Proċedura : 2018/0112(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0444/2018

Testi mressqa :

A8-0444/2018

Dibattiti :

PV 16/04/2019 - 22
CRE 16/04/2019 - 22

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 8.6

Testi adottati :

P8_TA(2019)0398

RAPPORT     ***I
PDF 2221kWORD 245k
7.12.2018
PE 627.635v01-00 A8-0444/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

(COM(2018)0238 – C8-0165/2018 – 2018/0112(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Christel Schaldemose

Rapporteur għal opinjoni (*):

Francis Zammit Dimech, Kumitat għall-Affarijiet Legali

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA – KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

(COM(2018)0238 – C8-0165/2018 – 2018/0112(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0238),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0165/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0444/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku. Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern. Minbarra dan, dawn jippermettu wkoll li l-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi offruti online.

(1)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija u ta' mudelli kummerċjali ġodda, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku. Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern. Minbarra dan, dawn jippermettu wkoll li l-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi kif ukoll għaliex jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online. Madankollu, jenħtieġ li tiġi indirizzata l-inċertezza tad-dritt potenzjali li tista' tirriżulta mill-ħolqien ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. L-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-dejta, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta' dawn l-utenti kummerċjali, fosthom tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta' dawk is-servizzi ta' spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.

(2)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. L-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-data, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta' dawn l-utenti kummerċjali, fosthom ta' dawk li jaħdmu għal rashom u tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, li taf taffettwa wkoll lin-negozji l-kbar barra mill-intrapriżi mikro, żgħar u medji, il-fornituri ta' dawk is-servizzi ta' spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar. Jekk din is-superjorità fil-poter tan-negozjar tintuża ħażin, din tista' tippermettilhom biex effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, iżda b'mod konsiderevoli, anki lil dawk tal-konsumaturi fl-Unjoni. Il-konsumaturi laqgħu tajjeb lill-ekonomija tal-pjattaformi online u huwa essenzjali li jkun hemm ekosistema online li tkun kompetittiva, ġusta u trasparenti, li fiha l-kumpaniji jġibu ruħhom b'mod responsabbli, għal finijiet tal-benesseri tal-konsumaturi. Meta s-servizzi tal-intermedjazzjoni online dominanti jsiru l-gwardjani tal-informazzjoni, tal-għażla u tal-prezzijiet, ibatu wkoll il-konsumaturi. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' trasparenza u l-inċertezza tad-dritt fl-ekonomija tal-pjattaformi online, inkluż fir-relazzjonijiet bejn in-negozji, jistgħu jnaqqsu l-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija online. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jtejjeb il-korrettezza u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, li, fl-aħħar mill-aħħar, huwa għall-ġid tal-konsumaturi. Madankollu, il-konsegwenzi diretti għall-konsumaturi tal-mudelli tan-negozju l-ġodda u tal-iżviluppi teknoloġiċi huma indirizzati fil-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur1a.

__________________

1a COD(2018)0090

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Bl-istess mod, il-magni tat-tiftix ġenerali online jistgħu jkunu sorsi importanti ta' traffiku tal-Internet għan-negozji li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi permezz tas-siti web u li għalhekk jistgħu jaffettwaw ferm is-suċċess kummerċjali ta' dawn l-utenti ta' siti web korporattivi li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom online fis-suq intern. F'dan ir-rigward, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, inkluż ta' dawk is-siti web li fihom l-utenti ta' siti web korporattivi joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali ta' dawk l-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk, anki fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali mal-utenti ta' siti web korporattivi, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti ta' siti web korporattivi u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.

(3)  Bl-istess mod, il-magni tat-tiftix ġenerali online jistgħu jkunu sorsi importanti ta' traffiku tal-Internet għan-negozji li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi permezz tas-siti web u li għalhekk jistgħu jaffettwaw ferm is-suċċess kummerċjali ta' dawn l-utenti ta' siti web korporattivi li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom online fis-suq intern. F'dan ir-rigward, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, inkluż ta' dawk is-siti web li fihom l-utenti ta' siti web korporattivi joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali ta' dawk l-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk, anki fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali mal-utenti ta' siti web korporattivi, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u jfixkel il-kompetizzjoni normali fis-suq u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti ta' siti web korporattivi u, indirettament, iżda b'mod konsiderevoli, anki lil dawk tal-konsumaturi fl-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  F'xi każijiet, is-sistemi operattivi jistgħu jiżvolġu rwol ta' intermedjarji bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi. Billi d-definizzjoni ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tinftiehem li hija teknoloġikament newtrali u li jkopru servizzi indipendentement mill-grad ta' integrazzjoni tagħhom mas-software u ma' kwalunkwe hardware użat biex ifornihom, meta s-sistemi operattivi jagħmluha ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament, il-fornituri ta' dawk is-sistemi operattivi jenħtieġ li jkunu wkoll koperti mill-obbligi stabbliti għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online f'dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Barra minn hekk, id-dipendenza tal-utenti kummerċjali fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online twassal ukoll għal sitwazzjoni li fiha l-utenti kummerċjali ta' spiss ikollhom possibbiltajiet limitati biex ifittxu rimedju meta l-azzjonijiet unilaterali tal-fornituri ta' dawk is-servizzi jwasslu għal tilwima. F'ħafna każijiet, dawk il-fornituri ma joffrux sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli u effettivi. Il-mekkaniżmi alternattivi eżistenti tar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti jistgħu jkunu ineffettivi wkoll għal bosta raġunijiet varji, fosthom in-nuqqas ta' medjaturi speċjalizzati u l-biża' ta' ritaljazzjoni li jkollhom l-utenti kummerċjali.

(4)  Barra minn hekk, in-natura tar-relazzjoni bejn l-utenti kummerċjali u s-servizzi tal-intermedjazzjoni online tista' twassal ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom l-utenti kummerċjali ta' spiss ikollhom possibbiltajiet limitati biex ifittxu rimedju meta l-azzjonijiet unilaterali tal-fornituri ta' dawk is-servizzi jwasslu għal tilwima F'ħafna każijiet, dawk il-fornituri ma joffrux sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli u effettivi. Il-mekkaniżmi alternattivi eżistenti tar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti jistgħu jkunu ineffettivi wkoll għal bosta raġunijiet varji, fosthom in-nuqqas ta' medjaturi speċjalizzati u l-biża' ta' ritaljazzjoni li jkollhom l-utenti kummerċjali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online, kif ukoll it-tranżazzjonijiet kummerċjali ffaċilitati minn dawk is-servizzi, għandhom importanza partikolari għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni fl-ekonomija ta' żmienna. Il-prattiki kummerċjali potenzjalment inġusti u dannużi ta' ċerti fornituri ta' dawk is-servizzi fir-rigward tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi jxekklu l-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal u jaffettwaw b'mod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Barra minn hekk, il-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal hi mxekkla, u l-funzjonament xieraq tas-suq intern hu affettwat ħażin minħabba liġijiet diverġenti ta' ċerti Stati Membri li jirregolaw dawn is-servizzi bi gradi differenti ta' effettività, filwaqt li Stati Membri oħrajn qed jikkunsidraw li jadottaw liġijiet bħal dawn.

(5)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online, kif ukoll it-tranżazzjonijiet iffaċilitati minn dawk is-servizzi, għandhom importanza partikolari għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni fl-ekonomija ta' żmienna. Il-prattiki kummerċjali potenzjalment inġusti u dannużi ta' ċerti fornituri ta' dawk is-servizzi, li jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi u n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' rimedju adegwati jxekklu l-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal u jaffettwaw b'mod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-possibbiltà li jfeġġu operaturi ġodda fis-suq. Barra minn hekk, il-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal hi mxekkla, u l-funzjonament xieraq tas-suq intern hu affettwat ħażin minħabba liġijiet diverġenti ta' ċerti Stati Membri li jirregolaw dawn is-servizzi bi gradi differenti ta' effettività, filwaqt li Stati Membri oħrajn qed jikkunsidraw li jadottaw liġijiet bħal dawn.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għalhekk jenħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti sett ta' regoli obbligatorji uniformi u mmirati biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern billi jkun żgurat, b'mod partikulari, li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollhom it-trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv mal-Unjoni kollha. Dawk ir-regoli jenħtieġ jipprovdu wkoll għal trasparenza xierqa fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta' siti web korporattivi fir-riżultati ġġenerati mill-magni tat-tiftix online. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ ikunu tali biex jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa' tal-pjattaformi online.

(6)  Għalhekk jenħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti sett ta' regoli obbligatorji uniformi u mmirati biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern billi jkun żgurat, b'mod partikulari, li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollhom it-trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv mal-Unjoni kollha. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll għal inċentivi sabiex tiġi promossa mġiba kummerċjali ġusta u proporzjonata u trasparenza xierqa, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta' siti web korporattivi fir-riżultati ġġenerati mill-magni tat-tiftix online, inklużi s-servizzi ta' assistenza vokali. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ ikunu tali li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa' tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ ikun japplika għall-fornituri ta' dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti f'xi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ ikunu stabbiliti fl-Unjoni. L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ ikunu stabbiliti fl-Unjoni. It-tieni nett, permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni. Dawn il-konsumaturi jenħtieġ ikunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta' xi Stat Membru. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament għal konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew għal persuni li mhumiex konsumaturi.

(7)  Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ ikun japplika għall-fornituri ta' dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti f'xi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ ikunu stabbiliti fl-Unjoni. It-tieni nett, permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni. F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan ikun ifisser li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online ddiriġew l-attivitajiet tagħhom lejn il-konsumaturi li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar, indipendentement minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Dawn il-konsumaturi jenħtieġ ikunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta' xi Stat Membru. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament għal konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew għal persuni li mhumiex konsumaturi. Ir-regoli tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni marbuta mal-għażla tal-liġi u mal-għażla tal-qorti kompetenti f'materja kuntrattwali ġew konċepiti fir-rigward ta' kuntratti kummerċjali tipiċi nnegozjati bir-reqqa bejn il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom. Huwa leċtu li dak li jkun jistaqsi sa liema punt dawn ir-regoli huma xierqa fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tal-ftehimiet għall-pjattaformi u, b'mod ġenerali, tal-ftehimiet fl-era diġitali. Din hija mistoqsija li ta' min tiġi eżaminata ulterjorment.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet kummerċjali bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi b'diversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta' ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiġu definiti b'mod preċiż u teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, is-servizzi jenħtieġ ikunu jikkonsistu f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni, fuq dak tal-utent kummerċjali, jew inkella offline. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ jingħataw abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali u bejn il-fornituri u l-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b'mod inekwivokabbli u verifikabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub.

(8)  Varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi b'diversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta' ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiġu definiti b'mod preċiż u teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, is-servizzi jenħtieġ ikunu jikkonsistu f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni, fuq dak tal-utent kummerċjali, jew inkella offline, jiġifieri li ma hemm l-ebda rekwiżit għall-ebda relazzjoni kuntrattwali bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi bħala prekundizzjoni għal servizz tal-intermedjazzjoni online fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Is-servizzi li fl-ambitu tagħhom il-faċilitazzjoni tal-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi għandha biss natura marġinali, li jfisser li, anki jekk f'numru limitat ta' każijiet ikun possibbli li s-servizz jiġi interpretat bħala li jkun iffaċilita l-bidu, tranżazzjoni diretta bejn ċerti utenti kummerċjali u l-konsumaturi, jenħtieġ li ma jkunu inklużi, peress li dan ma jkunx l-għan tas-servizz. Jekk is-servizzi jiffaċilitaw abitwalment tali tranżazzjonijiet, il-faċilitazzjoni tal-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti taf ma titqiesx ta' natura marġinali biss. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ jingħataw abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali u bejn il-fornituri u l-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b'mod inekwivokabbli u verifikabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub. Tali relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-konsumaturi jenħtieġ li titqies ukoll li teżisti f'każijiet li fihom is-servizzi jiġu pprovduti lill-konsumatur bil-forniment tad-data personali jew ta' data oħra mill-konsumatur.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Għalhekk eżempji ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, servizzi tal-applikazzjonijiet online u s-servizzi online tal-midja soċjali. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal għodod tas-servizzi tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji b'mod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta' prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati.

(9)  Għalhekk eżempji ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, servizzi tal-applikazzjonijiet software online bħal ħwienet online tal-applikazzjonijiet, is-servizzi ta' assistenza vokali, u s-servizzi online tal-midja soċjali. Jenħtieġ li r-Regolament japplika għal tali servizzi indipendentement minn żviluppi emerġenti jew futuri li jimmodifikaw il-profil teknoloġiku jew kummerċjali tagħhom, inkluża, pereżempju, l-interazzjoni tagħhom ma' sistemi operattivi software. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal għodod tas-servizzi tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji b'mod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta' prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  F'ċerti każijiet, tista' tkun ikkumplikata distinzjoni bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti mhux kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Tali distinzjoni hija importanti, peress li l-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi jenħtieġ li jkunu wkoll taħt obbligi aktar stretti fir-rigward tal-konsumaturi. F'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur1a, jenħtieġ li ma jkunx fid-diskrezzjoni tal-fornitur ta' servizz tal-intermedjazzjoni online li jiddistingwi jekk utent huwiex utent kummerċjali jew utent mhux kummerċjali. Bil-maqlub, l-utenti ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jesprimu jekk humiex utenti kummerċjali jew le, u fil-każ ta' utenti kummerċjali, jissodisfaw l-obbligi aktar stretti tagħhom fir-rigward tal-konsumaturi.

__________________

1a COM(2018)0185 final.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b)  Id-definizzjoni tas-servizzi operattivi anċillari jenħtieġ li tħaddan is-sistemi operattivi essenzjali għall-kontroll ta' apparat mobbli li huma kollegati mill-qrib ma' servizz tal-intermedjazzjoni online, fejn dan is-servizz tal-intermedjazzjoni online jikkontrolla l-kanal prinċipali li permezz tiegħu tista' tiġi installata l-applikazzjoni u l-iżvilupp u l-aġġornament tas-sistema operattiva huma fornuti jew kontrollati, indirettament jew direttament, mill-fornitur tas-servizz tal-intermedjazzjoni online kollegat. Din id-definizzjoni ta' sistemi operattivi anċillari jenħtieġ li tapplika lis-servizzi indipendentement minn żviluppi emerġenti jew futuri li jmmodifikaw il-profil teknoloġiku jew kummerċjali tagħhom, inkluż, pereżempju, l-użu tal-kontroll vokali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  B'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-fatt li l-pożizzjoni dipendenti tal-utenti kummerċjali ġiet osservata prinċipalment fir-rigward tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jservu ta' portal għall-konsumaturi bl-għamla ta' persuni fiżiċi, il-kunċett ta' konsumatur użati biex jiddelinja l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ jinftiehem bħala li jirreferi biss għall-persuni fiżiċi, li jkunu qed jaġixxu għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħhom.

(10)  B'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-fatt li l-pożizzjoni dipendenti tal-utenti kummerċjali ġiet osservata prinċipalment fir-rigward tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jservu ta' portal għall-konsumaturi bl-għamla ta' persuni fiżiċi, il-kunċett ta' konsumatur użati biex jiddelinja l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ jinftiehem bħala li jirreferi biss għall-persuni fiżiċi, li jkunu qed jaġixxu għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħhom. Għalhekk, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jillimitaw esklussivament ruħhom għal offerti diretti jew immirati ta' prodotti u servizzi minn negozji lil negozji oħra mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni għax m'hemmx konsegwenzi diretti għall-konsumaturi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal raġunijiet ta' konsistenza, id-definizzjoni ta' magna tat-tiftix online użata f'dan ir-Regolament jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni użata fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21.

(11)  Id-definizzjoni ta' magna tat-tiftix online użata f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun usa' mid-definizzjoni użata fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Meta dak li jkun iqis ir-ritmu mgħaġġel tal-innovazzjoni, id-definizzjoni jenħtieġ li tkun newtrali mil-lat teknoloġiku. B'mod partikolari, id-definizzjoni jenħtieġ li tinftiehem fis-sens li tħaddan ukoll ir-rikjesti vokali.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika meta t-termini u l-kundizzjonijiet ta' relazzjoni kuntrattwali, irrispettivament mill-isem jew l-għamla tagħhom, ma jkunux innegozjati individwalment mill-partijiet għalihom. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ikunux ġew innegozjati individwalment jew le jenħtieġ jiġi ddeterminat abbażi ta' valutazzjoni ġenerali, fejn il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu ġew innegozjati individwalment, minnu nnifsu, mhux deċiżiv.

(12)  Biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għat-termini u l-kundizzjonijiet ta' relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali, irrispettivament mill-isem jew l-għamla tagħhom.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jfornu jew jikkontrollaw servizzi jew software oħrajn, li f'ċerti każijiet jista' joffri l-possibbiltà li dak is-software jew dawk is-servizzi jintużaw biex jaħarbu mill-obbligi imposti minn dan ir-Regolament lill-fornituri ta' servizzi tal-intermediazzjoni online. Anki jekk ma jestendix għal dan is-software jew dawn is-servizzi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-rekwiżiti stabbiliti fih, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma jużawx dan is-software jew dawn is-servizzi biex jaħarbu mill-obbligi previsti għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Fl-ambitu ta' dan ir-Regolament il-kontroll jenħtieġ li jinftiehem skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, jiġifieri li jenħtieġ li l-kontroll ikun permezz ta' drittijiet, kuntratti, jew permezz ta' kull mezz ieħor li, separatament jew flimkien, fil-kuntest tal-fatti u tal-liġijiet involuti, jikkonferixxu l-possibbiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq l-impriża. Tali influwenza deċiżiva tista' tkun eżerċitata b'mod partikolari permezz ta' dritt ta' proprjetà fuq jew dritt ta' użu mill-assi kollha jew minn parti mill-assi ta' impriża, drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta' impriża.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' relazzjoni kuntrattwali jkunu jippermettu li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-użu, it-terminazzjoni u s-sospensjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u jiksbu l-prevedibbiltà fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ jitfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu, li jista' jinftiehem faċilment minn utent kummerċjali medju. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux li tfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu meta dawn ikunu vagi, mhux speċifiċi jew mingħajr ċertu dettall dwar kwistjonijiet kummerċjali importanti u għalhekk jonqsu milli jagħtu livell raġonevoli ta' prevedibbiltà lill-utenti kummerċjali fejn jidħlu l-aktar aspetti importanti tar-relazzjoni kuntrattwali.

(13)  Biex jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' relazzjoni kuntrattwali jkunu jippermettu li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-użu, it-temm u s-sospensjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u jiksbu l-prevedibbiltà fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ jitfasslu b'lingwaġġ ċar u intelliġibbli, li jista' jinftiehem faċilment minn utent kummerċjali medju. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux li tfasslu b'lingwaġġ ċar u intelliġibbli meta dawn ikunu vagi, mhux speċifiċi jew mingħajr ċertu dettall dwar kwistjonijiet kummerċjali importanti u għalhekk jonqsu milli jagħtu livell raġonevoli ta' prevedibbiltà lill-utenti kummerċjali fejn jidħlu l-aktar aspetti importanti tar-relazzjoni kuntrattwali. Barra minn hekk, lingwaġġ li huwa qarrieqi fl-għażla ta' formulazzjoni jenħtieġ li ma jitqiesx ċar u intelliġibbli.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Biex tkun żgurata mhux biss it-trasparenza iżda wkoll il-korrettezza fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom, jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali jkunu wkoll ġusti u proporzjonati meta dak li jkun iqis in-natura tal-attivitajiet tal-fornitur tas-servizz tal-intermedjazzjoni online u tal-utent kummerċjali. It-termini u l-kundizzjonijiet ma jkunux jitqiesu ġusti u proporzjonati meta, pereżempju, tali termini u kundizzjonijiet jiddevjaw bil-kbir mill-kondotta kummerċjali tajba fl-attività ekonomika partikolari li fiha joperaw is-servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ikunu kunfliġġenti mal-prinċipji ta' bona fede u tranżazzjoni ġusta. Fil-valutazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti ġenerali, jenħtieġ li l-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar iqisu wkoll in-natura u l-iskop tal-kuntratt, taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-użi u tal-prattiki tal-attività kummerċjali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Bil-għan li jkun żgurat li l-utenti kummerċjali jkollhom biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-post fejn il-prodotti jew is-servizzi tagħhom qegħdin jiġu kkummerċjalizzati u dwar min huma d-destinatarji ta' tali kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw it-trasparenza fil-konfront tal-utenti kummerċjali tagħhom fir-rigward ta' kwalunkwe mezz ieħor u programm affiljat potenzjali li s-servizz ta' intermedjazzjoni online jista' juża biex jikkummerċjalizza l-prodotti jew is-servizzi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista' tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kuntrattwali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kull bidla f'dawn it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali fi żmien perjodu ta' notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta' mill-inqas 15-il ġurnata. Jenħtieġ li dak il-perjodu ta' notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat b'mod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perjodu ta' notifika tkun toħroġ minn obbligu legali impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

(14)  Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista' tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kuntrattwali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kull bidla f'dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali fi żmien perjodu ta' notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta' mill-inqas 15-il ġurnata u mill-inqas 30 ġurnata fil-każijiet li fihom il-bidla teħtieġ lill-utenti kummerċjali jagħmlu adegwamenti tekniċi sinifikanti lill-prodotti jew lis-servizzi tagħhom biex jikkonformaw mal-bidla. Jenħtieġ li l-kunċett ta' bidla ma jkunx mifhum b'mod li jħaddan il-bidliet lit-termini u l-kundizzjonijie ta' natura purament amministrattiva, bħall-bidla ta' numru telefoniku jew ta' indirizz tal-fornitur. B'mod eċċezzjonali, jenħtieġ li il-perjodi ta' notifika ma jkunux japplikaw meta, u sal-punt li, l-utent kummerċjali kkonċernat jirrinunzja b'mod mhux ambigwu jew meta, u sal-punt li, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perjodu ta' notifika tkun toħroġ minn obbligu ġuridiku impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, u f'każijiet meta l-fornitur jaġixxi biex jindirizza perikli li jistgħu jagħmlu ħsara lis-servizz, lill-konsumaturi tagħhom jew lil utenti oħrajn jew joħolqulhom problemi ta' sigurtà, peress li, fid-dawl tad-diversità tal-kontenut li l-utenti kummerċjali jiddistribwixxu permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, jafu jinbtu perikli jew prattiki imprevisti b'modi li jirrikjedu azzjoni immedjata. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jtemmu l-ftehim tagħhom fi żmien 15-il ġurnata mill-wasla ta' notifika ta' kwalunkwe bidla li jqisu li tagħmillhom ħsara.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  B'mod ġenerali, il-preżentazzjoni ta' prodotti jew servizi ġodda lis-servizzi tal-intermedjazzjoni online min-naħa tal-utent kummerċjali jenħtieġ li titqies azzjoni affermattiva ċara. Madankollu, peress li f'ċerti każijiet il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jistgħu jeħtieġu tibdil sinifikanti min-naħa tal-utent kummerċjali biex jikkonforma ruħu mat-termini u l-kundizzjonijiet il-ġodda, jenħtieġ li l-utent kummerċjali ma jkunx obbligat iħalli l-prodotti u s-servizzi tiegħu mingħajr aġġornamenti, pereżempju tal-kontenut tas-servizzi, huwa u jipprepara biex jikkonforma ruħu mat-termini u l-kundizzjonijiet il-ġodda. Għaldaqstant, meta l-perjodu ta' notifika huwa ta' 30 ġurnata għax il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jeħtieġu lill-utenti kummerċjali jagħmlu adegwamenti tekniċi sinifikanti lill-prodotti jew lis-servizzi tagħhom, il-fatt li l-utent kummerċjali jippreżenta prodotti u servizzi ġodda jew jaġġornahom jenħtieġ li ma jitqiesx bħala rinunzja awtomatika għall-perjodu ta' notifika. Jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistenna li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jeħtieġu lill-utent kummerċjali jagħmel adegwamenti tekniċi sinifikanti meta, pereżempju, jitneħħew jew jiżdiedu karatteristiċi sħaħ tas-servizz tal-intermedjazzjoni online li għalihom l-utenti kummerċjali kellhom aċċess, jew meta l-utenti kummerċjali jistgħu jkollhom bżonn riprogrammazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi tagħhom biex ikunu jistgħu jkomplu joperaw fuq il-pjattaforma. Fil-każijiet li fihom lill-utenti kummerċjali jiġu notifikati fl-istess ħin b'aktar minn bidla waħda fit-termini u l-kundizzjonijiet, hija biss il-bidla li mistennija, raġonevolment, li tirrikjedi adegwamenti tekniċi sinifikanti min-naħa tal-utent kummerċjali li jenħtieġ li tkun suġġetta għall-perjodu ta' notifika ta' 30 ġurnata u għad-deroga tar-rinunzja awtomatika għall-perjodu ta' notifika.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali, jenħtieġ ikun possibbli li qorti kompetenti tistabbilixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi, ma jkunux vinkolanti fuq l-utent kummerċjali kkonċernat, b'effetti ex nunc. Iżda jenħtieġ li sejba bħal din minn qorti tkun tikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista' tfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta' aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perjodu ta' notifika stabbilit, jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri daqslikieku qatt ma eżistew b'effetti erga omnes u ex tunc.

(15)  Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali u biex tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt għaż-żewġ naħat, jenħtieġ li jkun possibbli li qorti kompetenti tistabbilixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi jkunu nulli u bla effett, b'effetti ex nunc. Iżda jenħtieġ li sejba bħal din minn qorti tkun tikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista' tfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta' aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perjodu ta' notifika stabbilit, jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri daqslikieku qatt ma eżistew b'effetti erga omnes u ex tunc.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jissospendi jew itemm, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għalihom. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u b'hekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. Barra minn hekk, li dan jeżiġi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandu jgħin biex tkun evitata jew rimedjata kwalunkwe tneħħija mhux intenzjonata ta' kontenut online provdut minn utent kummerċjali li l-fornitur ikun jidhirlu b'mod skorrett li hu kontenut illegali, b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/33422. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tidentifika r-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ tirreferi b'mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti li wasslu għal dik id-deċiżjoni.

(16)  Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew itemm, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Huwa jista' jkun ukoll taħt obbligu ġuridiku li jneħħi ċertu kontenut, jew li jissospendi, jillimita jew itemm il-forniment tas-servizzi tiegħu għalkollox jew parzjalment. Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ li jiġu mgħarrfa minn qabel b'mod adegwat dwar is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew it-temm, ħlief f'każijiet fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkun taħt obbligu ġuridiku li jissospendi, jillimita jew itemm is-servizzi tiegħu immedjatament. Jista' jkun hemm ukoll każijiet li fihom il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma jkollu l-obbligu ġuridiku li jtemm il-forniment tas-servizzi tiegħu, bħal fil-każ meta prodott jissejjaħ lura mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, iżda xorta għandu dubji raġonevoli f'dik li hija sigurtà ta' prodott jew servizz jew idoneità tiegħu għall-minuri nkella jissuspetta falsifikazzjoni jew frodi. F'tali każijiet, jenħtieġ li jkun possibbli għall-fornitur tas-servizz tal-intermedjazzjoni online li jaġixxi immedjatament biex jipproteġi lill-konsumaturi. Madankollu, f'dawn il-każijiet eċċezzjonali li fihom is-servizzi jistgħu jiġu sospiżi, limitati jew mitmuma immedjatament, jenħtieġ li, fi kwalunkwe każ, l-utent kummerċjali jingħata dikjarazzjoni tar-raġunijiet għas-sospensjoni, għal-limitazzjoni jew għat-temm. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u b'hekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. Barra minn hekk, li dan jeżiġi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandu jgħin biex tkun evitata jew rimedjata kwalunkwe tneħħija mhux intenzjonata ta' kontenut online provdut minn utent kummerċjali li l-fornitur ikun jidhirlu b'mod skorrett li hu kontenut illegali, b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/334. F'xi każijiet, id-deċiżjoni tal-fornitur ta' servizz tal-intermedjazzjoni online hija bbażata fuq notifiki minn partijiet terzi.Il-kompetituri jistgħu jabbużaw minn dawn in-notifiki. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/33422 tirrikjedi li tali notifiki jkunu preċiżi biżżejjed u sostanzjati b'mod xieraq sabiex il-fornitur ospitanti jkun jista' jieħu deċiżjoni informata u diliġenti fir-rigward tal-kontenut li miegħu hija relatata n-notifika. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li għalhekk jintalbu jgħaddu informazzjoni dwar il-kontenut tan-notifika lill-utent kummerċjali f'każijiet li fihom tittieħed deċiżjoni li jiġi sospiż, limitat jew mitmum il-forniment tas-servizzi tiegħu wara notifika minn parti terza, sabiex l-utent kummerċjali jkun jista' faċilment jirrifjuta notifki li bla dubju jkunu żbaljati. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tidentifika r-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ li tirreferi b'mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti li wasslu għal dik id-deċiżjoni, ħlief fil-każ li fih fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollu l-obbligu ġuridiku li ma jiddivulgahomx jew jista' juri li l-utent kummerċjali kkonċernat kiser ripetutament it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, b'hekk wassal għas-sospensjoni, għal-limitazzjoni jew għat-temm.

__________________

__________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta' fornituri differenti. Il-kunċett ta' parametri prinċipali jenħtieġ jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta' aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni, kif ukoll tal-effetti relattivi tagħhom. Jenħtieġ li b'din id-deskrizzjoni, l-utenti kummerċjali jifhmu sew kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online.

(17)  L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiddeskrivu l-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta' fornituri differenti. Fil-każijiet li fihom id-divulgazzjoni tal-parametri kollha li jinsabu fit-termini u l-kundizzjonijiet ma tkunx teknoloġikament possibbli jew iġġib magħha id-divulgazzjoni tal-ponderazzjoni tal-parametri individwali kollha, jenħtieġ li jkunu ppreżentati biss il-parametri prinċipali u r-raġunijiet tal-importanza relattiva tagħhom. Il-kunċett ta' parametri prinċipali jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta' aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar b'remunerazzjoni, kif ukoll tal-effetti relattivi tagħhom. Meta jkun qed juri r-riżultati, is-servizz tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiddivulga wkoll qrib ta' kull ikklassifikar jekk dan ikunx ġie influwenzat minn trattament differenzjat jew minn kwalunkwe remunerazzjoni diretta jew indiretta, jew minn relazzjoni ta' sjieda kuntrattwali jew diretta. Jenħtieġ li b'din id-deskrizzjoni, l-utenti kummerċjali jifhmu sew kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online. Skont il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jintalbu jagħtu lill-konsumaturi informazzjoni dwar il-parametri li jaffettwaw l-ikklassifikar. Filwaqt li jenħtieġ li l-informazzjoni offruta lill-konsumatur tkun ippreżentata f'mod ċar u li jinftiehem adatt għall-bżonnijiet tal-konsumatur, jenħtieġ li l-informazzjoni offruta lill-utent kummerċjali u lill-konsumatur tkun, f'kull eventwalità, biżżejjed simili biex tiżgura liż-żewġ partijiet li joffru u dawk li jfittxu prodott jew servizz ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati abbażi ta' tiftix trasparenti.

__________________

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Bl-istess mod, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta' dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web kollha indiċjati, inkluż dawk tal-utenti ta' siti web korporattivi kif ukoll ta' siti web oħrajn. Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ tippermetti li l-utenti ta' siti web korporattivi jifhmu aħjar jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt. Fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta' siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti. Biex tkun żgurata l-prevedibbiltà tal-utenti ta' siti web korporattivi, id-deskrizzjoni jenħtieġ ukoll tinżamm aġġornata, inkluż il-possibbiltà li kwalunkwe bidla fil-parametri prinċipali jenħtieġ tkun identifikabbli faċilment. Filwaqt li fl-ebda ċirkostanza, il-fornituri mhuma meħtieġa jiżvelaw xi sigriet kummerċjali kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 meta jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit li jiżvelaw il-parametri prinċipali tal-ikklassifikar, jenħtieġ li d-deskrizzjoni mogħtija tkun mill-inqas ibbażata fuq dejta attwali dwar ir-rilevanza tal-parametri tal-ikklassifikar użati.

(18)  Analogament, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta' dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web kollha indiċjati, inkluż dawk tal-utenti ta' siti web korporattivi kif ukoll ta' siti web oħrajn. Fil-każijiet li fihom id-divulgazzjoni tal-parametri kollha li jinsabu fit-termini u l-kundizzjonijiet ma tkunx teknoloġikament possibbli jew iġġib magħha id-divulgazzjoni tal-ponderazzjoni tal-parametri individwali kollha, jenħtieġ li jkunu ppreżentati biss il-parametri prinċipali u r-raġunijiet tal-importanza relattiva tagħhom. Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tippermetti li l-utenti ta' siti web korporattivi jifhmu aħjar jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt. Fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta' siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti. Biex tkun żgurata l-prevedibbiltà tal-utenti ta' siti web korporattivi, id-deskrizzjoni jenħtieġ ukoll li tinżamm aġġornata, inkluż il-possibbiltà li kwalunkwe bidla fil-parametri jenħtieġ tkun identifikabbli faċilment. Filwaqt li r-rekwiżit ta' divulgazzjoni tal-ikklassifikar tal-parametru jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, meta jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit li jiżvelaw il-parametri prinċipali tal-ikklassifikar, jenħtieġ li d-deskrizzjoni mogħtija tkun mill-inqas ibbażata fuq data attwali dwar ir-rilevanza tal-parametri tal-ikklassifikar użati. L-eżistenza ta' deskrizzjoni aġġornata tal-parametri prinċipali tkun ukoll ta' ġid tal-utenti tal-magna tat-tiftix online li mhumiex utenti ta' siti web korporattivi. F'xi każijiet, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu jiddeċiedu li jinfluwenzaw l-ikklassifikar f'każ speċifiku jew ineħħu sit web minn ikklassifikar abbażi ta' notifiki minn partijiet terzi. Għall-kuntrarju tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, minħabba n-nuqqas ta' xi relazzjoni kuntrattwali bejn il-partijiet, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma jistgħux ikunu mistennija jinnotifikaw lil utent ta' sit web korporattiv direttament dwar tneħħija mil-lista jew tibdil fl-ikklassifikar minħabba notifika. Madankollu, utent kummerċjali korporattiv jenħtieġ li jkun jista' jispezzjona n-notifika li tkun wasslet għat-tibdil fl-ikklassifikar jew għat-tneħħija mil-lista fil-każ speċifiku, billi jinvestiga l-kontenut tan-notifika f'bażi tad-data online aċċessibbli pubblikament. Dan jista' jgħin inaqqas l-abbużi potenzjali mill-kompetituri li jneħħu notifiki mil-lista.

__________________

__________________

23 Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Sabiex l-utenti kummerċjali jibbenefikaw mill-informazzjoni rigward il-parametri tal-ikklassifikar, ir-riżultati tal-ikklassifikar jenħtieġ li jirriflettu l-applikazzjoni reali u mhux arbitrarja ta' dawk il-parametri u l-importanza relattiva tal-parametri ddivulgati mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-fornitur ta' magni tat-tiftix online. Pereżempju, jekk bosta utenti kummerċjali jkunu f'sitwazzjoni komparabbli f'dawk li huma l-parametri li l-fornitur ikun iddivulga inkwantu parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikaw, jenħtieġ li jkunu jistgħu jantiċipaw l-ikklassifikar biex jirriflettu s-sitwazzjoni simili tagħhom fir-rigward ta' dawn il-parametri.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18b)  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online spiss jippermettu li l-ikklassifikar tar-riżultati tat-tiftix jiġi influwenzat minn forom ta' remunerazzjoni mħallsa minn utenti ta' siti web korporattivi. Dettalji ċari dwar tali prattika jenħtieġ li jsiru disponibbli pubblikament għall-utenti ta' siti web korporattivi u għall-konsumatrui sabiex jifhmu l-effetti tar-remunerazzjoni fuq l-ikklassifikar. Madankollu, ir-riżultati tat-tiftix li l-pożizzjoni tagħhom fl-ikklassifikar tkun ġiet influwenzata minn forom ta' pagament jenħtieġ li jiġu mmarkati b'mod ċar, sabiex b'hekk ikunu identifikabbli faċilment minn riżultati tat-tiftix oħra fejn ir-remunerazzjoni ma tkunx tħallset.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, li jaf ikun jagħti b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ ikun japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta' prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta' dawk is-servizzi.

(19)  Meta huwa l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-fornitur ta' magna tat-tiftix online stess li joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur, u dan jista' jagħti lill-fornitur inċentiv ekonomiku u l-kapaċità li juża l-kontroll tiegħu fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online u fuq il-magna tat-tiftix online biex jiggarantixxi lill-offerti tiegħu stess, jew lil dawk ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, vantaġġi tekniċi jew ekonomiċi li jista' jiċħad lill-utenti kummerċjali li jikkompetu miegħu. Din l-imġiba tista' tikkomprometti l-kompetizzjoni ġusta u tillimita l-possibbiltajiet ta' għażla tal-konsumaturi. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magna tat-tiftix online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, bħala settings predefiniti, b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Jenħtieġ li jitqies li l-prodotti jew is-servizzi ta' fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta' magni tat-tiftix online jikkompetu ma' dawk tal-utenti kummerċjali tiegħu jekk il-prodott jew is-servizz jista' jitqies interkambjabbli jew sostitwibbli mill-konsumaturi li jkunu qed jużaw is-servizz tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Madankollu, jenħtieġ li jkunu permessi trattamenti differenzjati ta' dan it-tip fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online biss jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' oġġettivament jiġġustifika dan it-trattament konformement mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-proporzjonalità, iċ-ċertezza tad-dritt u l-prinċipji ġenerali dedotti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, it-trattament differenzjat ma jridx ikun diskriminatorju fil-konfront tal-utenti kummerċjali l-oħra kollha li joffru prodotti jew servizzi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u it-trattament differenzjat ma għandux jimpedixxi lill-konsumaturi milli jibqgħu jagħżlu u jużaw il-prodotti u s-servizzi tal-preferenza tagħhom minn fost il-prodotti u s-servizzi li jikkompetu offruti permezz tas-servizz tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19b)  Ċerti prattiki jistgħu jiġu ttrattati b'mod konklużiv bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha. Dawn il-prattiki huma elenkati fl-Anness I ta' din il-proposta. L-Osservatorju tal-Pjattaformi tal-UE jenħtieġ li jagħmel monitoraġġ kontinwu tal-applikazzjoni u tal-effetti fuq is-suq ta' din il-lista ta' prattiki u jirrakkomanda aġġornamenti lill-Kummissjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-abbiltà ta' aċċess għad-dejta, u tal-użu tagħha, inkluż tad-dejta personali, tista' tippermetti l-ħolqien ta' valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-dejta, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista' tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-dejta attwali, jew ta' kategoriji tad-dejta, ħalli l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-dejta biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-dejta minn parti terza. Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-dejta personali jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.24

(20)  L-abbiltà ta' aċċess għad-data, u tal-użu tagħha, inkluż tad-data personali, tista' tippermetti l-ħolqien ta' valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-data, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista' tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-data attwali, jew ta' kategoriji tad-data, ħalli l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-data biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-data minn parti terza. Dan ir-Regolament jirrikjedi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkunu trasparenti dwar liema data jipprovdu lill-utenti kummerċjali tagħhom iżda ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit biex tiġi mxerrda data personali jew mhux personali lill-utenti kummerċjali, bl-eċċezzjoni ta' ċerta data relatata mal-valutazzjonijiet u mar-reċensjonijiet tal-utenti kummerċjali, li l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jistgħu jirċievu f'forma aggregata u anonima. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-ipproċessar tad-data personali jkun konformi mal-qafas ġuridiku dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, ir-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    32.

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  F'konformità mar-Regolament 2016/679, konsumatur għandu d-dritt li jirċievi d-data personali li tikkonċernah, li huwa pprovda lill-kontrollur, bħal pereżempju fornitur ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, f'format strutturat, li huwa użat b'mod komuni u li jinqara mill-magni, u għandu d-dritt li jittrażmetti dik id-data lil kontrollur ieħor, bħal pereżempju utent kummerċjali ta' fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20b)  Utenti kummerċjali jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni anonimizzata dwar ir-reputazzjoni tagħhom online, jiġifieri klassifikazzjonijiet u reċensjonijiet akkumulati ma' fornitur wieħed ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, bil-għan li l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu b'mod aktar ċar il-valur tad-ditta tagħhom u jkunu jistgħu jtejbu l-prestazzjoni tagħhom fuq il-pjattaforma online. Jenħtieġ li jiġu pprovduti għodod li jippermettu lill-utenti kummerċjali jiżviluppaw il-fehim tagħhom dwar ir-reputazzjoni tagħhom; b'hekk dan ikun jikkostitwixxi l-ewwel pass għal kompetizzjoni akbar bejn l-utenti kummerċjali, filwaqt li jingħata aċċess għal għażla usa' u aktar informata lill-konsumaturi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20(c)  Diversi awtoritajiet tal-kompetizzjoni kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-Unjoni fetħu investigazzjonijiet jew iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan fir-rigward ta' każijiet fejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online użaw il-pożizzjoni doppja tagħhom kemm bħala suq kif ukoll bħala negozju li joffri prodotti jew servizzi fl-istess suq biex jiksbu jew jabbużaw minn pożizzjoni dominanti. L-aċċess tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għad-data ġġenerata mit-tranżazzjonijiet ta' utent kummerċjali jista' jippermetti lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jikkompeti mal-utent kummerċjali abbażi ta' dik id-data. Sabiex tiġi żgurata l-korrettezza, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jitħalliex jiżvela d-data ġġenerata mit-tranżazzjonijiet ta' utent kummerċjali lil partijiet terzi għal skopijiet kummerċjali, inkluż fi ħdan l-istruttura korporattiva tiegħu stess, mingħajr il-kunsens tal-utent kummerċjali, ħlief f'każijiet fejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkun soġġett għal obbligu legali li jiżvela data ġġenerata minn tranżazzjonijiet ta' utent kummerċjali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'ċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta' mezzi oħra apparti permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. F'dawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, b'mod partikolari b'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet. Iżda jenħtieġ li dan l-obbligu tat-trasparenza ma jkunx jinftiehem li jaffettwa l-valutazzjoni tal-legalità ta' dawn ir-restrizzjonijiet skont atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni u prattiki kummerċjali inġusti, u l-applikazzjoni ta' dawn il-liġijiet.

(21)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jillimitawx il-kapaċità tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti jew bl-istess kundizzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online oħra. F'ċerti każijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi. F'dawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ li jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, b'mod partikolari b'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet u jiżguraw li r-restrizzjoni tkun proporzjonata. Madankollu, ir-restrizzjoni tal-kapaċità tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħra għajr permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, tista' tiġi pprojbita jew limitata mill-Istati Membri fir-regoli nazzjonali tagħhom adottati f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu sospensjoni jew waqfien milli jużaw is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta' rimedju aċċessibbli, immedjat u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti. Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ ikollha l-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew b'mod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti. Barra minn hekk, jekk ikun żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jippubblikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, dan jenħtieġ jgħin lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ta' kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.

(22)  Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta' rimedju xieraq, immedjat u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tal-ġestjoni tal-ilmenti. Din is-sistema interna tal-ġestjoni tal-ilmenti jenħtieġ li tkun trasparenti, abbażi tal-prinċipji ta' trattament indaqs u ta' nondiskriminazzjoni, u jkollha l-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew b'mod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jżommu fis-seħħ id-deċiżjoni li jkunu ħadu matul il-perjodu tal-ilment. Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tas-sistema interna tal-ġestjoni tal-ilmenti ma jippreġudikax id-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-utenti kummerċjali kkonċernati li jibdew proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin matul jew wara l-proċess tal-ġestjoni tal-ilment. Barra minn hekk, fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippubblikaw b'mod regolari informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tal-ġestjoni tal-ilmenti tagħhom, sabiex jgħinu lill-utenti kummerċjali jifhmu t-tipi ewlenin ta' kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment tas-servizzi differenti tal-intermedjazzjoni online u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta' flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, b'mod proporzjonat kull użu in mala fede ta' dawk is-sistemi min-naħa ta' ċerti utenti kummerċjali. Minbarra dan, f'każijiet oħrajn, għajr għal xi allegat nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti ma jkunux miftuħa għal ilmenti li jinvolvu biss effetti negattivi negliġibbli fuq l-utenti kummerċjali kkonċernati. Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kull fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25.

(23)  Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mas-sistemi interni tal-ġestjoni tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta' flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, b'mod proporzjonat kull użu in mala fede ta' dawk is-sistemi min-naħa ta' ċerti utenti kummerċjali. Minbarra dan, f'każijiet oħrajn, għajr għal xi allegat nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-sistemi interni tal-ġestjoni tal-ilmenti ma jkunux miftuħa għal ilmenti li jinvolvu biss effetti negliġibbli fuq l-utenti kummerċjali kkonċernati. Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kull fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25.

__________________

__________________

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a)  L-użu tal-kelma "interna" jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala li tipprevjeni d-delega tas-sistema interna tal-ġestjoni tal-ilmenti lil fornitur ta' servizzi estern jew lil struttura korporattiva oħra, dment li l-operatur ikollu awtorità sħiħa u l-kapaċità li jiżgura l-konformità tas-sistema interna tal-ġestjoni tal-ilmenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim b'mod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiffaċilitaw il-medjazzjoni, b'mod partikolari, minn medjaturi identifikati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom. Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta' dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħad lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom bid-dritt tal-Unjoni jew bil-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u s-sigrieti kummerċjali. Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista' jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti.

(24)  Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim b'mod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, b'mod partikolari, billi jidentifikaw medjaturi li magħhom huma disposti jimpenjaw ruħhom. Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta' dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħad lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom bid-dritt tal-Unjoni jew bid-dritt tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali. Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista' jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, il-medjaturi identifikati kollha jenħtieġ li jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti. Jenħtieġ li l-medjaturi jiġu mħeġġa jsolvu t-tilwim hekk kif ikun prattiku b'mod raġonevoli.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ ikollhom proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-medjatur jenħtieġ jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli f'dak il-każ individwali. Iżda jenħtieġ li dan il-proporzjon ma jkun qatt inqas min-nofs dawk l-ispejjeż.

(25)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dan il-għan, il-medjatur jenħtieġ li jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli f'dak il-każ individwali. Madankollu, fir-rigward tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, jenħtieġ li dan il-proporzjon ma jkun qatt inqas min-nofs dawk l-ispejjeż, għajr meta l-medjatur jiddetermina li l-utent kummerċjali li ppreżenta l-każ ma jkunx aġixxa in bona fede.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Peress li jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkunu dejjem meħtieġa jidentifikaw il-medjaturi li magħhom huma disposti jimpenjaw ruħhom, u jenħtieġ li jkunu obbligati jidħlu f'medjazzjoni in bona fede, l-obbligu ta' medjazzjoni jenħtieġ li jkun stabbilit b'tali mod li jimpedixxi l-abbuż tas-sistema ta' medjazzjoni min-naħa tal-utenti kummerċjali. Bħala tali, jenħtieġ li l-utenti kummerċjali jkunu obbligati jidħlu f'medjazzjoni in bona fede. Barra minn hekk, meta utent kummerċjali jkun ippreżenta bosta każijiet ripetuti li ma wasslux għal riżoluzzjoni tat-tilwima, jew meta utent kummerċjali jippreżenta każ dwar suġġett li fir-rigward tiegħu jkun preċedentement aġixxa in mala fede fil-proċess ta' medjazzjoni, jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma jkunx obbligat, f'dawn il-każijiet eċċezzjonali, jidħol f'medjazzjoni mal-imsemmi utent kummerċjali. Din is-sitwazzjoni eċċezzjonali jenħtieġ li ma tillimitax il-possibbiltà tal-utent kummerċjali li jippreżenta każ għal medjazzjoni meta, kif iddeterminat mill-medjatur, is-suġġett tal-medjazzjoni mhuwiex relatat mal-każijiet preċedenti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Biex teħfief ir-riżoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jużaw il-medjazzjoni fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tinkoraġġixxi t-twaqqif ta' organizzazzjonijiet speċjalizzati tal-medjazzjoni, li bħalissa huma neqsin. Jenħtieġ li l-involviment tal-medjaturi b'għarfien speċjalizzat fis-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online kif ukoll fis-setturi speċifiċi tal-industrija li fi ħdanhom jiġu pprovduti dawk is-servizzi, iżid il-fiduċja taż-żewġ partijiet fil-proċess tal-medjazzjoni u jżid il-probabbiltà li l-proċess iwassal għal eżitu mingħajr dewmien, ġust u sodisfaċenti.

(26)  Sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online permezz tal-medjazzjoni fl-Unjoni, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jenħtieġ li tinkoraġġixxi t-twaqqif ta' organizzazzjonijiet speċjalizzati tal-medjazzjoni, li bħalissa huma neqsin. Jenħtieġ li l-involviment tal-medjaturi b'għarfien speċjalizzat fis-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online kif ukoll fis-setturi speċifiċi tal-industrija li fi ħdanhom jiġu pprovduti dawk is-servizzi, iżid il-fiduċja taż-żewġ partijiet fil-proċess tal-medjazzjoni u jżid il-probabbiltà li l-proċess iwassal għal eżitu mingħajr dewmien, ġust u sodisfaċenti.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Minħabba diversi fatturi, bħal mezzi finanzjarji limitati, il-biża' ta' ritaljazzjoni u l-għażla esklussiva ta' liġijiet u d-dispożizzjonijiet tal-forum fit-termini u l-kundizzjonijiet, tista' tiġi limitata l-effikaċja tal-possibbiltajiet eżistenti ta' rimedju ġudizzjarju, b'mod partikolari dawk li jeħtieġu li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jaġixxu individwalment u b'mod identifikabbli. Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta' siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri jenħtieġ jingħataw il-possibbiltà li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali. Jenħtieġ li azzjoni bħal din quddiem il-qrati nazzjonali jkollha l-għan li twaqqaf jew tipprojbixxi każijiet ta' ksur tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u li tevita dannu futur li jista' jxekkel ir-relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Biex ikun żgurat li dawn l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet jeżerċitaw dak id-dritt b'mod effettiv u kif xieraq, dawn jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji. Meta jitqies l-istatus partikolari tal-korpi pubbliċi rilevanti fl-Istati Membri fejn dawn il-korpi jkunu ġew stabbiliti, jenħtieġ jintalab biss li dawn ikunu speċifikament responsabbli, skont ir-regoli rilevanti tal-liġi nazzjonali, biex iressqu dawn l-azzjonijiet fl-interess kollettiv tal-partijiet konċernati jew fl-interess ġenerali, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu applikati dawk il-kriterji għal dawn il-korpi pubbliċi. Jenħtieġ li kull azzjoni bħal din bl-ebda mod ma taffettwa d-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi li jieħdu azzjoni ġudizzjarja fuq bażi individwali.

