Proċedura : 2018/0900(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0439/2018

Testi mressqa :

A8-0439/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.15

Testi adottati :

P8_TA(2019)0179

RAPPORT     ***I
PDF 752kWORD 82k
6.12.2018
PE 628.708v02-00 A8-0439/2018

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(02360/2018 – C8-0132/2018 – 2018/0900(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Tiemo Wölken

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(02360/2018 – C8-0132/2018 – 2018/0900(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba mill-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill, fil-verżjoni riveduta tagħha (02360/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 256(1) u it-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-abbozz ta' att ġie preżentat lill-Parlament (C8–0132/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2018)0534),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0439/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Abbozz ta' regolament

Premessa 4

Abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja

Emenda

(4)  Barra minn hekk, mill-eżami mwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali jirriżulta li diversi appelli jiġu ppreżentati f'kawżi li jkunu diġà bbenefikaw minn eżami doppju, l-ewwel minn awtorità amministrattiva indipendenti u mbagħad mill-Qorti Ġenerali, u li numru minn dawn l-appelli jiġu miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li jkunu manifestament infondati jew minħabba li jkunu manifestament inammissibbli. Għalhekk, sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tikkonċentra fuq il-kawżi li jeħtieġu l-attenzjoni kollha tagħha, hemm lok, għall-finijiet ta' amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li jiġi introdott, għall-appelli li jirrigwardaw dan it-tip ta' kawżi, mekkaniżmu ta' eżami preliminari għall-ammissjoni. B'hekk, tkun il-parti li tkun qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali f'tali kawżi li jkollha tikkonvinċi fil-bidu nett lill-Qorti tal-Ġustizzja bl-importanza tal-kwistjonijiet imqajma fl-appell tagħha għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni.

(4)  Barra minn hekk, mill-eżami mwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali jirriżulta li diversi appelli jiġu ppreżentati f'kawżi li jkunu diġà bbenefikaw minn eżami doppju, l-ewwel minn awtorità amministrattiva indipendenti, bħall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u mbagħad mill-Qorti Ġenerali. Ħafna minn dawn l-appelli relatati ma' kawżi fejn awtorità amministrattiva indipendenti tkun diġà ġiet adita qabel l-azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġu miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li jkunu manifestament infondati jew minħabba li jkunu manifestament inammissibbli. Għalhekk, sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tikkonċentra fuq il-kawżi li jeħtieġu l-attenzjoni kollha tagħha, hemm lok, għall-finijiet ta' amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li jiġi introdott, għall-appelli li jirrigwardaw dan it-tip ta' kawżi, mekkaniżmu ta' eżami preliminari għall-ammissjoni. B'hekk, tkun il-parti li tkun qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali f'tali kawżi li jkollha tikkonvinċi fil-bidu nett lill-Qorti tal-Ġustizzja bl-importanza tal-kwistjonijiet imqajma fl-appell tagħha għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    2

Abbozz ta' regolament

Premessa 5

Abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja

Emenda

(5)  Fid-dawl taż-żieda kostanti tan-numru ta' kawżi ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u konformement ma' dak li ntqal fl-ittra tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tat-13 ta' Lulju 2018, hemm lok, f'dan l-istadju, li tingħata prijorità lill-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' eżami preliminari għall-ammissjoni tal-appelli hawn fuq imsemmi. L-eżami tal-parti tat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Marzu 2018 dwar it-trasferiment parzjali tar-rikorsi għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu lill-Qorti Ġenerali għandha ssir fi stadju ulterjuri, wara l-preżentazzjoni, f'Diċembru 2020, tar-rapport fuq il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2015.

(5)  Fid-dawl taż-żieda kostanti tan-numru ta' kawżi ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u konformement ma' dak li ntqal fl-ittra tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tat-13 ta' Lulju 2018, hemm lok, f'dan l-istadju, li tingħata prijorità lill-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' eżami preliminari għall-ammissjoni tal-appelli hawn fuq imsemmi. L-eżami tal-parti tat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Marzu 2018 dwar it-trasferiment parzjali tar-rikorsi għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu lill-Qorti Ġenerali jenħtieġ li ssir fi stadju ulterjuri, wara l-preżentazzjoni, f'Diċembru 2020, tar-rapport fuq il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali, b'mod partikolari dwar l-effiċjenza tal-Qorti Ġenerali, l-effettività u l-bżonn ta' żieda fin-numru ta' mħallfin għal 56, previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2015, fejn il-progress fil-qasam tal-bilanċ bejn is-sessi fi ħdan il-Qorti Ġenerali jenħtieġ li jiġi evalwat ukoll. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, sostituzzjonijiet parzjali f'dik il-Qorti jenħtieġ li jiġu organizzati b'tali mod li l-gvernijiet tal-Istati Membri gradwalment jibdew jinnominaw żewġ Imħallfin għall-istess sostituzzjoni parzjali bl-għan li għaldaqstant jintgħażlu mara u raġel, ladarba l-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fit-Trattati jiġu rispettati.

