Proċedura : 2018/0252(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0441/2018

Testi mressqa :

A8-0441/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 21.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0024

RAPPORT     *
PDF 751kWORD 79k
7.12.2018
PE 628.397v02-00 A8-0441/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013

(COM(2018)0467 – C8-0314/2018 – 2018/0252(NLE))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Peter Kouroumbashev

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013

(COM(2018)0467 – C8-0314/2018 – 2018/0252(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0467),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0314/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0441/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Programm finanzjarju ta' nfiq apposta jista' jġib valur miżjud tal-Unjoni addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja ta' dan it-tip jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta' evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-Unjoni bl-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.

(2)  Programm finanzjarju ta' nfiq speċifiku jista' jġib valur miżjud tal-Unjoni addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja ta' dan it-tip jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta' evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-Unjoni bl-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Madankollu, jenħtieġ li din l-assistenza finanzjarja ma tistabbilix preċedent li jiddefinixxi l-finanzjament tad-dekummissjonar nukleari futur fil-livell ta' Unjoni. Jenħtieġ li l-inizjattiva li jitwettaq u jiġi ffinanzjat id-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari tibqa' primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien dwar il-proċess ta' dekummissjonar fl-Unjoni, billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali.

(15)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-esperjenzi miksuba bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-proċess ta' dekummissjonar fl-Unjoni, billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Jenħtieġ li l-JRC imexxi inizjattiva speċifika sabiex tagħti struttura lill-ġbir, l-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-għarfien fil-qasam tad-dekummissjonar fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma tiġi eskluża l-kooperazzjoni internazzjonali. L-inizjattiva jenħtieġ li tqis l-isfidi multidimensjonali, inkluż fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-istandardizzazzjoni, ir-regolamentazzjoni, it-taħriġ flimkien mal-edukazzjoni, u l-industrija.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq b'rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli, u b'kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b'hekk jitqiesu l-aħjar prattiki internazzjonali.

(16)  Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq b'rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli, inkluż għarfien espert minn pajjiżi terzi, u b'kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b'hekk jitqiesu l-aħjar prattiki internazzjonali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jitmexxew bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja rispettivament. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri.

(20)  L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jitmexxew bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell minimu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Finanzjarju Speċifiku għad-"Dekummissjonar tal-Faċilitajiet Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv" (il-"Programm"), bl-enfasi fuq il-ħtiġijiet identifikati fuq bażi attwali. Għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, se jappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur ir-reatturi nukleari tal-ewwel ġenerazzjoni tagħhom u biex jimplimentaw il-proċess ta' dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Finanzjarju Speċifiku għad-"Dekummissjonar tal-Faċilitajiet Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv" (il-"Programm"), bl-enfasi fuq il-ħtiġijiet identifikati fuq bażi attwali. Għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, se jappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur ir-reatturi nukleari li ngħalqu b'mod prematur u biex jimplimentaw il-proċess ta' dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatti fuq is-saħħa, il-pubbliku ġenerali u l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

L-għeluq minn qabel u d-dekummissjonar sussegwenti tar-reatturi kien impenn politiku meħud mill-Bulgarija bħala kundizzjoni għall-adeżjoni tagħha fl-UE filwaqt li, diġà bejn l-1991 u l-2002, twettqu programmi mifruxa ta' modernizzazzjoni u b'livell baġitarju għoli b'mod partikolari fuq l-Unitajiet 3-4 sabiex jitjieb id-disinn tar-reatturi f'konformità maż-żieda fil-livelli tas-sikurezza u mal-iżviluppi teknoloġiċi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Komunità) u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit ġenerali għall-perjodu 2021 – 2027, inkluża d-distribuzzjoni preċiża tal-ammont fost it-tliet programmi, il-forom ta' finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Komunità) u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "pjan ta' dekummissjonar" tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej; l-istrateġija magħżula tad-dekummissjonar; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta' żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta' mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta' ħidma pluriennali tal-Programm;