(27)  Minħabba diversi fatturi, bħal mezzi finanzjarji limitati, il-biża' ta' ritaljazzjoni u l-għażla esklussiva ta' liġijiet u d-dispożizzjonijiet tal-forum fit-termini u l-kundizzjonijiet, tista' tiġi limitata l-effikaċja tal-possibbiltajiet eżistenti ta' rimedju ġudizzjarju, b'mod partikolari dawk li jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jaġixxu individwalment u b'mod identifikabbli. Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta' siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali. Jenħtieġ li azzjoni bħal din quddiem il-qrati nazzjonali jkollha l-għan li twaqqaf jew tipprojbixxi każijiet ta' ksur tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u li tipprevjeni dannu futur li jista' jimmina r-relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli fl-ekonomija tal-pjattaformi online, inkluż dawk li jirrigwardjaw lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi. Biex ikun żgurat li dawn l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet jeżerċitaw dak id-dritt b'mod effettiv u kif xieraq, dawn jenħtieġ li jissodisfaw ċerti kriterji, b'mod partikolari dawk relatati mat-trasparenza tal-finanzjament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu rikjesti joħolqu jew jinnominaw dawn il-korpi pubbliċi. Fir-rigward tal-korpi pubbliċi rilevanti, jenħtieġ jintalab biss li dawn ikunu speċifikament responsabbli, skont ir-regoli rilevanti tad-dritt nazzjonali, biex iressqu dawn l-azzjonijiet fl-interess kollettiv tal-partijiet konċernati jew fl-interess ġenerali, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu applikati dawk il-kriterji għal dawn il-korpi pubbliċi. Jenħtieġ li kull azzjoni bħal din bl-ebda mod ma taffettwa d-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi li jieħdu azzjoni ġudizzjarja fuq bażi individwali.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a)  F'ċerti każijiet, il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament se jirrikjedi infurzar rapidu u flessibbli. Il-korpi tal-infurzar stabbiliti jew nominati mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament b'mod adegwat u effikaċi. Il-korpi tal-infurzar jenħtieġ li jkunu stabbiliti flimkien mal-proċedura għal proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi, assoċjazzjonijiet jew korpi pubbliċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Id-deċiżjonijiet magħmula mill-korpi tal-infurzar jistgħu jiġu kkontestati fi proċedimenti ġudizzjarji skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27b)  Monitoraġġ mill-qrib tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa neċessarju. L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet nazzjonali biex jitolbu l-informazzjoni rilevanti, li hija meħtieġa għall-monitoraġġ u l-infurzar ta' dan ir-Regolament, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-magni tat-tiftix online. L-informazzjoni miġbura minn dawn l-awtoritajiet jenħtieġ li tingħata lill-Kummissjoni u lill-Osservatorju tal-UE dwar il-Pjattaformi tal-UE meta ssir talba f'dan ir-rigward.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a)  Għal raġunijiet ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont, u minħabba r-rwol u l-kompiti previsti, jenħtieġ li l-Osservatorju tal-UE dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online jingħata rwol fl-ambitu ta' dan ir-Regolament lil hinn mill-istabbiliment tiegħu bħala grupp ta' esperti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2018)2393. L-Osservatorju jenħtieġ li jissodisfa l-kompiti mogħtija lilu f'dan ir-Regolament b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku, u għal dan l-għan, il-membri tiegħu jenħtieġ li jkunu jikkonsistu minn firxa wiesgħa ta' esperti indipendenti li jkunu taw prova tal-kompetenza u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tal-ekonomija tal-pjattaformi online.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza dan ir-Regolament minn żmien għal żmien, b'mod partikolari bil-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal tibdil fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti.

(29)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza dan ir-Regolament minn żmien għal żmien u tissorvelja mill-qrib l-effetti tiegħu fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, b'mod partikolari bil-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal tibdil fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti, u b'segwitu għall-evalwazzjoni, tieħu l-miżuri meħtieġa. Peress li fis-snin li ġejjin is-settur se jkun qiegħed jiżviluppa b'ritmu mgħaġġel, jista' jkun opportun li jingħata segwitu għal dan ir-Regolament permezz ta' leġiżlazzjoni ulterjuri u li tkun aktar preskrittiva meta u jekk id-dispożizzjonijiet relatati mat-trasparenza u l-korrettezza stabbiliti f'dan ir-Regolament juru li mhumiex biżżejjed biex jittrattaw l-iżbilanċi futuri u l-prattiki kummerċjali żleali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent kummerċjali online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(31)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent kummerċjali online ċar, ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jixraq jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ ma jkunx jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji.

(32)  Jixraq jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunx jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli fl-oqsma bħal pereżempju l-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji, u ma jippreġudikax ir-regoli nazzjonali li, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, jirregolaw il-prattiki kummerċjali żleali.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta' siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta' siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza, korrettezza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta' dawk is-servizzi.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta' dawk is-servizzi u irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  L-obbligi stabbiliti fuq il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online f'dan ir-Regolament għandhom jappplikaw għall-fornituri ta' sistemi operattivi anċillari meta sistema operattiva minnha nnifisha taġixxi bħala servizz tal-intermedjazzjoni online skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2).

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 b.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta' pagament online jew għal għodod tas-servizzi tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 c.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni, u għar-regoli nazzjonali li, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, jirregolaw il-prattiki kummerċjali żleali.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(1)  "utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha, inklużi l-individwi li personalment jaġixxu bħala kummerċjanti permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(b)  ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet, sakemm is-servizz ta' faċilitazzjoni għall-bidu ta' tranżazzjonijiet bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi mhuwiex ta' natura marġinali;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  "sistemi operattivi anċillari" tfisser software, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

a)  is-sistema operattiva anċillari tiżgura t-tħaddim bażiku ta' apparat portabbli jew ta' speaker konness;

b)  hija marbuta mill-qrib ma' servizz tal-intermedjazzjoni online li jikkontrolla l-kanal prinċipali li permezz tiegħu l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu installati fuq is-sistema operattiva;

c)  l-iżvilupp u l-aġġornament tas-sistema operattiva huma fornuti jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollegat;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b)  "fornituri tas-sistemi operattivi anċillari" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, sistemi operattivi anċillari;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li permezz tiegħu isir tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha jew tas-siti web b'lingwa partikolari abbażi ta' rikjesta dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta' kelma muftieħ, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura links ta' fejn tista' tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(5)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li permezz tiegħu jiddaħlu rikjesti u jsir tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha jew tas-siti web b'lingwa partikolari abbażi ta' rikjesta dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta' kelma muftieħ, rikjesti bil-leħen, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura output ta' fejn tista' tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "utent ta' sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-siti web biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(7)  "utent ta' sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kull software, inklużi siti web u applikazzjonijiet għall-apparati mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti lill-konsumaturi minn utenti kummerċjali permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew għal siti web indiċjati għall-konsumaturi permezz ta' magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati lil dawk il-konsumaturi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(8)  "ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti lill-konsumaturi minn utenti kummerċjali permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew għal siti web indiċjati permezz ta' magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu, kundizzjoni, klawsola u informazzjoni oħra, irrispettivament mill-isem jew il-forma, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom, u huma determinati b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(10)  "termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu, kundizzjoni, klawsola u informazzjoni oħra, irrispettivament mill-isem jew il-forma, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  "prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumatur qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online flimkien u b'mod komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizz tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10b)  "medjazzjoni" tfisser kwalunwe proċess strutturat kif definit fil-Artikolu 3(a) tad-Direttiva (UE) 2008/52 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10c)  "Osservatorju tal-UE dwar il-Pjattaformi" tfisser l-Osservatorju tal-UE dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2a

Obbligi kontra ċ-ċirkomvenzjoni

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma għandhomx jużaw l-ebda software jew servizz, inklużi sistemi operattivi anċillari, li jipprovdu jew jikkontrollaw huma stess, biex jiċċirkomvenzjonaw l-obbligi stabbiliti fuq il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni f'dan ir-Regolament.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  jinkludu biss klawżoli ġusti u proporzjonati;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jitfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;

(a)  jitfasslu b'lingwaġġ ċar u intelliġibbli;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jistabbilixxu r-raġunijiet oġġettivi għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

(c)  jistabbilixxu r-raġunijiet mhux diskriminatorji għad-deċiżjonijiet li jissospendu, jitterminaw jew jimponu xi tip ta' restrizzjoni oħra fuq, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe kanali ta' distribuzzjoni addizzjonali u programmi affiljati potenzjali li permezz tagħhom il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jiddistribwixxi prodotti u servizzi offruti mill-utent kummerċjali;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  jinkludu informazzjoni ġenerali dwar l-effetti tat-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-termini u l-kundizzjonijiet, jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu vinkolanti fuq l-utent kummerċjali kkonċernat meta qorti kompetenti ssib nuqqas ta' konformità bħal dan.

2.  It-termini u l-kundizzjonijiet, jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 għandhom ikunu nulli u bla effett meta qorti kompetenti ssib nuqqas ta' konformità bħal dan.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw lill-utenti kummerċjali kkonċernati kull bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw fuq mezz durabbli lill-utenti kummerċjali kkonċernati kull bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bidliet maħsuba ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perjodu ta' notifika għandu jkun ta' mill-inqas 15-il ġurnata li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet maħsuba.

Il-bidliet ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perjodu ta' notifika għandu jkun ta' mill-inqas 15-il ġurnata li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet. Meta l-bidliet jirrikjedu li l-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti lill-prodotti jew lis-servizzi tiegħu, dan il-perjodu għandu jkun ta' mill-inqas 30 ġurnata. L-utent kummerċjali għandu jkun jista' jittermina l-ftehim tiegħu fi żmien 15-il ġurnata minn meta jirċievi n-notifika, fejn tali bidliet jagħmlu ħsara lill-utent kummerċjali.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul il-perjodu tan-notifika ta' 15-il ġurnata, il-preżentazzjoni ta' prodotti jew servizzi ġodda jew l-aġġornament tagħhom fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandha titqies bħala azzjoni affermattiva ċara ta' rinunzja għall-perjodu ta' notifika.

F'każijiet fejn il-perjodu ta' notifika huwa ta' 30 ġurnata għax il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jeħtieġu lill-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti lill-prodotti jew lis-servizzi tiegħu, il-fatt li l-utent kummerċjali jippreżenta prodotti u servizzi ġodda jew jaġġornahom ma għandux jitqiesx bħala rinunzja awtomatika għall-perjodu ta' notifika.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikun soġġett għal obbligu legali li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu b'mod li ma jippermettilux jirrispetta l-perjodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.  Il-perjodi ta' notifika stabbiliti fil-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)  ikun soġġett għal obbligu legali li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu b'mod li ma jippermettilux jirrispetta l-perjodi ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3;

(b)  jindirizza periklu mhux previst u imminenti li jista' jagħmel ħsara jew joħloq problemi ta' sigurtà għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, lill-konsumaturi tagħhom jew utenti oħra, inkluż b'rabta ma' frodi, malware, spam, ksur tad-data u riskji oħra taċ-ċibersigurtà.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li l-marka attribwita lill-utenti kummerċjali u lill-prodotti jew is-servizzi tagħhom tkun tista' tingħaref matul il-proċess tal-intermedjazzjoni kollu.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sospensjoni u terminazzjoni

Sospensjoni, restrizzjonijiet u terminazzjoni

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jissospendi jew jittermina, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, mingħajr dewmien żejjed, b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

1.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jissospendi, jirrestrinġi jew jittermina, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jinforma lill-utent kummerċjali kkonċernat mill-inqas 15-il ġurnata qabel l-implimentazzjoni ta' tali deċiżjoni, u jagħti lill-utent kummerċjali dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta:

(a)  fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkun soġġett għal obbligu legali li jissospendi, jirrestrinġi jew jittermina, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari;

(b)  fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi biex jipproteġi lill-konsumaturi abbażi ta' dubju dettat mir-raġuni fir-rigward ta' kontenut illeċitu, is-sikurezza ta' prodott jew servizz, il-kontrafazzjoni, il-frodi, jew l-adegwatezza tal-prodott jew is-servizz għall-minuri;

(c)  fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fis-sospensjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tiegħu.

F'dawn il-każijiet, l-utent kummerċjali għandu jingħata minnufih dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c).

2.  Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 1a għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll referenza għar-raġuni jew ir-rasġunijiet mhux diskriminatorji applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c). Meta s-sospensjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tirriżulta minn notifika ta' parti terza, il-kontenut ta' din in-notifika għandu jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika f'każijiet fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkun soġġett għal obbligu legali li ma jipprovdix l-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fis-sospensjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tiegħu.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 b.  It-terminazzjoni, ir-restrizzjoni u s-sospensjoni, fejn ikun possibbli u proporzjonat, għandhom jiġu ppreċeduti minn notifika u mill-opportunità li tiġi ċċarata jew stabbilita mill-ġdid il-konformità. Meta s-sospensjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tkun ibbażata fuq ksur tat-termini u tal-kundizzjonijiet li jkun jista' jiġi rettifikat u li ma twettaqx in mala fede, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jfittex li jdaħħal lura lill-utent kummerċjali malli n-nuqqas ta' konformità jiġi rettifikat. Meta s-sospensjoni jew t-terminazzjoni tinstab li tkun żbaljata, l-utent kummerċjali għandu jiddaħħal lura mingħajr dewmien u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal qabel is-sospensjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma' parametri oħra.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri. Meta d-divulgazzjoni tal-parametri kollha li jinsabu fit-termini u l-kundizzjonijiet ma tkunx teknoloġikament possibbli jew iġġib magħha id-divulgazzjoni tal-ponderazzjoni tal-parametri individwali kollha, għandhom ikunu ppreżentati biss il-parametri prinċipali u r-raġunijiet tal-importanza relattiva tagħhom.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li l-ikklassifikar jirrifletti l-applikazzjoni mhux arbitrarja tal-parametri tal-ikklassifikar żvelati u tal-importanza relattiva tagħhom.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta dawk il-parametri prinċipali jkunu jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, dak il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jinkludi wkoll fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu deskrizzjoni ta' dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta' din ir-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar.

Meta dawk il-parametri jkunu jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, dak il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jinkludi wkoll fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu deskrizzjoni ta' dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta' din ir-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun qed juri r-riżultati, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jiżvela qrib ta' kull klassifikar jekk u sa liema punt dan ikunx ġie influwenzat minn trattament differenzjat, jew minn kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta, jew minn relazzjonijiet ta' sjieda kuntrattwali jew diretta.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar, għall-utenti ta' siti web korporattivi, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ ċar u intelliġibbli dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata. Meta d-divulgazzjoni tal-parametri kollha li jinsabu fit-termini u l-kundizzjonijiet ma tkunx teknoloġikament possibbli jew iġġib magħha id-divulgazzjoni tal-ponderazzjoni tal-parametri individwali kollha, għandhom ikunu ppreżentati biss il-parametri prinċipali u r-raġunijiet tal-importanza relattiva tagħhom.

Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jiżguraw li l-ikklassifikar jirrifletti l-applikazzjoni mhux arbitrarja tal-parametri tal-ikklassifikar żvelati u tal-importanza relattiva tagħhom.

Meta l-parametri prinċipali jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali jew mill-utenti ta' siti web korporattivi lill-fornitur rispettiv, dak il-fornitur għandu jistabbilixxi wkoll deskrizzjoni ta' dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta' tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar.

Meta jkun qed juri r-riżultati, il-fornitur tal-magna tat-tiftix online għandu jiżvela qrib ta' kull ikklassifikar jekk u sa liema punt dan ikunx ġie influwenzat minn trattament differenzjat, inklużi l-pożizzjonament u l-viżwalizzazzjoni differenzjati, jew minn rimunerazzjoni diretta jew indiretta, jew minn relazzjonijiet ta' sjieda kuntrattwali jew diretta.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  Meta fornitur ta' magna tat-tiftix online jkun biddel l-ordni tal-ikklassifikar f'każ speċifiku jew neħħa mil-lista sit web partikolari wara notifika ta' parti terza, il-fornitur għandu joffri l-possibbiltà biex l-utent ta' sit web korporattiv jispezzjona l-kontenut tan-notifika f'bażi ta' data online disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw xi sigrieti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/943.

4.  Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw informazzjoni li b'ċertezza raġonevoli tirriżulta li tippermetti li l-konsumaturi jiġu mqarqa permezz tal-manipulazzjoni tar-riżultati tat-tiftix. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4 a.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu u l-infurzar tagħhom, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rekwiżiti tat-trasparenza stabbiliti f'dan l-Artikolu permezz ta' linji gwida

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Prodotti u servizzi anċillari

1.  Meta prodotti u servizzi anċillari, inkluż prodotti finanzjarji, huma offruti lill-konsumaturi permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew minn partijiet terzi, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom idaħħlu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom deskrizzjoni tat-tip ta' prodotti u servizzi anċillari li huma offruti u deskrizzjoni dwar jekk u taħt liema kundizzjonijiet utenti kummerċjali huma awtorizzat li joffri l-prodotti u s-servizzi anċillari tagħhom permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

2.  Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu fuq talba ta' utent kummerċjali jipprovdi lista tas-servizzi u l-prodotti anċillari offruti li huma komplementari u addizzjonali għall-prodotti jew is-servizzi offruti mill-utent kummerċjali. Fil-mument li fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffru l-prodotti u s-servizzi anċillari, huma għandhom jiżvelaw b'mod ċar u viżibbli min jipprovdi l-prodotti u s-servizzi anċillari.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward, minn naħa, tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta' dawk il-magni tat-tiftix online minn dak il-fornitur stess jew minn kwalunkwe utent ta' sit web korporattiv ikkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, ta' utenti ta' siti web korporattivi oħra.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri mill-anqas, meta applikabbli, kull trattament differenzjat permezz ta' miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew bl-imġiba tiegħu, relatati ma' xi waħda minn dawn li ġejjin:

2.  Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandha tkopri mill-inqas, meta applikabbli, kull trattament differenzjat permezz ta' miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornitur ta' magna tat-tiftix online, jew bl-imġiba tagħhom, relatati ma' xi waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali li dak il-fornitur jikkontrolla, jista' jkollhom għal xi dejta personali jew dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi;

(a)  l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali li dak il-fornitur jikkontrolla, jista' jkollhom għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali, l-utenti ta' sit web korporattiv jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-ikklassifikar;

(b)  l-ikklassifikar u settings ikkonfigurati minn qabel tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew minn dak il-fornitur innifsu jew minn kwalunkwe utent kummerċjali li dak il-fornitur jikkontrolla u, min-naħa l-oħra, ta' utenti kummerċjali oħra;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kull rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online ikkonċernat;

(c)  kull rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online kkonċernati jew kwalunkwe servizz anċillari, u kull vantaġġ tekniku jew ekonomiku li ma jingħatax lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta' siti web korporattivi kollha;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-aċċess għal servizzi, jew il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom, li huma konnessi direttament jew anċillari għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati.

(d)  l-aċċess għal servizzi jew funzjonalitajiet, jew il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom, li huma konnessi direttament jew anċillari għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew għall-magni tat-tiftix online kkonċernati.

__________________

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jitrattaw prodotti jew servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online mill-fornitur innifsu jew minn kull utent kummerċjali li, minn naħa l-waħda jforni kontrolli, u min-naħa l-oħra, l-prodotti jew is-servizzi li jikkompetu offruti permezz tas-servizz tal-intermedjazzjoni online mill-utenti kummerċjali oħrajn, bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni, sakemm tali trattament differenzjat ma jiġix applikat b'mod mhux diskriminatorju bejn l-utenti kummerċjali l-oħrajn kollha u jkun jista' jiġi ġġustifikat oġġettivament b'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Kull trattament differenzjat ma għandux ixekkel il-possibbiltà li l-konsumaturi jaċċedu u jużaw prodotti u servizzi tal-għażla tagħhom minn fost dawk offruti permezz tas-servizz tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Prattiki kummerċjali inġusti

Fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online ma għandhomx jipparteċipaw fi prattiki kummerċjali inġusti kif elenkati fl-Anness I. Din il-lista għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni jew għal dritt nazzjonali ieħor li l-Istati Membri japplikaw f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-obbligi tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jirriżultaw minn tali dritt.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  Il-fornituri ta' magni ta' tiftix online għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni, li tkun disponibbli fuq il-magni ta' tiftix online ta' dawk il-fornituri, dwar l-aċċess tekniku, jew in-nuqqas tiegħu, minn utenti kummerċjali għal xi data personali jew data oħra, jew għat-tnejn li huma, li l-utenti ta' siti web korporattivi jew il-konsumaturi jfornu għall-użu tal-magni tat-tiftix online jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bid-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinfurmaw lill-utenti kummerċjali kif xieraq mill-inqas dwar dawn li ġejjin:

2.  Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew 1a, stabbilita mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri ta' magni ta' tiftix online għandha tkun adegwata biżżejjed biex l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi, mill-anqas jiġu informati dwar dawn li ġejjin:

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta' dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, u jekk iva għal liema kategoriji ta' dik id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(a)  jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-fornitur ta' magna tat-tiftix online għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jew il-konsumaturi jfornu għall-użu ta' dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, u jekk iva għal liema kategoriji ta' dik id-data u b'liema kundizzjonijiet;

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali b'rabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(b)  jekk utent kummerċjali jew utent ta' sit web korporattiv għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, fornuta minn dak l-utent kummerċjali jew mill-utent ta' sit web korporattiv, b'rabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali jew lil utent ta' sit web korporattiv, u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-data u b'liema kundizzjonijiet;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk, minbarra l-punt (b), utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż f'forma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet.

(c)  jekk, minbarra l-punt (b), utent kummerċjali jew utent ta' sit web korporattiv għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż f'forma aggregata, fornuta jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta' siti web korporattivi u lill-konsumaturi kollha tagħhom, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-data u b'liema kundizzjonijiet.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  L-utenti kummerċjali għandu jkollhom id-dritt li jirċievu klassifikazzjonijiet u reċensjonijiet anonimizzati, jew kwalunkwe data anonimizzata u aggregata oħra relatata mal-klassifikazzjonijiet u mar-reċensjonijiet dwar is-servizz tal-intermedjazzjoni online, irrispettivament minn jekk ikunux huma stess li fornew din id-data lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, f'format strutturat, li jintuża normalment u li jista' jinqara mill-magni.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 b.  Il-fornitur tas-servizz tal-intermedjazzjoni online m'għandux, għal finijiet kummerċjali, jiżvela lill-partijiet terzi, inkluż fi ħdan l-istruttura korporattiva tagħhom, data ġġenerata mit-tranżazzjonijiet ta' utent kummerċjali mingħajr il-kunsens espliċitu tal-utent kummerċjali. Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikun soġġett għal obbligu ġuridiku li jitolbu jiddivulga d-data ġġenerata mit-tranżazzjonijiet ta' utent kummerċjali.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 c.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 8 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma għandhomx jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi taħt kundizzjonijiet differenti jew taħt l-istess kundizzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online oħra.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  Għal kull restrizzjoni oħra biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħrajn minn dawk ipprojbiti fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi taħt kundizzjonijiet differenti permezz ta' modalitajiet oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jaraw li dawk ir-raġunijiet ikunu disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u għandhom ikunu ġustifikati minn interess leġittimu tal-fornitur.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta' regoli oħrajn tal-Unjoni jew ta' regoli nazzjonali li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

2.  L-Istati Membri, fir-regoli nazzjonali tagħhom adottati f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, jistgħu jipprojbixxu jew jillimitaw ir-restrizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1a jew restrizzjonijiet oħrajn, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment għall-utenti kummerċjali. Din għandha tippermettilhom iressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat b'rabta ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u mingħajr ħlas għall-utenti kummerċjali u għandha tiżgura trattament f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Hija għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali. Din għandha tippermettilhom iressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat b'rabta ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-allegat nuqqas ta' konformità minn dak il-fornitur mal-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament u li jaffettwaw ħażin lill-ilmentatur;

(a)  l-allegat nuqqas ta' konformità minn dak il-fornitur mal-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament u li jaffettwaw lill-ilmentatur;

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom x'jaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw ħażin lill-ilmentatur b'mod mhux negliġibbli;

(b)  kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom x'jaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur b'mod mhux negliġibbli;

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom x'jaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw ħażin lill-ilmentatur b'mod mhux negliġibbli.

(c)  miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom x'jaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur b'mod mhux negliġibbli.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipproċessaw l-ilmenti malajr u b'mod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;

(b)  jipproċessaw l-ilmenti malajr u b'mod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni mqajma, billi fi kwalunkwe każ jfornu l-ewwel rispons fi żmien 15-il jum;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, b'mod individwalizzat u mfassal b'lingwaġġ ċar u mingħajr ambigwità.

(c)  jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, b'mod individwalizzat u mfassal b'lingwaġġ ċar u intelliġibbli.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom iżommu dik l-informazzjoni aġġornata.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' lmenti mressqa, is-suġġett ta' dawn l-ilmenti, il-perjodu taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilmenti.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' lmenti mressqa, it-tipi ewlenin tal-ilmenti u l-perjodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede f'kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni ta' xi wieħed mill-medjaturi li jidentifikaw skont il-paragrafu 1, bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwima.

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede f'kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni ta' xi wieħed mill-medjaturi li jidentifikaw skont il-paragrafu 1, bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwima.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni f'kull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta' dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta' suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta' dan il-każ inkwistjoni, b'mod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet b'mod relattiv għal xulxin. Iżda l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom mill-inqas iġarrbu nofs l-ispejjeż totali f'kull każ.