Emenda    3

Abbozz ta' Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 8

"Artikolu 8

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 7 japplikaw għall-Avukati Ġenerali.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 sa 7 għandhom japplikaw għall-Avukati Ġenerali mutatis mutandis."

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 58a – paragrafu 1

 

Abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja

Emenda

L-eżami tal-appelli ppreżentati mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jirrigwardaw deċiżjoni ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, jew tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jkun suġġett għall-ammissjoni preliminari tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta korp amministrattiv indipendenti, li l-membri tiegħu ma jkunux marbuta b'istruzzjoni meta jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, għandu jiġi adit qabel ma jkun jista' jiġi ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, l-eżami tal-appell ippreżentat mid-deċiżjoni ta' din tal-aħħar għandu jkun suġġett għall-ammissjoni preliminari tiegħu mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda    5

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 58a – paragrafu 3

 

Abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja

Emenda

Id-deċiżjoni dwar l-ammissjoni għandha tkun motivata u għandha tiġi ppubblikata.

Id-deċiżjoni dwar l-ammissjoni jew le tal-appell għandha tkun debitament motivata u għandha tiġi ppubblikata.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-funzjonament tajjeb tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa essenzjali għall-ħarsien tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni. Ir-riforma tas-sistema tal-qrati tal-Unjoni Ewropea, adottata f'Diċembru 2015, trid tiġi sfruttata bl-aħjar mod possibbli, u s-setgħat tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja jridu jitqassmu b'tali mod li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jiksbu l-ġustizzja bil-ħeffa u b'mod effikaċi. Il-proposta tal-Qorti tal-Ġustizzja, bil-modifiki tagħha għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hija fondamentalment konsistenti ma' dan l-objettiv.

L-adattamenti termnoloġiċi għar-riforma ta' Lisbona jagħmlu sens.

Jintlaqa' wkoll b'sodisfazzjoni it-trasferiment tal-kompetenza għat-trattament ta' kawżi ta' annullament marbutin man-nuqqas ta' implimentazzjoni korretta ta' sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) jew (3) tat-TFUE.

Fil-prinċipju, jintlaqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' proċedura li biha, għal ċerti kategoriji ta' appelli, il-Qorti tal-Ġustizzja minn qabel tawtorizza jew tirrifjuta li ċerti appelli jipproċedu. Madankollu, il-korpi amministrattivi indipendenti individwali ma għandhomx jiġu elenkati wieħed wieħed. Minflok, għandu jittieħed approċċ astratt u ġeneriku sabiex din id-dispożizzjoni tkun imfassla b'mod li jilqa' għall-ġejjieni. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat fit-test li din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata u ppubblikata mhux biss fil-każ ta' awtorizzazzjoni, iżda wkoll f'dak ta' rifjut.

Għal dak li jirrigwarda l-kwistjoni tat-trasferiment possibbli lill-Qorti Ġenerali ta' kompetenza għad-deċiżjoni ta' prim istanza dwar ċerti kategoriji ta' proċeduri għal ksur tat-Trattati, jidher tajjeb li nistennew l-adozzjoni tar-rapport dwar il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali li għandu jinħareġ f'Diċembru 2020. Dak ir-rapport se jkompli mit-tlestija tat-tielet stadju tar-riforma tal-istruttura tal-qrati Ewropej (Settembru 2019); se tiffoka fuq l-effiċjenza tal-Qorti Ġenerali u fuq il-valur taż-żieda fl-għadd ta' mħallfin għal 56, jekk fil-fatt tkun meħtieġa tali żieda. F'dan ir-rigward, se jitqies ukoll is-suċċess li jkun inkiseb fl-istabbiliment ta' bilanċ bejn is-sessi fil-Qorti Ġenerali. F'dak li jirrigwarda t-trasferiment tal-kompetenza fil-qasam tal-proċedimenti ta' ksur tat-Trattati, għandu jitqies li dan huwa l-aktar strument b'saħħtu li l-Kummissjoni għandha f'idejha fil-konfront tal-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni. B'hekk dawn il-proċedimenti huma meħtieġa għall-implimentazzjoni effikaċi tad-dritt tal-UE. Għandu jiġi żgurat li, f'każ ta' trasferiment tal-kompetenza lill-Qorti Ġenerali, ma jiġrix li t-tul tal-proċedimenti jkompli jitwal. Barra minn hekk, għandu jitqies jekk dan it-trasferiment ikunx xieraq, fid-dawl tal-proporzjon relattivament żgħir ta' proċedimenti ta' ksur tat-Trattati meta mqabbla mal-għadd totali ta' kawżi pendenti. Hawnhekk tqum b'mod partikolari l-kwistjoni tal-idoneità għall-ilħiq tal-għan ta' bidla strutturali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (29.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(02360/2018 – C8-0132/2018 - 2018/0900(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Morten Messerschmidt