(2)  "pjan ta' dekummissjonar" tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej: l-istrateġija magħżula tad-dekummissjonar; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx, u l-programm għall-protezzjoni tal-ħaddiema; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta' żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta' mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta' ħidma pluriennali tal-Programm;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  "pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi tal-ħitġijiet attwali tal-perjodu 2021-2027, il-Programm għandu l-għan partikolari li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm għad-dekummissjonar ta' Kozloduy u tal-programm għad-dekummissjonar ta' Bohunice rispettivament, bl-enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tagħhom u li jappoġġa l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, filwaqt li jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien b'hekk iġġenerat fuq id-dekummissjonar nukleari lill-Istati Membri kollha tal-UE.

Abbażi tal-ħitġijiet attwali tal-perjodu 2021-2027, il-Programm għandu l-għan partikolari li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm għad-dekummissjonar ta' Kozloduy u tal-programm għad-dekummissjonar ta' Bohunice rispettivament, bl-enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tagħhom u li jappoġġa l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, filwaqt li jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattiki b'hekk iġġenerati fuq id-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskar nukleari fost l-Istati Membri kollha.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni dwar id-dekummissjonar nukleari, bl-għan li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

(c)  li jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, b'mod partikolari l-industrija, dwar id-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni u r-rimi tal-iskart rajduattiv, bl-għan li jiġu żgurati d-disseminazzjoni tal-għarfien u l-iskambji tal-esperjenzi fl-oqsma kollha rilevanti bħar-riċerka u l-innovazzjoni, ir-regolamentazzjoni, it-taħriġ u li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

2.  Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm jista' jiffinanzja kostijiet eliġibbli ta' attività sa rata massima kif stabbilita fl-Annessi I u II. Ir-rata massima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli taħt il-programm Kozloduy jew il-programm Bohunice ma għandhiex tkun aktar minn 50 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament.

Il-Programm jista' jiffinanzja kostijiet eliġibbli ta' attività kif stabbilit fl-Annessi I u II. Ir-rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli taħt il-programm Kozloduy jew il-programm Bohunice ma għandhiex tkun inqas minn 50 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata massima ta' kofinanzjament tal-UE ta' 50%.

2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni ta' 50 %.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata massima ta' kofinanzjament tal-UE ta' 50%.

2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni ta' 50 %.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Il-programmi Kozloduy u Bohunice ġew stabbiliti fil-kuntest tan-negozjati għall-adeżjoni tal-Bulgarija u s-Slovakkja fl-UE. Il-proposta attwali ssegwi l-impenn tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ finanzjarju liż-żewġ Stati Membri fid-dekummissjonar b'mod rispettiv tal-unitajiet 1-4 tal-impjant tal-enerġija nukleari Kozloduy u tal-impjant tal-enerġija nukleari Bohunice VI. Barra minn hekk, din tinkludi wkoll Programm ta' Dekummissjonar u Maniġġjar tal-Iskart (Programm D&WM) għal siti ta' riċerka nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fil-Belġju, fin-Netherlands, fil-Ġermanja u fl-Italja. L-għan ta' din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill huwa li tindirizza l-isfidi tad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart riżultanti fl-ambitu ta' strument komuni sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji u l-kondiviżjoni tal-għarfien. Dan huwa konformi mal-impenn tal-Kummissjoni li tistabbilixxi parametru referenzjarju fi ħdan l-UE għall-immaniġġjar sikur tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u l-proposta tagħha biex tistabbilixxi ċentru ta' eċċellenza Ewropew li jippromwovi l-aħjar prattiki.

Regolament Propost

Ir-rapporteur jilqa' r-regolament propost u l-appoġġ finanzjarju speċifiku tal-Unjoni għal impenn ta' tali importanza. Madankollu, huwa tal-fehma li jistgħu jsiru xi aġġustamenti sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli.

L-impjant tal-enerġija Ignalina fil-Litwanja

Sabiex tinkiseb konsistenza fil-liġi tal-UE, ir-rapporteur jemmen li, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 attwali, id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija Kozloduy u Bohunice għandu jitqies fl-ambitu tal-istess qafas legali tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija Ignalina fil-Litwanja. Barra minn hekk, dan jiffaċilita l-isforzi tal-Unjoni fl-istabbiliment tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) l-ġdid u jippermetti approċċ Ewropew aktar oġġettiv għall-isfidi tal-enerġija u b'mod partikolari l-isfidi nukleari.

Rati ta' kofinanzjament

Il-proposta tistabbilixxi livell limitu massimu ta' 50 % għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni li mhuwiex konformi mal-prattika attwali fil-każ tal-Bulgarija u tas-Slovakkja – 60 % u 63 % rispettivament. It-tnaqqis propost tal-kofinanzjament tal-Unjoni jirriżulta f'piż finanzjarju sinifikanti fuq is-setturi tal-enerġija fiż-żewġ pajjiżi.

Ir-rapporteur jixtieq jindika li l-għeluq u konsegwentement id-dekummissjonar fl-istess waqt ta' erba' unitajiet tal-impjant tal-enerġija nukleari Kozloduy (żewġ tipi ta' WWER 440 V 230 u żewġ tipi ta' WWER 440 V 230 imtejjeb) kien prematur. Bejn l-1991 u l-2002 diġà twettqu programmi mifruxa ta' modernizzazzjoni u b'livell baġitarju għoli b'mod partikolari fuq l-Unitajiet 3-4 sabiex jitjieb id-disinn tar-reatturi f'konformità maż-żieda fil-livelli tas-sikurezza u mal-iżviluppi teknoloġiċi. Fi ħdan dawn il-programmi ta' modernizzazzjoni, ġew implimentati u approvati diversi titjib fid-disinn minn esperti internazzjonali indipendenti u missjonijiet ta' rieżami bejn il-pari, inkluża l-missjoni tal-AQG fl-2003. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' dekummissjonar irrikjedew, minn naħa waħda, l-adattament tal-infrastruttura eżistenti li ġiet stabbilita biss għall-unitajiet operattivi, u, min-naħa l-oħra, il-kostruzzjoni ta' infrastruttura kompletament ġdida għad-dekummissjonar. Dan wassal għal bidliet importanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b'mod parallel mal-isforzi li saru biex jiġu ssodisfati l-impenji li ttieħdu għad-dekummissjonar sikur tar-reatturi.    

Fis-Slovakkja, bħalissa l-istat huwa involut fi kważi 40 % tal-ispejjeż diretti totali tad-dekummissjonar ta' V1 NPP. Madankollu, dawn l-ispejjeż ma jinkludux investimenti ta' EUR 310 miljun fil-kostruzzjoni ta' infrastruttura għall-iskart radjuattiv li ġew iffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali proprji u ma bbenefikawx mill-finanzjament tal-UE.

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-prinċipju tat-trattament ugwali u meta mqabbel mar-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni, stabbilita għal 80 % fi ħdan il-programm tal-Litwanja għad-dekummissjonar, dan l-approċċ jista' jidher bħala żbilanċjat.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv

Referenzi

COM(2018)0467 – C8-0314/2018 – 2018/0252(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

2.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

5.7.2018

ENVI

5.7.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

21.6.2018

ENVI

21.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Peter Kouroumbashev

25.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

5.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Tilly Metz, Csaba Molnár, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Françoise Grossetête, Werner Langen, Marisa Matias, Răzvan Popa, Giancarlo Scottà

Data tat-tressiq

7.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

ECR

Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

GUE/NGL

Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis

PPE

Pilar Ayuso, Michał Boni, Jerzy Buzek, Françoise Grossetête, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Răzvan Popa, Patrizia Toia, Martina Werner, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Tilly Metz, Julia Reda

3

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Angelo Ciocca, Giancarlo Scottà

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Jannar 2019Avviż legali