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni f'kull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta' dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta' suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta' dan il-każ inkwistjoni, b'mod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet b'mod relattiv għal xulxin. Iżda l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom mill-inqas iġarrbu nofs l-ispejjeż totali, għajr fil-każijiet li fihom il-medjatur jiddetermina li l-utent kummerċjali ma jkunx aġixxa in bona fede jew li qed ifittex li jabbuża mill-proċess ta' medjazzjoni.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4 a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma għandhomx ikunu obbligati jidħlu f'medjazzjoni meta utent kummerċjali jippreżenta każ dwar suġġett li fir-rigward tiegħu tali utent kummerċjali jkun preċedentement ippreżenta każ għal medjazzjoni u fejn ikun ġie ddeterminat mill-medjatur f'dak il-każ li l-utent kummerċjali ma jkunx aġixxa in bona fede. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma għandhomx obbligu li jidħlu f'medjazzjoni mal-utenti kummerċjali li jkunu ppreżentaw lill-medjatur tentattivi ta' medjazzjoni ripetuti li fallew.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

5.  Kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin, qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tagħhom, u jagħmluha disponibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom iżommu dik l-informazzjoni aġġornata.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' każijiet ta' medjazzjoni, it-tipi ewlenin ta' każijiet ta' medjazzjoni, il-perjodu medju ta' żmien meħtieġ għall-ipproċessar tal-każijiet ta' medjazzjoni u informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-każijiet ta' medjazzjoni.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex individwalment jew b'mod konġunt jistabbilixxu organizzazzjoni waħda jew bosta li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(2), għall-għan speċifiku li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim mal-utenti kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment ta' dawk is-servizzi, filwaqt li titqies b'mod partikolari n-natura transfruntiera tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex individwalment jew b'mod konġunt jistabbilixxu organizzazzjoni waħda jew bosta li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(2), għall-għan speċifiku li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim mal-utenti kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment ta' dawk is-servizzi, filwaqt li titqies b'mod partikolari n-natura transfruntiera tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi rilevanti tagħhom jistabbilixxu reġistru ta' atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta' inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali sabiex jfornu bażi għall-aħjar prattika, u informazzjoni lil korpi pubbliċi jew lil awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk, meta tiġi ppreżentata l-azzjoni, dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżit li ġej:

L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk, meta tiġi ppreżentata l-azzjoni u għat-tul ta' żmien tal-azzjoni, huma jkomplu jissodisfaw kull rekwiżit li ġej:

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi li jirrappreżentaw;

(b)  ikunu qed isegwu għanijiet, dikjarati pubblikament fl-istatut tagħhom jew f'xi dokument ta' governanza ieħor rilevanti, li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi li jirrappreżentaw;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ikunu mingħajr skop ta' qligħ.

(c)  ikunu mingħajr skop ta' qligħ u jkunu trasparenti dwar is-sors ta' finanzjament tagħhom.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta' siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw korpi pubbliċi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu. Dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn ikunu inkarigati biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta' siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi biex jieħdu azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, ħalli jindirizzaw xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi biex jieħdu azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, ħalli jindirizzaw xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

L-awtoritajiet tal-infurzar

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar adegwat u effettiv ta' dan ir-Regolament. Il-korp responsabbli għall-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament jista' jkun l-istess korp kif imsemmi fl-Artikolu 12.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistipulaw il-miżuri applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u jkunu magħmula disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12b

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw mill-qrib l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jaħtru l-awtoritajiet nazzjonali, bil-għan li jesiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-monitoraġġ u l-infurzar ta' dan ir-Regolament mill-korp jew mill-korpi msemmija fl-Artikolu 12a. L-informazzjoni miġbura minn dawk l-awtoritajiet għandha tingħata lill-Kummissjoni u lill-Osservatorju tal-Pjattaformi tal-UE meta ssir talba f'dan ir-rigward.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji.

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-mikrointrapriżi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  Meta servizz tal-intermedjazzjoni online huwa primarjament involut f'settur individwali wieħed li fih jeżisti kodiċi ta' kondotta speċifiku għas-settur li l-użu tiegħu huwa mifrux, il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-fornitur tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jadotta u jimplimenta l-kodiċi ta' kondotta speċifiku għas-settur.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13a

Osservatorju tal-Pjattaformi tal-UE

Minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393, l-Osservatorju tal-Pjattaforma tal-UE għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) jimmonitorja u jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari janalizza l-effetti tal-Anness I fuq is-suq, b'kunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Unjoni u tal-qrati nazzjonali; and

(b) jagħmel rakkomandazzjonijiet, bi qbil mal-Artikolu 14, lill-Kummissjoni Ewropea għar-rieżami ta' dan ir-Regolament.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [date: three years after the date of entry into force], u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1.  Sa [data: 18-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni], u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ewwel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir, b'mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8, u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, u dwar jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern.

2.  L-ewwel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir, b'mod partikolari, fid-dawl tal-aspetti li ġejjin:

(a)  il-valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 8 u tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online;

(b)  il-valutazzjoni tal-impatt u tal-effikaċja ta' kwalunkwe kodiċi ta' kondotta stabbilit biex jitjiebu l-korrettezza u t-trasparenza;

(c)  l-investigazzjoni ulterjuri tal-problemi kkawżati mid-dipendenza tal-utenti kummerċjali mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u l-problemi kkawżati mill-prattiki kummerċjali inġusti min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u għad-determinazzjoni ulterjuri tal-punt sa liema tali prattiki għadhom mifruxin;

(d)  l-investigazzjoni ta' jekk il-kompetizzjoni bejn il-prodotti u s-servizzi offruti minn utent kummerċjali u l-prodotti jew is-servizzi offruti jew ikkontrollati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jikkostitwux kompetizzjoni ġusta u jekk il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jużawx ħażin id-data privileġġjata f'dan ir-rigward;

(e)  il-valutazzjoni tal-effett ta' dan ir-Regolament dwar kull żbilanċ possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi operattivi u l-utenti kummerċjali tagħhom;

(f)  il-valutazzjoni ta' jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mad-definizzjoni ta' "utent kummerċjali", huwiex adatt biex ma jinkoraġġix impjieg indipendenti fittizju;

(g)  ir-reviżjoni, fuq ir-rakkomandazzjonijiet mill-Osservatorju tal-Pjattaforma bi qbil mal-Artikolu 13a, il-lista ta' prattiki kummerċjali inġusti fl-Anness I;

L-evalwazzjoni għandha tistabbilixxi jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġiżlattivi.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta' esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta' kull kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 13, meta xieraq.

4.  Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta' esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393, u wara li tikkunsidra l-kompiti addizzjonali tal-Osservatorju tal-Pjattaforma tal-UE kif stabbilit fl-Artikolu 13a.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan għandu japplika minn [date: six months following the day of its publication].

2.  Dan għandu japplika minn [data: disa' xhur wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

Emenda    141

Proposta għal regolament

Anness I (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

Il-prattiki kummerċjali li għandhom jitqiesu bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha

(a)  Li jimponu klawżoli unilaterali fuq l-utenti kummerċjali bl-iskop li jittrasferixxu r-responsabbiltà għalihom b'mod li jikkontradixxi l-obbligi fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b)  Li jipproponu klawżoli kuntrattwali retroattivi li huma ta' ħsara għan-negozju;

(c)  Li jinżamm id-dritt legali li tintuża l-informazzjoni tal-utent kummerċjali lil hinn minn dak speċifikat fil-kuntratt, wara li jkun skada l-kuntratt bejn il-fornitur tas-servizz intermedjarju online u l-utent kummerċjali;

(d)  Li jinżammu l-klawżoli jew it-tkomplija ta' kwalunkwe prattika li tagħmilha diffiċli wisq għal utent kummerċjali biex jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu li jtemm ir-relazzjoni tiegħu ma' fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew li jiskoraġġixxi b'mod inġust utent kummerċjali milli jittermina ftehim;

(e)  L-interferenza fir-relazzjoni kummerċjali bejn utenti kummerċjali li jikkompetu u konsumaturi barra minn dawk l-attivitajiet li huma mibdija fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Ir-rapporteur tilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Hemm bżonn evidenti ta' ġabra uniformi u mmirata ta' regoli obbligatorji biex ikun żgurat kuntest kummerċjali fattibbli fil-futur. Fil-kuntest tal-pjattaformi online tal-lum, jeżistu bosta żbilanċi kritiċi bejn il-pjattaformi minn naħa u l-utenti kummerċjali min-naħa l-oħra. Tali żbilanċi jmorru, fl-aħħar mill-aħħar, askapitu tal-konsumatur billi jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-kompetizzjoni, li min-naħa tagħha twassal għal varjetà aktar ristretta ta' prodotti u servizzi kif ukoll għal prezzijiet għall-konsumatur ogħla.

Ir-rapporteur tirrikonoxxi n-natura ferm orizzontali ta' dan ir-Regolament u dan jispjega l-approċċ li ħadet il-Kummissjoni. Dan ir-Regolament la huwa strument speċifiku għas-setturi u lanqas speċifiku għall-problemi, iżda għandu jkun adatt biex jindirizza l-kwistjonijiet tal-ekonomija tal-pjattaformi online fl-intier tagħha. Il-proposta l-Kummissjoni f'ċertu sens tindirizza adegwatament in-nuqqas ta' trasparenza relatat ma' bosta pjattaformi online, iżda tagħmel ftit wisq biex tindirizza l-kwistjonijiet tan-nuqqas ta' korrettezza fl-istess kuntest tal-pjattaformi online. Ir-rapporteur jidhrilha li huwa kruċjali li d-defiċit attwali ta' korrettezza jkun indirizzat f'aktar dettall milli kien fil-proposta tal-Kummissjoni u li jittieħdu aktar miżuri biex il-kwistjoni tkun indirizzata aħjar.

Il-proposta tal-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-infurzar permezz tal-possibbiltajiet ta' rimedju u għażla ta' medjazzjoni. Madankollu, skont ir-rapporteur, hemm bżonn ta' involviment aktar attiv min-naħa tal-Istati Membri fis-sistemi ta' rimedju u tissuġġerixxi konkretament li jinħolqu jew jiġu nominati korpi pubbliċi fl-Istati Membri kollha biex ikun garantit li d-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament ikunu infurzati fl-Unjoni kollha kemm hi.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tqis fundamentali li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà li pjattaforma titqies bħala entità li tħaddem fl-ambitu tar-regolamentazzjoni dwar ix-xogħol, jekk din iġġib ruħha b'dan il-mod fil-konfront tal-utenti kummerċjali. L-istabbiliment ta' jekk pjattaforma hijiex sempliċement fornitur ta' servizz tal-intermedjazzjoni lill-utenti kummerċjali jew pjuttost entità li tħaddem, jenħtieġ li jkun ibbażat dejjem fuq in-natura effettiva tal-attività ekonomika li twettaq il-pjattaforma online u mhux fuq xi arranġamenti apparenti għall-prestazzjonijiet tagħha.

L-impatt tal-proposta fuq il-konsumaturi

Ir-rapporteur temmen li kull meta l-pożizzjoni dominanti tal-pjattaformi tagħmilhom gwardjani tal-informazzjoni, tal-għażla u tal-prezzijiet, u ċerti standards minimi ta' korrettezza u trasparenza ma jkunux garantiti, issir ħsara lill-benesseri tal-konsumaturi. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' trasparenza u l-inċertezza tad-dritt fl-ekonomija tal-pjattaformi, inkluż fir-relazzjonijiet bejn in-negozji, jista' jnaqqas il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija online. Dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk li jtejjeb il-korrettezza u t-trasparenza fir-rigward tal-utenti kummerċjali tal-pjattaformi, iżda wkoll, iżomm quddiem għajnejh il-fatt li l-miżuri jridu jiggarantixxu l-aċċess tal-konsumaturi għal ekosistema online kompetittiva, ġusta u trasparenti. Fuq livell speċifiku, kwistjoni li ġiet identifikata hija l-prevalenza tal-utenti kummerċjali li jiġu ddiskriminati meta jikkompetu ma' ċerti prodotti fuq pjattaformi online li jidhru bħala għażliet predefiniti lill-konsumatur. Dan huwa partikolarment minnu meta l-pjattaforma online stess tforni servizz mingħajr ma tinforma lill-konsumaturi li jeżistu alternattivi fattibbli fuq il-pjattaforma. B'hekk, fl-Artikolu 6, il-pjattaformi li jfornu prodotti jew servizzi li jikkompetu ma' dawk fornuti mill-utenti kummerċjali jenħtieġ li jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu liema prodott jew servizz jużaw bħala għażla predefinita meta jużaw il-pjattaforma għall-ewwel darba. Jenħtieġ li l-konsumatur jitħalla wkoll ma jagħżilx għażla predefinita.

Kamp ta' applikazzjoni tal-proposta u definizzjonijiet

Ir-rapporteur tilqa' favorevolment il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet, fil-biċċa l-kbira tagħhom, tal-proposta tal-Kummissjoni, li jinsabu fl-Artikoli 1 u 2, u temmen li huma adegwati u adatti għall-iskop, għall-għanijiet u għall-objettivi tar-Regolament. Madankollu, saru xi tibdiliet f'dawn l-artikoli bil-għan li l-proposta ssir aktar ċara. L-ewwel nett, l-inklużjoni tal-"korrettezza" bħala parti mis-suġġett u mill-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta tqieset neċessarja, abbażi tat-titolu tal-proposta. It-tieni nett, l-abbozz ta' rapport jenfasizza d-diffikultà biex issir, f'ċerti każijiet, distinzjoni bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti mhux kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Din hija distinzjoni importanti, billi jenħtieġ li l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi jkunu sottoposti għal obbligi aktar rigorużi fil-konfront tal-konsumaturi. Għal dan l-iskop, iddaħħlet premessa biex ikun enfasizzat il-fatt li, konformement mal-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fi ħdan id-"Direttiva dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur" (2018/0090(COD)), ma jenħtieġx li tkun għad-diskrezzjoni tal-pjattaforma tagħmel distinzjoni jekk utent huwiex wieħed kummerċjali jew mhux.

Ir-rapporteur jidhrilha wkoll li jenħtieġ li d-definizzjoni tat-"termini u kundizzjonijiet" tkun modifikata biex issir tapplika għall-każijiet u għall-kuntratti kollha, indipendentement mill-fatt jekk it-termini u l-kundizzjonijiet humiex "determinati b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" jew le, biex ikunu evitati każijiet possibbli ta' prattiki abbużivi indiretti jew moħbijin min-naħa tal-pjattaformi online b'saħħithom. Billi ċerti pjattaformi għandhom pożizzjoni b'saħħitha jew saħansitra dominanti fis-suq, il-poter tan-negozjar tal-utenti kummerċjali, f'ħafna każijiet, jista' jkun inadegwat biex jinnegozja korrettament termini u kundizzjonijiet ġusti tal-kuntratt, anki meta t-termini u l-kundizzjonijiet suppost kienu ġew negozjati fuq livell bilaterali. Ir-rapporteur temmen li jenħtieġ li l-korrettezza u t-trasparenza jiġu garantiti fil-kuntratti kollha. Għaldaqstant hija neċessarja emenda biex ikun ċar li r-rekwiżiti tar-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-kuntratti kollha.

Termini u kundizzjonijiet ġusti u proporzjonati

Ir-rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon ukoll l-abbozz ta' proposta tal-Artikolu 3 iżda ddaħħal ċerti modifiki biex tissupplimenta l-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur tqis li barra mir-rekwiżiti relatati mat-trasparenza, hemm bżonn ta' rekwiżit addizzjonali biex it-termini u l-kundizzjonijiet ikunu "ġusti u proporzjonati". Ir-rapporteur tissuġġerixxi li jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux ġusti u proporzjonati meta, pereżempju, jiddevjaw bil-kbir mill-kondotta kummerċjali tajba fil-qasam tal-attività ekonomika partikolari li fiha topera l-pjattaforma, jew ikunu kunfliġġenti mal-prinċipji ta' bona fede u tranżazzjoni ġusta. L-introduzzjoni ta' dan ir-rekwiżit tikkostitwixxi pass importanti lejn il-ġlieda kontra l-prattiki abbużivi fil-ekonomija tal-pjattaformi online.

Prodotti u servizzi anċillari

Iddaħħal artikolu ġdid u d-definizzjoni korrispondenti dwar "prodotti u servizzi anċillari", li jfisser il-prodotti u s-servizzi offruti lill-konsumatur flimkien u bħala suppliment mal-prodott jew mas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tal-pjattaforma. L-iskop huwa li jkun aċċertat li kull meta l-prodotti u s-servizzi huma offruti lill-konsumaturi permezz ta' pjattaformi, dawn tal-aħħar ikunu obbligati jdaħħlu fit-terminu u kundizzjonijiet tagħhom, b'mod ċar u viżibbli għall-konsumaturi, deskrizzjoni tas-servizzi, min ifornihom u taħt liema termini u kundizzjonijiet. Dan ikun japplika indipendentement mill-fatt jekk il-pjattaforma offrietx dawn il-prodotti u s-servizzi anċillari hi stess jew permezz ta' partijiet terzi.

Aktar trasparenza rigward il-mezzi addizzjonali

Bil-għan li jkun żgurat li l-utenti kummerċjali jkollhom biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-post fejn il-prodotti jew is-servizzi tagħhom qegħdin jiġu kkummerċjalizzati u dwar min huma d-destinatarji ta' tali kummerċjalizzazzjoni, ir-rapporteur jidhrilha li jenħtieġ li l-pjattaformi jiżguraw it-trasparenza fil-konfront tal-utenti kummerċjali tagħhom fir-rigward ta' kwalunkwe mezz ieħor jew programm affiljat li l-pjattaforma tkun qiegħda tuża biex tikkummerċjalizza l-prodotti jew is-servizzi msemmija. Jenħtieġ li, bħala prinċipju, l-utenti kummerċjali jkollhom id-dritt li jkunu jafu fejn u taħt liema kundizzjonijiet isimhom u l-marka tagħhom jintużaw.

Aktar trasparenza fil-parametri tal-ikklassifikar

Ir-rapporteur tilqa' pożittivament ukoll l-abbozz tal-proposta tal-Artikolu 5 inkwantu jirrappreżenta punt ta' tluq ibbilanċjat. Madankollu, jenħtieġ li jkun żgurat li, b'mod analogu għar-rekwiżit tal-Artikolu 3, l-informazzjoni rigward l-ikklassifikar tingħata wkoll b'mod ċar u mhux ambigwu. Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li jenħtieġ li l-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar ikunu applikati b'mod mhux diskriminatorju lill-utenti kummerċjali, li jfisser li l-utenti kummerċjali li jinsabu fl-istess sitwazzjoni jenħtieġ li jkunu ttrattati bl-istess mod fl-ikklassifikar. Ir-rapporteur barra minn dan tqis li biex tkun żgurata l-fiduċja fl-ekonomija tal-pjattaformi online, it-trasparenza fil-konfront tal-utenti kummerċjali hija biss parti waħda mill-ekwazzjoni. Jenħtieġ li l-konsumaturi jkollhom ukoll il-possibbiltà li jaċċedu għall-informazzjoni dwar il-parametri li jaffettwaw l-ikklassifikar tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Jenħtieġ, għalhekk, li jiddaħħal obbligu legali fid-dritt tal-Unjoni biex ikun garantit li l-informazzjoni tingħata wkoll lill-konsumaturi. Fil-fehma tar-rapporteur, filwaqt li l-informazzjoni offruta lill-konsumatur trid tkun ippreżentata f'mod ċar u li jinftiehem adatt għall-bżonnijiet tal-konsumatur, jenħtieġ li kemm il-partijiet li joffru kif ukoll dawk li jfittxu prodott jew servizz ikollhom informazzjoni simili biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati abbażi ta' tiftix trasparenti.

L-aċċess għad-dejta

Ir-rapporteur temmen li jenħtieġ li l-pjattaformi ma jiddivulgawx lil patijiet terzi, għal skopijiet kummerċjali, data ġġenerata mit-tranżazzjonijiet ta' utent kummerċjali, mingħajr il-kunsens tal-utent kummerċjali. Ir-rapporteur iddaħħal emenda biex tindirizza sitwazzjonijiet li fihom il-pjattaformi x'aktarx jabbużaw mid-data ġġenerata mit-tranżazzjonijiet tal-utenti kummerċjali tagħhom, li jista' jwassal għal pożizzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusta. Ir-rapporteur trid ukoll tispeċifika li dan ir-Regolament la jinfluwenza u lanqas jippreġudika l-applikazzjoni tal-GDPR.

Il-medjazzjoni

Peress li jenħtieġ li l-pjattaformi jkunu dejjem meħtieġa jidentifikaw il-medjaturi li magħhom huma disposti jimpenjaw ruħhom, u jenħtieġ li jkunu obbligati jidħlu f'medjazzjoni in bona fede, l-obbligu ta' medjazzjoni jenħtieġ li jkun stabbilit b'tali mod li jimpedixxi l-abbuż tas-sistema ta' medjazzjoni min-naħa tal-utenti kummerċjali. Bħala tali, jenħtieġ li l-utenti kummerċjali jkunu obbligati jidħlu f'medjazzjoni in bona fede. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza l-kwistjoni tal-abbuż possibbli tal-obbligu ta' medjazzjoni b'każijiet ripetuti jew fażulli min-naħa tal-utenti kummerċjali. Fil-fatt, f'ċerti każijiet eċċezzjonali definiti b'mod ċar, jenħtieġ li l-pjattaforma ma tkunx obbligata tidħol f'medjazzjoni mal-utent kummerċjali.

L-Osservatorju tal-Pjattaformi u r-reviżjoni tar-Regolament

Ir-rapporteur tilqa' favorevolment il-ħolqien tal-Osservatorju tal-Pjattaformi min-naħa tal-Kummissjoni, iżda tqis li billi l-Osservatorju tal-Pjattaformi se jkun inkarigat bi rwol importanti fil-monitoraġġ tal-iżviluppi fl-ekonomija tal-pjattaformi online u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Osservatorju tal-Pjattaformi jinħoloq bħala korp fl-ambitu ta' dan ir-Regolament pjuttost milli bħala grupp ta' esperti stabbilit b'deċiżjoni tal-Kummissjoni, bħalma hu l-każ ta' bosta osservatorji jew korpi oħra simili f'leġiżlazzjonijiet oħrajn.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tixtieq tippreskrivi li jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun supplimentat b'aktar leġiżlazzjoni u li tkun aktar preskrittiva meta u jekk id-dispożizzjonijiet relatati mat-trasparenza stabbiliti minn dan ir-Regolament juru li mhumiex biżżejjed biex jittrattaw l-iżbilanċi futuri u l-prattiki kummerċjali inġusti. Ir-ritmu tal-iżviluppi fis-suq f'dan il-qasam jafu juru l-bżonn ta' dawn l-azzjonijiet speċjalment meta jkunu indirizzati l-problemi speċifiċi tas-settur.

(1)

ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (23.11.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

(COM(2018)0238 – C8-0165/2018 – 2018/0112(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Claudia Țapardel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tal-ġustizzja u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u tqis li huwa bbilanċjat sew u li jindirizza n-nuqqas ta' trasparenza fl-ambjent tal-pjattaformi online. Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-approċċ ibbażat fuq il-prinċipji u n-natura orizzontali ta' dan ir-Regolament, u l-fatt li, aktar milli jiffoka fuq settur jew problema speċifika, għandu l-għan li jindirizza l-iżbilanċi li jeżistu bejn il-pjattaformi u l-utenti kummerċjali fl-ekonomija tal-pjattaformi online tal-lum. Ir-Regolament attwali jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent legali ċar u trasparenti kemm għall-fornituri tas-servizzi online kif ukoll għall-utenti kummerċjali, u jikkontribwixxi għall-għanijiet ta' Suq Diġitali Uniku. Minħabba l-varjetà ta' mudelli kummerċjali u n-natura transfruntiera tal-pjattaformi online, ir-rapporteur tqis li s-soluzzjonijiet regolatorji għandhom jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi sostnut is-Suq Uniku Diġitali u tiġi evitata frammentazzjoni possibbli; għaldaqstant, l-għażla ta' Regolament bħala strument leġiżlattiv hija milqugħa.

Minkejja li l-pożizzjoni dominanti potenzjali tal-pjattaformi tista' twassalhom biex jinvolvu ruħhom fi prattiki potenzjalment dannużi, li f'dak il-każ jillimitaw u jimminaw il-fiduċja tan-negozji, ir-rapporteur tixtieq tiċċara li l-idea li l-pjattaformi għandhom pożizzjoni aktar b'saħħitha fuq in-negozju tagħhom mhix sitwazzjoni de facto. Minħabba n-natura orizzontali tar-Regolament attwali u l-varjetà ta' mudelli ta' negozju online li tindirizza, ir-rapporteur temmen li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali huma interdipendenti, u tixtieq tiżgura li r-Regolament ma jikkawżax piż mhux meħtieġ għall-partijiet. Ir-rapporteur tipprova tfittex il-bilanċ bejn it-titjib tat-trasparenza u l-iżgurar tal-korrettezza lejn l-utenti kummerċjali, filwaqt li tiżgura aċċess għal suq korrett, miftuħ u kompetittiv fl-ambjent online.

Fid-dawl tat-tħassib dejjem jikber dwar l-impatt negattiv tal-klawżoli "Nazzjon l-Aktar Iffavorit", ir-rapporteur tqis li biex il-konsumaturi jibbenefikaw minn suq aktar miftuħ, u biex ikunu allinjati l-isforzi fl-Unjoni Ewropea, l-utenti kummerċjali għandhom jitħallew joffru kundizzjonijiet differenti permezz ta' kanali alternattivi tad-distribuzzjoni.

Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li biex tkun żgurata t-trasparenza u l-korrettezza lejn l-utenti kummerċjali, il-pjattaformi jeħtieġ li jinfurmaw lill-utenti kummerċjali dwar kwalunkwe kanal addizzjonali u l-użu tal-marki tagħhom għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi. Ir-rapporteur temmen li l-utenti kummerċjali għandu jkollhom kontroll fuq l-isem tal-marka tagħhom u jeħtieġ li jkollhom id-dritt li jiġu infurmati f'kull waqt, kull meta l-pjattaformi jkollhom l-intenzjoni li jużaw dawn il-marki biex jikkummerċjalizzaw prodotti u servizzi.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tqis li jeħtieġ li ż-żmien biex in-negozji jimplimentaw ir-Regolament attwali jiġi estiż għal 12-il xahar, minħabba l-fatt li l-pjattaformi għandhom jimplimentaw bidliet sinifikanti. Ir-rapporteur tixtieq tiżgura li l-perjodu ta' tranżizzjoni ma jolqotx negattivament lill-pjattaformi u lin-negozji.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. L-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-dejta, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta' dawn l-utenti kummerċjali, fosthom tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta' dawk is-servizzi ta' spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.

(2)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. L-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-dejta, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta' dawn l-utenti kummerċjali, fosthom tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta' dawk is-servizzi ta' spiss jaf ikollhom poter tan-negozjar ikbar, li jippermettilhom biex effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Huwa importanti li jiġi nnotat li t-terminu "utenti kummerċjali", u b'estensjoni l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkopru wkoll l-individwi li jaħdmu jew jipprovdu servizzi, fosthom fil-qasam tat-trasport, billi personalment iwettqu xogħol permezz ta' pjattaformi online. Dan ma jirrigwardax biss l-SMEs iżda wkoll il-persuni li jistgħu jiġu kategorizzati bħala entitajiet ekonomiċi indipendenti jew li jaħdmu għal rashom. Minħabba l-għadd dejjem jiżdied ta' individwi impjegati b'dan il-mod fl-ekonomija, huwa vitali li dawn jiġu koperti wkoll u jkunu kapaċi jiddependu fuq il-possibbiltà li jfittxu rimedju. Huma jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-proċess tal-iffissar tal-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol minn pjattaformi peress li huma vulnerabbli għal tneħħija arbitrarja mil-listi, nuqqas ta' aċċess għal dejta personali u diskriminazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  Għal ċerti setturi tal-ekonomija li nfetħu aktar reċentement għall-kompetizzjoni intra-Unjoni, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magna tat-tiftix it-tnejn li huma jikkontribwixxu b'mod qawwi għat-tlestija tas-suq intern. F'dawn is-setturi, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix jipprovdu servizzi lil impriżi li kienu diġà stabbilixxew il-mezzi ta' kummerċ online tagħhom stess u ma jkunux dipendenti fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati aktar obbligi ta' trasparenza mill-utenti kummerċjali għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, fl-interess tal-kompetizzjoni ġusta u tal-konsumaturi fl-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għalhekk jenħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti sett ta' regoli obbligatorji uniformi u mmirati biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern billi jkun żgurat, b'mod partikulari, li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollhom it-trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv mal-Unjoni kollha. Dawk ir-regoli jenħtieġ jipprovdu wkoll għal trasparenza xierqa fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta' siti web korporattivi fir-riżultati ġġenerati mill-magni tat-tiftix online. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ ikunu tali biex jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa' tal-pjattaformi online.

(6)  Għalhekk jenħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti sett ta' regoli obbligatorji uniformi u mmirati biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern billi jkun żgurat, b'mod partikulari, li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollhom it-trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv mal-Unjoni kollha u li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollhom biżżejjed informazzjoni biex joffru lill-konsumaturi fl-Unjoni servizzi f'waqthom, preċiżi u rilevanti. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll għal trasparenza xierqa fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta' siti web korporattivi fir-riżultati ġġenerati mill-magni tat-tiftix online. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ li jkunu tali biex jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa' tal-pjattaformi online, u jkomplu jagħtuha appoġġ fil-futur.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  L-obbligi ta' informazzjoni u ta' trasparenza tal-partijiet involuti jenħtieġ li jiġu infurzati b'mod rigoruż sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jafdaw fil-pjattaformi u n-negozji li jużaw u sabiex il-fiduċja tagħhom fis-suq uniku ma tiġix mdgħajfa. L-inizjattivi kollha li jsaħħu t-trasparenza ta' mekkaniżmi tal-ikklassifikar u jgħinu fl-istabbiliment ta' kriterji ta' reputazzjoni affidabbli jenħtieġ li jiġu mħeġġa.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b)  Regolamentazzjoni aħjar fl-era diġitali tirrikjedi leġiżlazzjoni bbażata fuq il-prinċipji flimkien ma' azzjonijiet komplementari mhux regolatorji biex jadattaw b'mod effettiv għal teknoloġiji ġodda u mudelli ta' negozju ġodda sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku;

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet kummerċjali bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi b'diversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta' ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiġu definiti b'mod preċiż u teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, is-servizzi jenħtieġ ikunu jikkonsistu f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni, fuq dak tal-utent kummerċjali, jew inkella offline. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ jingħataw abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali u bejn il-fornituri u l-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b'mod inekwivokabbli u verifikabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub.

(8)  Varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet kummerċjali bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi b'diversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta' ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiġu definiti b'mod preċiż u teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, is-servizzi jenħtieġ li jkunu jikkonsistu f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li jibdew tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni, fuq dak tal-utent kummerċjali, jew inkella offline. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ li jingħataw abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali u bejn il-fornituri u l-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ li titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b'mod inekwivokabbli u verifikabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Għalhekk eżempji ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, servizzi tal-applikazzjonijiet online u s-servizzi online tal-midja soċjali. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal għodod tas-servizzi tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji b'mod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta' prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati.

(9)  Għalhekk eżempji ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, bħal f'servizzi ta' riżervazzjoni ta' kmamar f'lukanda, u kwalunkwe funzjonalità simili suq ta' servizzi tal-applikazzjonijiet online u s-servizzi online tal-midja soċjali u s-servizzi ta' assistenza tal-leħen. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal għodod tas-servizzi tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji b'mod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta' prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati jew netwerks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew servizzi ta' midja awdjoviżiva, li huma soġġetti għal regolamentazzjoni speċifika għas-settur fir-rigward tat-trasparenza, ir-rimedju u n-nondiskriminazzjoni;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal raġunijiet ta' konsistenza, id-definizzjoni ta' magna tat-tiftix online użata f'dan ir-Regolament jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni użata fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 .

(11)  Id-definizzjoni ta' magna tat-tiftix online użata f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun usa' mid-definizzjoni użata fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 sabiex tiżgura n-newtralità tat-teknoloġija u tirrikonoxxi l-varjetà tas-servizzi ta' tiftix.

_________________

_________________

21 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

21 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika meta t-termini u l-kundizzjonijiet ta' relazzjoni kuntrattwali, irrispettivament mill-isem jew l-għamla tagħhom, ma jkunux innegozjati individwalment mill-partijiet għalihom. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ikunux ġew innegozjati individwalment jew le jenħtieġ jiġi ddeterminat abbażi ta' valutazzjoni ġenerali, fejn il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu ġew innegozjati individwalment, minnu nnifsu, mhux deċiżiv.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Li l-kopertura skont ir-Regolament tkun tiddependi fuq jekk negozju jkunx "innegozja individwalment" it-termini tas-servizz tiegħu (abbażi ta' "valutazzjoni ġenerali" tal-kuntratt) jesponi lin-negozji għal inċertezza sostanzjali dwar meta jistgħu jkunu protetti, u kemm jistgħu jinnegozjaw mingħajr ma jipperikolaw id-drittijiet importanti tagħhom. Ir-Regolament jirriskja li joħloq sitwazzjoni fejn aktar ma utent kummerċjali jinnegozja ma' pjattaforma, aktar ikun imċaħħad mid-drittijiet minimi rikonoxxuti minnha. Biex jiġi evitat li jintilef il-ħarsien mir-Regolament propost, il-lukandi – kbar jew żgħar – imbagħad ikollhom inċentiv biex ma jfittxux termini kuntrattwali aħjar f'negozjati ma' pjattaformi online.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali, jenħtieġ ikun possibbli li qorti kompetenti tistabbilixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi, ma jkunux vinkolanti fuq l-utent kummerċjali kkonċernat, b'effetti ex nunc. Iżda jenħtieġ li sejba bħal din minn qorti tkun tikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista' tfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta' aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perjodu ta' notifika stabbilit, jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri daqslikieku qatt ma eżistew b'effetti erga omnes u ex tunc.

(15)  Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali u biex tkun provduta ċertezza tad-dritt għall-partijiet kollha, jenħtieġ li jkun possibbli li qorti kompetenti tistabbilixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi, ma jkunux vinkolanti fuq l-utent kummerċjali kkonċernat, b'effetti ex nunc. Iżda jenħtieġ li sejba bħal din minn qorti tkun tikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista' tfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta' aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perjodu ta' notifika stabbilit, jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri daqslikieku qatt ma eżistew b'effetti erga omnes u ex tunc.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jissospendi jew itemm, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għalihom. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u b'hekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. Barra minn hekk, li dan jeżiġi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandu jgħin biex tkun evitata jew rimedjata kwalunkwe tneħħija mhux intenzjonata ta' kontenut online provdut minn utent kummerċjali li l-fornitur ikun jidhirlu b'mod skorrett li hu kontenut illegali, b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/33422 . Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tidentifika r-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ tirreferi b'mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti li wasslu għal dik id-deċiżjoni.

(16)  Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu raġunijiet leġittimi biex japplika restrizzjonijiet jew sanzjonijiet lil utenti kummerċjali, bħal pereżempju sospensjoni jew terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali u l-konsumaturi kkonċernati, l-utent kummerċjali kkonċernat jenħtieġ li jiġi mgħarraf immedjatament dwar id-deċiżjoni, u jirċievi r-raġunijiet għaliha. Jekk id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq notifiki minn partijiet terzi, dawn in-notifiki jenħtieġ li jkunu preċiżi biżżejjed u sostanzjati b'mod xieraq sabiex jippermettu lill-fornitur tal-hosting jieħu deċiżjoni diliġenti u informata. Il-fornituri għalhekk jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jgħaddu l-kontenut ta' notifiki bħal dawn lill-utenti kummerċjali sabiex jippermettilhom li jirrifjutaw avviżi li jkunu ħżiena b'mod evidenti. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ li tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u b'hekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. Barra minn hekk, li dan jeżiġi dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ li jgħin biex tkun evitata jew rimedjata kwalunkwe tneħħija mhux intenzjonata ta' kontenut online provdut minn utenti kummerċjali li l-fornitur b'mod skorrett jikkunsidra li hu kontenut illegali, b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/33422. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ li tidentifika r-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ tirreferi b'mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti li wasslu għal dik id-deċiżjoni. Minħabba li l-fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni jistgħu jaħdmu ma' mezzi ta' distribuzzjoni jew programmi affiljati addizzjonali, it-trasparenza lejn l-utenti kummerċjali jenħtieġ li tiġi żgurata f'dan ir-rigward. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jagħmlu aġġustamenti fil-kanali fejn isir il-kummerċ tal-offerti tagħhom.

__________________

__________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta' fornituri differenti. Il-kunċett ta' parametri prinċipali jenħtieġ jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta' aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni, kif ukoll tal-effetti relattivi tagħhom. Jenħtieġ li b'din id-deskrizzjoni, l-utenti kummerċjali jifhmu sew kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online.

(17)  L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta' fornituri differenti. Il-kunċett ta' parametri prinċipali jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta' aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni, kif ukoll tal-effetti relattivi tagħhom. Jenħtieġ li b'din id-deskrizzjoni, l-utenti kummerċjali jifhmu sew kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online. Jenħtieġ ukoll li l-konsumatur ikun infurmat b'mod ċar u inekwivoku, permezz ta' dikjarazzjoni espliċita jew bil-miktub, meta utent kummerċjali jkun influwenza l-ikklassifikar permezz ta' rimunerazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Sabiex ikunu iktar responsabbli għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mal-ikklassifikar, il-fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online u ta' magni tat-tiftix online jenħtieġ li jaħtru persuna responsabbli għall-algoritmi u l-ikklassifikar applikat mill-fornitur. Dan jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni mingħajr intoppi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, u jżid iċ-ċertezza fir-rigward tal-ikklassifikar.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, li jaf ikun jagħti b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ ikun japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta' prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta' dawk is-servizzi.

(19)  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, bħal settings awtomatiċi, li jaf ikun jagħti b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li għalhekk ma jitħallewx jipprovdu xi oġġett jew servizz taħt il-kontroll dirett jew indirett tagħhom bħala għażla awtomatika mingħajr ma l-ewwel jagħtu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jagħżlu minn għażliet kompetittivi differenti disponibbli meta jużaw is-servizz tal-intermedjazzjoni online għall-ewwel darba. Jenħtieġ li trattament differenzjat ikun permess biss dment li jkun hemm konformità sħiħa mal-liġi tal-kompetizzjoni. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta' prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta' dawk is-servizzi. Barra minn hekk, peress li l-intermedjarji online spiss ikollhom aktar minn pjattaforma waħda jew sit web wieħed, jenħtieġ li huma jinfurmaw lill-utenti kummerċjali biex jiffirmaw kuntratt sabiex ifasslu lista magħhom fuq liema pjattaformi jew siti web għandu jintwera l-elenkar.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-abbiltà ta' aċċess għad-dejta, u tal-użu tagħha, inkluż tad-dejta personali, tista' tippermetti l-ħolqien ta' valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-dejta, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista' tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-dejta attwali, jew ta' kategoriji tad-dejta, ħalli l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-dejta biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-dejta minn parti terza. Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-dejta personali jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.24

(20)  L-abbiltà ta' aċċess għad-dejta verifikabbli, u tal-użu tagħha, inkluż tad-dejta personali, tista' tippermetti l-ħolqien ta' valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-dejta, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista' tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-dejta attwali, jew ta' kategoriji tad-dejta, ħalli l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw jew jivverifikaw id-dejta biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-dejta minn parti terza. Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-dejta personali jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.24

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

24 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'ċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta' mezzi oħra apparti permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. F'dawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, b'mod partikolari b'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet. Iżda jenħtieġ li dan l-obbligu tat-trasparenza ma jkunx jinftiehem li jaffettwa l-valutazzjoni tal-legalità ta' dawn ir-restrizzjonijiet skont atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni u prattiki kummerċjali inġusti, u l-applikazzjoni ta' dawn il-liġijiet.

(21)  F'ċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta' mezzi oħra apparti permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Restrizzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu limitati, għaliex iċaħħdu lill-utenti kummerċjali milli jeżerċitaw il-libertà intraprenditorjali tagħhom li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-bejgħ tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, u jaf ukoll jagħmlu ħsara lill-konsumaturi billi jżommuhom milli jkollhom aċċess għal għażla usa'. Fuq talba mingħand l-utenti kummerċjali jew fornitur ieħor ta' servizzi ta' interdizzjoni online, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta b'mod attiv u fil-pront il-legalità ta' dawn ir-restrizzjonijiet kontra d-dritt tal-Unjoni. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jingħataw kontroll sħiħ fuq id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom. Il-fornituri tas-servizzi intermedjati online jenħtieġ li jagħmlu użu minn dawn id-drittijiet unikament bil-kunsens espliċitu tal-utent kummerċjali. Jenħtieġ li jkun hemm konformità mat-termini tal-użu ta' tali drittijiet.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu sospensjoni jew waqfien milli jużaw is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta' rimedju aċċessibbli, immedjat u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti. Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ ikollha l-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew b'mod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti. Barra minn hekk, jekk ikun żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jippubblikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, dan jenħtieġ jgħin lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ta' kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.

(22)  Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu sospensjoni jew waqfien milli jużaw is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta' rimedju aċċessibbli, immedjat u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti. Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li jkollha l-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew b'mod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti. Barra minn hekk, jekk ikun żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jippubblikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, dan jenħtieġ jgħin lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ta' kwistjonijiet u l-grad ta' diffikultà li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta' flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, b'mod proporzjonat kull użu in mala fede ta' dawk is-sistemi min-naħa ta' ċerti utenti kummerċjali. Minbarra dan, f'każijiet oħrajn, għajr għal xi allegat nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti ma jkunux miftuħa għal ilmenti li jinvolvu biss effetti negattivi negliġibbli fuq l-utenti kummerċjali kkonċernati. Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kull fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25 .

(23)  Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta' flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, b'mod proporzjonat kull użu in mala fede ta' dawk is-sistemi min-naħa ta' ċerti utenti kummerċjali. Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kull fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25 .

__________________

__________________

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ ikollhom proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-medjatur jenħtieġ jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli f'dak il-każ individwali. Iżda jenħtieġ li dan il-proporzjon ma jkun qatt inqas min-nofs dawk l-ispejjeż.

(25)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkollhom proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-medjatur jenħtieġ li jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli f'dak il-każ individwali. Iżda jenħtieġ li dan il-proporzjon ma jkun qatt inqas min-nofs dawk l-ispejjeż. F'każijiet eċċezzjonali fejn l-utenti kummerċjali jkunu impriżi kbar li jibbenefikaw minn mezzi ta' negozju online tagħhom stess u fejn il-medjatur jidentifika abbuż apparenti tal-proċedura ta' medjazzjoni għad-detriment tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jħallsu proporzjon ogħla tal-ispejjeż.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-kodiċijiet ta' kondotta, imfassla mill-fornituri tas-servizzi kkonċernati jew mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ ikunu mħeġġa. Meta jkunu qed jitfasslu dawn il-kodiċijiet ta' kondotta, b'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti kollha, jenħtieġ jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati u l-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji.

(28)  Il-kodiċijiet ta' kondotta, imfassla mill-fornituri tas-servizzi kkonċernati jew mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jkunu mħeġġa. Meta jkunu qed jitfasslu dawn il-kodiċijiet ta' kondotta, b'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti kollha, jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati u l-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-konformità tal-kodiċijiet ta' kondotta mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a)  Iqis li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi ggwidata mill-kunċett ta' "ftit kemm jista' jkun u daqs kemm hemm bżonn", li jfisser il-bżonn ta' regoli adatti għall-era diġitali u li jkunu miftuħa u teknoloġikament newtrali biżżejjed sabiex jakkomodaw żviluppi futuri; Japprezza l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tanalizza r-rwol tal-pjattaformi fl-Ekonomija Diġitali, biex tiżgura approċċ komprensiv u simili għall-qafas fis-suq diġitali kollu; iqis li soluzzjoni ta' "wieħed tajjeb għal kulħadd" jista' jkollha effett dissważiv fuq l-innovazzjoni u tpoġġi lill-kumpaniji Ewropej fi żvantaġġ kompetittiv fl-ekonomija globali;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent kummerċjali online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(31)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent kummerċjali online ċar, ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta' siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta' siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online u konnessi jingħataw korrettezza, trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.   L-Istati Membri m'għandhomx iżommu jew jintroduċu fid-dritt nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet dwar is-suġġetti koperti minn dan ir-Regolament u li jiddevjaw mid-dispożizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta' dawk is-servizzi.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal magni tat-tiftix online u għal servizzi tal-intermedjazzjoni online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment tagħhom ikun fl-Unjoni jew li joperaw attivament fl-Unjoni, li għandhom fil-mira konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni u li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta' dawk is-servizzi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(1)  "utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri jew tippromwovi prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; fosthom fil-qasam tat-trasport u individwi li jaħdmu jew jipprovdu servizzi billi jipprovdu xogħol personalment permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(b)  ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru jew jippromwovu prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn, minn naħa, il-fornitur ta' dawn is-servizzi u, min-naħa l-oħra, dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi li lilhom dawk l-utenti kummerċjali joffru prodotti jew servizzi;

(c)  jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn, minn naħa, il-fornitur ta' dawn is-servizzi u, min-naħa l-oħra, dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi li lilhom dawk l-utenti kummerċjali joffru jew jippromwovu prodotti jew servizzi;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li permezz tiegħu isir tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha jew tas-siti web b'lingwa partikolari abbażi ta' rikjesta dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta' kelma muftieħ, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura links ta' fejn tista' tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(5)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali jew interfaċċa jew applikazzjonijiet mobbli li permezz tagħhom isir tiftix ta' kontenut tal-web, b'lingwa partikolari abbażi ta' rikjesta fil-forma ta' kelma muftieħ, frażi jew input ieħor f'ħafna għażliet, u li tagħti lura riżultati ta' fejn tista' tinstab informazzjoni relatata mar-rikjesta;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "utent ta' sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-siti web biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(7)  "utent ta' sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri jew tippromwovi prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti lill-konsumaturi minn utenti kummerċjali permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew għal siti web indiċjati għall-konsumaturi permezz ta' magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati lil dawk il-konsumaturi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(8)  "ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva fir-riżultati tat-tiftix mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti lill-konsumaturi minn utenti kummerċjali permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew għal siti web indiċjati għall-konsumaturi permezz ta' magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati lil dawk il-konsumaturi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  "prodotti u servizzi anċillari" tfisser oġġetti jew servizzi li huma offruti b'mod li jikkumplimentaw il-prodott primarju offrut mill-utent kummerċjali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jitfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;

(a)  jitfasslu b'lingwaġġ ċar;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jistabbilixxu r-raġunijiet oġġettivi għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

(c)  jistabbilixxu r-raġunijiet oġġettivi, nondiskriminatorji, korretti u raġonevoli, b'mod konsistenti ma' dawk it-termini u kundizzjonijiet, għad-deċiżjonijiet li jimponu sanzjonijiet li jillimitaw, jissospendu jew jitterminaw, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  ikunu jinkludu dispożizzjoni li tirreferi għall-obbligu tal-utenti kummerċjali li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pjattaforma tkun preċiża u tiżgura evalwazzjoni korretta mill-konsumaturi tal-kwalità, tal-prestazzjonijiet tekniċi, tal-prezz u ta' karatteristiċi oħra speċifiċi tal-oġġetti jew tas-servizzi offruti u termini u kundizzjonijiet legali u ġusti speċjalment fir-rigward tal-ħlas.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw lill-utenti kummerċjali kkonċernati kull bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Il-fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinformaw lil-utenti kummerċjali dwar il-mezzi ta' distribuzzjoni addizzjonali tagħhom u l-programmi affiljati potenzjali li huma jkunu se jaqdu bl-offerti tal-utenti kummerċjali. L-utenti kummerċjali għandhom jingħataw id-dritt li jitolbu għat-tneħħija tagħhom minn tali mexxi ta' distribuzzjoni addizzjonali. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw lill-utenti kummerċjali kkonċernati kull bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bidliet maħsuba ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perjodu ta' notifika għandu jkun ta' mill-inqas 15-il ġurnata li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet maħsuba.

Il-bidliet maħsuba ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perjodu ta' notifika għandu jkun ta' mill-inqas 15-il ġurnata u mhux aktar minn 30 ġurnata li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet maħsuba.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikun soġġett għal obbligu legali li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu b'mod li ma jippermettilux jirrispetta l-perjodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jemmen b'mod raġonevoli li l-provvista tal-perjodu ta' notifika sħiħ tikser il-liġi jew tikkomprometti investigazzjoni legali.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 a. It-tariffa ta' ħlas mitluba minn fornitur ta' servizz tal-intermedjazzjoni online lill-utent kummerċjali għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu għandha tkun proporzjonata u nnegozjata bejn iż-żewġ partijiet involuti.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sospensjoni u terminazzjoni

Sospensjoni, tneħħija mil-lista u terminazzjoni

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jissospendi jew jittermina, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, mingħajr dewmien żejjed, b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

1.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li japplika sanzjonijiet, bħal sospensjoni, tneħħija mil-lista jew terminazzjoni, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jinforma u jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, mingħajr dewmien żejjed, b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet ċara u koerenti għal dik id-deċiżjoni.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c).

2.  Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c). Fuq talba mill-utent kummerċjali, il-fornitur ta' servizz tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi l-fatti jew ċirkostanzi speċifiċi li jkunu wasslu għal dik id-deċiżjoni, inkluża n-notifika ta' parti terza, meta s-sospensjoni jew terminazzjoni tirriżulta minn tali notifika. It-terminazzjoni u s-sospensjoni għandhom jiġu ppreċeduti minn notifika u mill-opportunità li tiġi ċċarata jew stabbilita mill-ġdid il-konformità.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma' parametri oħra.

Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu, b'mod ċar u mingħajr ambigwità, il-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva tagħhom meta mqabbla ma' parametri oħra. Kwalunkwe bidla fil-parametri li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-utenti kummerċjali b'mod f'waqtu u b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu. Il-parametru li jiddeterminaw l-ikklassifikar għandhom ikunu applikati b'mod mhux diskriminatorju għall-utenti kummerċjali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3), kwalunkwe bidla fil-parametri li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-utenti kummerċjali b'mod f'waqtu u b'lingwaġġ ċar u sempliċi.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar, għall-utenti ta' siti web korporattivi, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata.

2.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu, għall-utenti ta' siti web korporattivi, il-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku, imfassla b'lingwaġġ ċar, sempliċi u intelliġibbli, dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata fir-rigward tal-bidliet materjali li jistgħu jkunu mistennija b'mod raġonevoli li jaffettwaw lil utenti ta' siti web korporattivi b'mod sostantiv u jkollhom riżultat negattiv. Meta fornitur ta' magna tat-tiftix online jkun bidel l-ordni tal-ikklassifikar f'każ speċifiku jew neħħa mil-lista sit web partikolari wara notifika ta' parti terza, il-fornitur għandu joffri l-possibbiltà biex l-utent kummerċjali jispezzjona l-kontenut tan-notifika.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw xi sigrieti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/943.

4.  Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw xi sigrieti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/943, lanqas xi informazzjoni li aktarx tiffaċilita l-manipulazzjoni tar-riżultati jew il-qerq tal-konsumaturi.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. L-utenti kummerċjali għandhom jikkondividu ma' fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online deskrizzjoni preċiża tal-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi offruti lill-konsumaturi. Kwalunkwe effett negattiv fuq l-ikklassifikar ta' prodotti u servizzi ta' utent kummerċjali li jkun irriżulta minn informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża provduta minn dak l-utent kummerċjali m'għandux jimplika lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4 b. Il-fornituri ta' magni tat-tiftix online u l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jaħtru individwu responsabbli għall-politika relatata mal-ikklassifikar fi ħdan il-fornitur.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Prodotti u servizzi anċillari

1. Meta prodotti u servizzi anċillari huma offruti minn fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew mill-fornituri nfushom, partijiet terzi jew utenti kummerċjali, il-fornituri għandhom, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, jistabbilixxu deskrizzjoni ta' prodotti u servizzi anċillari. 

2. Fil-każijiet li fihom kemm il-fornituri tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jew il-parti terza kif ukoll l-utenti kummerċjali joffru prodotti u servizzi anċillari, id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jenħtieġ li tiddikjara b'mod ċar jekk il-prodotti u s-servizzi anċillari fornuti mill-utent kummerċjali se jkunux offruti lill-konsumatur. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiddikjaraw b'mod ċar u viżibbli lill-konsumatur min qiegħed iforni l-prodotti jew is-servizzi anċillari u taħt liema termini u kundizzjonijiet." 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti, minn naħa, lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali u, min-naħa l-oħra, lil utenti kummerċjali oħrajn.

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kull trattament materjali differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti, minn naħa, lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali u, min-naħa l-oħra, lil utenti kummerċjali oħrajn.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-ikklassifikar;

(b)  l-ikklassifikar u s-settings awtomatiċi;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kull rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online ikkonċernat;

(c)  kull rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernat;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Trattament differenzjat ta' prodotti u servizzi anċillari

Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti, minn naħa, lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali taħt il-kontroll tal-fornitur u, min-naħa l-oħra, lil utenti kummerċjali oħrajn. 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-utenti kummerċjali għal xi dejta personali jew dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi.

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali tal-utenti kummerċjali u ta' siti web korporattivi għal xi dejta personali jew dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magna tat-tiftix online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta' dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, u jekk iva għal liema kategoriji ta' dik id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(a)  jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta' dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, u jekk iva għal liema kategoriji ta' dik id-dejta u b'liema kundizzjonijiet, u jekk dik id-dejta hijiex provduta lil partijiet terzi;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali b'rabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(b)  b'liema kundizzjonijiet utent kummerċjali għandu aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali b'rabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva, għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk, minbarra l-punt (b), utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż f'forma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet.

(c)  b'liema kundizzjonijiet, minbarra l-punt (b), utent kummerċjali għandu aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż f'forma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva, għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni rilevanti applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu lill-utenti kummerċjali aċċess għad-dejta kollha li jkunu kisbu b'riżultat tal-attività kummerċjali tal-utent kummerċjali rispettiv.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Il-fornituri ta' servizzi intermedjarji online, fil-faċilitazzjoni tal-kuntrattar bejn l-utent kummerċjali u l-konsumatur, jistgħu jittrażmettu d-dejta ta' kuntatt tal-konsumatur lill-utent kummerċjali, ħlief jekk il-konsumatur ma jaqbilx ma' dan.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c.  L-utenti kummerċjali għandhom jiżguraw li d-dejta tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, b'mod partikolari l-elementi kollha tal-prezz, li huma jissottomettu lill-fornituri ta' servizz tal-intermedjazzjoni online tkun korretta, u li tkun adegwata biex tippermettilhom jirrispettaw l-obbligi legali tagħhom, b'mod partikolari lejn il-konsumaturi.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti b'mezzi oħra

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online m'għandhomx jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru kundizzjonijiet differenti lill-konsumaturi biex jiksbu l-prodotti u servizzi inkwistjoni permezz ta' mezzi oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu, fuq it-talba tal-utent kummerċjali, żvelar sħiħ tal-pjattaformi u tas-siti web kollha li huma l-proprjetà tal-intermedjarju u li jitħaddmu minnu fejn ikunu elenkati l-prodotti jew is-servizzi ta' utent kummerċjali.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta' regoli oħrajn tal-Unjoni jew ta' regoli nazzjonali li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

2.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online m'għandhomx iġiegħlu lill-utenti kummerċjali jirrinunzjaw il-kontroll, għalkollox jew parzjalment, fuq id-drittijiet tagħhom tal-proprjetà intellettwali, inkluż il-marki kummerċjali rreġistrati tagħhom u l-ismijiet tal-marki tagħhom.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipproċessaw l-ilmenti malajr u b'mod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;

(b)  jipproċessaw l-ilmenti malajr u b'mod effettiv, sa mhux aktar tard minn 30 jum wara, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, b'mod individwalizzat u mfassal b'lingwaġġ ċar u mingħajr ambigwità.

(c)  jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti u mfassal b'lingwaġġ ċar u mingħajr ambigwità. L-ewwel rispons għal kwalunkwe lment għandu jasal fi żmien 14-il jum.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar il-funzjonament ġenerali u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jiżguraw li tkun aċċessibbli faċilment għall-utenti kummerċjali.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' lmenti mressqa, is-suġġett ta' dawn l-ilmenti, il-perjodu taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilmenti.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' lmenti mressqa, it-tipi ewlenin ta' lmenti, in-natura tal-problema mqajma mill-utenti kummerċjali u l-perjodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilmenti.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw medjatur wieħed jew bosta li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta' tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 9.

Il-medjazzjoni indipendenti għandha tkun volontarja u għandha tintuża biss wara li jkunu ġew eżawriti l-għażliet ta' rimedju fis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaf jidentifikaw medjatur wieħed jew bosta li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta' tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kkonċernati, li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede f'kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni ta' xi wieħed mill-medjaturi li jidentifikaw skont il-paragrafu 1, bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwima.

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede f'kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni ta' xi wieħed mill-medjaturi li jkunu ġew identifikati skont il-paragrafu 1, bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwima.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni f'kull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta' dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta' suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta' dan il-każ inkwistjoni, b'mod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet b'mod relattiv għal xulxin. Iżda l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom mill-inqas iġarrbu nofs l-ispejjeż totali f'kull każ.

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni f'kull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta' dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta' suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta' dan il-każ inkwistjoni, b'mod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet b'mod relattiv għal xulxin.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

5.  L-ebda tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu m'għandu jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati li jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar fit-tifsira tal-Artikolu 2(2) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE jew li għandhom mekkaniżmi vinkolanti ekwivalenti ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti maqbula fil-kuntratti ta' franchising jew statuti ta' kooperazzjoni rispettivi tagħhom.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 b. Kull sena, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jippubblikaw informazzjoni lill-pubbliku ġenerali f'format faċilment aċċessibbli, li tispeċifika l-għadd ta' każijiet mibdija, in-natura tal-ilmenti, u r-riżultati ta' dawk l-ilmenti.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi rilevanti tagħhom jew awtoritajiet oħra jistabbilixxu reġistru ta' atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta' inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali sabiex jipprovdu bażi għall-aħjar prattika u informazzjoni lil korpi pubbliċi oħra tal-Istati Membri jew awtoritajiet oħra.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  jiżvelaw, b'mod sħiħ u pubblikament, informazzjoni dwar is-sħubija, l-istruttura ta' governanza, il-persunal u l-finanzi.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi li jirrappreżentaw;

(b)  ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi li jirrappreżentaw; il-grupp għandu jikkonsisti f'minn tal-inqas maġġoranza ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  jiżvelaw, b'mod sħiħ u pubblikament, informazzjoni dwar is-sħubija u l-istruttura tagħhom;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ikunu mingħajr skop ta' qligħ.

(c)  ikunu mingħajr skop ta' qligħ u jkunu trasparenti biex titressaq talba.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi biex jieħdu azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, ħalli jindirizzaw xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi biex jieħdu azzjoni individwali quddiem il-qrati tal-post ta' residenza abitwali tal-utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi jew quddiem il-qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż seħħ jew jista' jseħħ, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, ħalli jindirizzaw xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji.

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u timmonitorja t-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, inklużi l-konsultazzjoni u l-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema ta' pjattaforma fir-rigward tal-kontenut ta' tali kodiċijiet, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5(2) u (3).

2.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew l-organizzazzjonijiet fit-tifsira ta' dan ir-Regolament huma mħeġġa jfasslu kodiċijiet ta' kondotta, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5(2) u (3).

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità tal-kodiċijiet ta' kondotta mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [date: three years after the date of entry into force], u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1.  Sa [data: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ], u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Tliet snin fis-suq online huma eternità, għalhekk qiegħed jiġi rrakkomandat li żmien jitnaqqas għal sentejn sabiex il-ħtiġijiet emerġenti tas-suq jkunu jistgħu jiġu trattati b'mod aktar f'waqtu.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ewwel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir, b'mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8, u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, u dwar jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern.

2.  L-ewwel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir, b'mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8, u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, u dwar jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Bħala parti minn din l-evalwazzjoni, għandha ssir ukoll valutazzjoni dwar jekk dan ir-Regolament kellux xi mpatt fis-settur tat-trasport, b'mod partikolari lejn il-kisba taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta' esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta' kull kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 13, meta xieraq.

4.  Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta' esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta' kull kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 13, meta xieraq. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi korrettivi fejn meħtieġ.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan għandu japplika minn [date: six months following the day of its publication].

2.  Dan għandu japplika minn [data: tnax-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

Referenzi

COM(2018)0238 – C8-0165/2018 – 2018/0112(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

28.5.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Claudia Țapardel

10.8.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

Data tal-adozzjoni

22.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Michael Gahler, Franck Proust, Anders Sellström, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Moody, Flavio Zanonato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34#

+

ALDE

Gesine Meissner, Pavel Telička

ECR

Mark Demesmaeker, Roberts Zīle

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Marie-Christine Arnautu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Franck Proust, Massimiliano Salini, Anders Sellström, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Clare Moody, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

2

-

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (26.11.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

(COM(2018)0238 – C8-0165/2018 – 2018/0112(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Francis Zammit Dimech

(*) Associated committee – Rule 54 of the Rules of Procedure

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ir-regolament "P2B") saret bħala riżultat dirett ta' appelli mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-pjattaformi online u s-suq uniku diġitali(1).

F'opinjoni tiegħu għal dak ir-rapport, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali appella għal qafas regolatorju xieraq u proporzjonat li jiggarantixxi r-reponsabbiltà, il-ġustizzja, il-fiduċja u t-trasparenza fil-proċessi tal-pjattaformi sabiex jiġu evitati d-diskriminazzjoni u l-arbitrarjetà fil-konfront tas-sħab kummerċjali fir-rigward ta', fost oħrajn, aċċess għas-servizz, referenzjar xieraq u ġust, riżultati ta' tiftix, jew il-funzjonament tal-interfaċċji tal-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet rilevanti, abbażi tal-prinċipji ta' interoperabbiltà u ta' konformità applikabbli għall-pjattaformi.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal regolament P2B bħala l-ewwel sforz min-naħa ta' kwalunkwe leġiżlatur biex jirregola f'dan il-qasam, u jipproponi li dan l-istrument isir aktar ibbilanċjat f'ċerti aspetti.

Fir-rigward tat-trasparenza fil-qasam tal-ikklassifikar, ir-rapporteur iqis li jeħtieġ li jinstab bilanċ b'regoli dwar il-kompetizzjoni. Il-pjattaformi għalhekk għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw il-prinċipji sottostanti tal-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar, iżda mhux l-algoritmi nnifishom, li għandhom jitqiesu bħala sigrieti kummerċjali.

Huwa importanti ħafna wkoll li ssir distinzjoni bejn tranżazzjoni u l-bidu ta' tranżazzjoni. Tfittxija sempliċi għal prodott jew servizz fuq magna tat-tiftix ma għandhiex titqies bħala bidu ta' tranżazzjoni iżda sempliċiment talba għal informazzjoni li tista' twassal għall-bidu ta' tranżazzjoni.

Filwaqt li r-rapporteur jilqa' l-ħtieġa li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online jieħdu miżuri korrettivi billi jitwaqqfu mekkaniżmi ta' rimedju intern, il-medjazzjoni ma għandhiex tkun pass obbligatorju qabel ma l-utent kummerċjali jkun jista' jirrikorri għall-proċedimenti ġudizzjarji.

Ir-rapporteur iqis li dan l-istrument immirat huwa l-ewwel pass biex wieħed jirregola f'dan il-qasam, iżda wieħed għandu jżomm f'moħħu li ħafna aspetti oħrajn se jkollhom jiġu regolati fil-futur. Għalhekk huwa importanti li proċess ta' reviżjoni dettaljat ikun diġà preżenti fl-ambitu ta' dan l-istrument.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku. Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern. Minbarra dan, dawn jippermettu wkoll li l-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi offruti online.

(1)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-kummerċ diġitali u, b'mod partikolari, tal-intraprenditorija, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku. Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern. Minbarra dan, dawn jippermettu wkoll li l-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi kif ukoll għax jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. L-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-dejta, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta' dawn l-utenti kummerċjali, fosthom tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta' dawk is-servizzi ta' spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.

(2)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. L-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-dejta, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta' dawn l-utenti kummerċjali, fosthom tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta' dawk is-servizzi ta' spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex effettivament iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi evitat li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu pożizzjoni dominanti fis-suq u jdgħajfu l-kompetizzjoni billi jużaw il-poter ta' effetti tan-netwerk. Jenħtieġ li jiġi evitat ukoll li l-pjattaformi jkunu jistgħu jevitaw ir-rekwiżiti tal-liġi tax-xogħol billi jikklassifikaw il-ħaddiema bħala kuntratturi indipendenti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online, kif ukoll it-tranżazzjonijiet kummerċjali ffaċilitati minn dawk is-servizzi, għandhom importanza partikolari għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni fl-ekonomija ta' żmienna. Il-prattiki kummerċjali potenzjalment inġusti u dannużi ta' ċerti fornituri ta' dawk is-servizzi fir-rigward tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi jxekklu l-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal u jaffettwaw b'mod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Barra minn hekk, il-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal hi mxekkla, u l-funzjonament xieraq tas-suq intern hu affettwat ħażin minħabba liġijiet diverġenti ta' ċerti Stati Membri li jirregolaw dawn is-servizzi bi gradi differenti ta' effettività, filwaqt li Stati Membri oħrajn qed jikkunsidraw li jadottaw liġijiet bħal dawn.

(5)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online, kif ukoll it-tranżazzjonijiet iffaċilitati minn dawk is-servizzi, għandhom importanza partikolari għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni fl-ekonomija ta' żmienna. Il-prattiki kummerċjali potenzjalment inġusti u dannużi ta' ċerti fornituri ta' dawk is-servizzi fir-rigward tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi jxekklu l-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal u jaffettwaw b'mod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Barra minn hekk, il-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal hi mxekkla, u l-funzjonament xieraq tas-suq intern hu affettwat ħażin minħabba liġijiet diverġenti ta' ċerti Stati Membri li jirregolaw dawn is-servizzi bi gradi differenti ta' effettività, filwaqt li Stati Membri oħrajn qed jikkunsidraw li jadottaw liġijiet bħal dawn.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għalhekk jenħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti sett ta' regoli obbligatorji uniformi u mmirati biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern billi jkun żgurat, b'mod partikulari, li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollhom it-trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv mal-Unjoni kollha. Dawk ir-regoli jenħtieġ jipprovdu wkoll għal trasparenza xierqa fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta' siti web korporattivi fir-riżultati ġġenerati mill-magni tat-tiftix online. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ ikunu tali biex jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa' tal-pjattaformi online.

(6)  Għalhekk jenħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti sett ta' regoli obbligatorji uniformi u mmirati biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern billi jkun żgurat, b'mod partikulari, li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkollhom it-trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv mal-Unjoni kollha. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprevedu wkoll inċentivi sabiex tiġi promossa mġiba kummerċjali ġusta u proporzjonata u trasparenza xierqa, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta' siti web korporattivi fir-riżultati ġġenerati mill-magni tat-tiftix online, inklużi l-assistenti bil-leħen. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ ikunu tali biex jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa' tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar tal-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-karatteristiċi tas-suq online hija l-ħolqien u l-qerda malajr tan-negozju taħt l-influwenza ta' pjattaformi li jistgħu jaġixxu bħala gwardjani. Tali rwol jenħtieġ li kemm jista' jkun jitnaqqas għal wieħed mill-intermedjarji newtrali, li għalhekk ikun ta' benefiċċju għan-negozju u għall-partijiet tal-konsumaturi tas-suq.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ ikun japplika għall-fornituri ta' dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti f'xi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ ikunu stabbiliti fl-Unjoni. It-tieni nett, permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni. Dawn il-konsumaturi jenħtieġ ikunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta' xi Stat Membru. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament għal konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew għal persuni li mhumiex konsumaturi.

(7)  Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ ikun japplika għall-fornituri ta' dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti f'xi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ ikunu stabbiliti fl-Unjoni. It-tieni nett, permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi jew negozji li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni. Dawn il-konsumaturi jenħtieġ ikunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta' xi Stat Membru. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament lil konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew esklussivament lil persuni li mhumiex konsumaturi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet kummerċjali bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi b'diversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta' ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiġu definiti b'mod preċiż u teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, is-servizzi jenħtieġ ikunu jikkonsistu f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni, fuq dak tal-utent kummerċjali, jew inkella offline. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ jingħataw abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali u bejn il-fornituri u l-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b'mod inekwivokabbli u verifikabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub.

(8)  Varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet kummerċjali bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi b'diversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta' ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiġu definiti b'mod preċiż u teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, is-servizzi jenħtieġ ikunu jikkonsistu f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li huma jagħtu bidu għat-tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni, fuq dak tal-utent kummerċjali. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ jingħataw abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi fejn il-fornituri jaġixxu ta' intermedjarji fil-konfront tal-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b'mod inekwivokabbli u verifikabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi dispożizzjonijiet relatati ma' dawk is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li, minbarra r-rekwiżiti ta' hawn fuq, iwettqu funzjoni ta' "intermedjazzjoni" f'suq online. Is-sempliċi preżenza ta' reklamar fuq paġna web jenħtieġ li fiha nnifisha ma tfissirx li l-paġna web tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal raġunijiet ta' konsistenza, id-definizzjoni ta' magna tat-tiftix online użata f'dan ir-Regolament jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni użata fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 .

(11)  Għal raġunijiet ta' konsistenza, id-definizzjoni ta' magna tat-tiftix online użata f'dan ir-Regolament jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni użata fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 . Madankollu, huwa ċċarat li din id-definizzjoni tkopri t-tiftix bil-vuċi kif ukoll il-magni tat-tiftix online li jagħtu direttament lura l-informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub. Dan ir-Regolament ma japplikax għal funzjonalitajiet ta' tiftix li ma jinkludux, mill-inqas fil-prinċipju, is-siti web kollha, bħal funzjonijiet ta' tiftix fis-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew li huma karatteristika ta' softwer ta' sistema operattiva.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

21 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika meta t-termini u l-kundizzjonijiet ta' relazzjoni kuntrattwali, irrispettivament mill-isem jew l-għamla tagħhom, ma jkunux innegozjati individwalment mill-partijiet għalihom. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ikunux ġew innegozjati individwalment jew le jenħtieġ jiġi ddeterminat abbażi ta' valutazzjoni ġenerali, fejn il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu ġew innegozjati individwalment, minnu nnifsu, mhux deċiżiv.

(12)  Biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika irrispettivament minn jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u utent kummerċjali jkunux partijiet għal ftehim li huma nnegozjaw individwalment.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' relazzjoni kuntrattwali jkunu jippermettu li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-użu, it-terminazzjoni u s-sospensjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u jiksbu l-prevedibbiltà fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ jitfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu, li jista' jinftiehem faċilment minn utent kummerċjali medju. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux li tfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu meta dawn ikunu vagi, mhux speċifiċi jew mingħajr ċertu dettall dwar kwistjonijiet kummerċjali importanti u għalhekk jonqsu milli jagħtu livell raġonevoli ta' prevedibbiltà lill-utenti kummerċjali fejn jidħlu l-aktar aspetti importanti tar-relazzjoni kuntrattwali.

(13)  Biex jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' relazzjoni kuntrattwali jkunu jippermettu li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-użu, it-terminazzjoni u s-sospensjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u jiksbu l-prevedibbiltà fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ jitfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu, li jista' jinftiehem faċilment minn utent kummerċjali medju. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux li tfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu meta dawn ikunu vagi, mhux speċifiċi jew mingħajr ċertu dettall dwar kwistjonijiet kummerċjali importanti jew meta jippermettu setgħa deċiżjonali sproporzjonata tan-naħa dominanti u għalhekk jonqsu milli jagħtu livell raġonevoli ta' prevedibbiltà lill-utenti kummerċjali fejn jidħlu l-aktar aspetti importanti tar-relazzjoni kuntrattwali bħall-għoti ta' raġunijiet għas-sospensjoni jew għat-terminazzjoni tal-għoti ta' servizzi lil utenti kummerċjali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista' tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kuntrattwali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kull bidla f'dawn it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali fi żmien perjodu ta' notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta' mill-inqas 15-il ġurnata. Jenħtieġ li dak il-perjodu ta' notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat b'mod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perjodu ta' notifika tkun toħroġ minn obbligu legali impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

(14)  Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista' tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kuntrattwali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kull bidla f'dawn it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali fi żmien perjodu ta' notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta' mill-inqas 15-il ġurnata. Bħala eċċezzjoni u soġġett għad-dispożizzjonijiet ċari tat-termini u l-kundizzjonijiet, jenħtieġ li dak il-perjodu ta' notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat b'mod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perjodu ta' notifika tkun toħroġ minn obbligu legali impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li huwa meħtieġ ċertu livell ta' flessibbiltà fit-trattament tal-prattiki kummerċjali li jistgħu jagħmlu ħsara lill-konsumaturi, l-ewwel pass biex jiġu evitati dawn il-prattiki huwa li jiġu ċċarati l-obbligi u l-miżuri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika meta t-termini u l-kundizzjonijiet ta' relazzjoni kuntrattwali, irrispettivament mill-isem jew l-għamla tagħhom, ma jkunux innegozjati individwalment mill-partijiet għalihom. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ikunux ġew innegozjati individwalment jew le jenħtieġ jiġi ddeterminat abbażi ta' valutazzjoni ġenerali, fejn il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu ġew innegozjati individwalment, minnu nnifsu, mhux deċiżiv.

(12)  Biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika irrispettivament minn jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u utent kummerċjali jkunux partijiet għal ftehim li huma nnegozjaw individwalment.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni jistgħu jbiddlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom b'reazzjoni għal prattiki li jistgħu jikkawżaw dannu immedjat lill-konsumaturi. Tali prattiki dannużi jistgħu jinkludu frodi, spam, kwistjonijiet ta' sigurtà, phishing, abbuż tad-dejta tal-konsumatur jew tas-sitwazzjoni finanzjarja, eċċ. Minħabba d-diversità tal-intermedjarji u l-kontenut li l-utenti kummerċjali jqassmu permezz tagħhom, jista' jkun li tali prattiki dannużi mhux dejjem ikunu previsti f'termini speċifiċi mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni. F'każijiet bħal dawn, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni huma eżentati mill-perjodu ta' notifika ta' 10 ijiem għall-applikazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet il-ġodda.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali, jenħtieġ ikun possibbli li qorti kompetenti tistabbilixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi, ma jkunux vinkolanti fuq l-utent kummerċjali kkonċernat, b'effetti ex nunc. Iżda jenħtieġ li sejba bħal din minn qorti tkun tikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista' tfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta' aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perjodu ta' notifika stabbilit, jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri daqslikieku qatt ma eżistew b'effetti erga omnes u ex tunc.

(15)  Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali, jenħtieġ ikun possibbli li qorti kompetenti tistabbilixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi, ma jkunux vinkolanti fuq l-utent kummerċjali kkonċernat, b'effetti ex nunc. Iżda jenħtieġ li sejba bħal din minn qorti tkun tikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista' tfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta' aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perjodu ta' notifika stabbilit, jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ wara li jgħaddi l-perjodu ta' notifika legali biss u dawk li jkollhom tort jenħtieġ li jkunu responsabbli għad-danni.

Ġustifikazzjoni

Il-piena normali għal azzjonijiet ta' notifika żbaljati hija s-sospensjoni tal-iskadenza sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali. Jekk jiġi annullat il-kontenut tal-bidliet għat-ToS abbażi tal-iskadenzi, din ma tkunx miżura li tqis il-merti tal-kontenut, u għalhekk tidher li hija sproporzjonata.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jissospendi jew itemm, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għalihom. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u b'hekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. Barra minn hekk, li dan jeżiġi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandu jgħin biex tkun evitata jew rimedjata kwalunkwe tneħħija mhux intenzjonata ta' kontenut online provdut minn utent kummerċjali li l-fornitur ikun jidhirlu b'mod skorrett li hu kontenut illegali, b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/33422 . Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tidentifika r-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ tirreferi b'mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti li wasslu għal dik id-deċiżjoni.

(16)  Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li japplika restrizzjonijiet jew sanzjonijiet lil utenti kummerċjali, li jissospendi jew itemm, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Dan jista' jinkludi ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet, kif ukoll ksur tal-utenti kummerċjali li jista' jkun ta' dannu għall-konsumatur jew għall-pjattaformi (pereżempju, iżda mhux limitati għal: kwistjonijiet ta' sigurtà, frodi, phishing, kontenut illegali u dannuż). Minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, kif ukoll l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali li l-utenti kummerjali jiddisponu minnhom, bħal-libertà ta' intrapriża u l-libertà tal-kelma, dawn jenħtieġ jiġu mgħarrfa kif xieraq bir-raġunijiet għalihom. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u b'hekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. Barra minn hekk, li dan jeżiġi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandu jgħin biex tkun evitata jew rimedjata kwalunkwe tneħħija mhux intenzjonata ta' kontenut online provdut minn utent kummerċjali li l-fornitur ikun jidhirlu b'mod skorrett li hu kontenut illegali, b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/33422 . F'xi każijiet, id-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online hija bbażata fuq notifiki minn partijiet terzi. Il-kompetituri jistgħu jabbużaw minn dawn in-notifiki. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/334 tirrikjedi li tali notifiki jkunu preċiżi biżżejjed u sostanzjati b'mod xieraq sabiex il-fornitur ospitanti jkun jista' jieħu deċiżjoni informata u diliġenti fir-rigward tal-kontenut li miegħu hija relatata n-notifika. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li għalhekk jintalbu jgħaddu l-kontenut tan-notifika lill-utent kummerċjali f'każijiet fejn tittieħed deċiżjoni li jiġi sospiż jew itterminat l-għoti tas-servizzi tiegħu wara notifika minn parti terza, sabiex l-utent kummerċjali jkun jista' faċilment jirrifjuta notifki li bla dubju jkunu żbaljati. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ tidentifika r-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ tirreferi b'mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti li wasslu għal dik id-deċiżjoni. Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ sistema proporzjonata u gradwali kull fejn ikun possibbli, inkluża notifika minn qabel u fil-ħin qabel ma jittieħdu miżuri li jwasslu għat-tneħħija tal-aċċess tan-negozju għall-klijenti tiegħu.

_________________

_________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Minħabba li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni ta' spiss jaħdmu ma' kanali ta' distribuzzjoni addizzjonali ta' programmi affiljati, it-trasparenza fil-konfront tal-utenti kummerċjali jenħtieġ li tiġi żgurata f'dan ir-rigward. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li kollha jkollhom id-dritt li jagħmlu aġġustamenti fil-kanali fejn isir il-kummerċ tal-offerti tagħhom.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta' fornituri differenti. Il-kunċett ta' parametri prinċipali jenħtieġ jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta' aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni, kif ukoll tal-effetti relattivi tagħhom. Jenħtieġ li b'din id-deskrizzjoni, l-utenti kummerċjali jifhmu sew kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online.

(17)  L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti f'termini tal-kompetittività tas-suq diġitali u fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta' fornituri differenti. Il-kunċett ta' parametri prinċipali jenħtieġ jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali użati fil-kuntest tal-ikklassifikar. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar mar-rimunerazzjoni, kif ukoll tal-effetti relattivi tagħhom. Jenħtieġ li b'din id-deskrizzjoni, l-utenti kummerċjali jifhmu sew kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Bl-istess mod, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta' dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web kollha indiċjati, inkluż dawk tal-utenti ta' siti web korporattivi kif ukoll ta' siti web oħrajn. Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ tippermetti li l-utenti ta' siti web korporattivi jifhmu aħjar jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt. Fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta' siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti. Biex tkun żgurata l-prevedibbiltà tal-utenti ta' siti web korporattivi, id-deskrizzjoni jenħtieġ ukoll tinżamm aġġornata, inkluż il-possibbiltà li kwalunkwe bidla fil-parametri prinċipali jenħtieġ tkun identifikabbli faċilment. Filwaqt li fl-ebda ċirkostanza, il-fornituri mhuma meħtieġa jiżvelaw xi sigriet kummerċjali kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 meta jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit li jiżvelaw il-parametri prinċipali tal-ikklassifikar, jenħtieġ li d-deskrizzjoni mogħtija tkun mill-inqas ibbażata fuq dejta attwali dwar ir-rilevanza tal-parametri tal-ikklassifikar użati.

(18)  Bl-istess mod, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta' dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web kollha indiċjati, inkluż dawk tal-utenti ta' siti web korporattivi kif ukoll ta' siti web oħrajn. Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ tippermetti li l-utenti ta' siti web korporattivi jifhmu aħjar jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt. Fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta' siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti. Biex tkun żgurata l-prevedibbiltà tal-utenti ta' siti web korporattivi, id-deskrizzjoni jenħtieġ ukoll tinżamm aġġornata, inkluż il-possibbiltà li kwalunkwe bidla fil-parametri prinċipali jenħtieġ tkun identifikabbli faċilment. Filwaqt li r-rekwiżit biex jiġu żvelati l-parametri tal-ikklassifikar jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist, l-użu u l-iżvelar legali, meta jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit li jiżvelaw il-parametri prinċipali tal-ikklassifikar, jenħtieġ li d-deskrizzjoni mogħtija tkun mill-inqas ibbażata fuq dejta reali dwar ir-rilevanza tal-parametri tal-ikklassifikar użati. Sabiex jiġi evitat kull dubju, kwalunkwe obbligu dwar magni tat-tiftix online sabiex jiġi żgurat li d-deskrizzjoni tal-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar tibqa' aġġornata jenħtieġ li ma jinvolvix ir-rekwiżit li l-magni tat-tiftix online jiżvelaw xi sigrieti kummerċjali kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/943.

_________________

_________________

23 Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

23 Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, li jaf ikun jagħti b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ ikun japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta' prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta' dawk is-servizzi.

(19)  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi bħal settings awtomatiċi, li jaf ikun jagħti b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ ikun japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta' prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta' dawk is-servizzi. Barra minn hekk, il-konsumaturi spiss jiddependu fuq servizzi kkonfigurati b'mod awtomatiku mingħajr ma jiġu infurmati dwar oġġetti u servizzi kompetittivi, u jistgħu jaffaċċjaw ostakoli tekniċi jew ekonomiċi jekk dawn ikunu jixtiequ jagħżlu servizz kompetittiv. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li għalhekk ma jitħallewx jipprovdu xi oġġett jew servizz taħt il-kontroll dirett jew indirett tagħhom bħala għażla awtomatika mingħajr ma l-ewwel jagħtu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jagħżlu minn għażliet kompetittivi differenti disponibbli meta jużaw is-servizz tal-intermedjazzjoni online għall-ewwel darba. Il-konsumatur jenħtieġ li ma jkunx obbligat jagħżel għażla awtomatika. L-oġġetti jew is-servizzi ta' fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jitqiesu li jikkompetu ma' dawk tal-utenti kummerċjali tiegħu meta l-oġġett jew is-servizz ikun jista' jitqies bħala interkambjabbli jew sostitwibbli mill-konsumaturi li jkunu qed jużaw is-servizz tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Huwa daqstant importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma jinvolvux ruħhom fi prattiki kummerċjali inġusti (inkluża mġiba kummerċjali jew l-inklużjoni ta' termini kuntrattwali inġusti) li għandhom impatt detrimentali b'mod sostanzjali fuq il-kompetizzjoni jew fuq l-għażla għall-konsumaturi. Is-setgħa ta' negozjar relattiva tal-intermedjarju online u tal-utent kummerċjali, flimkien ma' kwalunkwe fattur rilevanti ieħor, jenħtieġ li jitqies fid-determinazzjoni dwar jekk prattika kummerċjali hijiex inġusta.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19b)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, servizz ta' fornitur jikkompeti ma' dawk tal-utenti kummerċjali l-oħra tiegħu jekk jitqies li huwa interskambjabbli jew sostitwibbli mill-konsumaturi tas-servizz tal-intermedjazzjoni online, inkluż minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet, jew l-użu maħsub tas-servizzi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19c)  F'ċerti każijiet, l-asimetrija fis-setgħa tan-negozjar bejn is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u utenti kummerċjali oħra tirriżulta fi żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet taħt il-kuntratt applikabbli, u dan jikkawża ħsara lill-utent kummerċjali. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online japplika trattament ġust fil-konfront tal-utent kummerċjali, b'tali mod li dan ma jxekkilx b'mod sostanzjali l-abbiltà u l-libertà tal-utenti kummerċjali l-oħra biex iwettqu negozju. Minħabba l-probabbiltà kbira ta' ħsara lill-konsumaturi inerenti f'sitwazzjonijiet fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jikkompeti ma' utenti kummerċjali oħra, inkluż billi jitnaqqsu l-għażliet tal-konsumaturi, jiżdiedu l-ispejjeż tagħhom u ma tingħatalhomx informazzjoni kritika, l-obbligu li jiġi pprovdut trattament ġust għandu jinkludi l-iżgurar li l-konsumaturi li jaċċessaw servizzi permezz tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jkollhom id-dritt u l-abbiltà li jagħżlu u jużaw is-servizzi tal-għażla tagħhom, mingħajr ma jaffaċċjaw l-ebda piż bla bżonn, bħal meta l-fornitur jinjora jew jipprevali l-għażliet tal-konsumaturi tas-settings awtomatiċi. Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jonqos ukoll milli jipprovdi trattament ġust meta ma jagħtix lill-utenti kummerċjali kompetituri l-informazzjoni kollha meħtieġa għalihom sabiex jiksbu l-istess livell u kwalità ta' interoperabbiltà bis-servizz tal-intermedjazzjoni online, u kwalunkwe servizz anċillari, kif inhu disponibbli għall-fornitur innifsu, u meta jimplimenta prattiki li jipprovdu direttament jew indirettament vantaġġi tekniċi jew ekonomiċi lill-offerti tiegħu stess li huwa jiċħad lil utenti kummerċjali kompetituri. Trattament ġust jirrikjedi wkoll li l-fornitur joqgħod lura milli jinterferixxi fir-relazzjoni kummerċjali bejn l-utenti kummerċjali kompetituri u l-konsumaturi tas-servizzi tagħhom, inkluż billi jiġi mblukkat jew inkella jiġi ristrett il-fluss tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bejniethom, inklużi r-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19d)  Ċerti prattiki jistgħu jiġu ttrattati b'mod konklużiv bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha. L-Osservatorju tal-Pjattaformi jenħtieġ li jirrevedi kontinwament din il-lista ta' prattiki u jirrakkomanda aġġornamenti lill-Kummissjoni. Peress li s-suq għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online qed jevolvi, il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ gwida dwar prattiki li jistgħu jikkompromettu l-prattiki kummerċjali inġusti, inklużi ċ-ċirkostanzi li fihom prattiki speċifiċi jistgħu jitqiesu inġusti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-abbiltà ta' aċċess għad-dejta, u tal-użu tagħha, inkluż tad-dejta personali, tista' tippermetti l-ħolqien ta' valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-dejta, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista' tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-dejta attwali, jew ta' kategoriji tad-dejta, ħalli l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-dejta biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-dejta minn parti terza. Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-dejta personali jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.24

(20)  L-abbiltà ta' aċċess għad-dejta, u tal-użu tagħha, inkluż tad-dejta personali, tista' tippermetti l-ħolqien ta' valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-dejta, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista' tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-dejta reali, jew ta' kategoriji tad-dejta, ħalli l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-dejta biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-dejta minn parti terza. Dan ir-Regolament jirrikjedi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkunu trasparenti dwar liema dejta jipprovdu lill-utenti kummerċjali tagħhom iżda ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit biex tiġi mxerrda dejta personali jew mhux personali lill-utenti kummerċjali. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-ipproċessar tad-dejta personali jkun konformi mal-qafas legali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, u dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali f'komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, mad-Direttiva (UE) 2016/68024a u mad-Direttiva 2002/58/KE24b. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jobbligax lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jikkondividu d-dejta personali ma' partijiet terzi lil hinn minn dak li huwa stabbilit fil-politiki ta' privatezza tagħhom.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

24 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

24a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

24b Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'ċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta' mezzi oħra apparti permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. F'dawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, b'mod partikolari b'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet. Iżda jenħtieġ li dan l-obbligu tat-trasparenza ma jkunx jinftiehem li jaffettwa l-valutazzjoni tal-legalità ta' dawn ir-restrizzjonijiet skont atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni u prattiki kummerċjali inġusti, u l-applikazzjoni ta' dawn il-liġijiet.

(21)  F'ċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta' mezzi oħra apparti permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. F'dawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, b'mod partikolari b'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet u jiżguraw li tali restrizzjonijiet ikunu proporzjonati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali miżmuma mill-utenti kummerċjali. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jagħmlu użu minn dawn id-drittijiet biss wara li jkunu kisbu l-kunsens espliċitu tal-utent kummerċjali jew tad-detentur tal-liċenzja tagħhom, jew skont l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet applikabbli. Jenħtieġ li jkun hemm konformità mat-termini tal-użu ta' tali drittijiet. Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi jenħtieġ li jiġu rrispettati wkoll.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu sospensjoni jew waqfien milli jużaw is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta' rimedju aċċessibbli, immedjat u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti. Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ ikollha l-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew b'mod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti. Barra minn hekk, jekk ikun żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jippubblikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, dan jenħtieġ jgħin lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ta' kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.

(22)  Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li setgħu ġarrbu restrizzjoni, sospensjoni jew waqfien milli jużaw is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet aċċessibbli, immedjati, proporzjonati u effettivi ta' rimedju, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna effettiva u rapida tat-trattament tal-ilmenti. Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li tkun trasparenti, simplifikata u nondiskriminatorja, li jkollha l-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew b'mod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti. Barra minn hekk, jekk ikun żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jippubblikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, dan jenħtieġ jgħin lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ta' kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr, effettiva u nondiskriminatorja.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta' flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, b'mod proporzjonat kull użu in mala fede ta' dawk is-sistemi min-naħa ta' ċerti utenti kummerċjali. Minbarra dan, f'każijiet oħrajn, għajr għal xi allegat nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti ma jkunux miftuħa għal ilmenti li jinvolvu biss effetti negattivi negliġibbli fuq l-utenti kummerċjali kkonċernati. Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kull fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25 .

(23)  Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta' flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, b'mod proporzjonat kull użu in mala fede ta' dawk is-sistemi min-naħa ta' ċerti utenti kummerċjali. Minbarra dan, f'każijiet oħrajn, għajr għal xi allegat nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti ma jkunux miftuħa għal ilmenti li jinvolvu biss effetti negattivi negliġibbli fuq l-utenti kummerċjali kkonċernati. Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kull fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25 . Is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trattament ugwali u l-użu tagħha jenħtieġ li ma jwassal għall-ebda trattament detrimentali tal-utent kummerċjali.

_________________

_________________

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ ikollhom proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-medjatur jenħtieġ jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli f'dak il-każ individwali. Iżda jenħtieġ li dan il-proporzjon ma jkun qatt inqas min-nofs dawk l-ispejjeż.

(25)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-medjatur jenħtieġ jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli f'dak il-każ individwali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta' siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta' siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online u konnessi jiddisponu minn korrettezza, trasparenza xierqa u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta' dawk is-servizzi.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tal-operat tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta' dawk is-servizzi.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-miżuri settorjali meħuda fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “utent kummerċjali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(1)  "utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri jew timmira li toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 ;

(a)  jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 jew jikkostitwixxu sistemi operattivi tat-tagħmir u f'dik il-kapaċità jaġixxu bħala intermedjarji bejn l-iżviluppaturi u l-konsumaturi tal-applikazzjoni online;

_________________

_________________

27 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

27 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – punti b u c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(b)  l-għan ewlieni tagħhom ikun li l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi billi jagħtu bidu għal tranżazzjonijiet online diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni jew permezz ta' kollegament dirett ma' dak tal-utent kummerċjali.

(c)  jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn, minn naħa, il-fornitur ta' dawn is-servizzi u, min-naħa l-oħra, dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi li lilhom dawk l-utenti kummerċjali joffru prodotti jew servizzi;

(c)  jingħataw lill-utenti kummerċjali b'mod ġenerali abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn, minn naħa, il-fornitur ta' dawk is-servizzi u l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi; Għall-fini ta' dan ir-Regolament, tali relazzjoni kuntrattwali għandha titqies li teżisti wkoll meta d-dejta personali jew dejta oħra tiġi pprovduta;

_________________

_________________

9 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

9 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  "sistema operattiva" tfisser softwer li, fost l-oħrajn, jiġġestixxi l-interfaċċa f'ħardwer periferali, jagħmel skedi tal-kompiti, jalloka l-ħażna, u jippreżenta interfaċċa awtomatika lill-utent meta ma jkun qed jitħaddem l-ebda programm ta' applikazzjoni inkluża interfaċċa grafika tal-utent, kemm jekk tali softwer ikun parti integrali mill-ħardwer tal-kompjuter tal-konsumaturi b'għan ġenerali, jew inkella softwer bla ħlas maħsub biex jitħaddem fuq ħardwer tal-kompjuter tal-konsumaturi b'għan ġenerali; madankollu din ma għandhiex tfisser karigatur ta' sistema operattiva, sistema tal-input/output bażika jew firmwer ieħor meħtieġ fil-mument tal-illowdjar jew meta tkun qed tiġi installata s-sistema operattiva;

Ġustifikazzjoni

Is-sistemi operattivi tat-tagħmir mobbli bħall-IOS jew l-Android jikkonsistu minn softwer, li jippermetti lill-applikazzjonijiet jaħdmu fuq tagħmir speċifiku (eż. applikazzjonijiet fuq smartphone). Ir-restrizzjonijiet jew il-bidliet li jiġu imposti apposta mill-manifatturi tat-tagħmir jew mill-fornituri tas-sistemi operattivi jistgħu jillimitaw id-distribuzzjoni u l-aċċess għal ċertu kontenut u ċerti servizzi online – spiss mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva jew permezz ta' mezzi sproporzjonati – u dan jista' jsir għad-detriment tal-utenti. Għalhekk, id-definizzjoni ta' intermedjarji online jenħtieġ li tiġi riveduta sabiex tinkludi b'mod espliċitu s-sistemi operattivi tat-tagħmir.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  “magna tat-tiftix online” tfisser servizz diġitali li permezz tiegħu isir tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha jew tas-siti web b'lingwa partikolari abbażi ta' rikjesta dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta' kelma muftieħ, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura links ta' fejn tista' tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(5)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali, inklużi fost l-oħrajn interfaċċi u applikazzjonijiet diġitali, li jinkludu applikazzjonijiet mobbli b'funzjonalità ta' tiftix, li permezz tiegħu jiddaħħlu rikjesti u jsir tiftix ta' siti web varji jew siti web u applikazzjonijiet mobbli b'lingwa partikolari abbażi ta' rikjesta dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta' kelma muftieħ, frażi jew input ieħor (permezz ta' test, vuċi jew kwalunkwe mezz ieħor), u li tagħti lura kontenut bħal testi qosra, stampi, links, vidjows, awdjos, fejn tista' tinstab informazzjoni relatata mat-tiftix;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  “utent ta' sit web korporattiv” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-siti web biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(7)  "utent ta' sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-siti web jew mezzi konnessi oħra biex toffri prodotti jew servizzi;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li s-siti web għadhom il-portal prinċipali, l-applikazzjonijiet u mezzi oħra daqt jistgħu jiffaċċjaw l-istess sfidi. Għalhekk, ikun aħjar li jiġu inklużi issa. L-aħħar parti tad-definizzjoni tneħħiet għaliex in-natura tal-klijenti jew l-intenzjoni tal-utent huma irrelevanti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti f'dan it-test.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  “ikklassifikar” tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti lill-konsumaturi minn utenti kummerċjali permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew għal siti web indiċjati għall-konsumaturi permezz ta' magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati lil dawk il-konsumaturi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(8)  "ikklassifikar" tfisser il-prominenza fir-riżultati tat-tiftix relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti lill-konsumaturi minn utenti kummerċjali permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew għal siti web indiċjati permezz ta' magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  “termini u kundizzjonijiet” tfisser kull terminu, kundizzjoni, klawsola u informazzjoni oħra, irrispettivament mill-isem jew il-forma, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom, u huma determinati b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(10)  "termini u kundizzjonijiet" tfisser it-termini, il-kundizzjonijiet, u l-klawsoli li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  "sistema operattiva tat-tagħmir" hija softwer li jippermetti lil smartphones, kompjuters u tagħmir ieħor iħaddmu applikazzjonijiet u programmi.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:

(a)   jitfasslu b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;

(a)   ikunu ġusti u proporzjonati u jitfasslu b'mod sempliċi u li jinftiehem;

(b)   ikunu disponibbli faċilment għall-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, inkluż l-istadju prekuntrattwali;

(b)   ikunu disponibbli faċilment għall-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, inkluż l-istadju prekuntrattwali;

(c)  jistabbilixxu r-raġunijiet oġġettivi għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

(c)  jistabbilixxu r-raġunijiet, b'mod konsistenti mat-termini u mal-kundizzjonijiet, għad-deċiżjonijiet li jissanzjonaw, jirrestrinġu, jissospendu jew jitterminaw, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali. Fl-adozzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jeħtieġu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(ca)  jinfurmaw lill-utenti kummerċjali dwar il-mezzi ta' distribuzzjoni addizzjonali tagħhom u l-programmi affiljati potenzjali li huma se jservu mal-offerta tal-utenti kummerċjali. L-utenti kummerċjali għandhom jingħataw id-dritt li jitolbu biex jitneħħew minn tali mezzi ta' distribuzzjoni addizzjonali.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw lill-utenti kummerċjali kkonċernati kull bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw fuq mezz li jservi fit-tul lill-utenti kummerċjali kkonċernati kull bidla sostanzjali fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jew fil-funzjonalità, l-interoperabbiltà jew karatteristiċi ewlenin oħra ta' prestazzjoni tal-pjattaforma bħall-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà tagħha, li tolqot b'mod negattiv l-utent kummerċjali jew taffettwahom b'mod mhux negliġibbli.

Il-bidliet maħsuba ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perjodu ta' notifika għandu jkun ta' mill-inqas 15-il ġurnata li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet maħsuba.

Il-bidliet maħsuba ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perjodu ta' notifika għandu jkun ta' mill-inqas 10 ġranet li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet maħsuba.

L-utent kummerċjali kkonċernat jista' jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub jew azzjoni affermattiva ċara biex jirrinunzja mill-perjodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu.

L-utent kummerċjali kkonċernat jista' jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub biex jirrinunzja l-perjodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu. L-utent kummerċjali għandu jkun intitolat li jittermina l-ftehim tiegħu mingħajr l-ebda ħlas fi żmien 10 ġranet minn meta jirċievi n-notifika, fejn tali bidliet jagħmlu ħsara sostanzjali lill-utent kummerċjali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet implimentati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 għandhom ikunu nulli u bla effett.

4.  Il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet implimentati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 għandhom ikunu nulli u bla effett, kif stabbilit minn qorti kompetenti, għall-bqija tal-perjodu ta' notifika mingħajr preġudizzju għall-validità tad-dispożizzjonijiet li jifdal, li għandhom jibqgħu validi sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu separati mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikun soġġett għal obbligu legali li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu b'mod li ma jippermettilux jirrispetta l-perjodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.  Il-perjodu ta' notifika stipulat fil-paragrafu 3 ma għandux japplika għal:

(a)  meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikun soġġett għal obbligu legali li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu b'mod li ma jippermettilux jirrispetta l-perjodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

(b)  jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ikunu ġew mibdula sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-utenti jew l-operazzjoni tas-servizz tal-intermedjazzjoni online bħala tali; jew

(c)  Jekk bidla għall-funzjonalità, l-interoperabbiltà jew karatteristiċi ewlenin oħra ta' prestazzjoni tal-pjattaforma hija neċessarja sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-utenti jew l-operazzjoni tas-servizz tal-intermedjazzjoni online bħala tali;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jiżgura li l-utenti kummerċjali jżommu l-kontroll sħiħ fuq il-marki tagħhom. L-attribuzzjoni tal-marka lill-utent kummerċjali għandha tkun tista' tingħaraf mill-konsumatur fl-istadji kollha tal-proċess tal-intermedjazzjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Sospensjoni u terminazzjoni

Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni

1.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jissospendi jew jittermina, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, mingħajr dewmien żejjed, b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

1.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jissanzjona mġiba meqjusa bħala ħażina, jew li jissospendi, jittermina jew inkella jirrestrinġi għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, mingħajr dewmien żejjed, b'dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tkun proporzjonata.

2.  Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġuni jew ir-raġunijiet oġġettivi applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c).

2.  Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġuni jew ir-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c). Meta r-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tirriżulta minn notifika ta' parti terza, il-kontenut ta' din in-notifika għandu jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

2a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix ma għandhomx jitħallew jissospendu, jitterminaw jew inkella jirrestrinġu, l-għoti tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lil utent kummerċjali li jipprovdi servizzi li jikkompetu mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, sakemm dan ma jkunx meħtieġ għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)  biex jiġi evitat kwalunkwe piż mhux raġonevoli fuq il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kkawżat mill-utent kummerċjali;

(b)  biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ta' konformità mill-utent kummerċjali mal-liġijiet applikabbli jew biex il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jikkonforma mal-liġijiet applikabbli;

(c)  għal raġunijiet ta' privatezza jew ta' sigurtà.

2b.  Ir-restrizzjoni, it-terminazzjoni u s-sospensjoni, fejn ikun possibbli u proporzjonat, għandhom jiġu ppreċeduti minn notifika u mill-opportunità li tiġi ċċarata jew stabbilita mill-ġdid il-konformità.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

L-ikklassifikar

L-ikklassifikar

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma' parametri oħra.

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri.

Meta dawk il-parametri prinċipali jkunu jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, dak il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jinkludi wkoll fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu deskrizzjoni ta' dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta' tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar.

Meta dawk il-parametri jkunu jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, dak il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jinkludi wkoll fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu deskrizzjoni ta' dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta' din ir-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar.

Meta jkun qed juri r-riżultati, is-servizz tal-intermedjazzjoni online għandu jiżvela qrib ta' kull ikklassifikar jekk u sa liema punt dan ikunx ġie influwenzat b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta, jew b'relazzjonijiet ta' sjieda kuntrattwali jew diretta.

1a.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkun bidel l-ordni tal-ikklassifikar f'każ speċifiku jew neħħa mil-lista prodott jew servizz partikolari li jiġi offrut minn utent kummerċjali wara notifika ta' parti terza, il-fornitur għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandha tinkludi referenza għall-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll il-kontenut tan-notifika.

2.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar, għall-utenti ta' siti web korporattivi, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata.

2.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web indiċjati kollha u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata fir-rigward ta' bidliet sostanzjali li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li se jaffettwaw lill-utenti ta' siti web korporattivi b'mod mhux negliġibbli. Bħala eċċezzjoni, f'każijiet fejn l-iżvelar tal-parametri kollha jmur kontra prattiki ġusti, raġonevoli u proporzjonati, il-parametri prinċipali biss għandhom jiġu dejjem ippreżentati fid-dettall. Il-parametri li jiddeterminaw l-ikklassifikar ma għandhomx jiġu applikati b'mod diskriminatorju.

2a.  Meta fornitur ta' magna tat-tiftix online jkun bidel l-ordni tal-ikklassifikar f'każ speċifiku jew neħħa mil-lista sit web partikolari wara notifika ta' parti terza, il-fornitur għandu joffri l-possibbiltà biex l-utent kummerċjali jispezzjona l-kontenut tan-notifika f'bażi ta' dejta online disponibbli għall-pubbliku. Il-fornitur ta' magna tat-tiftix online għandu joffri lill-utenti kummerċjali korporattivi mekkaniżmu tal-ilmenti u ta' rimedju biex jiġu kkoreġuti tneħħijiet mil-lista jew bidliet għall-ordni tal-ikklassifikar wara notifika żbaljata.

3.  Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu biżżejjed biex l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jkunu jistgħu jiksbu għarfien xieraq ta' jekk il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar jikkunsidrax dawn li ġejjin, u jekk iva kif u sa liema punt:

(a)  il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online;

(a)  il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online;

(b)  ir-rilevanza ta' dawk il-karatteristiċi għal dawk il-konsumaturi;

(b)  ir-rilevanza ta' dawk il-karatteristiċi għal dawk il-konsumaturi;

(c)  fir-rigward tal-magna tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat mill-utenti ta' siti web korporattivi.

(c)  fir-rigward tal-magna tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web indiċjat.

4.  Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw xi sigrieti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/943.

4.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.

4a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jiżguraw li l-issodisfar tal-obbligi tat-trasparenza skont dan l-Artikolu ma jirriżultax fi ħsara għall-konsumatur wara l-manipulazzjoni tal-ikklassifikar mill-utenti kummerċjali u mis-siti web kummerċjali korporattivi.

4b.  Ir-rekwiżiti tat-trasparenza msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu akkumpanjati minn linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet li magħhom għandu jkunkonformi servizz tal-intermedjazzjoni online skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità xierqa ma' dawn ir-rekwiżiti.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Trattament differenzjat

Trattament differenzjat

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti, minn naħa, lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali u, min-naħa l-oħra, lil utenti kummerċjali oħrajn.

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti, minn naħa, lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali u, min-naħa l-oħra, lil utenti kummerċjali oħrajn.

1a.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu għall-utenti ta' siti web korporattivi, deskrizzjoni ta' kull trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward, minn naħa, tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-magni tat-tiftix online minn dak il-fornitur stess jew minn kwalunkwe utent ta' sit web korporattiv ikkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, ta' utenti ta' siti web korporattivi oħra.

1b.  Fir-rigward, minn naħa waħda, tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew minn dak il-fornitur innifsu jew minn kwalunkwe utent kummerċjali li dak il-fornitur jikkontrolla u, min-naħa l-oħra, ta' utenti kummerċjali oħra, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jużaw prattiki proporzjonati, ġusti u trasparenti.

2.  Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri mill-anqas, meta applikabbli, kull trattament differenzjat permezz ta' miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew bl-imġiba tiegħu, relatati ma' xi waħda minn dawn li ġejjin:

2.  Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandha tkopri mill-anqas, meta applikabbli, kull trattament differenzjat permezz ta' miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornitur ta' magni tat-tiftix online, jew bl-imġiba tiegħu, relatati ma' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali li dak il-fornitur jikkontrolla, jista' jkollhom għal xi dejta personali jew dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi;

(a)  l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali li dak il-fornitur jikkontrolla, jista' jkollhom għal xi dejta personali jew dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi;

(b)  l-ikklassifikar;

(b)  l-ikklassifikar u s-settings awtomatiċi;

(c)  kull rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online ikkonċernat;

(c)  kull rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jew tas-servizz tal-magna tat-tiftix online kkonċernat;

(d)  l-aċċess għal servizzi, jew il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom, li huma konnessi direttament jew anċillari għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati.

(d)  l-aċċess għal servizzi, jew il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom, li huma konnessi direttament jew anċillari għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew għas-servizzi tal-magni tat-tiftix online ikkonċernati.

2a.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jipprovdu, direttament jew indirettament permezz ta' negozji taħt il-kontroll tagħhom, prodotti jew servizzi lill-konsumaturi li jikkompetu ma' dawk ipprovduti mill-utenti kummerċjali tagħhom, għandhom jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu liberament liema prodott jew servizz jużaw awtomatikament meta jużaw is-servizz tal-intermedjazzjoni online.

2b.  Meta jkun qed juri r-riżultati, is-servizz tal-intermedjazzjoni online għandu jiżvela wkoll qrib ta' kull prodott jew servizz li għalih ta trattament differenzjat, b'mod faċilment rikonoxxibbli, dwar jekk dan ikunx ġie influwenzat b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta, jew b'relazzjonijiet ta' sjieda kuntrattwali jew diretta.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Prattiki kummerċjali inġusti

1.  Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma għandux jinvolvi ruħu fi prattiki kummerċjali inġusti. Prattika għandha tikkostitwixxi prattika kummerċjali inġusta jekk il-prattika twassal għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm impatt materjalment detrimentali fuq il-kompetizzjoni u fuq l-għażla tal-konsumatur. Fil-valutazzjoni ta' jekk prattika kummerċjali hijiex inġusta, għandhom jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

(a)  il-pożizzjoni fis-suq tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utent kummerċjali; and

(b)  jekk hemmx żbilanċ sinifikanti fl-abbiltajiet ta' negozjar tal-partijiet li jirriżulta fl-impożizzjoni ta' piż mhux raġonevoli mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online fuq l-utent kummerċjali fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu jew fil-prattiki kummerċjali tiegħu.

2.  Id-Direttiva 2005/29/KE għandha tapplika mutatis mutandis.

3.  L-Anness I jipprovdi lista mhux eżawrjenti tal-prattiki kummerċjali li għandhom jitqiesu bħala inġusti skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. Dan l-Anness għandu japplika fl-istati Membri kollha u għandu jiġi rivedut perjodikament mill-grupp ta' esperti tal-Kummissjoni għall-Osservatorju tal-UE dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Il-grupp ta' esperti jista' jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar aktar prattiki kummerjali, li għandhom jitqiesu bħala inġusti skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

L-aċċess għad-dejta

L-aċċess għad-dejta

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-utenti kummerċjali għal xi dejta personali jew dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi.

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-utenti kummerċjali għal xi dejta personali jew dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali, l-utenti ta' siti web korporattivi jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi.

2.  Bid-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinfurmaw lill-utenti kummerċjali kif xieraq mill-inqas dwar dawn li ġejjin:

2.  Bid-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online għandhom jinfurmaw lill-pubbliku kif xieraq mill-inqas dwar dawn li ġejjin:

(a)  jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta' dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, u jekk iva għal liema kategoriji ta' dik id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(a)  jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali, l-utenti ta' siti web korporattivi jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta' dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, u jekk iva għal liema kategoriji ta' dik id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(b)  jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali b'rabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(b)  jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali b'rabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(c)  jekk, minbarra l-punt (b), utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż f'forma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet.

(c)  jekk, minbarra l-punt (b), utent kummerċjali għandux aċċess għal dejta personali jew għal dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż f'forma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva għal liema kategoriji ta' din id-dejta u b'liema kundizzjonijiet;

(ca)  jekk f'każ ta' ksur tal-obbligi kuntrattwali jew f'każ ta' falliment tas-suq mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, l-utenti kummerċjali għandhomx id-dritt li jaċċessaw u jirkupraw id-dejta, jew xi kategoriji tad-dejta, li huma jkunu ssottomettew lill-fornitur.

2a.  L-utenti kummerċjali għandhom jiżguraw li d-dejta tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, b'mod partikolari l-elementi kollha tal-prezz, li huma jissottomettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tkun korretta, u li d-dejta tkun adegwata biex tippermettilhom jirrispettaw l-obbligi legali tagħhom, b'mod partikolari fil-konfront tal-konsumaturi.

2b.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu lil kull utent kummerċjali aċċess għal dejta tal-konsumaturi anonimizzata, f'format standardizzat u li jista' jinqara mill-magni u ġeneralement użat, iġġenerata permezz tal-faċilitazzjoni ta' tranżazzjoni bejn il-konsumaturi u l-utent kummerċjali kkonċernat. Dan l-obbligu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online jridu jikkonformaw magħhom skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza.

2c.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni rilevanti applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu lill-utenti kummerċjali aċċess għad-dejta kollha li jkunu kisbu b'riżultat tal-attività kummerċjali tal-utent kummerċjali rispettiv.

2d.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni rilevanti applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jagħtu lill-utenti ta' siti web korporattivi aċċess għad-dejta kollha li jkunu kisbu b'riżultat tal-attività tas-sit web korporattiva inkwistjoni.

2e.  Id-dejta msemmija fil-paragrafi 2c u 2d għandha tiġi pprovduta f'format li jista' jinqara mill-magni u użat ġeneralment u standardizzat.

2f.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom, fuq talba minn konsumatur tas-servizzi tagħhom, jagħtu aċċess għad-dejta personali jew dejta oħra, jew għat-tnejn li huma, iġġenerata direttament jew indirettament mill-attività tal-konsumatur, lil parti terza magħżula mill-konsumatur. Tali aċċess għandu jingħata skont termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti b'mezzi oħra

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti b'mezzi oħra

1.  Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ma għandhomx jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti jew bl-istess kundizzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online oħra. Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, temporanji u jirrappreżentaw interess leġittimu tal-fornitur.

2.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta' regoli oħrajn tal-Unjoni jew ta' regoli nazzjonali li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta' regoli oħrajn tal-Unjoni jew ta' regoli nazzjonali li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. B'mod partikolari, ir-riskji li jappartjenu għall-prattiki msemmija fil-paragrafu 1 biex tinħoloq kollużjoni dwar il-prezzijiet bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiġu eżaminati mill-qrib.

2a.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jirriżulta fir-restrizzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mid-detenturi tagħhom.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trattament ugwali u l-użu tagħha ma għandu jwassal għall-ebda trattament detrimentali tal-utent kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Peress li kwalunkwe tilwim jista' jwassal għal miżuri punittivi, ikun xieraq li jkun hemm salvagwardji biex jipprevjenu dan.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, b'mod individwalizzat u mfassal b'lingwaġġ ċar u mingħajr ambigwità.

(c)  jgħarrfu lill-ilmentatur mingħajr dewmien dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, b'mod individwalizzat, li jagħti ġustifikazzjoni xierqa u jkun imfassal b'lingwaġġ ċar u mingħajr ambigwità.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu rapport annwali dwar l-użu tas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, fejn jiddeskrivu t-tipi ewlenin tal-problemi li n-negozji jistgħu jiffaċċjaw meta jużaw is-servizz tal-intermedjazzjoni online.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' lmenti mressqa, is-suġġett ta' dawn l-ilmenti, il-perjodu taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilmenti.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' lmenti mressqa, it-tipi ewlenin tal-ilmenti u l-perjodu taż-żmien medju meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilmenti.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma japplikawx għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

5.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE29 matul l-ewwel tliet snin jew fil-fażi tal-bidu tal-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom.

_________________

_________________

29 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

29 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Ġustifikazzjoni

Eżenzjoni hija aktar xierqa meta l-intrapriżi żgħar jkunu qed jistabbilixxu lilhom infushom. Wara dan, aktarx is-suq u l-konsumaturi se jistennew li fi kwalunkwe każ dawn jikkonformaw mal-istandards ta' kumpaniji akbar.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Medjazzjoni

Medjazzjoni

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw medjatur wieħed jew bosta li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta' tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 9.

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jimmiraw li jidentifikaw medjatur wieħed jew bosta li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta' kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kkonċernati, li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 9.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.

2.  Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

2.  Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ikunu imparzjali u indipendenti;

(a) ikunu imparzjali u indipendenti;

(b) is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utent kummerċjali medju tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati;

(b) is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utent kummerċjali medju tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati;

(c) ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat;

(d) ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(d) ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(e) ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed;

(e) ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed;

(f) ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu b'mod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim.

(f) ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu b'mod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim.

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede f'kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni ta' xi wieħed mill-medjaturi li jidentifikaw skont il-paragrafu 1, bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwima.

3.  Il-partijiet involuti fil-medjazzjoni għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede f'kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni volontarja ta' xi wieħed mill-medjaturi li jidentifikaw skont il-paragrafu 1, bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwima f'perjodu ta' żmien li ma jkunx itwal minn 25 ġurnata li jibda jiddekorri mill-bidu tal-medjazzjoni, sakemm l-osservanza ta' din l-iskadenza ma tkunx tikkostitwixxi piż mhux raġonevoli meta titqies il-kumplessità tat-tilwima. F'dan il-każ, għandu jintlaħaq ftehim f'perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn 90 ġurnata.

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni f'kull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta' dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta' suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta' dan il-każ inkwistjoni, b'mod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet b'mod relattiv għal xulxin. Iżda l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom mill-inqas iġarrbu nofs l-ispejjeż totali f'kull każ.

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom mill-inqas iġarrbu nofs l-ispejjeż totali tal-medjazzjoni f'kull każ. Proporzjon raġonevoli ta' dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta' suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta' dan il-każ inkwistjoni, b'mod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet b'mod relattiv għal xulxin. Jekk il-medjatur, madankollu, jikkonstata li l-utent kummerċjali qed jaġixxi in mala fede jew qed jipprova jabbuża mill-proċess ta' medjazzjoni, jista' jiddeċiedi li l-utent kummerċjali jġarrab aktar min-nofs l-ispejjeż totali.

5.  Kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

5.  Kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti skont dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati biex jibdew proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, matul jew wara l-proċess. Il-bidu ta' proċedimenti ġudizzjarji ma għandux ikun kundizzjonali fuq il-bidu tal-proċess ta' medjazzjoni.

5a.  Kull sena, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-rapporti għandhom tal-anqas jinkludu informazzjoni dwar l-għadd totali ta' każijiet ta' medjazzjoni, is-suġġett tal-ilmenti, il-perjodu taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilmenti.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi

Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi

1.  L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu f'li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew f'li jirrappreżentaw lill-utenti ta' siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-IstatiMembri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679 u wara li jkunu ġew eżawriti l-possibiltajiet l-oħra kollha biex tiġi solvuta tilwima bejn pjattaforma u utent kummerċjali previsti f'Artikoli 9 u 10 dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess ġenwin fit-tul u leġittimu f'li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew f'li jirrappreżentaw lill-utenti ta' siti web korporattivi u li huma awtorizzati u ssorveljati minn korpi pubbliċi xierqa tal-Istati Membri, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti relatati mal-informazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċess għal dejta stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.  L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk, meta tiġi ppreżentata l-azzjoni, dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżit li ġej:

2.  L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk, meta tiġi ppreżentata l-azzjoni u għad-durata tal-azzjoni, dawn ikomplu jissodisfaw kull rekwiżit li ġej:

(a)  ikunu kostitwiti sew skont il-liġi ta' Stat Membru;

(a)  ikunu kostitwiti sew skont il-liġi ta' Stat Membru u jkollhom liċenzja valida ta' entità kkwalifikata maħruġa mill-korp pubbliku rilevanti ta' dak l-Istat Membru;

(b)  ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi li jirrappreżentaw;

(b)  ikunu qed isegwu għanijiet, iddikjarati pubblikament fl-istatut tagħhom jew dokument ta' governanza rilevanti ieħor, li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta' maġġoranza ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi li jirrappreżentaw, liema grupp jeħtieġlu jikkonsisti f'mill-inqas 10 utenti kummerċjali jew utenti tas-siti web korporattivi indipendenti;

(c)  ikunu mingħajr skop ta' qligħ.

(c)  ikunu mingħajr skop ta' qligħ u jkunu trasparenti dwar is-sors tal-finanzjament għat-tressiq u t-tkomplija tal-azzjoni u jkunu jistgħu juru li għandhom biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jirrappreżentaw l-aħjar interessi tan-negozju jew tal-utenti ta' siti web korporattivi tagħhom u biex iħallsu kwalunkwe spiża avversa f'każ li l-azzjoni ma tirnexxix;

(ca)  ikollhom struttura ta' governanza li tipprevedi l-indipendenza minn partijiet terzi u jkollhom proċedura interna biex tipprevjeni l-kunflitt ta' interess, f'każ ta' finanzjament irċevut minn partijiet terzi;

(cb)  ikunu trasparenti dwar is-sors tal-finanzjament tagħhom;

(cc)  ikollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u riżorsi umani, kif ukoll għarfien espert legali biex jirrappreżentaw l-aħjar interessi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta' sit web korporattiv tagħhom;

Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta' siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, u għandhom ikunu intitolati li joħorġu l-liċenzja meħtieġa lil organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta' siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jagħmlu r-rapporti ta' attività annwali disponibbli għall-pubbliku. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja li hija relatata kemm mal-azzjonijiet rappreżentattivi nazzjonali kif ukoll ma' dawk transfruntiera;

(a)  l-għadd ta' azzjonijiet li jkunu tnedew u t-tipi ewlenin ta' lmenti li jkunu tressqu;

(b)  l-għadd (ir-rata jew il-perċentwal) ta' deċiżjonijiet tal-qorti favur utent kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi;

(c)  l-għadd (ir-rata jew il-perċentwal) ta' azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ġew imwaqqfa u, jekk magħrufa, ir-raġunijiet għat-twaqqif tagħhom;

(d)  il-ħin medju meħud biex tinstab soluzzjoni għal azzjoni rappreżentattiva;

Meta korp pubbliku ta' Stat Membru joħroġ liċenzja ta' entità kkwalifikata lil organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, dak il-korp pubbliku għandu jkun responsabbli biex jirrevedi b'mod regolari l-istatus u l-imġiba ta' dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni biex jiżgura li din qed tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu. Il-korp pubbliku tal-Istat Membru għandu jirrevoka b'mod immedjat il-liċenzja ta' entità kkwalifikata ta' kwalunkwe organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li tinstab mhux konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu.

Il-konformità minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni mal-kriterji msemmija f'dan il-paragrafu hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva li teżamina jekk l-għan tal-organizzazzjoni jew tal-assoċjazzjoni jiġġustifikax it-teħid ta' azzjoni min-naħa tagħha f'każ speċifiku f'konformità mal-paragrafu 1.

2a.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet imsemmija fid-Direttiva XXXX/XX/UE (referenza għad-Direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE, (COM(2018)184)).

3.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi biex jieħdu azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, ħalli jindirizzaw xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi biex jieħdu azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, ħalli jindirizzaw xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3a.  L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-finanzjaturi terzi privati milli jirċievu kwalunkwe benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett permezz tal-proċess ta' litigazzjoni jew deċiżjoni;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji.

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali u l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, li huma maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji. B'mod partikolari, il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jindirizzaw l-interoperabbiltà, l-ostakoli għall-bdil u l-portabbiltà tad-dejta.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13a

L-awtoritajiet kompetenti u l-infurzar

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti fil-livell nazzjonali, li għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ u għall-infurzar tal-konformità ma' dan ir-Regolament u għandu jkollha s-setgħat li ġejjin:

(a)  li tibda u twettaq investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta' lment;

(b)  li tirrikjedi lill-intermedjarji online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq l-investigazzjonijiet;

(c)  li tieħu deċiżjoni li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament u tirrikjedi lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew lill-fornitur tal-magna tat-tiftix online biex jieqaf iwettaq il-ksur;

(d)  li timponi multa pekunarja fuq il-fornitur. Il-multa għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva u tqies in-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur; u

(e)  li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha u kull sena tirrapporta dwar l-attivitajiet tagħha skont dan ir-Regolament.

2.  Utent kummerċjali, utent ta' sit web korporattiv jew organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jissodisfaw l-ewwel tliet rekwiżiti tal-paragrafu tal-Artikolu 12 jistgħu jindirizzaw lment quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura, jekk l-ilmentatur jitlob dan, il-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, li fir-rigward tagħhom l-ilmentatur iqis li l-iżvelar jagħmel ħsara lill-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni f'talba possibbli għall-kunfidenzjalità.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ma' xulxin b'mod effettiv u jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin fl-investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

4.  L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, meta dawn ma jikkoinċidux, għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħall-awtorità li tibgħat l-informazzjoni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13b

Il-liġi applikabbli u l-ġurisdizzjoni

F'kuntratti konklużi minn utenti kummerċjali li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru, jew meta l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tkun se ssir fi Stat Membru wieħed jew aktar, għandu japplika dan li ġej:

(a)  il-protezzjoni mogħtija lill-utenti kummerċjali f'dan ir-Regolament għandha tapplika irrispettivament mil-liġi applikabbli għal aspetti oħra tal-kuntratt b'għażla tal-partijiet jew mod ieħor; u

(b)  sakemm il-kuntratt ma jinkludix ir-regoli ta' dan ir-Regolament, l-għażla ta' qorti kompetenti għandha tkun valida biss jekk din taħtar qorti:

(i)  fl-Istat Membri fejn l-utent kummerċjali għandu r-residenza abitwali tiegħu; jew

(ii)  fi Stat Membru fejn se ssir l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 13c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13c

Informazzjoni meħtieġa mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, biex jassistu lill-Kummissjoni fit-tfassil ta' Linji Gwida kif stipulat fl-Artikolu 6 u biex jappoġġjaw ir-rwol tal-Osservatorju fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2018 dwar l-istabbiliment ta' grupp ta' esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online.

2.  Tali rekwiżiti tal-informazzjoni għandhom jinkludu:

(a)  il-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifkar tal-offerti u l-importanza relattiva tagħhom ippreżentati lill-konsumatur b'riżultat tar-rikjesta tat-tiftix tiegħu;

(b)  jekk il-parti terza li toffri l-prodotti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali hijiex negozjant, abbażi tad-dikjarazzjoni ta' dik il-parti terzi lill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online;

(c)  jekk id-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur japplikawx għall-kuntratt konkluż;

(d)  jekk il-kuntratt huwiex konkluż ma' negozjant, liema negozjant huwa responsabbli biex jiżgura l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur b'rabta mal-kuntratt. Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu jew jista' jassumi fir-rigward ta' elementi speċifiċi tal-kuntratt; u

(e)  jekk u kif intużaw l-algoritmi jew il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati, biex jiġu ppreżentati l-offerti jew jiġu ddeterminati l-prezzijiet, inklużi tekniki tal-ipprezzar ippersonalizzati. Fil-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti tal-informazzjoni u regoli dwar ir-responsabbiltà addizzjonali għall-kuntratti konklużi f'postijiet tas-suq online.

3.  Meta tintalab, l-intrapriżi għandhom jipprovdu tali informazzjoni minnufih u f'konformità mal-perjodi ta' żmien u l-livell ta' dettall meħtieġ. L-informazzjoni mitluba għandha tkun proporzjonata għall-prestazzjoni ta' dak il-kompitu. L-awtorità kompetenti għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni.

4.  Meta l-informazzjoni titqies kunfidenzjali mill-awtorità kompetenti skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tal-kummerċ jew il-protezzjoni tad-dejta personali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw tali kunfidenzjalità.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 13d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13d;

Ir-regoli dwar ir-responsabbiltà

Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mhux l-utenti kummerċjali għandhom jinżammu responsabbli għal informazzjoni qarrieqa li l-utenti kummerċjali jkunu taw lis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, jekk l-utent kummerċjali jkun innotifika lis-servizz tal-intermedjazzjoni online dwar in-natura qarrieqa tal-informazzjoni mogħtija. Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jinżammu responsabbli wkoll jekk dawn ikunu l-awturi ta' dikjarazzjonijiet qarrieqa fir-rigward tal-utenti kummerċjali jew tal-prodotti u tas-servizzi offruti mill-utenti kummerċjali.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [date: three years after the date of entry into force], u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1.  Sa [data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ], u mbagħad kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġislattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.  L-ewwel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir, b'mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8, u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, u dwar jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent tan-negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern.

2.  Ir-reviżjoni għandha tal-anqas tinkludi l-valutazzjoni ta':

(a) l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inklużi l-limiti definiti fil-paragrafi 4 sa 6 tal-Artikolu 1;

(b) l-effikaċja tal-kodiċijiet ta' kondotta stabbiliti biex jittejbu l-korrettezza u t-trasparenza;

(c) il-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod aktar effikaċi l-prattiki potenzjalment dannużi fit-tranżazzjonijiet kummerċjali bejn il-magni tat-tiftix online u l-utenti kummerċjali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ide