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur jaqbel mal-objettivi prinċipali tal-proposta, b'mod partikolari mal-għoti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kompetenza esklussiva li tiddeċiedi r-rikorsi għal annullament marbuta man-nuqqas ta' eżekuzzjoni adegwata ta' sentenza mogħtija minnha taħt l-Artikolu 260(2) jew (3) tat-TFUE. Madankollu, ir-rapporteur iqis li:

il-proposta tista' tiġi kkumplementata bil-possibbiltà li l-imħallfin jippubblikaw opinjonijiet separati, inklużi dawk li ma jaqblux, u jipproponi emendi għall-artikoli rilevanti tal-Istatut tal-Qorti. Il-prattika ta' opinjonijiet separati hija komuni għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u hija ġeneralment permessa fil-qrati internazzjonali, bħall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-possibbiltà ta' opinjonijiet separati ttejjeb il-kwalità tad-deċiżjonijiet tal-Qorti, speċjalment meta r-raġunament tal-Qorti jista' jkun diffiċli li jiġi segwit preċiżament peress li l-qorti kellha tinkorpora fehmiet parzjalment diverġenti sabiex issib kompromess fost l-imħallfin. L-opinjonijiet individwali jistgħu jħajru lill-maġġoranza biex jittrattaw b'mod espliċitu l-fehmiet tal-minoranza u biex jikkontestaw il-validità tal-argumenti legali tagħha, filwaqt li l-fehmiet ta' dawk li ma jaqblux jinżammu separati, b'mod li jiżgura sentenza aktar espliċita, koerenti, tinftiehem u, fl-aħħar mill-aħħar, awtorevoli u konvinċenti. Opinjonijiet separati jistgħu jantiċipaw żviluppi sussegwenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti. Jistgħu wkoll itejbu d-djalogu ġudizzjarju mal-qrati nazzjonali, li jkunu kkonfrontati b'sentenzi motivati aħjar, li fihom l-opinjonijiet legali differenti kollha – u speċjalment dawk tal-qorti tar-rinviju – jiġu kkunsidrati b'mod espliċitu u b'mod sħiħ. L-espressjoni ta' opinjonijiet individwali bl-ebda mod ma tkun obbligatorja u l-imħallfin jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu jekk jippubblikawx opinjoni separata jew le. Huwa ċar li preferenza għat-trasparenza fuq is-segretezza tista' biss tikkontribwixxi għall-proċess ta' demokratizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Abbozz ta' Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  L-Artikolu 2 hu sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 2

'Article 2

Qabel ma jassumi l-kariga kull Imħallef għandu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mlaqqa' f'seduta pubblika, jaħlef li jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'imparzjalità u skond il-kuxjenza u li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Qabel ma jassumi l-kariga kull Imħallef għandu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mlaqqa' f'seduta pubblika, jaħlef li jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'imparzjalità u skont il-kuxjenza u, mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 36, li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja. '

Emenda    2

Abbozz ta' Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 8

"Artikolu 8

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 7 japplikaw għall-Avukati Ġenerali.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 sa 7 għandhom japplikaw għall-Avukati Ġenerali mutatis mutandis."

Emenda    3

Abbozz ta' Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 35

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1b)  L-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 35

Artikolu 35

Id-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu u jibqgħu sigrieti.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 36,id-deliberazzjonijiettal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu u jibqgħu sigrieti.

Emenda    4

Abbozz ta' Regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja

Emenda

 

Artikolu 2a

 

L-Artikoli 2, 8, 35, 36 u 47 tal-Istatut, kif emendati b'dan ir-Regolament, għandhom ikunu applikabbli għal każijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali wara d-data meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

PROĊEDURA TAL-KUMITATLI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emendi proposti għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Referenzi

02360/2018 – C8-0132/2018 – 2018/0900(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.4.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

16.4.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Morten Messerschmidt

20.6.2018

Eżami fil-kumitat

21.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jasenko Selimovic, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wajid Khan, Constanze Krehl

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

22

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

ECR

Morten Messerschmidt

ENF

Gerolf Annemans

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

PPE

Elmar Brok, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Rainer Wieland

S&D

Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia Yvonne Kaufmann, Wajid Khan, Constanze Krehl, Jo Leinen, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep Maria Terricabras

2

-

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

NI

Diane James

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emendi proposti għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Referenzi

02360/2018 – C8-0132/2018 – 2018/0900(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

16.4.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tiemo Wölken

15.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2018

22.10.2018

20.11.2018

 

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Mary Honeyball, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ana Miranda, Jens Rohde, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Georges Bach, Kostadinka Kuneva, Jeroen Lenaers, Philippe Loiseau

Data tat-tressiq

7.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, Jens Rohde

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Philippe Loiseau

PPE

Georges Bach, Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Jeroen Lenaers, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss

S&D

Lucy Anderson, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Pascal Durand, Ana Miranda, Julia Reda

1

-

GUE/NGL

Kostadinka Kuneva

1

0

ECR

Angel Dzhambazki

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali