pubblikatur kummerċjali ma jippubblika l-informazzjoni mingħajr dak id-dritt esklussiv.

(43)  Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jirrispettaw ir-regoli tal-kompetizzjoni meta jistabbilixxu l-prinċipji għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti filwaqt li jevitaw kemm jista' jkun ftehimiet esklussivi jew kwalunkwe użu preferenzjali tad-dejta bejniethom u s-sħab privati. Iżda, biex jipprovdu servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, xi drabi jaf ikun hemm bżonn jingħata dritt esklussiv għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti speċifiċi tas-settur pubbliku. Dan jista' jkun il-każ jekk l-ebda pubblikatur kummerċjali ma jippubblika l-informazzjoni mingħajr dak id-dritt esklussiv.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 51a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(51a)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  L-għodda li tgħin lil utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid biex isibu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw ferm l-użu transfruntier tad-dokumenti tas-settur pubbliku. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li jkunu jeżistu arranġamenti prattiċi biex jgħinu lill-utenti li jużaw mill-ġdid biex ifittxu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Listi tal-assi, l-aħjar aċċessibbli online, ta' dokumenti ewlenin (dokumenti li ntużaw estensivament mill-ġdid jew bil-potenzjal li jintużaw estensivament mill-ġdid), u l-portali kkollegati ma' listi tal-assi deċentralizzati huma eżempji ta' dawk l-arranġamenti prattiċi.

(52)  L-għodda li tgħin lil utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid biex isibu dokumenti disponibbli għall-aċċess u għall-użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw ferm l-użu transfruntier tad-dokumenti tas-settur pubbliku. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkunu jeżistu arranġamenti prattiċi biex jgħinu lill-utenti li jużaw mill-ġdid biex ifittxu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Dawn l-arranġamenti prattiċi jistgħu jinkludu listi tal-assi, preferibbilment aċċessibbli online, ta' dokumenti ewlenin (dokumenti li ntużaw estensivament mill-ġdid jew bil-potenzjal li jintużaw estensivament mill-ġdid), u l-portali kkollegati ma' listi tal-assi deċentralizzati.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 52a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(52a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jissimplifikaw l-aċċess għas-settijiet tad-dejta, b'mod partikolari billi jipprovdu punt uniku ta' aċċess u jagħmlu disponibbli b'mod progressiv settijiet xierqa tad-dejta mill-korpi tas-settur pubbliku fir-rigward tad-dokumenti kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva kif ukoll għad-dejta mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)  Biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li jappoġġaw l-użu mill-ġdid ta' dokumenti li hu assoċjat ma' benefiċċji soċjoekonomiċi importanti u li jkollu valur għoli għas-soċjetà u l-ekonomija, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' lista ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli fost id-dokumenti li għalihom tapplika din id-Direttiva, flimkien mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom. Hu importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt it-tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(58)  Biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li jappoġġaw l-użu mill-ġdid ta' dokumenti li hu assoċjat ma' benefiċċji soċjoekonomiċi u ċiviċi importanti u li jkollu valur għoli għas-soċjetà u l-ekonomija, fl-Anness IIa hija inkluża lista ta' kategoriji ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli. Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żidiet lil-lista ta' kategoriji tas-settijiet stabbiliti fl-Anness IIa, u ż-żieda ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli speċifiċi fost id-dokumenti li għalihom tapplika din id-Direttiva, flimkien mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom. Hu importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt it-tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

 

_______________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59)  Xprunatur importanti għal applikazzjonijiet u servizzi tad-dejta transfruntiera hu lista għall-UE kollha ta' settijiet tad-dejta li għandhom potenzjal partikolari li joħolqu benefiċċji soċjoekonomiċi kif ukoll kundizzjonijiet armonizzati għall-użu mill-ġdid. Fil-proċess li jwassal għall-ħolqien tal-lista, il-Kummissjoni jenħtieġ twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti. Jeħtieġ li l-lista tqis il-leġiżlazzjoni settorjali li diġà tirregola l-pubblikazzjoni tas-settijiet tad-dejta, kif ukoll il-kategoriji indikati fl-Anness Tekniku tal-Karta dwar id-Dejta Miftuħa tal-G8 u fl-Avviż tal-Kummissjoni 2014 /C 240/01.

(59)  Xprunatur importanti għal applikazzjonijiet u servizzi tad-dejta transfruntiera hu lista għall-UE kollha ta' settijiet tad-dejta li għandhom potenzjal partikolari li joħolqu benefiċċji ċiviċi jew soċjoekonomiċi kif ukoll kundizzjonijiet armonizzati għall-użu mill-ġdid. L-Anness IIa jipprovdi lista ta' kategoriji ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli li tista' tiġi emendata permezz ta' att delegat. Jenħtieġ li l-kategoriji addizzjoniali għal-lista jqisu l-leġiżlazzjoni settorjali li diġà tirregola l-pubblikazzjoni tas-settijiet tad-dejta, kif ukoll il-kategoriji indikati fl-Anness Tekniku tal-Karta dwar id-Dejta Miftuħa tal-G8 u fl-Avviż tal-Kummissjoni 2014 /C 240/01. Fil-proċess li jwassal għall-identifikazzjoni ta' kategoriji jew settijiet tad-dejta addizzjonali għal-lista, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-impatt, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi, l-utenti li jużaw id-dejta mill-ġdid, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi. Il-partijiet interessati kollha jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jissottomettu suġġerimenti lill-Kummissjoni għal kategoriji addizzjonali ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli jew settijiet tad-dejta konkreti.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)  Biex ikun żgurat l-impatt massimu tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, jenħtieġ li s-settijiet tad-dejta ta' valur għoli jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid b'restrizzjonijiet legali minimi u mingħajr spejjeż. Jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati wkoll permezz tal-Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet, kull meta s-sett tad-dejta inkwistjoni jkun fih dejta dinamika.

(60)  Biex ikun żgurat l-impatt massimu tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, jenħtieġ li s-settijiet tad-dejta ta' valur għoli jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid b'restrizzjonijiet legali minimi u mingħajr spejjeż. Jenħtieġ li s-settijiet tad-data ta' valur għoli jiġu ppubblikati permezz ta' punt uniku ta' aċċess biex tiġi promossa t-traċċabbiltà u jiġi ffaċilitat l-aċċess. Jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati wkoll permezz tal-Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet, kull meta s-sett tad-dejta inkwistjoni jkun fih dejta dinamika.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 60a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60a)  Is-Settijiet tad-Data ta' Valur Għoli identifikati fil-kategoriji elenkati fl-Anness IIa għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw benefiċċji ċiviċi jew soċjoekonomiċi, u javvanzaw kompiti fundamentali tas-soċjetà u demokratiċi. Sabiex jitkomplew l-għanijiet tat-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-konformità, l-effiċjenza u l-kompetizzjoni ġusta, huwa meħtieġ li jiġu inklużi s-settijiet tad-data minn fost il-kategoriji bħar-reġistri tan-negozju, il-baġit u l-infiq pubbliku, l-akkwist pubbliku u l-istatistika. Sabiex jiġu mħeġġa servizzi u prodotti innovattivi, jiġi stimulat it-tkabbir sostenibbli, u jingħata kontribut għal standards għoljin tal-ħarsien tal-konsumatur, inkluż billi jitqiesu fatturi li ma għandhom l-ebda valur ekonomiku immedjat, bħall-edukazzjoni, l-ambjent jew il-kura tas-saħħa, hemm bżonn li jiġu inklużi settijiet tad-data minn fost il-kategoriji tal-liġi nazzjonali, tad-data ambjentali u l-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll tad-data geospazjali.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tal-privatezza (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17) u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà (l-Artikolu 26) . Jenħtieġ li xejn f'din id-Direttiva ma jiġi interpretat jew implimentat b'mod inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

(62)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tal-privatezza (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (l-Artikolu 11), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17) u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà (l-Artikolu 26). Jenħtieġ li xejn f'din id-Direttiva ma jiġi interpretat jew implimentat b'mod inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63)  Il-Kummissjoni jenħtieġ twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201641, dik l-evalwazzjoni jenħtieġ tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta' miżuri ulterjuri possibbli.

(63)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva [36 xahar wara t-traspożizzjoni tagħha]. Skont il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201641, dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta' miżuri ulterjuri possibbli. Wara l-evalwazzjoni, u jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni tista' tressaq proposti rilevanti.

__________________

__________________

41 ĠU L123, 12.5. 2016, p1.

41 ĠU L 123, 12.5.2016, p1.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas regolatorju li jirregola l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku sabiex jiġi promoss l-użu ta' dejta miftuħa u tiġi stimulata l-innovazzjoni fil-prodotti u s-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-dokumenti eżistenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi li huma attivi fl-oqsma definiti fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi ta' servizzi pubbliċi skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, u l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala sidien ta' bastimenti tal-Komunità li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/9245.

(b)  id-dokumenti pubblikament aċċessibbli miżmuma mill-impriżi pubbliċi li huma attivi fl-oqsma definiti fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi ta' servizzi pubbliċi skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala sidien ta' bastimenti tal-Komunità li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/9245.

__________________

__________________

42 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

42 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

43 Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3-20).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3-20).

45 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7-10).

45 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7-10).

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża jew is-sigurtà pubblika,

—  il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u d-difiża jew l-ordni pubbliku, inkluża informazzjoni sensittiva relattiva għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2008/114/KE,

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u ma taffettwax il-livell ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-dritt għall-kreatur ta' bażi tad-dejta previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE ma għandux jiġi eżerċitat mill-korpi tas-settur pubbliku biex ikun evitat jew ristrett l-użu mill-ġdid tad-dokumenti skont din id-Direttiva.

5.  Id-dritt għall-kreatur ta' bażi tad-dejta previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE ma għandux jiġi eżerċitat biex ikun evitat jew ristrett l-użu mill-ġdid tad-dokumenti skont din id-Direttiva.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Din id-Direttiva tirregola l-użu mill-ġdid tad-dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, inkluż id-dokumenti li għalihom tapplika d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46.

6.  Din id-Direttiva tirregola l-użu mill-ġdid tad-dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi tal-Istati Membri, inkluż id-dokumenti li għalihom tapplika d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46.

__________________

__________________

46 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

46 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  "Interfaċċa ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet" (API) tfisser sett iddokumentat sew ta' funzjonijiet, proċeduri, definizzjonijiet, u protokolli għall-irkupru strutturat ta' informazzjoni online;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  "settijiet tad-dejta ta' valur għoli" tfisser dokumenti li l-użu mill-ġdid tagħhom li hu assoċjat ma' benefiċċji soċjoekonomiċi importanti, l-aktar minħabba l-adegwatezza tagħhom biex jinħolqu servizzi u applikazzjonijiet b'valur miżjud, u l-għadd ta' benefiċjarji potenzjali tas-servizzi u l-applikazzjonijiet b'valur miżjud abbażi ta' dawn is-settijiet tad-dejta;

8.  "settijiet tad-dejta ta' valur għoli" tfisser dokumenti li l-użu mill-ġdid tagħhom li hu assoċjat ma' benefiċċji ċiviċi jew soċjoekonomiċi importanti, l-aktar minħabba l-adegwatezza tagħhom biex jinħolqu servizzi u applikazzjonijiet b'valur miżjud, u l-għadd ta' benefiċjarji potenzjali tas-servizzi u l-applikazzjonijiet b'valur miżjud abbażi ta' dawn is-settijiet tad-dejta;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a.  "dejta personali" tfisser dejta personali kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Soġġetti għall-paragrafu (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti, li din id-Direttiva tapplika għalihom skont l-Artikolu 1, ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti, li din id-Direttiva tapplika għalihom skont l-Artikolu 1, ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġu ġġeneratti u jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid skont il-prinċipju ta' "miftuħ bid-disinn u b'mod awtomatiku".

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq, talbiet għall-użu mill-ġdid u għandhom jagħmlu d-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li jkun konsistenti mal-limiti taż-żmien stabbiliti għall-ipproċessar tat-talbiet tal-aċċess għad-dokumenti.

1.  Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq, talbiet għal aċċess għal dokumenti u/jew għall-użu mill-ġdid tagħhom u għandhom jagħmlu d-dokument disponibbli lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja għall-użu mill-ġdid, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li jkun konsistenti mal-limiti taż-żmien stabbiliti għall-ipproċessar tat-talbiet tal-aċċess għad-dokumenti.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda limitu taż-żmien jew l-ebda regola oħra li tirregola l-forniment fil-ħin tad-dokumenti, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talba u għandhom iwasslu d-dokumenti għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien sa 20 jum tax-xogħol minn meta tasal it-talba. Dan il-limitu taż-żmien jista' jittawwal b'20 jum tax-xogħol ieħor għal talbiet estensivi jew komplessi. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jiġi notifikat fi żmien tliet ġimgħat wara t-talba inizjali li jkun hemm bżonn aktar żmien biex tiġi pproċessata.

2.  Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda limitu taż-żmien jew l-ebda regola oħra li tirregola l-forniment fil-ħin tad-dokumenti, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talba u għandhom iwasslu d-dokumenti lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja għall-użu mill-ġdid, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant mill-iktar fis possibbli jew, l-iktar tard, f'mhux aktar minn 20 jum tax-xogħol minn meta tasal it-talba. Dan il-limitu taż-żmien jista' jittawwal b'20 jum tax-xogħol ieħor għal talbiet estensivi jew komplessi. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jiġi notifikat mill-iktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet ġimgħat wara t-talba inizjali li jkun hemm bżonn aktar żmien biex tiġi pproċessata u r-raġunijiet għal dan.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għar-rifjut lill-applikant skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-reġim tal-aċċess ta' dak l-Istat Membru jew skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b'mod partikulari l-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 1(2) jew l-Artikolu 3. Meta deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq il-punt (c) tal-Artikolu 1(2), il-korp tas-settur pubbliku għandu jagħmel referenza għall-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, meta magħrufa, jew inkella għal-liċenzjatur li mingħandu l-korp tas-settur pubbliku jkun kiseb il-materjal rilevanti. Il-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji mhumiex obbligati jinkludu din ir-referenza.

3.  Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jikkomunikaw, fi żmien 20 jum tax-xogħol, ir-raġunijiet għar-rifjut, sħiħ jew parzjali, tal-aċċess u/jew l-użu mill-ġdid ta' dokument fil-forma jew fil-format mitlub, lill-applikant skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-reġim tal-aċċess ta' dak l-Istat Membru jew skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b'mod partikulari l-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 1(2). Meta deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq il-punt (c) tal-Artikolu 1(2), il-korp tas-settur pubbliku għandu jagħmel referenza għall-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, meta magħrufa, jew inkella għal-liċenzjatur li mingħandu l-korp tas-settur pubbliku jkun kiseb il-materjal rilevanti. Il-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji mhumiex obbligati jinkludu din ir-referenza.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  L-Istati Membri għandhom ifasslu lista aċċessibbli mill-pubbliku tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom il-korp ikkonċernat jista' jiddeċiedi dwar kif jiġġestixxi t-talbiet.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

 

(a)  jingħata appoġġ biex ikun hemm aċċess għal dokumenti;

 

(b)   il-listi tal-korpi tas-settur pubbliku jkunu aċċessibbli pubblikament;

 

(c)  l-arranġamenti prattiċi huma definiti sabiex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jkun jista' jiġi eżerċitat b'mod effettiv;

 

(d)  il-korpi tas-settur pubbliku jinfurmaw lill-pubbliku b'mod adegwat dwar id-drittijiet li jgawdu fuq il-bażi ta' din id-Direttiva u bħala riżultat ta' regoli eżistenti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, stipulati fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, u sa ċertu punt jipprovdu informazzjoni, gwida u pariri għal dan il-għan.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-formati disponibbli

Il-formati disponibbli u l-kwalità tad-dokumenti

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jiżguraw li d-dokumenti li għalihom tapplika din id-Direttiva jkunu aġġornati, preċiżi u komparabbli.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi jenħtieġ jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli b'xi format jew lingwa eżistenti qabel u, meta possibbli u xieraq, b'format miftuħ u li jinqara mill-magni, flimkien mal-metadejta tagħhom. Kemm il-format u l-metadejta għandhom, jikkonformaw mal-istandards miftuħa formali.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli, interoperabbli, faċilment traċċabbli u riutilizzabbli b'mezzi elettroniċi, b'xi format jew lingwa eżistenti qabel u, meta possibbli u xieraq, b'format miftuħ u li jinqara mill-magni, flimkien mal-metadejta tagħhom. Kemm il-format u l-metadejta għandhom, jikkonformaw mal-istandards miftuħa formali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Abbażi ta' din id-Direttiva, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi ma jistgħux jintalbu jibqgħu jiġġeneraw jew jaħżnu ċertu tip ta' dokumenti bil-ħsieb tal-użu mill-ġdid ta' dawn id-dokumenti minn xi organizzazzjoni tas-settur privata jew tas-settur pubbliku.

3.  Il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi ma għandhomx jintalbu jibqgħu jiġġeneraw jew jaħżnu ċertu tip ta' dokumenti bil-ħsieb tal-użu mill-ġdid ta' dawn id-dokumenti minn xi organizzazzjoni tas-settur privata jew tas-settur pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għandhom jagħmlu d-dejta dinamika disponibbli għall-użu mill-ġdid minnufih wara l-ġbir, permezz ta' Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (APIs) xierqa.

4.  Il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għandhom jagħmlu d-dejta dinamika disponibbli għall-użu mill-ġdid minnufih wara l-ġbir, fil-ħin reali u mingħajr dewmien meta possibbli, permezz ta' Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (APIs) xierqa.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta d-disponibbiltà tad-dokumenti minnufih wara l-ġbir tkun taqbeż il-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-korp tas-settur pubbliku jew tal-impriża pubblika, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu disponibbli fi żmien li ma jxekkilx indebitament l-isfruttament tal-potenzjal ekonomiku tagħhom.

5.  Meta d-disponibbiltà tad-dokumenti minnufih wara l-ġbir f'ħin reali u mingħajr dewmien tkun taqbeż il-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-korp tas-settur pubbliku jew tal-impriża pubblika, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu disponibbli fi żmien li ma jxekkilx indebitament l-isfruttament tal-potenzjal ekonomiku tagħhom. L-utenti għandhom jiġu notifikati dwar il-perjodu ta' żmien eżatt dwar kif isiru disponibbli d-dokumenti u l-frekwenza li biha jiġu aġġornati d-dokumenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  Fejn applikabbli, korpi tas-settur pubbliku għandhom iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni dwar il-metodoloġija użata fil-kompilazzjoni tad-dokumenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet

 

1.  Kull meta dokument isir disponibbli għall-użu mill-ġdid għal applikant jew meta tingħata liċenzja lil applikant, korp tas-settur pubbliku jew impriża pubblika għandhom ukoll jagħmlu dan id-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid permezz ta' Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet u siti ta' portali, jekk possibbli u xieraq.

 

2.  Meta korp tas-settur pubbliku jew impriża pubblika tagħmel informazzjoni disponibbli għall-użu mill-ġdid permezz ta' API, dak il-korp għandhom jagħti l-aċċess għall-utenti kollha. B'mod partikolari għall-informazzjoni f'ħin reali, il-korp tas-settur pubbliku jew l-impriża pubblika għandhom jiżguraw ukoll l-aċċess għal informazzjoni passata, meta disponibbli. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni. Meta tali obbligi jeżistu, ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw għandhom ikunu ġġustifikati u l-ġustifikazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku.

 

3.  Meta tiġi użata API biex l-informazzjoni ssir disponibbli, l-informazzjoni għandha tkun tal-istess ambitu u skop bħal meta ssir disponibbli b'mezzi oħra.

 

4.  Il-korpi tas-settur pubbliku jew l-impriżi pubbliċi għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw l-API u l-ispeċifikazzjoni teknika tagħha billi jużaw standards miftuħa u formati miftuħa strutturati u b'format li jinqara mill-magni.

 

5.  Il-korpi tas-settur pubbliku jew l-impriżi pubbliċi għandhom jikkomunikaw bil-quddiem kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjoni teknika ta' API lill-utenti, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn 3 xhur qabel ma tiġi implimentata l-bidla, ħlief f'każijiet urġenti ġġustifikati kif xieraq fejn il-bidliet iridu jiġu applikati immedjatament.

 

6.  Il-korpi tas-settur pubbliku jew l-impriżi pubbliċi għandhom jiżguraw li l-API tkun aċċessibbli b'mod konsistenti u f'livell ta' kwalità konsistenti.

 

7.  Il-korpi tas-settur pubbliku jew l-impriżi pubbliċi għandhom jagħmlu l-aċċess għall-API u l-ispeċifikazzjoni teknika tagħha disponibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7, 8, 9, u 10 ta' din id-Direttiva. Id-dokumentazzjoni għandha ssir disponibbli mingħajr ħlas, filwaqt li tapplika l-inqas restrizzjonijiet u kundizzjonijiet formali possibbli, iżda fi kwalunkwe każ skont kundizzjonijiet li mhumiex aktar restrittivi minn kemm huma għall-informazzjoni nnifisha.

 

8.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji għall-interoperabbiltà tal-APIs fost il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi fl-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-dokumenti permezz tal-APIs u sabiex tiġi appoġġata l-interazzjoni bejn magna u oħra.

 

9.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 8 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 14.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun mingħajr ħlas jew limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riġenerazzjoni, bil-forniment u bid-disseminazzjoni u, meta applikabbli, bl-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u bil-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment.

1.  L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun mingħajr ħlas.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bħala eċċezzjoni, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dan li ġej:

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 1a għal dan li ġej:

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-korpi tas-settur pubbliku li huma mitluba jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tagħhom marbuta mat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom;

(a)  dokumenti li għalihom il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat huwa meħtieġ bid-dritt nazzjonali li jiġġenera biżżejjed dħul biex ikopri mill-inqas 60 % mill-ispejjeż tagħhom marbuta mal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni, it-tixrid u l-ħżin tad-dejta.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) ud (c) tal-paragrafu 2, it-tariffi totali għandhom jiġu kkalkulati skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli stabbiliti mill-Istati Membri. Id-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perjodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, tal-ġenerazzjoni, tar-riġenerazzjoni u tad-disseminazzjoni, u, meta applikabbli, tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u tal-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom ikunu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli.

3.  Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, it-tariffi totali għandhom jiġu kkalkulati skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli stabbiliti mill-Istati Membri. Id-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perjodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, tal-ġenerazzjoni, tar-riġenerazzjoni u tad-disseminazzjoni, tal-ħżin tad-dejta u, meta applikabbli, tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u tal-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom ikunu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jintalbu tariffi mill-korpi tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (b) tal-pararafu 2, id-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perjodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, tal-ġenerazzjoni, tar-riġenerazzjoni, tad-disseminazzjoni, tal-preżervazzjoni u tal-ikklerjar tad-drittijiet, u, meta applikabbli, tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u tal-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom jiġu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku involuti.

4.  Meta jintalbu tariffi mill-korpi tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (b) tal-pararafu 2, id-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti matul il-perjodu xieraq tal-kontabbiltà ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, tal-ġenerazzjoni, tar-riġenerazzjoni, tad-disseminazzjoni, tal-ħżin tad-dejta, tal-preżervazzjoni u tal-ikklerjar tad-drittijiet, u, meta applikabbli, tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u tal-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom jiġu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku involuti.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-utent ma għandux jintalab iħallas biex juża mill-ġdid is-settijiet tad-dejta ta' valur għoli, li l-lista tagħhom għandha tiġi definita skont l-Artikolu 13, u d-dejta tar-riċerka msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1).

5.  L-utent ma għandux jintalab iħallas biex juża mill-ġdid is-settijiet tad-dejta ta' valur għoli, li l-lista tagħhom għandha tiġi definita skont l-Artikolu 13 u l-Anness IIa, u d-dejta tar-riċerka msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1).

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw, permezz ta' mezzi elettroniċi fejn possibbli u xieraq, il-lista ta' dokumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2. L-inklużjoni minn qabel ta' dokument fil-lista għandha tkun prerekwiżit biex jiġu invokati l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Istati Membri jistgħu jiddivulgaw l-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu għar-riġenerazzjoni, it-tixrid u l-ħżin tad-dejta tad-dokumenti, kif ukoll, fejn applikabbli, l-ispejjeż għall-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u l-ispejjeż għall-miżuri għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista ta' korpi tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu mill-ġdid tad-dokumenti jista' jitħalla mingħajr kundizzjonijiet jew jistgħu jsiru kundizzjonijiet, meta dan ikun xieraq b'liċenzja. Dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid, u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu l-użu mill-ġdid tad-dokumenti soġġett għal kundizzjonijiet jew liċenzja, sakemm il-ħtieġa ta' tali kundizzjonijiet jew liċenzja hija nondiskriminatorja, iġġustifikata minn objettiv ta' interess pubbliku u proporzjonata.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi Stati Membri fejn jintużaw il-liċenzji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji standard għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku, li jkunu jistgħu jiġu adattati biex jissodisfaw l-applikazzjonijiet partikolari tal-liċenzji, ikunu disponibbli b'format diġitali u jkunu jistgħu jiġu pproċessati b'mod elettroniku. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta' dawn il-liċenzji standard.

2.  Fejn l-użu mill-ġdid tad-dokumenti huwa soġġett għal kundizzjonijiet jew liċenzja, l-Istati Membri għandhom:

 

(a)  jiżguraw li tali kundizzjonijiet jew liċenzji mhux neċessarjament jirrestrinġu possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid jew kompetizzjoni u li d-dejta tkun rilaxxata taħt l-inqas kundizzjonijiet jew termini restrittivi ta' liċenzjar, inkluż il-possibbiltà li jiġu ddedikati dokumenti fid-dominju pubbliku;

 

(b)  jevalwaw jekk jeżistux liċenzji miftuħa użati komunement li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti. L-Istati Membri għandhom imbagħad jużaw l-aktar liċenzja jew liċenzji kompatibbli użati komunement u l-inqas restrittivi;

 

(c)  jinkoraġġixxu l-użu ta' liċenzji miftuħa standard għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku u jiżguraw li tali liċenzji huma disponibbli f'format diġitali u jistgħu jiġu pproċessati b'mod elettroniku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' responsabbiltà, stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn korp pubbliku jew impriża pubblika jagħmlu d-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr ebda kundizzjoni jew restrizzjoni, dak il-korp pubbliku jew impriża pubblika għandhom ikunu jistgħu jirrinunzjaw għar-responsabbiltà kollha fir-rigward tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi tal-assi ta' dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti li jkunu aċċessibbli online meta possibbli u xieraq u b'format li jinqara mill-magni, u portali kkollegati mal-listi tal-assi. Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tiftix interlingwistiku tad-dokumenti.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi tal-assi ta' dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti li jkunu aċċessibbli online meta possibbli u xieraq u b'format li jinqara mill-magni, u portali kkollegati mal-listi tal-assi. Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tiftix interlingwistiku tad-dokumenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi jipprovdu lill-Kummissjoni aċċess meħtieġ għad-dejta kollha li huma jagħmlu disponibbli għall-użu mill-ġdid sabiex tkun tista' ssir aggregazzjoni tas-settijiet tad-dejta fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari biex tipprovdi settijiet tad-dejta b'kopertura sħiħa lill-Unjoni għal kategorija partikolari ta' dejta kif stabbilit fl-Anness IIa. Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti prattiċi biex tagħmel disponibbli s-settijiet tad-dejta fil-livell tal-Unjoni permezz ta' punt uniku ta' aċċess.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għax l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Sa [sentejn wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-politiki tal-aċċess miftuħ nazzjonali u l-azzjonijiet rilevanti, li jkunu ġew adottati.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk id-dokumenti jintużaw mill-ġdid minn korp tas-settur pubbliku bħala kontribut għall-attivitajiet kummerċjali tiegħu li mhumiex fil-ambitu tal-kompiti pubbliċi tiegħu, għandhom jiġu applikati l-istess tariffi u kundizzjonijiet oħra għall-forniment tad-dokumenti għal dawk l-attivitajiet li japplikaw għall-utenti l-oħra.

2.  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta bejn il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi, u utenti oħra f'każijiet fejn id-dokumenti jintużaw mill-ġdid minn dawk il-korpi tas-settur pubbliku jew impriżi pubbliċi bħala kontribut għall-attivitajiet kummerċjali tagħhom li mhumiex fil-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħhom, billi jiżguraw li l-istess tariffi u kundizzjonijiet oħra għall-forniment tad-dokumenti għal dawk l-attivitajiet li japplikaw għall-utenti l-oħra. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw bl-istess mod li l-użu mill-ġdid ta' dokumenti u informazzjoni tal-impriżi pubbliċi ma jwassalx għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha fis-suq, anki jekk attur wieħed jew aktar tas-suq ikunu diġà sfruttaw il-prodotti b'valur miżjud ibbażati fuq dawn id-dokumenti. Il-kuntratti jew arranġamenti oħra bejn korpi tas-settur pubbliku jew impriżi pubbliċi li jżommu d-dokumenti u partijiet terzi ma għandhomx jagħtu drittijiet esklussivi.

1.  L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha fis-suq, anki jekk utent wieħed jew aktar tas-suq ikunu diġà sfruttaw il-prodotti b'valur miżjud ibbażati fuq dawn id-dokumenti. Il-kuntratti jew arranġamenti oħra bejn korpi tas-settur pubbliku jew impriżi pubbliċi li jżommu d-dokumenti u partijiet terzi ma għandhomx jagħtu drittijiet esklussivi, u l-ebda użu preferenzjali tad-dejta.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli fost id-dokumenti li tapplika għalihom din id-Direttiva, flimkien mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settijiet tad-dejta ta' valur għoli, elenkati fl-Anness IIa huma disponibbli mingħajr ħlas, b'format li jinqara mill-magni u aċċessibbli għat-tniżżil, u fejn xieraq, permezz ta' APIs interoperabbli. Il-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu kompatibbli mal-liċenzji standard miftuħa. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 14 sabiex testendi l-lista ta' kategoriji ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli fl-Anness IIa u b'mod partikolari biex tispeċifika aktar is-settijiet ta' dejta minn dawn il-kategoriji, fost id-dokumenti li tapplika għalihom din id-Direttiva, flimkien mal-kundizzjonijiet u mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn is-settijiet tad-dejta għandhom ikunu disponibbli mingħajr ħlas, b'format li jinqara mill-magni u aċċessibbli permezz tal-APIs. Il-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu kompatibbli mal-liċenzji standard miftuħa.

imħassar

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala eċċezzjoni, id-disponibilità mingħajr ħlas imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għad-settijiet tad-dejta ta' valur għoli tal-impriżi pubbliċi jekk il-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fl-Artikolu 13(7) turi li s-settijiet tad-dejta disponibbli mingħajr ħlas se jwasslu għal distorsjoni konsiderevoli tal-kompetizzjoni fis-swieq rispettivi.

3.  Bħala eċċezzjoni, id-disponibbiltà mingħajr ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għas-settijiet tad-dejta ta' valur għoli tal-impriżi pubbliċi jekk il-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fl-Artikolu 13(7) turi li s-settijiet tad-dejta disponibbli mingħajr ħlas se jwasslu għal distorsjoni konsiderevoli tal-kompetizzjoni fis-swieq rispettivi u jekk ma jkunx hemm disponibbli approċċ inqas restrittiv għall-mitigazzjoni ta' tali distorsjoni, it-tariffi għandhom jiġu kkalkulati mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi modalitajiet applikabbli oħra, b'mod partikolari:

imħassar

a.  kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid;

 

b.  formati tad-dejta u tal-metadejta u modalitajiet tekniċi għall-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tagħhom.

 

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-għażla tas-settijiet tad-dejta għal-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw benefiċċji soċjoekonomiċi, l-għadd ta' utenti u d-dħul li jistgħu jgħinu biex jiġġeneraw, u l-potenzjal tagħhom li jiġu kkombinati ma' settijiet oħra tad-dejta.

5.  L-għażla ta' kategoriji addizzjonali u tas-settijiet tad-dejta ta' valur għoli għal-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw benefiċċji ċiviċi u soċjoekonomiċi sinifikanti, innovazzjoni, l-għadd ta' utenti, speċjalment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, id-dħul li jistgħu jgħinu biex jiġġeneraw, u l-potenzjal tagħhom li jiġu kkombinati ma' settijiet oħra tad-dejta.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi tas-settur pubbliku, l-impriżi pubbliċi, l-utenti li jużaw id-dejta mill-ġdid, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet rappreżentattivi oħra. Il-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw il-possibbiltà li jissottomettu suġġerimenti lill-Kummissjoni għal kategoriji addizzjonali ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli jew settijiet tad-dejta konkreti. Il-Kummissjoni għandha tqis dawn is-suġġerimenti, jew tipprovdi lill-parti interessata r-raġunijiet għaliex ma qisitx is-suġġeriment.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' l-istess tul, diment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 5a u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' l-istess tul, diment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 5a u 13 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn mindu jkunu ġew mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5a u 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien tliet xhur minn mindu jkunu ġew mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel erba' snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar47. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-Rapport.

1.  Sa [36 xahar wara d-data għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] u mhux aktar minn ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar47. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-Rapport.

__________________

__________________

47 SWD (2017)0350

47 SWD (2017)0350

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni għandha tindirizza b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt ta' din id-Direttiva, inkluż id-daqs taż-żieda fl-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku, li tapplika għalihom din id-Direttiva, l-effetti tal-prinċipji applikati għat-tariffar u l-użu mill-ġdid ta' testi uffiċjali ta' natura leġiżlattiva u amministrattiva, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet oħra li mhumiex korpi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni bejn ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, kif ukoll possibbiltajiet oħra biex jitjieb il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-iżvilupp tal-ekonomija tad-dejta Ewropea.

2.  L-evalwazzjoni għandha tindirizza b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni, l-impatt ċiviku u soċjoekonomiku ta' din id-Direttiva, inkluż id-daqs taż-żieda fl-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku, li tapplika għalihom din id-Direttiva, l-impatt ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli, ir-rilevanza għal partijiet interessati speċifiċi bħall-konsumaturi u l-intrapriżi, partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-effetti tal-prinċipji applikati għat-tariffar u l-użu mill-ġdid ta' testi uffiċjali ta' natura leġiżlattiva u amministrattiva, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet oħra li mhumiex korpi tas-settur pubbliku, id-disponibbiltà u l-użu tal-APIs, l-interazzjoni bejn ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, kif ukoll possibbiltajiet oħra biex jitjieb il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-iżvilupp tal-ekonomija tad-dejta Ewropea.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Fejn xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposti rilevanti.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Anness IIa (ġdid)

Kategorija

Eżempji ta' Settijiet tad-Dejta

Baġit u Nfiq

L-infiq u s-sussidji ppjanati u dawk għaddejja, rekords dettaljati tal-infiq fil-livelli kollha tal-gvern

Kumpaniji

Ir-reġistri tal-kumpaniji u kummerċjali (listi ta' kumpaniji rreġistrati, data dwar sjieda u maniġment, identifikaturi tar-reġistrazzjoni, karti tal-bilanċ)

Osservazzjoni tad-dinja u l-ambjent

Data dwar l-ispazju u dik in situ (il-monitoraġġ tat-temp, il-kwalità tal-art u tal-ilma, il-konsum tal-enerġija, il-livelli tal-emissjonijiet)

Data ġeospazjali

Dejta spazjali soġġetta għad-Direttiva 2007/2/KE (INSPIRE), inklużi kodiċijiet postali, mapep nazzjonali u lokali (katastali, topografiċi, marittimi, konfini amministrattivi, fuq skala ta' mill-inqas 1:20.000 (1 cm ~ 200 m))

Dritt Nazzjonali

Il-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi; L-abbozzi ta' miżuri, inkluża informazzjoni proċedurali relatata mal-adozzjoni tagħhom; Il-miżuri li ġew emendati, imħassra jew m'għadhomx fis-seħħ; Id-dokumenti ta' akkumpanjament, bħal noti spjegattivi, valutazzjonijiet tal-impatt, opinjonijiet ta' korpi konsultattivi u rekords tal-votazzjonijiet; Każistika

Akkwist pubbliku

L-offerti u l-għotjiet tal-passat u attwali fil-livelli kollha ta' amministrazzjoni, aggregati mill-uffiċċju, fl-istati kollha (pereżempju miftuħa, magħluqa, ikkanċellati)

Statistika

Data ta' statistika nazzjonali, reġjonali u lokali b'indikaturi demografiċi u ekonomiċi ewlenin (il-PDG, l-età, il-qgħad, l-introjtu, l-edukazzjoni)

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija magħmula fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklussiva tar-rapporteur. Ir-Rapporteur irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-opinjoni, sal-adozzjoni tagħha fil-kumitat:

Persuni

Entità

Henning Twickler

EDSO for Smart Grids

Camille Alleguede

ENEDIS

 

European Federation of Local Energy Companies (CEDEC)

Audrey Gourraud

Fédération des Entreprises Publiques Locales (epl)

Robbie Morrison, Tom Brown, Ingmar Schlecht, Walter Palmetshofen

Open Knowledge International / Open Knowledge Foundation

Oliver Kaye

PSI Alliance

Jean-Gabriel Audebert-Lasrochas

Trainline.com

Lucie Petersen

Verband Deutscher Verkehrsunternehmen (VDV)

Janine Prantl, Konstantin Schöfmann

Verband öffentlicher Wirtschaft (vöwg)

Dr. Elisa Schenner

Wiener Stadtwerke

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

28.5.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Julia Reda

16.5.2018

Eżami fil-kumitat

19.6.2018

3.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Biljana Borzan, Edward Czesak, Arndt Kohn, Julia Reda, Martin Schirdewan, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ramón Jáuregui Atondo, Stanislav Polčák, Flavio Zanonato, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

GUE/NGL

Martin Schirdewan

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Lambert van Nistelrooij, Stanislav Polčák, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen, Tomáš Zdechovský

S&D

Lucy Anderson, Biljana Borzan, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Pascal Durand, Julia Reda

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

5

0

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Richard Sulík

EFDD

Marco Zullo

ENF

Mylène Troszczynski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2018)145 final, paġna 24

(2)

SWD (2018) 145 final, paġna 27

(3)

Open Knowledge Foundation (OKFN): Indiċi Globali tad-Dejta Miftuħa https://index.okfn.org/dataset/

(4)

Uffiċċju tal-Kabinett: Karta dwar id-Dejta Miftuħa tal-G8 u Anness Tekniku https://www.gov.uk/government/publications/open-data-charter/g8-open-data-charter-and-technical-annex

(5)

Bundesamt für Kartographie und Geodäsie https://www.bkg.bund.de/

(6)

OpenStreetMap https://www.openstreetmap.org/


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (27.11.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

(COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Theodoros Zagorakis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jista' jipprovdi benefiċċji ekonomiċi, soċjetali u demokratiċi billi jippermetti lill-utenti, minbarra l-awtoritajiet pubbliċi ta' oriġini, joħolqu prodotti u servizzi ġodda li jużaw informazzjoni uffiċjali. Dan jista' jistimula l-attività ekonomika u jżid l-effiċjenza u t-trasparenza tal-funzjonijiet pubbliċi.

Id-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, element ewlieni tal-Unjoni biex id-data tal-gvern tinfetaħ għal skopijiet ekonomiċi filwaqt li tfittex għanijiet soċjetali, ħeġġet lill-korpi tas-settur pubbliku jagħmlu l-informazzjoni tagħhom disponibbli billi jistabbilixxu regoli li għandhom japplikaw meta tkun saret għażla diskrezzjonali li tippermetti l-użu mill-ġdid.

Riveduta f'Lulju 2013, id-Direttiva marret lil hinn billi għamlet l-użu mill-ġdid obbligatorju għall-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet pubbliċi, billi ġabret lill-mużewijiet, lil-libreriji (inklużi l-libreriji tal-universitajiet) u lill-arkivji fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha sabiex iżżid it-trasparenza, l-innovazzjoni bbażata fuq id-data u l-kompetizzjoni ġusta.

Fil-25 ta' April 2018, il-Kummissjoni ppubblikat proposta leġiżlattiva li tfassal mill-ġdid id-Direttiva, biex tħeġġeġ u tiffaċilita ulterjorment l-użu mill-ġdid. Ir-riformulazzjoni tfittex, b'mod partikolari, li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-SMEs billi tnaqqas l-ostakli tas-suq għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal skopijiet kummerċjali, filwaqt li ddaħħal lill-impriżi pubbliċi u lid-data tar-riċerka fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni. Ir-Rapporteur jappoġġa, b'mod partikolari, l-approċċ tal-Kummissjoni li ma tbiddilx it-trattament ta' korpi tas-settur kulturali (libreriji, arkivji u mużewijiet) attwalment fis-seħħ, peress li d-Direttiva f'dan il-qasam għadha taħdem b'mod sodisfaċenti.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li, permezz ta' att delegat, taħtar ċerti databases tas-settur pubbliku ta' valur għoli (Lista ta' settijiet ta' data ta' valur għoli, Artikolu 13) bħal dawk li jridu jkunu disponibbli mingħajr ħlas fil-futur. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur ma joġġezzjonax għall-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, ir-Rapporteur jixtieq jisħaq li jeħtieġ li tali lista tkun ċara u dettaljata kemm jista' jkun sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha kkonċernati.

F'dan il-kuntest, ir-Rapporteur jagħti appoġġ ġenerali għall-proposta tal-Kummissjoni u jissuġġerixxi sett minimu ta' emendi biex tiġi pprovduta aktar ċarezza legali, kif ukoll biex jiġu speċifikati ulterjormenti xi dispożizzjonijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-settur pubbliku fl-Istati Membri jiġbor, jiġġenera, jirriġenera u jxerred firxa wiesgħa ta' informazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, fosthom informazzjoni soċjali, ekonomika, ġeografika, dwar it-temp, turistika, kummerċjali, dwar il-privattivi u edukattiva. Id-dokumenti ġġenerati mill-korpi tas-settur pubbliku ta' natura eżekuttiva, leġiżlattiva jew ġudizzjarja jikkostitwixxu ġabra vasta, diversa u prezzjuża ta' riżorsi li minnhom tista' tibbenefika l-ekonomija tal-għarfien.

(6)  Is-settur pubbliku fl-Istati Membri jiġbor, jiġġenera, jirriġenera u jxerred firxa wiesgħa ta' informazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, fosthom informazzjoni soċjali, ekonomika, kulturali, ġeografika, dwar it-temp, turistika, kummerċjali, dwar il-privattivi u edukattiva. Id-dokumenti ġġenerati mill-korpi tas-settur pubbliku ta' natura eżekuttiva, leġiżlattiva jew ġudizzjarja jikkostitwixxu ġabra vasta, diversa u siewja ta' riżorsi li minnhom tista' tibbenefika l-ekonomija tal-għarfien.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid, sakemm l-aċċess ma jkunx ristrett jew eskluż skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u soġġett għall-eċċezzjonijiet l-oħra stipulati f'din id-Direttiva. Din id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi eżistenti tal-aċċess fl-Istati Membri u ma tibdilx ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għal dokumenti. Din ma tapplikax fil-każijiet meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji, bir-reġim rilevanti tal-aċċess, ikunu jistgħu jiksbu dokumenti biss diment li jagħtu prova ta' interess partikolari. Fil-livell tal-Unjoni , l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ jitħeġġu jagħmlu disponibbli kull dokument miżmum minnhom għall-użu mill-ġdid. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ jippromwovu u jħeġġu l-użu mill-ġdid ta' dokumenti, inkluż testi uffiċjali ta' natura leġislattiva u amministrattiva li l-korp tas-settur pubbliku jkollu dritt jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom.

(19)  Id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. Id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi ta' aċċess li huma fis-seħħ bħalissa fl-Istati Membri. F'dak ir-rigward, ma tbiddilx ir-regoli nazzjonali għall-aċċess għad-dokumenti, u lanqas ma tistabbilixxi drittijiet jew obbligi ta' aċċess speċifiċi għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, li jenħtieġ li jibqgħu deċiżjoni għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Din ma tapplikax fil-każijiet meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji, bir-reġim ta' aċċess rilevanti, ikunu jistgħu jiksbu dokumenti biss diment li jagħtu prova ta' interess partikolari. Fil-livell tal-Unjoni, l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jitħeġġu jagħmlu disponibbli kull dokument miżmum minnhom għall-użu mill-ġdid. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jippromwovu u jħeġġu l-użu mill-ġdid ta' dokumenti, inkluż testi uffiċjali ta' natura leġiżlattiva u amministrattiva li l-korp tas-settur pubbliku jkollu dritt jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva għandha tirregola biss ir-regoli fir-rigward tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti pubbliċi, f'dak li jikkonċerna l-Istati Membri li jkollhom kompetenzi esklużivi dwar l-aċċess għad-dokumenti. Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Dokument jenħtieġ jitqies li għandu format li jinqara mill-magni jekk dan ikollu format ta' fajl strutturat b'tali mod li l-applikazzjonijiet ta' softwer jistgħu faċilment jidentifikaw, jirrikonoxxu u jieħdu dejta speċifika minnu. Id-dejta kkodifikata f'fajls strutturati b'format li jinqara mill-magni jenħtieġ titqies bħala dejta li tista' tinqara mill-magni. Il-formati li jinqraw mill-magni jistgħu jkunu miftuħa jew proprjetarji; jistgħu jkunu formali standard jew le. Jenħtieġ li d-dokumenti kkodifikati f'format ta' fajl li jillimita l-ipproċessar awtomatiku, għax id-dejta ma tkunx tista' tittieħed jew ma tkunx tista' tittieħed faċilment minn dawn id-dokumenti, ma jitqisux li għandhom format li jinqara mill-magni. L-Istati Membri, fejn xieraq, jenħtieġ iħeġġu l-użu ta' formati miftuħa li jinqraw mill-magni.

(31)  Dokument jenħtieġ li jitqies li jkun f'format li jinqara mill-magni jekk dan ikun f'format ta' fajl strutturat b'tali mod li l-applikazzjonijiet ta' softwer ikunu jistgħu faċilment jidentifikaw, jirrikonoxxu u, b'mod teknoloġikament newtrali, jieħdu data speċifika minnu. Id-data kkodifikata f'fajls strutturati f'format li jinqara mill-magni jenħtieġ li titqies bħala data li tista' tinqara mill-magni. Il-formati li jinqraw mill-magni jistgħu jkunu miftuħa jew proprjetarji; jistgħu jkunu standards formali jew le. Jenħtieġ li d-dokumenti kkodifikati f'format ta' fajl li jillimita l-ipproċessar awtomatiku, għax id-data ma tkunx tista' tittieħed jew ma tkunx tista' tittieħed faċilment minn dawn id-dokumenti, ma jitqisux li huma f'format li jinqara mill-magni. L-Istati Membri, fejn xieraq, jenħtieġ li jħeġġu l-użu ta' formati miftuħa li jinqraw mill-magni.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  It-tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jikkostitwixxu ostaklu għan-negozji ġodda u għall-SME biex jidħlu fi swieq importanti. Għalhekk jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr tariffi u, meta t-tariffi huma meħtieġa, dawn jenħtieġ jiġu limitati, fil-prinċipju, għall-ispejjeż marġinali. F'każijiet eċċezzjonali , jenħtieġ titqies il-ħtieġa li ma jixxekkilx il-funzjonament normali tal-korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom relatati mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom . Anki r-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv jenħtieġ jiġi rikonoxxut. F'dawn il-każijiet, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għalhekk jenħtieġ ikunu jistgħu jitolbu tariffi għall-ispejjeż marġinali msemmija hawn fuq. Dawk it-tariffi jenħtieġ ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u d-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġx ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni u d-disseminazzjoni, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rekwiżit li jiġi ġġenerat dħul li jkopri parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-korpi tas-settur pubbliku marbuta mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom jew l-ambitu tas-servizzi ta' interess ġenerali fdati f'idejn l-impriżi pubbliċi ma għandux ikun rekwiżit legali u jista' joħroġ, pereżempju, minn prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri.

(32)  It-tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jikkostitwixxu ostaklu għan-negozji ġodda u għall-SMEs biex jidħlu fi swieq importanti, b'mod partikolari fis-settur kulturali u f'dak kreattiv. Għalhekk jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr tariffi u, meta t-tariffi huma meħtieġa, dawn jenħtieġ li jiġu limitati, fil-prinċipju, għall-ispejjeż marġinali. L-ispejjeż marġinali jikkonsistu minn spejjeż żejda li jsiru għad-diġitalizzazzjoni, il-ħżin u l-ġestjoni tad-dokumenti, kif ukoll l-ispejjeż għall-ħżin tal-massa diġitali, l-isforz addizzjonali li jrendi d-data possibbli li tinqara minn magna u l-piż żejjed li jirriżulta minn miżuri infrastrutturali. F'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li ma jixxekkilx il-funzjonament normali tal-korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa biex jiġi ġenerat dħul biex ikopri parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom relatati mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom. Anki r-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv jenħtieġ li jiġi rikonoxxut. F'dawn il-każijiet, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu tariffi għall-ispejjeż marġinali msemmija hawn fuq. Dawk it-tariffi jenħtieġ li jkunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u d-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-data personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ li jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rekwiżit li jiġi ġġenerat dħul li jkopri parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-korpi tas-settur pubbliku marbuta mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom jew l-ambitu tas-servizzi ta' interess ġenerali fdati f'idejn l-impriżi pubbliċi mhux bilfors irid ikun rekwiżit legali u jista' joħroġ, pereżempju, minn prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  L-għodda li tgħin lil utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid biex isibu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw ferm l-użu transfruntier tad-dokumenti tas-settur pubbliku. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li jkunu jeżistu arranġamenti prattiċi biex jgħinu lill-utenti li jużaw mill-ġdid biex ifittxu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Listi tal-assi, l-aħjar aċċessibbli online, ta' dokumenti ewlenin (dokumenti li ntużaw estensivament mill-ġdid jew bil-potenzjal li jintużaw estensivament mill-ġdid), u l-portali kkollegati ma' listi tal-assi deċentralizzati huma eżempji ta' dawk l-arranġamenti prattiċi.

(52)  L-għodda li tgħin lil utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid biex isibu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw ferm l-użu transfruntier tad-dokumenti tas-settur pubbliku. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkunu jeżistu arranġamenti prattiċi biex jgħinu lill-utenti li jużaw mill-ġdid biex ifittxu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Listi tal-assi, preferibbilment aċċessibbli online, ta' dokumenti ewlenin (dokumenti li ntużaw estensivament mill-ġdid jew bil-potenzjal li jintużaw estensivament mill-ġdid), u l-portali kkollegati ma' listi tal-assi deċentralizzati huma eżempji ta' dawk l-arranġamenti prattiċi. Miżuri biex tiġi ffaċilitata l-awtentikazzjoni ta' dokumenti pubbliċi joffru wkoll garanziji importanti lill-utenti.

Ġustifikazzjoni

Bir-riskji tal-hacking jew tat-tbagħbis fl-era diġitali, huwa importanti li s-settur pubbliku jkun awtentikabbli biex ikun fdat. L-għodod huma faċilment disponibbli, u l-implimentazzjoni tagħhom kmieni fil-proċess tirrikjedi relattivament ftit sforz għal benefiċċju kbir.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-istabbiliment tas-suq intern hu l-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta' servizzi fl-Unjoni kollha. Il-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji għandhom ammont sinifikanti ta' riżorsi siewja tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, b'mod partikolari mindu l-proġetti tad-diġitalizzazzjoni mmultiplikaw l-ammont ta' materjal diġitali tas-settur pubbliku. Dawn il-kollezzjonijiet ta' wirt kulturali u l-metadejta relatata huma bażi potenzjali għal prodotti u servizzi b'kontenut diġitali u għandhom potenzjal enormi għal użu mill-ġdid innovattiv f'setturi bħat-tagħlim u t-turiżmu. Tipi oħra ta' stabbilimenti kulturali (bħall-orkestri, l-opri, il-ballijiet u t-teatri), inkluż l-arkivji li huma parti minn dawk l-istabbilimenti, jenħtieġ jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni minħabba l-ispeċifiċità tagħhom bħala "arti tal-ispettaklu" u minħabba l-fatt li kważi l-materjal kollu tagħhom hu soġġett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi u għalhekk jibqa barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(57)  Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-istabbiliment tas-suq intern hu l-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta' servizzi fl-Unjoni kollha. Il-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji għandhom ammont sinifikanti ta' riżorsi siewja tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma minn istituzzjonijiet bħal dawn għandu potenzjal soċjali u ekonomiku sostanzjali għall-industriji kulturali u kreattivi, kif ukoll għas-soċjetà, b'mod partikolari peress li l-proġetti ta' diġitalizzazzjoni mmultiplikaw l-ammont ta' materjal ta' dominju pubbliku diġitali, li huwa aċċessibbli fuq pjattaformi bħall-Europeana. Dawn il-kollezzjonijiet ta' wirt kulturali u l-metadata relatata huma bażi potenzjali għal prodotti u servizzi b'kontenut diġitali u għandhom potenzjal enormi għal użu mill-ġdid innovattiv mhux biss għas-settur kulturali u għal dak kreattiv, imma wkoll f'setturi oħrajn bħat-tagħlim u t-turiżmu. Tipi oħra ta' stabbilimenti kulturali (bħall-orkestri, l-opri, il-ballijiet u t-teatri), inkluż l-arkivji li huma parti minn dawk l-istabbilimenti, jenħtieġ li jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni minħabba l-ispeċifiċità tagħhom bħala "arti tal-ispettaklu" u minħabba l-fatt li kważi l-materjal kollu tagħhom hu soġġett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi u għalhekk jibqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)  Biex ikun żgurat l-impatt massimu tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, jenħtieġ li s-settijiet tad-dejta ta' valur għoli jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid b'restrizzjonijiet legali minimi u mingħajr spejjeż. Jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati wkoll permezz tal-Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet, kull meta s-sett tad-dejta inkwistjoni jkun fih dejta dinamika.

(60)  Biex ikun żgurat l-impatt massimu tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, jenħtieġ li s-settijiet tad-data ta' valur għoli jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid b'restrizzjonijiet legali minimi u mingħajr spejjeż. Jenħtieġ li dawn jiġu ppubblikati wkoll permezz tal-Interfaċċi ta' Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet, kull meta s-sett tad-data inkwistjoni jkun fih data dinamika. Bħal fil-każ ta' informazzjoni oħra tas-settur pubbliku, jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn għodod ta' awtentikazzjoni li jispiraw fiduċja lill-utenti.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 60a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60a)  Minħabba r-riskju għoli li l-formati teknoloġiċi attwali għall-ħżin u l-għoti ta' aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku jsiru obsoleti, l-awtoritajiet pubbliċi – b'mod partikolari fil-każ ta' settijiet tad-data ta' valur għoli – jenħtieġ li jimplimentaw politiki ta' preservazzjoni effettivi fit-tul biex ikunu żgurati l-possibbiltajiet tal-użu fil-futur.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun iggarantit aċċess fit-tul, huma essenzjali politiki ta' preservazzjoni sinifikanti, li jappoġġaw ir-riċerka, l-analiżi u t-trasparenza futuri.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-dokumenti eżistenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(a)  id-dokumenti aċċessibbli għall-pubbliku miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-dokumenti eżistenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi li huma attivi fl-oqsma definiti fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 u mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi ta' servizzi pubbliċi skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, u l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala sidien ta' bastimenti tal-Komunità li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/9245.

(b)  id-dokumenti aċċessibbli pubblikament miżmuma mill-impriżi pubbliċi li huma attivi fl-oqsma definiti fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 u mill-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi ta' servizzi pubbliċi skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala trasportaturi bl-ajru li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, u l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala sidien ta' bastimenti tal-Komunità li jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/9245.

__________________

__________________

42 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

42 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70.

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70.

44 Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3-20).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3-20).

45 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7-10).

45 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7-10).

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - paragrafu 2 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi, maħluqa barra mill-ambitu tal-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali kif definit bil-liġi jew b'xi regoli vinkolanti oħra tal-Istat Membru;

(b)  dokumenti miżmuma minn impriżi pubbliċi, maħluqa barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali kif definit bil-liġi jew b'xi regoli vinkolanti oħra tal-Istat Membru jew, fin-nuqqas ta' tali regoli, skont il-prattika amministrattiva standard fis-seħħ bħalissa fl-Istati Membri kkonċernati;

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-livell ta' protezzjoni mogħti lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom taħt id-dritt tal-UE u l-liġi nazzjonali, u b'mod partikolari, m'għandhiex tkun ta' ħsara għall-obbligi u d-drittijiet stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi jenħtieġ jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli b'xi format jew lingwa eżistenti qabel u, meta possibbli u xieraq, b'format miftuħ u li jinqara mill-magni, flimkien mal-metadejta tagħhom. Kemm il-format u l-metadejta għandhom , jikkonformaw mal-istandards miftuħa formali.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi jenħtieġ li jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli, interoperabbli, traċċabbli faċilment, jintużaw mill-ġdid b'mezzi elettroniċi, f'xi format jew lingwa eżistenti qabel u, meta possibbli u xieraq, f'format miftuħ u li jinqara mill-magni, flimkien mal-metadata tagħhom. Kemm il-format u l-metadata għandhom jikkonformaw mal-istandards miftuħa formali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  dokumenti li jkunu jeħtieġu l-korp tas-settur pubbliku kkonċernat skont il-liġi nazzjonali jew, fin-nuqqas ta' dan, skont il-prattika amministrattiva komuni fl-Istat Membru kkonċernat, biex ikun iġġenerat dħul suffiċjenti biex ikopri parti sostanzjali mill-ispejjeż - ta' mill-inqas 60 % - b'rabta mal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-utent ma għandux jintalab iħallas biex juża mill-ġdid is-settijiet tad-dejta ta' valur għoli, li l-lista tagħhom għandha tiġi definita skont l-Artikolu 13, u d-dejta tar-riċerka msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1).

5.  L-użu mill-ġdid tas-settijiet tad-data ta' valur għoli, li l-lista tagħhom għandha tiġi definita skont l-Artikolu 13, u tad-data tar-riċerka msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1), għandu jkun bla ħlas jew bi spiża mnaqqsa għall-utent.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi tal-assi ta' dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti li jkunu aċċessibbli online meta possibbli u xieraq u b'format li jinqara mill-magni, u portali kkollegati mal-listi tal-assi. Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tiftix interlingwistiku tad-dokumenti.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi tal-assi ta' dokumenti ewlenin bil-metadata rilevanti li jkunu aċċessibbli online meta possibbli u xieraq u f'format li jinqara mill-magni, u portali kkollegati mal-listi tal-assi u l-għodod ta' awtentikazzjoni. Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tiftix interlingwistiku tad-dokumenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Preservazzjoni tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' politiki ta' preservazzjoni sinifikanti għal informazzjoni tas-settur pubbliku fi kwalunkwe format li joffri l-aqwa garanziji possibbli ta' aċċess fit-tul.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista ta' settijiet tad-dejta ta' valur għoli fost id-dokumenti li tapplika għalihom din id-Direttiva, flimkien mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settijiet tad-data ta' valur għoli, elenkati fl-Anness Ia, ikunu disponibbli mingħajr ħlas, f'format li jinqara mill-magni u aċċessibbli biex jitniżżlu, u akkumpanjati minn għodod ta' awtentikazzjoni, soġġetti għal politiki ta' preservazzjoni effettivi fit-tul, u, fejn xieraq, permezz tal-APIs. Il-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu kompatibbli mal-liċenzji standard miftuħa. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 14 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi testendi l-lista ta' kategoriji ta' settijiet tad-data ta' valur għoli fl-Anness 1a u b'mod partikolari biex tispeċifika ulterjorment is-settijiet tad-data ta' valur għoli fost id-dokumenti li tapplika għalihom din id-Direttiva, flimkien mal-modalitajiet tal-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn is-settijiet tad-dejta għandhom ikunu disponibbli mingħajr ħlas, b'format li jinqara mill-magni u aċċessibbli permezz tal-APIs. Il-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu kompatibbli mal-liċenzji standard miftuħa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Aħna nappoġġaw it-tibdil propost li sar fl-Opinjoni IMCO, b'żieda biex jiġu riflessi l-punti li saru hawn fuq.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Anness Ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Ia

 

Lista ta' Settijiet tad-Data ta' Valur Għoli

 

Il-liġi nazzjonali, inklużi miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi; Abbozz ta' miżuri, inkluża informazzjoni proċedurali relatata mal-adozzjoni tagħhom; Miżuri li ġew emendati, imħassra jew m'għadhomx fis-seħħ; Dokumenti ta' akkumpanjament, bħal dikjarazzjonijiet ta' spjegazzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt, opinjonijiet ta' korpi konsultattivi u rekords ta' votazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-loġika interna tat-test peress li hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Theodoros Zagorakis

1.6.2018

Eżami fil-kumitat

10.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Angel Dzhambazki, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Rupert Matthews, Luigi Morgano, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Santiago Fisas Ayxelà, Dietmar Köster, Emma McClarkin, Michel Reimon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ECR

Angel Dzhambazki, Emma McClarkin, Rupert Matthews

GUE/NGL

Nikolaos Chountis

PPE

Norbert Erdős, Santiago Fisas Ayxelà, Svetoslav Hristov Malinov, Sabine Verheyen, Theodoros Zagorakis, Tomáš Zdechovský, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Nicola Danti, Damian Drăghici, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Julie Ward

VERTS/ALE

Helga Trüpel

0

-

 

 

3

0

EFDD

Isabella Adinolfi

ENF

Dominique Bilde

VERTS/ALE

Michel Reimon

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (27.11.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

(COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ignazio Corrao

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni tad-Direttivi 2013/37/UE u 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI). L-objettiv ta' din il-proposta huwa li jiġu aġġornati d-Direttivi eżistenti bil-għan li jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni billi jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet bażiċi li permezz tagħhom il-PSI jiġi magħmul disponibbli għall-utenti li jużawha mill-ġdid.

Il-proposta twessa' l-kamp ta' applikazzjoni materjali tagħha u tfittex li tiżgura konsistenza mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll politiki u inizjattivi oħra tal-Unjoni, dwar l-intelliġenza artifiċjali jew l-internet tal-oġġetti. 

Madankollu, ir-rapporteur iqis meħtieġ li din il-konsistenza legali interna tal-liġi tal-Unjoni Ewropea tiġi riflessa b'mod xieraq biex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali bejn strumenti legali differenti. B'mod partikolari, il-proposta jeħtieġ li tirrifletti b'mod ċar l-interazzjoni bejn l-użu mill-ġdid tal-PSI u l-konformità mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, li tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fil-qafas ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet jew fehim diverġenti ta' kunċetti essenzjali għall-applikazzjoni xierqa ta' din il-proposta, u li diġà jintużaw mil-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, ir-rapporteur iqis li hu meħtieġ li fil-parti leġiżlattiva tal-proposta jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċifiċi. Dan huwa l-każ, pereżempju, tad-definizzjonijiet ta' "dejta personali" u "dejta anonima". It-tnejn li huma jirreferu għall-kunċetti użati mir-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR) u b'tifsira ċara. B'mod partikolari, hija meħtieġa definizzjoni ta' "dejta anonima" peress li, f'ħafna każijiet, dan il-kunċett huwa mifhum li jirreferi għal "dejta psewdonima". Madankollu, id-"dejta psewdonima" hija "dejta personali" u l-ipproċessar jew l-użu tagħha jibqa' soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-GDPR fi kwalunkwe ċirkostanza. 

Fl-aħħar nett, sabiex jiġi indirizzat ukoll it-tħassib tal-partijiet ikkonċernati relatati mar-rispett tal-protezzjoni tad-dejta personali, speċjalment f'setturi bħas-settur tas-saħħa jew setturi oħra li jipproċessaw "dejta personali sensittiva", ir-rapporteur iqis li hu meħtieġ li jkun previst li, meta jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti li jkun fihom dejta personali, l-organizzazzjonijiet soġġetti għal din id-Direttiva, għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta. Dan jippermettilhom jivvalutaw ir-riskji relatati mar-rilaxx ta' dejta personali fid-dominju pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid. 

Fil-qosor, l-emendi proposti jżidu l-kwalità legali tat-test billi jiżguraw il-konsistenza legali interna bejn din il-proposta għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

dwar id-Dejta Miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

Ġustifikazzjoni

Meta ġiet adottata d-Direttiva 2003/98/KE, it-terminu "Dejta Miftuħa" ma kienx magħruf ħafna, iżda llum is-sitwazzjoni hija differenti. "Dejta Miftuħa", bħala terminu, jintuża ħafna mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha (pereżempju, fil-Portal tad-Data Ewropew tal-Kummissjoni), kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni ta' din id-Direttiva. It-terminu jinftiehem tajjeb u jiddeskrivi l-idea wara t-terminu tekniku "użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku" lil udjenza aktar wiesgħa.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u fid-dawl tar-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Impatt30, il-Kummissjoni qieset li azzjoni fil-livell tal-Unjoni kienet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ostakli emerġenti u li fadal b'rabta mal-użu wiesa' tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-informazzjoni ffinanzjata mill-pubbliku fl-Unjoni, u biex il-qafas leġiżlattiv taġġornah mal-avvanzi fit-teknoloġiji diġitali, bħall-Intelliġenza Artifiċjali u l-Internet tal-Oġġetti (IoT).

(3)  Wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u fid-dawl tar-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Impatt30, il-Kummissjoni qieset li azzjoni fil-livell tal-Unjoni kienet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ostakli emerġenti u li fadal b'rabta mal-użu wiesa' tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-informazzjoni ffinanzjata mill-pubbliku fl-Unjoni, u biex il-qafas leġiżlattiv taġġornah mal-avvanzi fit-teknoloġiji diġitali, bħall-Intelliġenza Artifiċjali, l-Internet tal-Oġġetti, il-Cloud Computing ta' Prestazzjoni Għolja u t-Teknoloġija tal-Kwantum. Is-settijiet ta' dejta b'sors miftuħ mistennija jikkontribwixxu biex isir progress rapidu u tinħoloq strateġija ġdida biex jitħaddnu t-teknoloġiji diġitali l-ġodda, speċjalment l-Intelliġenza Artifiċjali.

_________________

_________________

30 SWD(2018) 127.

30 SWD(2018) 127.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-bidliet sostantivi li ddaħħlu fit-test ġuridiku biex jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej, jiffokaw fuq dawn l-oqsma li ġejjin: l-għoti ta' aċċess f'ħin reali għal dejta dinamika b'mezzi tekniċi xierqa, aktar forniment ta' dejta pubblika ta' valur għoli għall-użu mill-ġdid, inkluż mill-impriżi pubbliċi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, l-indirizzar ta' kull bidu ta' forma ġdida ta' arranġamenti esklussivi, l-użu tal-eżenzjonijiet għall-prinċipju tat-tariffar tal-ispiża marġinali u r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u ċerti strumenti legali relatati, inkluż id-Direttiva 96/9/KE31 u d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.

(4)  Il-bidliet sostantivi li ddaħħlu fit-test ġuridiku biex jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej, jiffokaw fuq dawn l-oqsma li ġejjin: l-għoti ta' aċċess f'ħin reali għal dejta dinamika b'mezzi tekniċi xierqa, aktar forniment ta' dejta pubblika ta' valur għoli għall-użu mill-ġdid, inkluż mill-impriżi pubbliċi, l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka, l-indirizzar ta' kull bidu ta' forma ġdida ta' arranġamenti esklussivi, l-użu tal-eżenzjonijiet għall-prinċipju tat-tariffar tal-ispiża marġinali u r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u ċerti strumenti legali relatati, inkluż id-Direttiva 96/9/KE31 , id-Directive 2003/4/KE31a, id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u r-Regolament (UE) 2016/67932a.

_________________

_________________

31 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

31 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

 

31a Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, (ĠU L 041, 14.02.2003, p. 26).

32 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

32 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

 

32a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Tiddaħħal referenza għall-GDPR, li tirrifletti ż-żieda tal-paragrafu 3a fl-Artikolu 1.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt fundamentali. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") tipprevedi li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż id-dritt li wieħed ikollu opinjoni u li jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat mingħajr interferenza mill-awtorità pubblika u irrispettivament mill-fruntieri.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt fundamentali tal-aċċess għall-informazzjoni huwa l-bażi ta' din id-Direttiva u, għalhekk, għandu jissemma hawnhekk.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u jiddikjara li tali dejta jenħtieġ li tiġi pproċessata b'mod ġust għal finijiet speċifikati u fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi u taħt il-kontroll ta' awtorità indipendenti.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali tiegħu.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-settur pubbliku fl-Istati Membri jiġbor, jiġġenera, jirriġenera u jxerred firxa wiesgħa ta' informazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, fosthom informazzjoni soċjali, ekonomika, ġeografika, dwar it-temp, turistika, kummerċjali, dwar il-privattivi u edukattiva. Id-dokumenti ġġenerati mill-korpi tas-settur pubbliku ta' natura eżekuttiva, leġiżlattiva jew ġudizzjarja jikkostitwixxu ġabra vasta, diversa u prezzjuża ta' riżorsi li minnhom tista' tibbenefika l-ekonomija tal-għarfien.

(6)  Is-settur pubbliku fl-Istati Membri jiġbor, jiġġenera, jirriġenera u jxerred firxa wiesgħa ta' informazzjoni f'diversi oqsma ta' attività, fosthom informazzjoni soċjali, ekonomika, ġeografika, dwar it-temp, turistika, dwar it-trasport, kummerċjali, dwar il-privattivi u edukattiva. Id-dokumenti ġġenerati mill-korpi tas-settur pubbliku ta' natura eżekuttiva, leġiżlattiva jew ġudizzjarja jikkostitwixxu ġabra vasta, diversa u prezzjuża ta' riżorsi li minnhom tista' tibbenefika l-ekonomija tal-għarfien.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn korp tas-settur pubbliku żżid il-valur għall-utenti li jużaw mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti finali u għas-soċjetà b'mod ġenerali, u ħafna drabi, għall-korp pubbliku nnifisu, billi tippromwovi t-trasparenza u l-kontabbiltà, u r-rispons tal-utenti li jużaw mill-ġdid u tal-utenti aħħarija jippermetti lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni miġbura.

(11)  L-awtorizzazzjoni tal-aċċess għad-dokumenti miżmuma minn korp tas-settur pubbliku, kif ukoll tal-użu mill-ġdid tagħhom, iżżid il-valur għall-utenti li jużaw mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti finali u għas-soċjetà b'mod ġenerali, u ħafna drabi, għall-korp pubbliku nnifisu, billi tippromwovi t-trasparenza u l-kontabbiltà, u r-rispons tal-utenti li jużaw mill-ġdid u tal-utenti aħħarija jippermetti lill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni miġbura.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi meħtieġa għax hi marbuta intrinsikament ma' emendi oħra dwar l-aċċess għad-dokumenti, fosthom dawk fil-Premessi 4, 4a, 27 u 32.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Hemm differenzi konsiderevoli fir-regoli u l-prattiki tal-Istati Membri b'rabta mal-isfruttar tar-riżorsi tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, li joħolqu ostakli għal kisba sħiħa tal-potenzjal ekonomiku ta' dan ir-riżors ta' dokument ewlieni. Il-prattika tal-korpi tas-settur pubbliku fl-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għadha tvarja fost l-Istati Membri . Dak il-fatt jenħtieġ jiġi kkunsidrat. L-armonizzazzjoni minima tar-regoli u l-prattiki nazzjonali dwar l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku għalhekk jenħtieġ issir, fil-każijiet meta d-differenzi fir-regolamenti u l-prattiki nazzjonali jew in-nuqqas ta' ċarezza jxekklu l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-Unjoni.

(12)  Hemm differenzi konsiderevoli fir-regoli u l-prattiki tal-Istati Membri b'rabta mal-isfruttar tar-riżorsi tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, li joħolqu ostakli għal kisba sħiħa tal-potenzjal ekonomiku ta' dan ir-riżors ta' dokument ewlieni. Il-prattika tal-korpi tas-settur pubbliku fl-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għadha tvarja fost l-Istati Membri. Dak il-fatt jenħtieġ li jiġi kkunsidrat. Għalhekk jenħtieġ li ssir armonizzazzjoni minima tar-regoli u l-prattiki nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti tas-settur pubbliku u l-użu mill-ġdid tagħhom, fil-każijiet meta d-differenzi fir-regolamenti u l-prattiki nazzjonali jew in-nuqqas ta' ċarezza jxekklu l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, teknika jew finanzjarja, u li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda anke għall-pubbliku, jistgħu jaqdu rwol importanti li jixprunaw l-iżvilupp ta' servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi promoss l-impenn soċjali.

(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-ħolqien ta' dejta bbażata fuq il-prinċipju ta' "miftuħa sa mid-disinn u b'mod awtomatiku", fir-rigward tad-dokumenti kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiżguraw livell konsistenti ta' protezzjoni għall-objettivi ta' interess pubbliku, bħas-sigurtà pubbliku, inkluż fejn informazzjoni sensittiva relatat ma' infrastrutturi kritiċi huma kkonċernat. u filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta personali, inkluż fejn l-informazzjoni f'sett tad-dejta individwali tista' ma tippreżentax riskju ta' identifikazzjoni jew singolarizzazzjoni ta' persuna fiżika, iżda meta kkombinata ma' informazzjoni oħra disponibbli, tista' tinvolvi dan ir-riskju. Il-politiki tad-dejta miftuħa li jiżguraw it-traċċabbiltà, l-aċċessibbiltà, l-interoperabbiltà u l-użu mill-ġdid (il-prinċipji FAIR), u li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, teknika jew finanzjarja, jew b'restrizzjonijiet minimi f'dawn l-oqsma, u li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda anke għall-pubbliku, jistgħu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tal-iżvilupp ta' servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi promoss l-impenn soċjali. Għaldaqstant jenħtieġ li l-interoperabbiltà, kif ukoll l-istandards u d-dejta miftuħa, jiġu implimentati fil-livell tal-amministrazzjoni ta' kull Stat Membru. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u tappoġġja t-tfassil, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-adozzjoni ta' interfaċċi elettroniċi interoperabbli li jippermettu servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u siguri.

Ġustifikazzjoni

Il-politiki tad-Dejta Miftuħa huma elenkati fil-Premessa 23 tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-dritt fundamentali tal-aċċess għall-informazzjoni huwa l-pedament ta' din id-direttiva u għalhekk l-Istati Membri għandhom l-obbligu jqisu dan il-prinċipju b'mod proattiv sabiex, meta tintalab informazzjoni, id-dejta ma jkollhiex għalfejn – kemm jista' jkun – tinqaleb f'format ieħor qabel ma tkun tista' tiġi ppubblikata. Tirrifletti l-premessa 4a.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Qafas ġenerali għall-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku hu meħtieġ biex jiżgura kundizzjonijiet ġusti, proporzjonati u mhux diskriminatorji għall-użu mill-ġdid ta' dik l-informazzjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jiġbru, jiġġeneraw, jirriġeneraw u jxerrdu dokumenti biex iwettqu l-kompiti pubbliċi tagħhom. L-użu ta' dawk id-dokumenti għal raġunijiet oħra jikkostitwixxi użu mill-ġdid. Il-politika tal-Istati Membri tista' tmur lil hinn mill-istandards minimi stabbiliti b'din id-Direttiva, u b'hekk tippermetti użu mill-ġdid aktar estensiv.

(16)  Hemm bżonn qafas ġenerali għall-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għad-dokumenti tas-settur pubbliku, kif ukoll l-użu mill-ġdid tagħhom, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti, proporzjonati u nondiskriminatorji għall-użu mill-ġdid ta' dawk id-dokumenti. Il-korpi tas-settur pubbliku jiġbru, jiġġeneraw, jirriġeneraw u jxerrdu dokumenti biex iwettqu l-kompiti pubbliċi tagħhom. L-użu ta' dawk id-dokumenti għal raġunijiet oħra jikkostitwixxi użu mill-ġdid. Il-politika tal-Istati Membri tista' tmur lil hinn mill-istandards minimi stabbiliti b'din id-Direttiva, u b'hekk tippermetti użu mill-ġdid aktar estensiv.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din id-Direttiva jenħtieġ tapplika għad-dokumenti li jsiru aċċessibbli għall-użu mill-ġdid meta l-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw, ibigħu, ixerrdu, jiskambjaw jew jagħtu l-informazzjoni. Biex ikunu evitati sussidji inkroċjati, l-użu mill-ġdid jenħtieġ jinkludi aktar użu ta' dokumenti fi ħdan l-organizzazzjoni nnifisha għall-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħha. L-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu ta' kompitu pubbliku tipikament se jkunu jinkludu l-forniment ta' dokumenti li jiġu ġġenerati jew tariffati esklussivament fuq bażi kummerċjali u f'kompetizzjoni ma' oħrajn fis-suq.

(18)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għad-dokumenti li jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid meta l-korpi tas-settur pubbliku jikkummissjonaw il-produzzjoni ta' informazzjoni jew jilliċenzjawha, ibigħuha, ixerrduha, jiskambjawha jew jagħtuha. Biex ikunu evitati sussidji inkroċjati, l-użu mill-ġdid jenħtieġ li jinkludi aktar użu ta' dokumenti fi ħdan l-organizzazzjoni nnifisha għall-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħha. L-attivitajiet li mhumiex fl-ambitu ta' kompitu pubbliku tipikament se jkunu jinkludu l-forniment ta' dokumenti li jiġu ġġenerati jew tariffati esklussivament fuq bażi kummerċjali u f'kompetizzjoni ma' oħrajn fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt fundamentali tal-aċċess għall-informazzjoni jipprevedi l-prinċipju ta' dejta "miftuħa mid-disinn" (Premessa 13). Peress li, aktar 'il quddiem, iċ-ċittadini jistgħu jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom u jitolbu d-dokumenti – u sabiex dan jingħata appoġġ proattiv – id-dokumenti għandhom ikunu mfassla b'tali mod li jkunu "aċċessibbli għall-użu mill-ġdid", anki fl-istadju meta l-produzzjoni tal-informazzjoni tkun qed tiġi kkummissjonata minn xi korp partikolari.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid, sakemm l-aċċess ma jkunx ristrett jew eskluż skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u soġġett għall-eċċezzjonijiet l-oħra stipulati f'din id-Direttiva. Din id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi eżistenti tal-aċċess fl-Istati Membri u ma tibdilx ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għal dokumenti. Din ma tapplikax fil-każijiet meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji, bir-reġim rilevanti tal-aċċess, ikunu jistgħu jiksbu dokumenti biss diment li jagħtu prova ta' interess partikolari. Fil-livell tal-Unjoni, l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ jitħeġġu jagħmlu disponibbli kull dokument miżmum minnhom għall-użu mill-ġdid. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ jippromwovu u jħeġġu l-użu mill-ġdid ta' dokumenti, inkluż testi uffiċjali ta' natura leġislattiva u amministrattiva li l-korp tas-settur pubbliku jkollu dritt jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom.

(19)  Id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid, sakemm l-aċċess ma jkunx ristrett jew eskluż skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti, inklużi sitwazzjonijiet li fihom l-aċċess huwa ristrett jew eskluż biex tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi ta' informazzjoni skont id-Direttiva 2016/11481a u soġġett għall-eċċezzjonijiet l-oħra stipulati f'din id-Direttiva. Din id-Direttiva tibni fuq ir-reġimi eżistenti tal-aċċess fl-Istati Membri u ma tibdilx ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għal dokumenti. Din ma tapplikax fil-każijiet meta ċ-ċittadini jew il-kumpaniji, bir-reġim rilevanti tal-aċċess, ikunu jistgħu jiksbu dokument jew parti minn dokument biss diment li jagħtu prova ta' interess partikolari. Fil-livell tal-Unjoni, l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jitħeġġu jagħmlu disponibbli kull dokument miżmum minnhom għall-użu mill-ġdid. Il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jippromwovu u jħeġġu l-użu mill-ġdid ta' dokumenti, inkluż testi uffiċjali ta' natura leġiżlattiva u amministrattiva li l-korp tas-settur pubbliku jkollu dritt jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tal-proposta. Meħtieġa biex jiġu ċċarati r-relazzjoni u l-koerenza bejn id-Direttiva PSI u l-GDPR u biex ikun iċċarat li l-esklużjonijiet japplikaw għal dokumenti u partijiet ta' dokumenti fil-każijiet kollha. Marbuta strettament mal-emenda għall-Artikolu 1(2)(g) biex tiġi żgurata l-loġika interna tal-proposta.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Ħafna drabi l-Istati Membri jafdaw il-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali f'idejn entitajiet barra mis-settur pubbliku, filwaqt li jżommu livell għoli ta' kontroll fuq dawn l-entitajiet. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/98/KE japplikaw biss għad-dokumenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u jeskludu lill-impriżi pubbliċi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Dan iwassal għal disponibbiltà fqira għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti ġġenerati waqt it-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari s-setturi tal-utilità. Minbarra dan, jonqos bil-kbir il-potenzjal għall-ħolqien ta' servizzi transfruntieri bbażati fuq id-dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' interess ġenerali.

(20)  Ħafna drabi l-Istati Membri jafdaw il-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali f'idejn entitajiet barra mis-settur pubbliku, filwaqt li jżommu livell għoli ta' kontroll fuq dawn l-entitajiet. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/98/KE japplikaw biss għad-dokumenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u jeskludu lill-impriżi pubbliċi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Dan iwassal għal disponibbiltà fqira għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti ġġenerati waqt it-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari s-setturi tal-utilità. Minbarra dan, jonqos bil-kbir il-potenzjal għall-ħolqien ta' servizzi transfruntiera bbażati fuq id-dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' interess ġenerali. L-użu mill-ġdid tad-dejta jista' jaqdi rwol importanti biex tingħata spinta lill-iżvilupp ta' servizzi ġodda bbażati fuq modi ġodda ta' amalgamazzjoni u użu ta' tali informazzjoni, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi promoss l-involviment tal-pubbliku.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-volum tad-dejta tar-riċerka ġġenerata qed jikber b'mod esponenzjali u għandu l-potenzjal għal użu mill-ġdid barra mill-komunità xjentifika. Biex l-isfidi dejjem akbar tas-soċjetà jkunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod effiċjenti u b'mod ħolistiku, sar kruċjali u urġenti li d-dejta minn sorsi differenti, kif ukoll minn fost setturi u dixxiplini differenti, tkun tista' tiġi aċċessata, mħallta u użata mill-ġdid. Id-dejta tar-riċerka tinkludi l-istatistika, ir-riżultati tal-esperimenti, il-kejl, l-osservazzjonijiet ta' riċerki fuq il-post, ir-riżultati ta' stħarriġiet, irrekordjar ta' intervisti u stampi. Din tinkludi wkoll il-metadejta, l-ispeċifikazzjonijiet u oġġetti diġitali oħra. Id-dejta tar-riċerka hi differenti mill-artikli xjentifiċi li jirrappurtaw u jikkummentaw fuq is-sejbiet tar-riċerka xjentifika tagħhom. Għal bosta snin, id-disponibbiltà miftuħa u l-użu mill-ġdid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika li joħorġu minn finanzjament pubbliku kienu soġġetti għal inizjattivi speċifiċi ta' politika. Il-politiki tal-aċċess miftuħ għandhom l-għan b'mod partikolari li jipprovdu lir-riċerkaturi u lill-pubbliku ġenerali b'aċċess għad-dejta tar-riċerka minn kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tad-disseminazzjoni u li din tkun tista' tintuża u terġa' tintuża. L-aċċess miftuħ jgħin biex titjieb il-kwalità, jonqos il-bżonn ta' xogħol doppju tar-riċerka, iħaffef il-progress xjentifiku, jitħabat kontra l-frodi xjentifika, u jista' b'mod ġenerali jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni. Minbarra l-aċċess miftuħ, l-ippjanar tal-ġestjoni tad-dejta fi żmien qasir qed isir prassi xjentifika standard li tiżgura li d-dejta tkun traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u tista' tintuża mill-ġdid (il-prinċipji FAIR).

(23)  Il-volum tad-dejta tar-riċerka ġġenerata qed jikber b'mod esponenzjali u għandu l-potenzjal għal użu mill-ġdid barra mill-komunità xjentifika. Biex l-isfidi dejjem akbar tas-soċjetà jkunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod effiċjenti u b'mod ħolistiku, sar kruċjali u urġenti li d-dejta minn sorsi differenti, kif ukoll minn fost setturi u dixxiplini differenti, wieħed ikun jista' jaċċedi għaliha, iħallatha u jużaha mill-ġdid. Id-dejta tar-riċerka tinkludi l-istatistika, ir-riżultati tal-esperimenti, il-kejl, l-osservazzjonijiet ta' riċerki fuq il-post, ir-riżultati ta' stħarriġiet, irrekordjar ta' intervisti u stampi. Din tinkludi wkoll il-metadejta, l-ispeċifikazzjonijiet u oġġetti diġitali oħra. Id-dejta tar-riċerka hi differenti mill-artikli xjentifiċi li jirrappurtaw u jikkummentaw fuq is-sejbiet tar-riċerka xjentifika tagħhom. Għal bosta snin, id-disponibbiltà miftuħa u l-użu mill-ġdid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika li joħorġu minn finanzjament pubbliku kienu soġġetti għal inizjattivi speċifiċi ta' politika. Il-politiki tal-aċċess miftuħ għandhom l-għan b'mod partikolari li jipprovdu lir-riċerkaturi u lill-pubbliku ġenerali b'aċċess għad-dejta tar-riċerka minn kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tad-disseminazzjoni u li din tkun tista' tintuża u tintuża mill-ġdid. L-aċċess miftuħ jgħin biex titjieb il-kwalità, jonqos il-bżonn ta' xogħol doppju tar-riċerka, iħaffef il-progress xjentifiku, jitħabat kontra l-frodi xjentifika, u jista' b'mod ġenerali jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni. Minbarra l-aċċess miftuħ, l-ippjanar tal-ġestjoni tad-dejta fi żmien qasir qed isir prassi xjentifika standard li tiżgura li d-dejta tkun traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u tista' tintuża mill-ġdid (il-prinċipji FAIR), u jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ ulterjorment.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, jixraq jiġi stabbilit obbligu għall-Istati Membri biex jadottaw politiki tal-aċċess miftuħ b'rabta mar-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-pubbliku u biex jiżguraw li dawn il-politiki jiġu implimentati minn kull organizzazzjoni li twettaq ir-riċerka u minn kull organizzazzjoni li tiffinanzja r-riċerka. Tipikament il-politiki tal-aċċess miftuħ ikunu jippermettu firxa ta' eċċezzjonijiet biex ir-riżultati tar-riċerka xjentifika ma tkunx disponibbli b'mod miftuħ. Fis-17 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-preżervazzjoni tagħha, li ġiet aġġornata fil-25 ta' April 201834, u din tiddeskrivi, fost l-oħrajn, elementi rilevanti tal-politiki tal-aċċess miftuħ. Barra minn hekk, jenħtieġ jitjiebu l-kundizzjonijiet li skonthom ċerti riżultati tar-riċerka jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li ċerti obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva jiġu estiżi għad-dejta xjentifika li tirriżulta mill-attivitajiet tar-riċerka xjentifika ssussidjati mill-fondi pubbliċi jew kofinanzjati minn entitajiet tas-settur pubbliku u privat. Iżda f'dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqies kif xieraq it-tħassib b'rabta mal-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta personali, is-sigrieti kummerċjali, is-siġurtà nazzjonali, interessi kummerċjali leġittimi u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi. Biex jiġi evitat kull piż amministrattiv, dawn l-obbligi jenħtieġ japplikaw biss għal din id-dejta tar-riċerka li diġà saret disponibbli għall-pubbliku mir-riċerkaturi. Tipi oħra ta' dokumenti miżmuma minn organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u minn organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ jibqgħu jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(24)  Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, jixraq li jiġi stabbilit obbligu għall-Istati Membri li jadottaw politiki tal-aċċess miftuħ b'rabta mar-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-pubbliku u jiżguraw li dawn il-politiki jiġu implimentati minn kull organizzazzjoni li twettaq ir-riċerka u minn kull organizzazzjoni li tiffinanzja r-riċerka. Tipikament il-politiki tal-aċċess miftuħ ikunu jippermettu firxa ta' eċċezzjonijiet biex ir-riżultati tar-riċerka xjentifika ma tkunx disponibbli b'mod miftuħ. Fis-17 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-preżervazzjoni tagħha, li ġiet aġġornata fil-25 ta' April 201834, u din tiddeskrivi, fost l-oħrajn, elementi rilevanti tal-politiki tal-aċċess miftuħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitjiebu l-kundizzjonijiet li skonthom ċerti riżultati tar-riċerka jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li ċerti obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva jiġu estiżi għad-dejta xjentifika li tirriżulta mill-attivitajiet tar-riċerka xjentifika ssussidjati mill-fondi pubbliċi jew kofinanzjati minn entitajiet tas-settur pubbliku u privat. Iżda f'dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqies kif xieraq it-tħassib b'rabta mal-privatezza, il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-dejta personali, is-sigrieti kummerċjali, is-siġurtà nazzjonali, interessi kummerċjali leġittimi u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi. Biex jiġi evitat kull piż amministrattiv, dawn l-obbligi jenħtieġ li japplikaw biss għal din id-dejta tar-riċerka li diġà saret disponibbli għall-pubbliku mir-riċerkaturi. Tipi oħra ta' dokumenti miżmuma minn organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u minn organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ li jibqgħu jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

_________________

_________________

34 C(2018)2375

34 C(2018)2375

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  It-tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jikkostitwixxu ostaklu għan-negozji ġodda u għall-SME biex jidħlu fi swieq importanti. Għalhekk jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr tariffi u, meta jkun hemm bżonn tariffi, dawn jenħtieġ li jiġu limitati, fil-prinċipju, għall-ispejjeż marġinali. F'każijiet eċċezzjonali , jenħtieġ titqies il-ħtieġa li ma jixxekkilx il-funzjonament normali tal-korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom relatati mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom . Anki r-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv jenħtieġ jiġi rikonoxxut. F'dawn il-każijiet, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għalhekk jenħtieġ ikunu jistgħu jitolbu tariffi għall-ispejjeż marġinali msemmija hawn fuq. Dawk it-tariffi jenħtieġ ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u d-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġx ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni u d-disseminazzjoni, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rekwiżit li jiġi ġġenerat dħul li jkopri parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-korpi tas-settur pubbliku marbuta mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom jew l-ambitu tas-servizzi ta' interess ġenerali fdati f'idejn l-impriżi pubbliċi ma għandux ikun rekwiżit legali u jista' joħroġ, pereżempju, minn prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri.

(32)  It-tariffi għall-aċċess u l-użu mill-ġdid tad-dokumenti jikkostitwixxu ostaklu għan-negozji ġodda u għall-SMEs biex jidħlu fi swieq importanti. Għalhekk jenħtieġ li d-dokumenti jkunu disponibbli għall-aċċess u l-użu mill-ġdid mingħajr tariffi u, meta t-tariffi huma meħtieġa, dawn jenħtieġ li jiġu limitati, fil-prinċipju, għall-ispejjeż marġinali. F'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li ma jixxekkilx il-funzjonament normali tal-korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom relatati mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom. Anki r-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv jenħtieġ li jiġi rikonoxxut. F'dawn il-każijiet, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu tariffi għall-ispejjeż marġinali msemmija hawn fuq. Dawk it-tariffi jenħtieġ li jkunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u d-dħul kollu mill-forniment u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni, ir-riġenerazzjoni u d-disseminazzjoni, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Meta applikabbli, l-ispejjeż tal-anonimizzazzjoni tad-dejta personali jew tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jenħtieġ li jiżdiedu wkoll mal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rekwiżit li jiġi ġġenerat dħul li jkopri parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-korpi tas-settur pubbliku marbuta mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom jew l-ambitu tas-servizzi ta' interess ġenerali fdati f'idejn l-impriżi pubbliċi ma għandux ikun rekwiżit legali u jista' joħroġ, pereżempju, minn prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku jkunu ċari u disponibbli għall-pubbliku hi kundizzjoni minn qabel għall-iżvilupp ta' suq tal-informazzjoni mal-Unjoni kollha. Għalhekk il-kundizzjonijiet applikabbli kollha għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ ikunu ċari għall-utenti li jużaw mill-ġdid. L-Istati Membri jenħtieġ iħeġġu l-ħolqien ta' indiċijiet aċċessibbli online, meta xieraq, tad-dokumenti disponibbli biex jippromwovu u jiffaċilitaw it-talbiet għall-użu mill-ġdid. L-applikanti għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet li mhumiex impriżi pubbliċi, istituti edukattivi, organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ jiġu infurmati bil-mezzi disponibbli ta' rimedju rigward id-deċiżjonijiet jew il-prattiki li jaffettwawhom. Dan hu importanti b'mod partikolari għall-SMEs li jaf ma jkunux midħla tal-interazzjonijiet mal-korpi tas-settur pubbliku minn Stati Membri oħra u l-mezzi korrispondenti ta' rimedju.

(36)  Li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu mill-ġdid tad-dokumenti tas-settur pubbliku jkunu ċari u disponibbli għall-pubbliku hi kundizzjoni minn qabel għall-iżvilupp ta' suq tal-informazzjoni mal-Unjoni kollha. Għalhekk il-kundizzjonijiet applikabbli kollha għall-aċċess u l-użu mill-ġdid tad-dokumenti jenħtieġ li jkunu ċari għall-utenti li jużawhom mill-ġdid. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-ħolqien ta' indiċijiet aċċessibbli online, meta xieraq, tad-dokumenti disponibbli biex jippromwovu u jiffaċilitaw it-talbiet għall-użu mill-ġdid. L-applikanti għall-aċċess u l-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet li mhumiex impriżi pubbliċi, stabbilimenti edukattivi, organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka jenħtieġ li jiġu infurmati bil-mezzi disponibbli ta' rimedju rigward id-deċiżjonijiet jew il-prattiki li jaffettwawhom. Dan hu importanti b'mod partikolari għall-SMEs li jaf ma jkunux midħla tal-interazzjonijiet mal-korpi tas-settur pubbliku minn Stati Membri oħra u l-mezzi korrispondenti ta' rimedju.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami. Dak il-korp jista' jkun awtorità nazzjonali diġà eżistenti, bħall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali. Dak il-korp jenħtieġ ikun organizzat skont is-sistemi kostituzzjonali u ġuridiċi tal-Istati Membri u jenħtieġ li ma jkunx jippreġudika xi mezz ta' rimedju li jkun disponibbli mod ieħor għall-applikanti għall-użu mill-ġdid. Iżda jenħtieġ li dan ikun indipendenti mill-mekkaniżmu tal-Istat Membru li jistabbilixxi l-kriterji tat-tariffar ogħla mill-ispejjeż marġinali. Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami tad-deċiżjonijiet negattivi u tad-deċiżjonijiet li, għalkemm jippermettu l-użu mill-ġdid, xorta jistgħu jaffettwaw lill-applikanti minħabba raġunijiet oħra, b'mod partikolari bir-regoli tat-tariffar applikati. Il-proċess tar-rieżami jenħtieġ isir malajr, skont il-ħtiġijiet ta' suq li qed jinbidel malajr.

(37)  Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami. Dak il-korp jista' jkun awtorità nazzjonali diġà eżistenti, bħall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità superviżorja nazzjonali stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2016/6791a, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali. Dak il-korp jenħtieġ li jkun organizzat skont is-sistemi kostituzzjonali u ġuridiċi tal-Istati Membri u jenħtieġ li ma jkunx jippreġudika xi mezz ta' rimedju li jkun disponibbli mod ieħor għall-applikanti għall-aċċess u l-użu mill-ġdid. Iżda jenħtieġ li dan ikun indipendenti mill-mekkaniżmu tal-Istat Membru li jistabbilixxi l-kriterji tat-tariffar ogħla mill-ispejjeż marġinali. Il-mezzi ta' rimedju jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami tad-deċiżjonijiet negattivi u tad-deċiżjonijiet li, għalkemm jippermettu l-użu mill-ġdid, xorta jistgħu jaffettwaw lill-applikanti minħabba raġunijiet oħra, b'mod partikolari bir-regoli tat-tariffar applikati. Il-proċess tar-rieżami jenħtieġ li jsir malajr, skont il-ħtiġijiet ta' suq li qed jinbidel malajr.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  F'xi każijiet, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti se jsir mingħajr ma tiġi miftiehma liċenzja. F'xi każijiet oħrajn, tinħareġ liċenzja li timponi kundizzjonijiet fuq l-użu mill-ġdid mill-persuna liċenzjata li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet bħar-responsabbiltà, l-użu xieraq tad-dokumenti, il-garanzija li ma jsirux alterazzjonijiet u r-rikonoxximent tas-sors. Jekk il-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw dokumenti għall-użu mill-ġdid, il-kundizzjonijiet tal-liċenzja jenħtieġ ikunu ġusti u trasparenti. Il-liċenzji standard disponibbli online jistgħu jaqdu wkoll rwol importanti f'dan ir-rigward. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu għad-disponibbiltà ta' liċenzji standard.

(39)  F'xi każijiet, l-użu mill-ġdid tad-dokumenti se jsir mingħajr ma tiġi miftiehma liċenzja. F'xi każijiet oħrajn, tinħareġ liċenzja li timponi kundizzjonijiet fuq l-użu mill-ġdid mill-persuna liċenzjata li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet bħar-responsabbiltà, il-protezzjoni tad-dejta personali, l-użu xieraq tad-dokumenti, il-garanzija li ma jsirux alterazzjonijiet u r-rikonoxximent tas-sors. Jekk il-korpi tas-settur pubbliku jilliċenzjaw dokumenti għall-użu mill-ġdid, il-kundizzjonijiet tal-liċenzja jenħtieġ li jkunu ġusti u trasparenti. Il-liċenzji standard disponibbli online jistgħu jaqdu wkoll rwol importanti f'dan ir-rigward. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għad-disponibbiltà ta' liċenzji standard.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali tiegħu.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju u jenħtieġ li tiġi implimentata u applikata b'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38. L-anonimizzazzjoni hi mezz li jirrikonċilja l-interessi li l-informazzjoni tas-settur pubbliku ssir riutilizzabbli kemm jista' jkun mal-obbligi tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, iżda din għandha prezz. Jixraq li din titqies fost l-ispejjeż li jridu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-ispejjeż marġinali tad-disseminazzjoni kif definit fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.

(47)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju u jenħtieġ li tiġi implimentata u applikata b'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38. L-anonimizzazzjoni hi mezz li jirrikonċilja l-interessi li l-informazzjoni tas-settur pubbliku ssir riutilizzabbli kemm jista' jkun mal-obbligi tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, iżda din għandha prezz. Jixraq li din titqies fost l-ispejjeż li jridu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-ispejjeż marġinali tad-disseminazzjoni kif definit fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li informazzjoni anonima tfisser kwalunkwe informazzjoni li ma tistax tkun relatata, direttament jew indirettament, waħedha jew flimkien ma' dejta assoċjata, ma' persuna fiżika jew dejta personali li ssir anonima b'tali mod li suġġett tad-dejta ma jkunx għadu identifikabbli. Barra minn hekk, meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku li jkun fihom dejta personali, l-organizzazzjonijiet soġġetti għal din id-Direttiva jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta qabel ma jagħmlu d-dokument pubbliku. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari għal setturi speċifiċi li b'mod regolari jittrattaw kategoriji speċjali ta' dejta personali, bħas-settur tas-saħħa, jew dejta personali oħra msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679. Sabiex jiġi indirizzat kif xieraq it-tħassib relatat mal-protezzjoni neċessarja tad-dejta personali, tali valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta jenħtieġ li titwettaq f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679.

__________________

__________________

37 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).

 

38 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p. 37).

38 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p. 37). 37).

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa biex tiġi żgurata konsistenza mal-qafas leġislattiv attwali dwar il-protezzjoni tad-dejta u biex jiġu evitati interpretazzjonijiet oħra ta' kunċetti li jistgħu jirreferu għal tekniki oħra bħall-psewdonimizzazzjoni. Barra minn hekk, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, ir-rapporteur iqis li jeħtieġ li tiġi żgurata valutazzjoni tal-impatt li taċċerta l-leġittimità u l-ħtieġa tal-pubblikazzjoni ta' dejta personali fid-dominju pubbliku, partikolarment meta wieħed jittratta ċerti kategoriji ta' dejta sensittiva.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  L-għodda li tgħin lil utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid biex isibu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw ferm l-użu transfruntier tad-dokumenti tas-settur pubbliku. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li jkunu jeżistu arranġamenti prattiċi biex jgħinu lill-utenti li jużaw mill-ġdid biex ifittxu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Listi tal-assi, l-aħjar aċċessibbli online, ta' dokumenti ewlenin (dokumenti li ntużaw estensivament mill-ġdid jew bil-potenzjal li jintużaw estensivament mill-ġdid), u l-portali kkollegati ma' listi tal-assi deċentralizzati huma eżempji ta' dawk l-arranġamenti prattiċi.

(52)  L-għodda li tgħin lil utenti potenzjali li jużaw mill-ġdid biex isibu dokumenti disponibbli għall-aċċess u l-użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw ferm l-użu transfruntier tad-dokumenti tas-settur pubbliku. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkunu jeżistu arranġamenti prattiċi biex jgħinu lill-utenti li jużaw mill-ġdid biex ifittxu dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Listi tal-assi, l-aħjar aċċessibbli online, ta' dokumenti ewlenin (dokumenti li ntużaw estensivament mill-ġdid jew bil-potenzjal li jintużaw estensivament mill-ġdid), u l-portali kkollegati ma' listi tal-assi deċentralizzati huma eżempji ta' dawk l-arranġamenti prattiċi.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tal-privatezza (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17) u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà (l-Artikolu 26) . Jenħtieġ li xejn f'din id-Direttiva ma jiġi interpretat jew implimentat b'mod inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

(62)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tal-privatezza (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (l-Artikolu 11), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17) u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà (l-Artikolu 26). Jenħtieġ li xejn f'din id-Direttiva ma jiġi interpretat jew implimentat b'mod inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Ġustifikazzjoni

Bidliet li jirriflettu l-Premessa 4a ġdida.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 62a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(62a)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta Opinjoni 5/2018 fl-10 ta' Lulju 2018 skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) 45/20011a.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali tiegħu. It-test legali tal-UE għandu jkun konformi mar-regoli dwar it-teknika leġiżlattiva u għandu jiġi indikat li l-KEPD ħareġ opinjoni skont ir-Regolament 45/2001.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

-1. Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas regolatorju li jirregola d-dritt għall-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-użu mill-ġdid tagħha sabiex jiġu stabbiliti termini bażiċi u arranġamenti prattiċi għall-eżerċizzju tiegħu, kif ukoll biex ikun promoss l-użu ta' dejta miftuħa u tiġi stimulata l-innovazzjoni fi prodotti u servizzi.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  dokumenti li l-aċċess għalihom hu eskluż jew ristrett minħabba r-reġimi tal-aċċess għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-dejta personali, u partijiet ta' dokumenti aċċessibbli minħabba dawk ir-reġimi li fihom dejta personali li l-użu mill-ġdid tagħha ġie definit bil-liġi bħala inkompatibbli mal-liġi fejn tidħol il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali;

(g)  dokumenti jew partijiet ta' dokumenti li l-aċċess għalihom hu eskluż jew ristrett għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-dejta personali, jew li fihom dejta personali li l-użu mill-ġdid tagħha jista' jimmina l-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, b'mod partikolari skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi l-opinjoni tal-KEPD. Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza bejn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)  dokumenti li l-aċċess għalihom hu ristrett minħabba r-reġimi tal-aċċess fl-Istati Membri, inklużi każijiet fejn l-aċċess huwa ristrett jew eskluż sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi ta' informazzjoni skont id-Direttiva 2016/1148;

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tal-proposta, il-konsistenza legali ma' strumenti oħrajn tad-dritt tal-UE u l-liġi nazzjonali applikabbli.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt kb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kb)  dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet koperti mid-definizzjoni ta' infrastruttura kritika kif iddefinit mill-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2008/114/KE.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali tiegħu.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Din id-Direttiva tħalli intatt, u bl-ebda mod ma taffettwa l-livell ta' protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali taħt il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali, u b'mod partikolari ma tibdel l-ebda obbligu jew dritt stipulat fir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa biex tiġi żgurata r-rabta stretta bejn l-użu mill-ġdid tal-liġi dwar l-informazzjoni pubblika u l-liġi tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, kif attwalment huwa previst fid-Direttiva 2003/98. Hija ssaħħaħ il-konsistenza ġuridika. Premessa waħedha mhix biżżejjed.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  "dejta personali" tfisser dejta personali kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali tiegħu. Id-Direttiva 2003/98/KE attwali dwar il-PSI fiha din id-definizzjoni li għandha tinżamm.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  "informazzjoni anonima" jew "informazzjoni anonimizzata" tfisser informazzjoni li mhijiex relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli jew ma' dejta personali li ssir anonima b'tali mod li s-suġġett tad-dejta ma jkunx jew ma jkunx għadu identifikabbli.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza legali u jiġu evitati interpretazzjonijiet oħra tal-kunċett ta' dejta personali differenti minn dik inkluża fil-GDPR. Id-Direttiva 2003/98/KE attwali dwar il-PSI fiha din id-definizzjoni li għandha tinżamm.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Soġġetti għall-paragrafu (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti, li din id-Direttiva tapplika għalihom skont l-Artikolu 1, ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

1.  Soġġetti għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għad-dokumenti, li din id-Direttiva tapplika għalihom skont l-Artikolu 1, u jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għad-dokumenti li l-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji għandhom id-drittjiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom u għad-dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta hu permess l-użu mill-ġdid ta' dawn id-dokumenti, dawn għandhom ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

2.  Għad-dokumenti li l-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji għandhom id-drittjiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom u għad-dokumenti miżmuma mill-impriżi pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta hu permess l-aċċess għal dawn id-dokumenti u l-użu mill-ġdid tagħhom, għandu jingħata aċċess għalihom u għandhom ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli III u IV.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġu prodotti u jsiru disponibbli għall-użu mill-ġdid skont il-prinċipju ta' "miftuħa bid-disinn u b'mod awtomatiku".

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, meta jieħdu deċiżjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti, l-organizzazzjonijiet soġġetti għal din id-Direttiva għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari għal setturi speċifiċi li regolarment jittrattaw kategoriji speċjali ta' dejta personali, bħas-settur tas-saħħa, jew dejta personali oħra msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679. Tali valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta għandu jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Ġustifikazzjoni

Emenda neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tal-proposta. Meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza legali tal-liġi tal-UE u biex jiġi garantit li, meta d-dejta personali għandha ssir pubblika, tkun saret valutazzjoni tal-impatt biex jiġu aċċertati l-legalità u l-ħtieġa tal-pubblikazzjoni ta' dejta personali fid-dominju pubbliku, b'kunsiderazzjoni tal-impatt u l-effetti tal-pubblikazzjoni fuq is-suġġetti tad-dejta kkonċernati.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TALBIET GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

AĊĊESS GĦAD-DOKUMENTI U TALBIET GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ipproċessar tat-talbiet għall-użu mill-ġdid

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ipproċessar tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti u għall-użu mill-ġdid

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq, talbiet għall-użu mill-ġdid u għandhom jagħmlu d-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li jkun konsistenti mal-limiti taż-żmien stabbiliti għall-ipproċessar tat-talbiet tal-aċċess għad-dokumenti.

1.  Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq, talbiet għall-aċċess għad-dokumenti jew għall-użu mill-ġdid tagħhom u għandhom jagħmlu d-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja għall-użu mill-ġdid, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li jkun konsistenti mal-limiti taż-żmien stabbiliti għall-ipproċessar tat-talbiet tal-aċċess għad-dokumenti.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda limitu taż-żmien jew l-ebda regola oħra li tirregola l-forniment fil-ħin tad-dokumenti, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talba u għandhom iwasslu d-dokumenti għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien sa 20 jum tax-xogħol minn meta tasal it-talba. Dan il-limitu taż-żmien jista' jittawwal b'20 jum tax-xogħol ieħor għal talbiet estensivi jew komplessi. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jiġi notifikat fi żmien tliet ġimgħat wara t-talba inizjali li jkun hemm bżonn aktar żmien biex tiġi pproċessata.

2.  Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda limitu taż-żmien jew l-ebda regola oħra li tirregola l-forniment fil-ħin tad-dokumenti, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talba u għandhom iwasslu d-dokumenti lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja għall-użu mill-ġdid, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant mill-iktar fis possibbli jew, l-iktar tard, f'mhux aktar minn 20 jum tax-xogħol minn meta tasal it-talba. Dan il-limitu taż-żmien jista' jittawwal b'20 jum tax-xogħol ieħor għal talbiet estensivi jew komplessi. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jiġi notifikat mill-iktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet ġimgħat wara t-talba inizjali li jkun hemm bżonn aktar żmien biex tiġi pproċessata u r-raġunijiet għal dan.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għar-rifjut lill-applikant skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-reġim tal-aċċess ta' dak l-Istat Membru jew skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b'mod partikulari l-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 1(2) jew l-Artikolu 3. Meta deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq il-punt (c) tal-Artikolu 1(2), il-korp tas-settur pubbliku għandu jagħmel referenza għall-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, meta magħrufa, jew inkella għal-liċenzjatur li mingħandu l-korp tas-settur pubbliku jkun kiseb il-materjal rilevanti. Il-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji mhumiex obbligati jinkludu din ir-referenza.

3.  Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jikkomunikaw fi żmien 20 jum ir-raġunijiet għar-rifjut, b'mod sħiħ jew parzjalment, tal-aċċess għal dokument jew tal-użu mill-ġdid tiegħu fil-format mitlub, lill-applikant skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-reġim tal-aċċess ta' dak l-Istat Membru jew skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b'mod partikulari l-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 1(2) jew l-Artikolu 3. Meta deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq il-punt (c) tal-Artikolu 1(2), il-korp tas-settur pubbliku għandu jagħmel referenza għall-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, meta magħrufa, jew inkella għal-liċenzjatur li mingħandu l-korp tas-settur pubbliku jkun kiseb il-materjal rilevanti. Il-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji mhumiex obbligati jinkludu din ir-referenza.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom ifasslu lista aċċessibbli mill-pubbliku tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom il-korp ikkonċernat jista' jiddeċiedi dwar kif jiġġestixxi t-talbiet.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kull deċiżjoni dwar l-użu mill-ġdid għandha tagħmel referenza għall-mezz ta' rimedju jekk l-applikant ikun jixtieq jappella kontra d-deċiżjoni. Il-miżuri ta' rimedju għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami bil-kompetenzi xierqa, bħall-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-korp tas-settur pubbliku kkonċernat.

4.  Kull deċiżjoni dwar l-użu mill-ġdid għandha tagħmel referenza għall-mezz ta' rimedju jekk l-applikant ikun jixtieq jappella kontra d-deċiżjoni. Il-miżuri ta' rimedju għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami bil-kompetenzi xierqa, bħall-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali, l-awtorità superviżorja nazzjonali stabbilita skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-korp tas-settur pubbliku kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġ għal raġunijiet urġenti biex tiġi żgurata l-konsistenza legali tal-UE. L-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta huma awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw każijiet relatati mal-konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-GDPR tagħti lil DPAs setgħat xierqa ta' infurzar u rimedju għal ksur tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta u biex din is-sitwazzjoni tiġi koperta. Ara l-emenda għall-Premessa 37.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

 

(a) jingħata appoġġ biex ikun hemm aċċess għal dokumenti;

 

(b) il-listi tal-korpi tas-settur pubbliku jkunu aċċessibbli pubblikament; kif ukoll

 

(c) jiġu ddefiniti arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li d-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u l-użu mill-ġdid tagħhom tal-informazzjoni tas-settur pubbliku ikun jista' jiġi eżerċitat b'mod effettiv, bħal:

 

i. il-ħatra tal-uffiċjali tal-informazzjoni;

 

ii. l-istabbiliment u ż-żamma ta' faċilitjiet għall-eżami tad-dokumenti rikjesti,

 

iii. reġistri jew lista tad-dokumenti miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku jew punti ta' informazzjoni, b'indikazzjonijiet ċari dwar fejn jistgħu jinstabu tali dokumenti;

 

(d) il-korpi tas-settur pubbliku jinfurmaw lill-pubbliku b'mod adegwat dwar id-drittijiet li jgawdu fuq il-bażi ta' din id-Direttiva u bħala riżultat ta' aċċess eżistenti għar-regoli tal-informazzjoni, stipulat fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, u sa ċertu punt jipprovdu informazzjoni, gwida u pariri għal dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Korpi tas-settur pubbliku u impriżi pubbliċi għandhom jiżguraw li l-aċċess ta' informazzjoni tas-settur pubbliku u l-użu mill-ġdid tagħha jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali tiegħu.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun mingħajr ħlas jew limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riġenerazzjoni, bil-forniment u bid-disseminazzjoni u, meta applikabbli, bl-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u bil-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment.

1.  L-aċċess għad-dokumenti u l-użu mill-ġdid tagħhom għandhom ikunu mingħajr ħlas.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu ġie ristrutturat fl-interess tal-objettivi ta' abbozzar legali aħjar. Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni jirrikjedi li din issir disponibbli għall-aċċess, dan ir-rekwiżit ma jinsabx fir-riformulazzjoni. Dawn l-emendi jfittxu li jistabbilixxu rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzoni relatati mal-użu mill-ġdid tagħha. Għalhekk, din l-emenda hija meħtieġa għal-loġika interna tat-test u hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Bħala eċċezzjoni, l-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riġenerazzjoni, bil-forniment u bid-disseminazzjoni tagħhom u, meta applikabbli, bl-anonimizzazzjoni tad-dejta personali u bil-miżuri meħuda biex iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali kummerċjalment jistgħu jiġu rkuprati mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu ġie ristrutturat fl-interess tal-objettivi ta' abbozzar legali aħjar.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bħala eċċezzjoni, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dan li ġej:

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 1a għal dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali tiegħu.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fil-każ tat-tariffi standard għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti , kwalunkwe kundizzjoni applikabbli u l-ammont proprja ta' dawk it-tariffi, inkluż il-bażi tal-kalkolu għal dawk it-tariffi, għandhom jiġu prestabbiliti u ppubblikati, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq.

1.  Fil-każ tat-tariffi standard għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti jew ta' partijiet minnhom, kwalunkwe kundizzjoni applikabbli u l-ammont proprja ta' dawk it-tariffi, inkluż il-bażi tal-kalkolu għal dawk it-tariffi, għandhom jiġu prestabbiliti u ppubblikati, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tal-proposta u biex tiġi żgurata koerenza mal-emendi li jagħmlu referenza għal dokumenti jew partijiet ta' dokumenti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ignazio Corrao

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

11.10.2018

27.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Romeo Franz, Kinga Gál, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Branislav Škripek, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Pál Csáky, Miriam Dalli, Innocenzo Leontini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34

+

ECR

Daniel Dalton, Kristina Winberg

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Martina Anderson, Malin Björk, Cornelia Ernst

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Reimer Böge, Carlos Coelho, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Innocenzo Leontini, Roberta Metsola, József Nagy, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ECR

Branislav Škripek

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0234 – C8-0169/2018 – 2018/0111(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

28.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

28.5.2018

CULT

28.5.2018

LIBE

28.5.2018

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Neoklis Sylikiotis

19.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

5.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Tilly Metz, Csaba Molnár, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Françoise Grossetête, Werner Langen, Marisa Matias, Luděk Niedermayer, Răzvan Popa, Giancarlo Scottà

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Olbrycht, Marie-Pierre Vieu

Data tat-tressiq

7.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

42

+

ALDE

Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

ECR

Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

ENF

Angelo Ciocca, Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis, Marie-Pierre Vieu

PPE

Pilar Ayuso, Michał Boni, Jerzy Buzek, Françoise Grossetête, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Răzvan Popa, Patrizia Toia, Martina Werner, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Tilly Metz, Julia Reda

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali