Proċedura : 2018/0202(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0445/2018

Testi mressqa :

A8-0445/2018

Dibattiti :

PV 15/01/2019 - 19
CRE 15/01/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 12.6
CRE 16/01/2019 - 12.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0019

RAPPORT     ***I
PDF 1615kWORD 185k
07.12.2018
PE 625.202v01-00 A8-0445/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

(COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Maria Arena

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

(COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0380),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0231/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ... (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ... (2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0445/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għat-Tranżizzjoni (FET)

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali li tapplika għat-test kollu. It-tibdil meħtieġ għandu jsir mid-DLA (ġuristi-lingwisti) fit-test finali tar-regolament. Għalhekk, l-emendi relatati mhumiex inklużi fir-rapport finali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.

(1)  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"18. Il-Komunikazzjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Għalhekk, se jkun importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet ta' xogħol u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni. Il-flessibbiltà baġitarja jenħtieġ li tkun prinċipju ewlieni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti, u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti.

(4)  Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"18. Il-Komunikazzjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Għalhekk, se jkun importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet ta' xogħol u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, filwaqt li jiġi rispettat bis-sħiħ il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2015 wara l-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-flessibbiltà baġitarja jenħtieġ li tkun prinċipju ewlieni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi aktar malajr għal avvenimenti mhux previsti, u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti.

__________________

__________________

18 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527774253584&uri=CELEX%3A52018DC0098

18 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527774253584&uri=CELEX%3A52018DC0098

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni"20, il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta' impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta' kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta' kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b'mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi teknoloġiċi li qed jevolvu b'ritmu rapidu se jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b'konformità mal-prinċipji ta' solidarjetà u ta' sostenibbiltà, se jkun jenħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b'mod aktar ġust billi l-ftuħ ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati mal-protezzjoni soċjali.

(6)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni"20, il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta' impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta' kwalifiki. Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi l-vantaġġi ta' kummerċ aktar miftuħ, hemm bżonn mezzi adegwati biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b'mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-bidliet teknoloġiċi u ambjentali jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b'konformità mal-prinċipji ta' solidarjetà u ta' sostenibbiltà, se jkun jenħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b'mod aktar ġust. Kwalunkwe effett negattiv simultanju tal-globalizzazzjoni u tat-tranżizzjonijiet teknoloġiċi u ambjentali għandu jiġi antiċipat b'mod aktar wiesa' mill-Fondi Strutturali rilevanti tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), sabiex id-dinja tan-negozju u l-forza tax-xogħol jadattaw ruħhom aħjar billi t-tkabbir ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati ma' protezzjoni soċjali adegwata u appoġġ attiv għall-aċċess għal opportunitajiet ta' xogħol u impjieg indipendenti.

__________________

__________________

20 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.

20 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE"21, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati membri u fihom. Għalhekk, il-prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa.

(7)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE"21, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati membri u fihom. Għalhekk, il-prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-iżvilupp sostenibbli, fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa.

_________________

_________________

21 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt.

21 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta' tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta' importanza kbira. Il-"Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar"22, huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija b'mod reattiv.

(8)  It-tibdil fil-klima, il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli minn tali bidla ekonomika. Biex il-benefiċċji tal-bidla jkunu jistgħu jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta' importanza kbira. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-FSE+, li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FET, li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar b'mod reattiv. Il-"Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar"22 huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv.

__________________

__________________

22 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Jenħtieġ li l-programm tal-FET ikun viżibbli u jirrikjedi aktar data u data ta' kwalità aħjar, sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni xjentifika xierqa tal-FET u jiġu evitati restrizzjonijiet amministrattivi fit-tħaddim tal-programm ta' assistenza għall-aġġustament tal-kummerċ.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f'avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta' darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema spostati f'oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta' taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta' avveniment ta' ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u f'ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG jibqa' strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" u l- anness27 tiegħu.

(13)  Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FET bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f'avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi appoġġ speċifiku ta' darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni f'impjiegi sostenibbli u ta' kwalità – tal-ħaddiema spostati f'oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta' taqlib ekonomiku serju. Meta jitqiesu l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika, tad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FET tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta' avveniment ta' ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u f'ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FET jibqa' strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" u l- anness27 relattiv.

__________________

__________________

27 SWD (2018) 171 final tal-Kummissjoni u l-anness tiegħu COM (2018) 321 final.

27 SWD (2018) 171 final tal-Kummissjoni u l-anness relattiv COM (2018) 321 final.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji, il-Parlament Ewropew reġa' kkonferma l-pożizzjoni soda tiegħu dwar il-livell ta' finanzjament meħtieġ għall-politiki ewlenin tal-Unjoni fil-QFP 2021-2027, sabiex dawn ikunu jistgħu jissodisfaw il-missjoni u l-objettivi tagħhom. Huwa saħaq b'mod partikolari fuq l-appell biex il-finanzjament speċifiku tal-QFP għall-SMEs jiġi rdoppjat u biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; laqa' diversi proposti li jtejbu d-dispożizzjonijiet attwali, b'mod partikolari ż-żieda fl-allokazzjonijiet ta' strumenti speċjali; u stqarr l-intenzjoni tiegħu li jinnegozja titjib addizzjonali fejn ikun hemm bżonn.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Kif intqal, sabiex tinżamm in-natura Ewropea tal-FEG, jenħtieġ li tiskatta applikazzjoni għal appoġġ meta avveniment ta' ristrutturar kbir jikkawża impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi ddefinit b'numru minimu ta' spostamenti tal-impjiegi f'perjodu speċifiku ta' referenza. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu jiġi stabbilit għal 250 spostament ta' impjieg fi żmien perjodu ta' referenza ta' erba' xhur (jew 6 xhur f'każijiet settorjali). Filwaqt li jitqies il-fatt li l-mewġ ta' sensji f'setturi differenti, iżda fl-istess reġjun ikollhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll applikazzjonijiet reġjonali. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi fil-każ ta' numru inqas ta' spostamenti tal-impjiegi.

(14)  Kif intqal, sabiex tinżamm in-natura Ewropea tal-FET, jenħtieġ li tiskatta applikazzjoni għal appoġġ meta avveniment ta' ristrutturar kbir jikkawża impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi ddefinit b'numru minimu ta' spostamenti tal-impjiegi f'perjodu speċifiku ta' referenza. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu jiġi stabbilit għal 200 spostament ta' impjieg fil-perjodi ta' referenza rispettivi. Filwaqt li jitqies il-fatt li l-mewġiet ta' sensji f'setturi differenti, iżda fl-istess reġjun ikollhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll applikazzjonijiet reġjonali. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, għandhom ikunu jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet fil-każ ta' numru iżgħar ta' spostamenti tal-impjiegi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' impatt sinifikanti min-naħa tal-avveniment ta' ristrutturar bħala limitu minimu għal applikazzjoni fil-qafas tal-FET, jenħtieġ li l-Fond jagħmel ħiltu biex tintwera solidarjetà mal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minn kull tip ta' intrapriża, irrispettivament mid-daqs tagħha.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b)  Jenħtieġ li l-FET jibqa' strument speċjali tal-Unjoni li jirreaġixxi għal sitwazzjonijiet li jikkawżaw avvenimenti ta' ristrutturar importanti fis-suq tax-xogħol Ewropew. Madankollu, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex issib modi aktar sostenibbli kif tittratta l-bidla strutturali u l-isfidi li jaffettwaw is-swieq tax-xogħol u jwasslu għal avvenimenti bħal dawn fl-Istati Membri.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f'Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzi tal-globalizzazzjoni, tar-ristrutturar u tal-użu tal-FEG.

(17)  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f'Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzi, bħal fil-globalizzazzjoni, il-bidliet teknoloġiċi u ambjentali, ir-ristrutturar u l-użu tal-FET. Jenħtieġ li dawn l-analiżijiet jinkludu data diżaggregata suffiċjenti, partikolarment mill-perspettiva tas-sessi, sabiex l-inugwaljanzi bejn is-sessi jiġu miġġielda b'mod aktar effiċjenti.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  L-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar (ERM) tal-Eurofound josserva f'ħin reali r-rapportar ta' avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira madwar l-Unjoni, abbażi ta' netwerk ta' korrispondenti nazzjonali. L-ERM huwa rilevanti ħafna għall-FET u jenħtieġ li jassisti l-operat tiegħu partikolarment billi jgħin fl-identifikazzjoni ta' każijiet ta' intervent potenzjali fi stadju bikri.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jkollhom aċċess ugwali għall-FET, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, il-ħaddiema spostati, irrispettivament mit-tip u t-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom u li l-attività tagħhom tkun waqfet, jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji possibbli tal-FET għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FET jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati mmirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli u ta' kwalità f'settur orjentat lejn il-futur, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu, iżda jenħtieġ li jfittxu wkoll li jippromwovu l-impjieg indipendenti u l-ħolqien ta' intrapriżi, inkluż bit-twaqqif ta' kooperattivi. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet prospettivi fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali, u fuq il-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi fl-impjieg, jekk ikun il-każ. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jikkomplementa – u mhux jissostitwixxi – kwalunkwe miżura li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri jew tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi. Jenħtieġ li l-kumpaniji jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FET.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, immirat biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira, jenħtieġ li l-Istati Membri jisfruttaw u jimmiraw aħjar għall-objettivi tal-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-disparità serja bejn is-sessi fis-setturi tal-ICT u tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) permezz tal-promozzjoni tat-taħriġ mill-ġdid u r-rikwalifikazzjoni tan-nisa f'dawn is-setturi. Barra minn hekk, fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, jenħtieġ li l-Istati Membri jevitaw li jipperpetwaw id-dominazzjoni ta' sess wieħed f'dawk l-industriji u s-setturi li fihom tradizzjonalment kien jiġri hekk. Iż-żieda fir-rappreżentanza tal-inqas sess rappreżentat f'setturi differenti, bħall-finanzi, l-ICT u l-iSTEM, tikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-differenza bejn is-sessi fl-ambitu tal-paga u l-pensjonijiet.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett ikkoordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku għar-riintegrazzjoni f'impjieg sostenibbli tal-akbar numru possibbli ta' benefiċjarji li jkunu qed jipparteċipaw f'dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta' sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

(20)  Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett ikkoordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku għar-riintegrazzjoni f'impjieg sostenibbli u ta' kwalità tal-benefiċjarji kollha li jkunu qed jipparteċipaw f'dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta' seba' xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Jenħtieġ li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati jqis ir-raġunijiet sottostanti għas-sensji – meta rilevanti – u jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol fil-futur. Jenħtieġ li l-pakkett koordinat ikun kompatibbli bis-sħiħ mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u li ma tagħmilx ħsara lill-klima.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat l-FEG.

(21)  Meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi l-persuni b'diżabilità, il-persuni li għandhom qraba dipendenti, iż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età, il-persuni b'livell baxx ta' kwalifiki, il-persuni li ġejjin minn kuntest migratorju kif ukoll il-persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FET.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Fil-perjodu bejn Marzu 2007 u Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet 148 applikazzjoni għal kofinanzjament mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) minn 21 Stat Membru, għal total ta' kważi EUR 600 miljun biex jiġu megħjuna 138 888 ħaddiem spostat u 2 944 persuna barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEET).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu b'urġenza applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FET u li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu l-almu tagħhom biex jivvalutawhom rapidament. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)  Biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tingħata aktar pubbliċità lill-FET. Fil-passat, il-Fond kien ikkaratterizzat minn nuqqas konsiderevoli ta' nfiq, primarjament minħabba n-nuqqas ta' għarfien dwar l-eżistenza tal-FEG. Dan jista' jiġi solvut billi jinħolqu aktar pubbliċità u tingħata aktar informazzjoni dwar il-FET u l-possibbiltajiet tiegħu, b'mod partikolari fost l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22b)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali permezz ta' helpdesk apposta li toffri informazzjoni u spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri u dwar kif għandha tiġi sottomessa applikazzjoni. Jenħtieġ li l-helpdesk tipprovdi formoli standard għall-istatistika u għal analiżi ulterjuri.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Fl-interess tal-benefiċjarji u tal-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri, jenħtieġ li l-Istati Membri applikanti jżommu lill-atturi kollha li huma involuti fil-proċess tal-applikazzjoni mgħarrfa bil-progress tal-applikazzjoni.

(23)  Fl-interess tal-benefiċjarji u tal-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri, jenħtieġ li l-Istati Membri applikanti jżommu lill-atturi kollha li huma involuti fil-proċess tal-applikazzjoni mgħarrfa bil-progress tal-applikazzjoni u jinvolvuhom kontinwament matul il-proċess tal-implimentazzjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma jissostitwixxux il-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni iżda fejn hu possibbli jenħtieġ li jikkomplementawhom.

(24)  F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma jistgħux jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni iżda pjuttost, fejn hu possibbli, jenħtieġ li jikkomplementawhom. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FET lanqas ma tista' tieħu post miżuri nazzjonali jew miżuri li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kumpaniji li jagħtu s-sensja skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi u, minflok, jenħtieġ li toħloq valur Ewropew miżjud reali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

(25)  Fid-dawl tal-prinċipju tal-ugwaljanza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw aċċess effettiv għall-informazzjoni dwar il-FET fit-territorju tagħhom kollu, inkluż fiż-żoni rurali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, b'mod partikolari, it-tixrid tal-aħjar prattiki eżistenti, tippubbliċizza l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċeduri tal-applikazzjoni tal-FET u tinforma liċ-ċittadini tal-Unjoni – partikolarment lill-ħaddiema – dwar il-Fond. Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FET u r-riżultati tagħhom.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a)  Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b'mod speċjali matul l-ewwel xhur ta' kull sena, meta l-għażliet fir-rigward ta' trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment limitati, jenħtieġ li, fil-proċedura baġitarja annwali, jitqiegħed għad-dispożizzjoni ammont adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linja baġitarja tal-FET.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Fl-interess tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza ssir disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG. Għalhekk, fil-futur jenħtieġ li l-Awtorità Baġitarja tiddeċiedi fuq it-talbiet għal trasferiment sottomessi mill-Kummissjoni, li ma jeħtieġx Proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG.

(29)  Fl-interess tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza tingħata malajr u b'mod effiċjenti. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FET jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex inaqqsu ż-żmien tal-ipproċessar u jissimplifikaw u jadattaw il-proċeduri għal esiġenzi speċifiċi, sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FET. Għalhekk, fil-futur jenħtieġ li l-Awtorità Baġitarja tiddeċiedi fuq it-talbiet għal trasferiment sottomessi mill-Kummissjoni, li ma jeħtieġx Proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FET.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Fil-każ li xi intrapriża tagħlaq, il-ħaddiema spostati jistgħu jiġu megħjuna jieħdu f'idejhom xi wħud mill-attivitajiet jew l-attivitajiet kollha ta' min kien iħaddimhom qabel.

(30)  Fil-każ li xi intrapriża tagħlaq, il-ħaddiema spostati jistgħu jiġu megħjuna jieħdu f'idejhom xi wħud mill-attivitajiet jew l-attivitajiet kollha ta' min kien iħaddimhom qabel u l-Istat Membru fejn tinsab l-intrapriża jista' jantiċipa l-fondi li jkunu meħtieġa b'urġenza biex dan ikun jista' jsir.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(31)  Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FET, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FET li jenħtieġ li jirreaġixxi għal rekwiżiti ċari ta' monitoraġġ u jinkludi segwitu tal-benefiċjarji u valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw attivitajiet ta' komunikazzjoni effikaċi biex jippromwovu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FET, jenfasizzaw li l-finanzjament oriġina mill-Unjoni u jtejbu l-viżibbiltà tal-attivitajiet finanzjarji tal-Unjoni fl-ambitu tal-Fond.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu.

(37)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 (2017/2052(INI)), talab mira ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE f'appoġġ biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Meta jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta' kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jenħtieġ li jkun element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati offruti.

(39)  Meta jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta' kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jenħtieġ li jkun element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati offruti u jenħtieġ li jinkorpora l-objettiv li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-professjonijiet STEM.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistipula l-objettivi tal-FEG, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament, inklużi l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 7.

Jistipula l-objettivi tal-FET, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli u l-kriterji għall-għoti ta' tali finanzjament, inklużi l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FET għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 7.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-FEG għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għal bidla strutturali. Bħala tali, l-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

L-objettiv tal-FET għandu jkun li jappoġġa trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni u l-bidliet teknoloġiċi u ambjentali billi jgħin lill-ħaddiema spostati permezz tal-promozzjoni ta' impjieg alternattiv u sostenibbli. Il-FET għandu jkun fond ta' emerġenza li jopera b'mod reattiv u jikkontribwixxi għal tranżizzjoni ġusta. Bħala tali, il-FET għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ġenerali tal-FEG huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fl-Artikolu 5, u joffrilhom appoġġ.

1.  L-objettiv ġenerali tal-programm huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati, irrispettivament mit-tip jew it-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll mal-persuni li jaħdmu għal rashom u li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 5, u joffri appoġġ finanzjarju għal miżuri biex dawn jerġgħu jsibu impjieg.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

2.  L-objettiv speċifiku tal-FET huwa li joffri assistenza u appoġġ lill-ħaddiema fir-rigward tar-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni jew il-bidla teknoloġika. Għandha ssir enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati u fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "ħaddiem spostat" tfisser ħaddiem li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi;

(a)  "ħaddiem spostat" tfisser ħaddiem, irrispettivament mit-tip jew it-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tiegħu, li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur, f'intrapriża fi Stat Membru, inkluż fejn dak il-waqfien japplika fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi downstream;

(a)  il-waqfien tal-attività ta' mill-inqas 200 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, matul perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, f'intrapriża fi Stat Membru, inkluż fejn dak il-waqfien japplika fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi downstream;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f;reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f'aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm hemm aktar minn 250 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati;

(b)  il-waqfien tal-attività ta' mill-inqas 200 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' disa' xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f;reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f'aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm ikun hemm mill-inqas 200 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' erba' xhur, partikolarment fl-SMEs, li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f'setturi differenti ddefiniti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu fl-istess reġjun iddefinit fil-livell NUTS 2.

(c)  il-waqfien tal-attività ta' mill-inqas 200 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' disa' xhur, partikolarment fl-SMEs, li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f'setturi differenti ddefiniti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu fl-istess reġjun iddefinit fil-livell NUTS 2.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG.

3.  Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, li jinkludu applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq il-livelli tal-impjieg u fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FET.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-FEG ma jistax jiġi mmobilizzat meta l-ħaddiema jingħataw is-sensja bħala riżultat ta' tnaqqis fil-baġit li jittieħed minn Stat Membru, li jaffettwa lis-setturi li jiddependu mill-finanzjament pubbliku.

4.  Il-FET ma jistax jiġi mmobilizzat meta l-ħaddiema jingħataw is-sensja bħala riżultat ta' tnaqqis fil-baġit li jittieħed minn Stat Membru, li jaffettwa lis-setturi li jiddependu primarjament mill-finanzjament pubbliku.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta' ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom iddefinit fl-Artikolu 4, għall-fini tal-Artikolu 5.

1.  L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta' ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom iddefinit fl-Artikolu 4, għall-fini tal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 5.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, fil-perjodi ta' referenza previsti fl-Artikolu 5;

(a)  ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, fil-perjodi ta' referenza previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 5;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri applikanti jistgħu jipprovdu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FET lil għadd ta' NEETs (barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ) taħt il-25 sena jew – jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk – taħt it-30 sena, fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, li jkun ugwali għall-għadd ta' benefiċjarji fil-mira, bħala prijorità lil persuni li jkunu ngħataw is-sensja jew li l-attività tagħhom tkun waqfet, dment li tal-inqas xi wħud mis-sensji jkunu seħħew f'reġjuni tal-livell NUTS 2.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b'mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f'impjieg jew f'impjieg indipendenti.

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FET għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet trejdjunjonistiċi u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b'mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f'impjieg jew f'impjieg indipendenti sostenibbli u ta' kwalità.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali hija element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ta' servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta' taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki u l-ħtiġijiet tal-benefiċjarju rispettiv.

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u f'ekonomija effiċjenti fir-riżorsi hija element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ta' taħriġ u/jew servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta' taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki, il-ħiliet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-benefiċjarju rispettiv.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f'ħiliet ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f'ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza għat-tfittix ta' impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta' negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta' kooperazzjoni;

(a)  taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f'ħiliet ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f'ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza personalizzata għat-tfittix ta' impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta' negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta' kooperazzjoni;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi, allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw.

(b)  miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, allowances għall-indukrar tat-tfal, allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw u inċentivi għar-reklutaġġ, fosthom inċentivi biex min iħaddem jipprovdi arranġamenti flessibbli tax-xogħol għall-ħaddiema spostati.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-bidu ta' negozju jew it-teħid ta' kontroll mill-impjegati ma għandhomx jaqbżu l-EUR 20 000 għal kull ħaddiem spostat.

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-bidu ta' negozju – li jista' jkun kooperattiva – jew it-teħid ta' kontroll mill-impjegati ma għandhomx jaqbżu l-EUR 25 000 għal kull ħaddiem spostat.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali.

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali kif ukoll il-possibbiltà li l-ħaddiema jiġu riintegrati fis-settur okkupazzjonali tal-impjieg preċedenti tagħhom, meta avveniment ta' ristrutturar kbir ikun ħoloq ħtieġa ta' ħiliet ġodda jew supplementari u l-ħiliet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effiċjenti.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  miżuri li jistimulaw partikolarment lill-ħaddiema żvantaġġati, lil dawk li qegħdin f'riskju ogħla ta' faqar jew lill-ħaddiema ta' età akbar biex jibqgħu jew jidħlu lura fis-suq tax-xogħol.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  miżuri li huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri appoġġati mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali.

Il-miżuri appoġġati mill-FET ma għandhom – taħt l-ebda ċirkostanza – jissostitwixxu l-miżuri ta' protezzjoni soċjali passivi.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi għandu jitfassal b'konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew mas-sħab soċjali.

3.  Il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi għandu jitfassal b'konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati jew mar-rappreżentanti tagħhom, u/jew mas-sħab soċjali.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f'idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.

2.  Fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f'idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn tali informazzjoni addizzjonali tkun rikjesta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b'għaxart ijiem ta' xogħol, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  Fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika fl-istadji bikrija tal-proċedura. Fejn tali informazzjoni addizzjonali tkun rikjesta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b'għaxart ijiem ta' xogħol, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet rekwiżiti biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 60 jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni, ma tkunx tista' tirrispetta din l-iskadenza, għandha tagħti spjegazzjoni bil-miktub fejn tagħti r-raġunijiet tad-dewmien.

4.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet rekwiżiti biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 40 jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tirrispetta din l-iskadenza, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'20 jum dment li l-Kummissjoni tagħti spjegazzjoni minn qabel bil-miktub li fiha tiġġustifika r-raġunijiet għad-dewmien tagħha u tibgħat dik l-ispjegazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-konferma li, fejn l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi tagħha li jirregolaw is-sensjar;

(b)  il-konferma li, meta l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi kollha tagħha li jirregolaw is-sensjar u tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  indikazzjoni ċara tal-attivitajiet diġà mwettqa mill-Istati Membri għall-assistenza tal-ħaddiema spostati u tan-natura komplementari tal-fondi mitluba mill-FET minħabba nuqqas ta' riżorsi għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  ħarsa ġenerali lejn il-fondi tal-Unjoni li diġà bbenefikat minnhom l-intrapriża li tkun tat is-sensji fil-ħames snin ta' qabel is-sensji kollettivi;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(e)  l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew, fejn xieraq, dak transfruntier;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  deskrizzjoni ddettaljata tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż, b'mod partikolari, kwalunkwe miżura li tkun b'appoġġ għall-inizjattivi ta' impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, ta' età akbar u żgħażagħ;

(f)  deskrizzjoni ddettaljata tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż, b'mod partikolari, kwalunkwe miżura li tkun b'appoġġ għall-inizjattivi ta' impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, bi ftit ħiliet, ta' età akbar, żgħażagħ u minn żoni żvantaġġati;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ma)  dikjarazzjoni li l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li se jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta' Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar.

2.  L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali, lokali u, fejn xieraq, transfruntier, inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta' Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, għall-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tintwera solidarjetà, u tipprovdi appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, lill-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza mill-fondi tal-Unjoni.

4.  Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulha.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji xierqa kollha tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FET u jiġu promossi matulha.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, perċentwal ta' mhux aktar minn 0.5 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG jista' jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u evalwazzjoni, inkluż is-sistemi corporate tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta' komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG u miżuri amministrattivi oħrajn u ta' assistenza teknika. Tali miżuri jistgħu jkopru perjodi ta' programmar futuri u preċedenti.

1.  Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, perċentwal ta' mhux aktar minn 0,5 % tal-limitu massimu annwali tal-FET jista' jintuża biex jiffinanzja l-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' ġbir ta' data, ta' kontroll, ta' awditjar u evalwazzjoni, inklużi s-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta' komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FET u miżuri amministrattivi oħrajn u ta' assistenza teknika. Is-sinerġiji ma' sistemi ta' monitoraġġ stabbiliti, bħall-ERM, għandhom jissaħħu. Tali miżuri jistgħu jkopru perjodi ta' programmar futuri u preċedenti.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk timplimenta l-assistenza teknika b'ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza tal-proċedura għall-għażla tal-parti terza inkarigata mit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha u għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati kollha tal-FET, fosthom il-Parlament Ewropew, dwar is-sottokuntrattur magħżul għal dak l-iskop.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta' informazzjoni u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma' gwida ċara dwar l-użu tal-FEG lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali. Il-miżuri ta' gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' task forces f'każijiet ta' taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru.

4.  L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta' informazzjoni u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FET, inkluż il-ħolqien ta' helpdesk. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma' gwida ċara dwar l-użu tal-FET lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali. Il-miżuri ta' gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' task forces f'każijiet ta' taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inklużi informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inklużi informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir enfasi fuq il-valur miżjud tal-Unjoni fuq il-finanzjament u għandhom jassistu fl-isforzi tal-Kummissjoni fil-ġbir tad-data sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-FEG, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar il-FET, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u dwar l-azzjonijiet eliġibbli, lista ta' kuntatti fl-Istati Membri aġġornata regolarment kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom abbażi ta' esperjenzi bl-iskop li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG.

Il-Kummissjoni għandha tippromwovi t-tixrid tal-aħjar prattiki eżistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni, timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FET u r-riżultati tagħhom abbażi ta' esperjenzi, bl-iskop li ttejjeb il-viżibbiltà tal-FET, tippubbliċizza l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċeduri ta' applikazzjoni tiegħu, ittejjeb l-effikaċja tiegħu u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FET, inklużi ċ-ċittadini u l-ħaddiema f'żoni rurali li jkollhom diffikultajiet fl-aċċess għall-informazzjoni.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 u b'mod partikolari wara li tikkunsidra n-numru ta' benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis possibbli l-ammont ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li jista' jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

1.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 u b'mod partikolari wara li tikkunsidra n-numru ta' benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi, sal-iskadenza tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 9(4), l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FET li eventwalment tista' tingħata, fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura spjegata fl-Artikolu 16.

3.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura spjegata fl-Artikolu 16 u għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikant.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew issodisfati taħt dan ir-Regolament, hija għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant.

4.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew issodisfati taħt dan ir-Regolament, hija għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra, fosthom il-Parlament Ewropew.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru għandu jwettaq il-miżuri eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.  L-Istat Membru għandu jwettaq il-miżuri eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8 mill-aktar fis possibbli. Ikun xi jkun il-każ, dawn għandhom jiġu implimentati sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja u mwettqa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu ġew issodisfati, din għandha tissottometti talba għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FET ikunu ġew issodisfati, din għandha tissottometti proposta biex timmobilizzaha. Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FET għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.

Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FET, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, għandha tinbeda proċedura ta' trilogu.

It-trasferimenti relatati mal-FET għandhom isiru skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talba ta' trasferiment jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn sommarju tal-eżaminazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni.

imħassar

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tiġi nnotifikata bl-approvazzjoni tat-trasferiment baġitarju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Din id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FET.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FET skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)  valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9(4), flimkien ma' sommarju tal-informazzjoni li fuqha tkun ibbażata dik il-valutazzjoni;

(b)  evidenza li l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10 jkunu ġew issodisfati; u

(c)  ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16a

Każijiet eċċezzjonali

F'każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jkunu għadhom disponibbli fil-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammont ta' assistenza meqjus neċessarju mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni tista' tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata mill-Fond tas-sena ta' wara. Il-limitu massimu annwali baġitarju tal-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir u fis-sena ta' wara għandu jiġi rispettat f'kull ċirkostanza.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19a

Mudell għall-istħarriġ tal-benefiċjarju

L-istħarriġ tal-benefiċjarju msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 20(1) għandu jkun ibbażat fuq il-mudell stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tip ta' miżuri u r-riżultati prinċipali, li jispjegaw l-isfidi, it-tagħlimiet meħuda, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' fondi oħra tal-UE u li tindika, fejn ikun possibbli, il-komplementarjetà tal-miżuri ma' dawk iffinanzjati minn programmi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni f'konformità mal-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar;

(a)  it-tip ta' miżuri u r-riżultati miksuba, li jispjegaw l-isfidi, it-tagħlimiet meħuda, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' fondi oħra tal-UE, partikolarment il-FSE+, u li tindika, fejn ikun possibbli, il-komplementarjetà tal-miżuri ma' dawk iffinanzjati minn programmi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni f'konformità mal-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ir-riżultati ta' stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta' responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta' din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta' età u l-livell tal-edukazzjoni;

(d)  ir-riżultati ta' stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sa sitt xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar it-tip u l-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta' responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta' din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta' età u l-livell tal-edukazzjoni;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jekk l-impriża li tat is-sensji, bl-eċċezzjoni tal-mikrointrapriżi u l-SMEs, kienet benefiċjarja ta' għajnuna mill-Istat jew ta' finanzjament preċedenti mill-fondi ta' koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta' qabel;

(e)  jekk l-impriża li tat is-sensji, bl-eċċezzjoni tal-istart-ups, il-mikrointrapriżi u l-SMEs, kinitx benefiċjarja ta' għajnuna mill-Istat jew ta' finanzjament preċedenti mill-fondi ta' koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta' qabel;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tad-dsatax-il xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti s-sett tad-data sempliċi li jinforma l-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal speċifikat fil-punt (3) tal-Anness:

2.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tad-dsatax-il xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti s-sett tad-data sempliċi, komplut u verifikat kif xieraq, li jinforma l-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal speċifikat fil-punt (3) tal-Anness.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-1 ta' Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta'qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b'mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta' tali miżuri ma' miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjoniijet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta' eliġibbiltà.

1.  Sal-1 ta' Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta' qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b'mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, ir-rapidità tal-ipproċessar tagħhom u n-nuqqasijiet li jista' jkun hemm fir-regoli fis-seħħ, id-deċiżjonijiet adottati, il-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta' tali miżuri ma' miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjonijiet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta' eliġibbiltà.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali.

2.  Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG.

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FET, inkluża valutazzjoni tal-impatt sussegwenti tal-applikazzjoni tiegħu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

Għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data kollha disponibbli dwar il-każijiet tal-FET u l-ħaddiema megħjuna.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu statistika rilevanti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjari, imqassma skont l-Istat Membru.

3.  L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu statistika rilevanti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, imqassma skont is-settur u l-Istat Membru.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – inċiż 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  persuni b'esperjenza professjonali ta' inqas minn sentejn,

- persuni b'esperjenza professjonali ta' bejn sentejn u 10 snin,

- persuni b'esperjenza professjonali ta' aktar minn 10 snin.

(1)

ĠU C ... / Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C ... / Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali  (11.10.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

(COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Karoline Graswander-Hainz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Dan l-aħħar, il-kummerċ m'għadux biss sinonimu mal-globalizzazzjoni, iżda sar ukoll sors ewlieni ta' tħassib fost il-pubbliku. Il-ftehimiet kummerċjali riċenti m'għadhomx jiffukaw biss fuq il-ħolqien ta' regoli li jappoġġjaw il-ftuħ tas-suq. Minflok, dawn inkorporaw kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, bħall-investiment u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. B'riżultat ta' dan, il-ftuħ tas-suq globali sar marbut mill-qrib mal-investiment, mal-flussi ta' kapital u mal-liberalizzazzjoni finanzjarja, u l-effetti kummerċjali nfirxu fi kwistjonijiet relatati max-xogħol, l-ambjent, u l-bidla teknoloġika.

Anki jekk il-letteratura ekonomika tikkonkludi li r-riżultati ġenerali tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ huma pożittivi, xi setturi huma affettwati negattivament, li jwasslu għal spejjeż ta' aġġustament, degradazzjoni tad-dħul u telf ta' impjiegi. Ir-realtà turi li dejjem ikun hemm rebbieħa u telliefa, u li l-qligħ mill-kummerċ mhuwiex imqassam indaqs fost l-Istati Membri, ir-reġjuni u fis-soċjetajiet. Il-kummerċ mhux regolat u inġust aggrava l-inugwaljanzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.

Miżuri ta' sostenn fl-UE u fil-livell nazzjonali huma meħtieġa sabiex jipprevjenu l-effetti negattivi u biex jikkumpensaw b'mod adegwat dawk li sofrew dannu mill-kummerċ jew mill-globalizzazzjoni. Distribuzzjoni ġusta tal-ġid, partikolarment fost dawk li jinsabu f'sitwazzjoni agħar, tista' tintlaħaq biss jekk il-miżuri jidħlu fis-seħħ kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali. S'issa, il-gvernijiet nazzjonali għamlu ftit wisq biex jiżguraw il-benefiċċji ta' kummerċ għal kulħadd. Ir-ridistribuzzjoni, l-awtonomizzazzjoni permezz tal-edukazzjoni, il-politiki proattivi tas-suq tax-xogħol u t-tisħiħ tat-trade unions huma suġġetti relatati mal-kummerċ li jaqgħu fl-ambitu tal-politika tal-gvernijiet nazzjonali.

Barra minn hekk, hemm lok ukoll għal titjib għall-Unjoni Ewropea. Il-ftehimiet kummerċjali ġusti u bilanċjati m'għandhomx ikunu biss l-istrumenti għall-ħolqien ta' tkabbir ekonomiku, impjiegi deċenti u żvilupp sostenibbli iżda wkoll għat-titjib u l-ħarsien tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħajja tal-ħaddiema tul il-ktajjen ta' provvista globali. Sfortunatament, sal-lum il-ftehimiet kummerċjali tal-UE, speċjalment il-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, m'għandhomx mekkaniżmi eżekutorji biex jiddefendu l-istandards tax-xogħol u dawk ambjentali. Ir-rieda politika hija meħtieġa biex jissaħħu l-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u li jiġu inklużi sanzjonijiet bħala l-aħħar rimedju. Jekk l-UE trid li jkollha kompetenza esklużiva fuq il-kummerċ, hi għandha terfa' wkoll ir-responsabbiltà għall-bidliet u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-ftehimiet kummerċjali tagħha u għandha tbiddel l-approċċ tagħha lejn il-politika kummerċjali.

Huwa ta' importanza kbira li l-UE mhux biss tantiċipa l-effetti negattivi possibbli mill-ftehimiet kummerċjali, iżda tiżgura wkoll li l-benefiċċji jitqassmu b'mod ġust.

Il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet dan il-fatt u fl-2006 stabbiliet il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) biex tappoġġja lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-globalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku sabiex dawn jerġgħu lura għax-xogħol. Minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-Kummissjoni wessgħet il-kamp ta' applikazzjoni biex tkopri wkoll lil dawk in-nies li ġarrbu ħsara mill-kriżi. Sa mill-eżistenza tiegħu, minkejja l-baġit relattivament żgħir u l-proċeduri kumplessi, il-FEG ta riżultati tanġibbli għal kważi 142 300 ħaddiem madwar l-UE.

L-elementi ewlenin tar-rapport:

Kamp ta' applikazzjoni, kriterji

Madankollu, l-analiżi turi li l-FEG ma laħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu u sfortunatament għadu mhux utilizzat biżżejjed. Għalhekk, ir-rapporteur tmur lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament. Dan għandu jsir aktar flessibbli biex jgħin ukoll lill-ħaddiema affettwati mill-kummerċ fl-UE u d-delokalizzazzjoni, lir-reġjuni li jbatu minn deterjorament ekonomiku gradwali u kumulattiv jew minn rata għolja ta' qgħad, u biex il-FEG ikun marbut b'mod aktar dirett ma' ċerti strumenti ta' politika kummerċjali, bħall-assistenza kummerċjali.

Proċeduri:

Barra mill-kamp ta' applikazzjoni, ir-rapporteur taqbel mal-Kummissjoni li xi elementi proċedurali jeħtieġ li jitjiebu sabiex jitqassar iż-żmien tal-proċess tal-applikazzjoni u biex tiġi ssimplifikata l-proċedura. Ir-rapporteur tipproponi li tiġi stabbilita Helpdesk biex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-applikazzjoni tagħhom kif ukoll biex tinġabar data aħjar u jittejjeb il-proċess ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni.

Peress li l-FEG għandu jgħin bħala strument fis-setturi kollha, joffri assistenza lill-ħaddiema spostati, l-atturi soċjali (il-partijiet ikkonċernati, l-NGOs, it-trade unions) għandu jkollhom rwol importanti u għandhom ikunu aktar involuti fil-funzjonament tal-FEG għal koordinazzjoni aħjar tal-proċess u koordinazzjoni akbar bejn l-istrumenti varji eżistenti tal-UE.

Konklużjoni:

Il-rapporteur tipproponi numru ta' bidliet għall-proposta tal-Kummissjoni bħala l-punt tat-tluq għal aktar riflessjoni u modifikazzjonijiet li għandhom isiru tul il-proċess leġiżlattiv fil-Parlament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali15 ġie pproklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala rispons għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Filwaqt li jitqiesu r-realtajiet li qed jinbidlu tad-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun lesta għall-isfidi attwali u futuri tal-globalizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni, billi tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u billi ttejjeb il-politiki tal-impjieg u dawk soċjali. L-għoxrin prinċipju ewlieni tal-Pilastru huma strutturati fuq tliet kategoriji: opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; protezzjoni u inklużjoni soċjali. Jenħtieġ li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jaġixxi bħala qafas gwida ġenerali tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), li jippermetti lill-Unjoni tistabbilixxi l-prinċipji fil-prattika fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar.

(2)  Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali15 ġie pproklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala rispons għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Filwaqt li jitqiesu r-realtajiet li qed jinbidlu tas-soċjetajiet tagħna u d-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun lesta għall-isfidi kurrenti u futuri tat-tibdil fil-klima, tal-globalizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni, billi tagħmel l-iżvilupp aktar inklużiv u billi ttejjeb il-politiki tal-impjieg u dawk soċjali. L-għoxrin prinċipju ewlieni tal-Pilastru huma strutturati fuq tliet kategoriji: opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; protezzjoni u inklużjoni soċjali. Jenħtieġ li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jaġixxi bħala qafas gwida ġenerali tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), li jippermetti lill-Unjoni tistabbilixxi l-prinċipji fil-prattika fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar.

________________

__________________

15 https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt

15 https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights_mt

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-tweġiba tal-Unjoni16 għall-"Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU"17 - futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b'mod bilanċjat u integrat. Huwa essenzjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta' politika tal-Unjoni, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli" tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta' finanzjament tagħha.

(3)  Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-tweġiba tal-Unjoni16 għall-"Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU"17 - futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b'mod bilanċjat u integrat. Huwa essenzjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta' politika tal-Unjoni, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-ftehimiet kummerċjali b'kapitoli b'saħħithom u infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jistgħu jkunu strumenti għall-ksib ta' żvilupp sostenibbli, ħolqien ta' impjiegi deċenti u tkabbir inklużiv, iżda wkoll għad-distribuzzjoni tal-benefiċċji tal-kummerċ b'mod aktar ġust fost ir-reġjuni, l-Istati Membri u fis-soċjetajiet. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli" tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta' finanzjament tagħha.

__________________

__________________

16 http://eu-un.europa.eu/eu-response-2030-agenda-sustainable-development-sustainable-european-future/.

16 http://eu-un.europa.eu/eu-response-2030-agenda-sustainable-development-sustainable-european-future/.

17 https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld.

17 https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"18. Il-Komunikazzjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Għalhekk, se jkun importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet ta' xogħol u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni. Il-flessibbiltà baġitarja jenħtieġ li tkun prinċipju ewlieni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti, u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti.

(4)  Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"18. Il-Komunikazzjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Għalhekk, se jkun importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet ta' xogħol u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda u t-tranżizzjoni lejn ekonomija li ma tagħmilx ħsara lill-klima u effiċjenti fir-riżorsi. Il-flessibbiltà baġitarja jenħtieġ li tkun prinċipju ewlieni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti, u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti.

__________________

__________________

18 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527774253584&uri=CELEX%3A52018DC0098

18 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527774253584&uri=CELEX%3A52018DC0098

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni"20, il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta' impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta' kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta' kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b'mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi teknoloġiċi li qed jevolvu b'ritmu rapidu se jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b'konformità mal-prinċipji ta' solidarjetà u ta' sostenibbiltà, se jkun jenħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b'mod aktar ġust billi l-ftuħ ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati mal-protezzjoni soċjali.

(6)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni"20, il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta' impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta' kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta' kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b'mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi teknoloġiċi li qed jevolvu b'ritmu rapidu se jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b'konformità mal-prinċipji ta' solidarjetà u ta' sostenibbiltà, se jkun meħtieġ li jiġi żgurat li l-effetti tal-globalizzazzjoni jiġu antiċipati aħjar, u li l-benefiċċji potenzjali tagħha jkunu distribwiti b'mod aktar ġust billi l-ftuħ ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati ma' protezzjoni soċjali b'saħħitha.

__________________

__________________

20 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.

20 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta' tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta' importanza kbira. Il-"Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar"22, huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija b'mod reattiv.

(8)  It-tibdil fil-klima, il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta' tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta' importanza kbira. Il-"Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar"22, huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar b'mod reattiv.

__________________

__________________

22 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)

22 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Il-kooperazzjoni multilaterali ma' sħab globali tal-Unjoni, it-tisħiħ u r-riforma tal-istituzzjonijiet multilaterali huma essenzjali biex tagħmilhom aktar ġusti u aktar effikaċi. Il-FEG jenħtieġ li joffri assistenza lill-ħaddiema spostati fis-setturi kollha li jistgħu jiġu affettwati minn tali riformi, billi joffrilhom firxa wiesgħa ta' opportunitajiet ta' xogħol. Atturi soċjali bħall-NGOs u t-trade unions jenħtieġ li jkunu aktar involuti fil-funzjonament tal-FEG sabiex itejbu l-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-istrumenti varji tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8b)  L-Unjoni jenħtieġ li terġa' tistabbilixxi politika industrijali ambizzjuża, ibbażata fuq analiżi prospettiva u permanenti ta' bidliet teknoloġiċi, inklużi l-effetti ta' kummerċ miftuħ. Is-sħubiji bejn l-Unjoni u r-reġjuni l-aktar vulnerabbli jenħtieġ li jipprevedu l-investimenti strateġiċi meħtieġa biex jiġu evitati konsegwenzi negattivi ta' trattati dwar il-kummerċ u l-investiment u jenħtieġ li jiddefinixxu l-programmi li jeħtieġu kofinanzjament tal-UE. Għalhekk, hija meħtieġa integrazzjoni aħjar tal-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali eżistenti u l-finanzjament għalihom. Programmi bħal dawn jenħtieġ li jkunu deċentralizzati fil-livell NUTS u jenħtieġ li jinbnew bħala sħubija reali bejn l-Unjoni u r-reġjuni affettwati mill-politiki tagħha.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8c)  Il-kumpaniji Ewropej huma sħab ewlenin biex isawru l-globalizzazzjoni u jagħtu riżultati pożittivi għal kulħadd. Hemm ħafna eżempji pożittivi ta' kif jista' jkun hemm tkabbir sostenibbli għall-azzjonisti, l-impjegati u l-komunitajiet li fihom joperaw il-kumpaniji. Madankollu, il-kumpaniji jenħtieġ li jinżammu responsabbli meta ma jirrispettawx ir-responsabbiltajiet soċjali jew ambjentali tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-FEG ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 għall-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. L-FEG ġie stabbilit biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjiegi tagħhom b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni.

(9)  Il-FEG ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 għall-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. Il-FEG ġie stabbilit biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjiegi tagħhom b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-ftuħ tas-suq u l-globalizzazzjoni.

__________________

__________________

23 Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1)

23 Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1)

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-programm tal-FEG jenħtieġ li jkun viżibbli u jeħtieġ aktar data u ta' kwalità aħjar, sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni xjentifika xierqa tal-FEG u jiġu evitati limitazzjonijiet amministrattivi fit-tħaddim tal-programm għal assistenza għall-aġġustament tal-kummerċ.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiggarantixxi, qabel il-konklużjoni ta' ftehim kummerċjali ġdid, li titwettaq analiżi ex-ante indipendenti u preċiża tal-konsegwenzi tal-ftehim propost, inklużi l-bidliet fis-suq tax-xogħol, fuq bażi ta' settur b'settur u reġjun b'reġjun sabiex jiġu antiċipati l-effetti negattivi. L-identifikazzjoni ta' effetti negattivi potenzjali qabel il-konklużjoni ta' ftehim kummerċjali ġdid tista' wkoll tirkupra l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fil-politika kummerċjali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11c)  Il-FEG jenħtieġ li jkun marbut b'mod aktar dirett ma' investimenti diretti barranin li jista' jkollhom impatt soċjali u ambjentali potenzjalment negattiv fl-Unjoni, iżda wkoll ma' ċerti politiki kummerċjali inġusti li ma jirċevux tweġibiet adegwati permezz ta' strumenti ta' difiża. Il-kumpaniji u l-ħaddiema tal-Unjoni affettwati jenħtieġ li jiġu kkunsidrati skont ir-regoli tal-FEG għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-FEG biex tivvaluta kif u kemm il-FEG jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-FEG wera li huwa effettiv, u jilħaq rata ta' riintegrazzjoni ogħla ta' ħaddiema spostati milli fil-perjodu ta' programmar preċedenti. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-FEG iġġenera valur miżjud Ewropew. Dan huwa partikolarment minnu fit-termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-FEG mhux biss iżid in-numru u l-varjetà ta' servizzi offruti, iżda anki l-livell ta' intensità tagħhom. Barra minn hekk, interventi tal-FEG ikollhom viżibbiltà għolja u juru l-valur miżjud tal-UE tal-intervent direttament lill-pubbliku ġenerali. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. Min-naħa l-waħda, il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri rrappurtaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali li żżomm lill-Istati Membri li kieku kien ikollhom każ potenzjali tal-FEG milli japplikaw huma problemi finanzjarji u ta' kapaċità istituzzjonali. Minn banda, dan jista' jkun biss nuqqas ta' ħaddiema; bħalissa l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal assistenza teknika biss jekk dawn jimplimentaw każ tal-FEG. Billi s-sensji jistgħu jseħħu bla mistenni, ikun importanti li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu immedjatament u jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mingħajr ebda dewmien. Barra minn hekk, f'ċerti Stati Membri, jidher li jenħtieġu sforzi iktar pronfondi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-każijiet tal-FEG. Il-limitu ta' 500 impjieg spostat kien ġie kkritikat bħala għoli wisq, speċjalment f'reġjuni inqas popolati26.

(12)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-FEG biex tivvaluta kif u kemm il-FEG jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-FEG wera li huwa effettiv, u jilħaq rata ta' riintegrazzjoni ogħla ta' ħaddiema spostati milli fil-perjodu ta' programmar preċedenti. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-FEG iġġenera valur miżjud Ewropew. Dan huwa partikolarment minnu fit-termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-FEG mhux biss iżid in-numru u l-varjetà ta' servizzi offruti, iżda anki l-livell ta' intensità tagħhom. Barra minn hekk, interventi tal-FEG ikollhom viżibbiltà għolja u juru l-valur miżjud tal-UE tal-intervent direttament lill-pubbliku ġenerali. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. Min-naħa l-waħda, il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq, ikkumplikata wisq u ta' piż żejjed. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri rrappurtaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali li żżomm lill-Istati Membri li kieku kien ikollhom każ potenzjali tal-FEG milli japplikaw huma problemi finanzjarji u ta' kapaċità istituzzjonali. Minn banda, dan jista' jkun biss nuqqas ta' ħaddiema; bħalissa l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal assistenza teknika biss jekk dawn jimplimentaw każ tal-FEG. Billi s-sensji jistgħu jseħħu bla mistenni, ikun importanti li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu immedjatament u jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mingħajr ebda dewmien. Barra minn hekk, f'ċerti Stati Membri, jidher li jenħtieġu sforzi iktar pronfondi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-każijiet tal-FEG. Il-limitu ta' 500 impjieg spostat kien ġie kkritikat bħala għoli wisq, speċjalment f'reġjuni inqas popolati26.

__________________

__________________

26 COM (2018) 297 final u SWD (2018) 192 final li jakkumpanjah.

26 COM (2018) 297 final u SWD (2018) 192 final li jakkumpanjah.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f'avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta' darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema spostati f'oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta' taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta' avveniment ta' ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u f'ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG jibqa' strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" u l-anness tiegħu27.

(13)  Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f'avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta' darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema spostati f'oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta' taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika, tad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta' avveniment ta' ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u f'ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG jibqa' strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" u l-anness tiegħu27.

__________________

__________________

27 SWD (2018) 171 final tal-Kummissjoni u l-anness tiegħu COM (2018) 321 final.

27 SWD (2018) 171 final tal-Kummissjoni u l-anness tiegħu COM (2018) 321 final.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat l-FEG.

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età, persuni b'diżabbiltajiet kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FEG.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-bidliet u l-isfidi li jseħħu fix-xejriet tal-kummerċ dinji, il-ktajjen ta' valur globali, l-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni u t-tibdil strutturali fl-istandards tax-xogħol. L-ekonomija soċjali tal-Unjoni hija pilastru essenzjali tal-mudell soċjali Ewropew u hija għodda importanti biex tingħata s-setgħa lin-nies sabiex jegħlbu l-effetti negattivi minħabba l-globalizzazzjoni u l-kriżijiet ekonomiċi. Għal din ir-raġuni, is-servizzi soċjali ta' interess ġenerali u s-servizzi pubbliċi jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ftehimiet kummerċjali u d-dritt tar-regolamentazzjoni, l-organizzazzjoni u l-forniment ta' servizzi pubbliċi jenħtieġ li jiġi ssalvagwardjat fil-ftehimiet kummerċjali. It-taħlita tal-globalizzazzjoni u l-innovazzjoni teknoloġika se teħtieġ li l-FEG jadatta r-regoli ta' assistenza tiegħu għal dawn l-istandards il-ġodda tal-kummerċ, tat-teknoloġija u tax-xogħol, u għalhekk huwa essenzjali li dan ir-Regolament ikun konformi ma' dawn l-isfidi wara l-2020.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi wkoll assistenza teknika lill-Istati Membri fl-istadji bikrija tal-proċedura.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali permezz ta' helpdesk apposta li tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri u dwar kif għandha tiġi sottomessa applikazzjoni. Jenħtieġ li l-helpdesk tagħmel disponibbli formoli standard għall-istatistika u analiżi ulterjuri.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

(25)  Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom peress li għarfien adegwat tal-proċedura ta' applikazzjoni jista' jtejjeb l-użu tal-FEG.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistipula l-objettivi tal-FEG, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament, inklużi l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 7.

Jistipula l-objettivi tal-FEG, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli u l-kriterji għall-għoti ta' tali finanzjament, inklużi l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 7.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-FEG għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għal bidla strutturali. Bħala tali, l-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

Il-FEG għandu jikkontribwixxi għal tranżizzjoni ġusta għal ekonomija li ma tagħmilx ħsara lill-klima u effiċjenti fir-riżorsi, għal distribuzzjoni aħjar u aktar ġusta tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni, u għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għal bidla strutturali. Bħala tali, il-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ l-ugwaljanza, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-inklużjoni fost ir-reġjuni, l-Istati Membri u fis-soċjetajiet.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, inkluż il-kummerċ fl-UE, il-ftuħ tas-swieq, l-effetti negattivi potenzjali li ġejjin mill-investiment dirett barrani, id-delokalizzazzjoni, id-dumping, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni, b'hekk jagħmlu aktar flessibbli u jissimplifika l-proċedura. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati, lill-SMEs u lill-istart-ups għall-finijiet ta' eliġibbiltà.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG.

3.  Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs u l-istart-ups, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali hija element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ta' servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta' taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki u l-ħtiġijiet tal-benefiċjarju rispettiv.

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali għandha tkun parti minn kwalunkwe pakkett ta' servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta' taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki u l-ħtiġijiet tal-benefiċjarju rispettiv u tas-suq tax-xogħol lokali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn tali informazzjoni addizzjonali tkun rikjesta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b'għaxart ijiem ta' xogħol, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  Jekk mitlub mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tipprovdilhom assistenza teknika fl-istadji bikrija tal-proċedura. Fejn tali informazzjoni addizzjonali tkun rikjesta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b'għaxart ijiem ta' xogħol, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta' informazzjoni u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma' gwida ċara dwar l-użu tal-FEG lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali. Il-miżuri ta' gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' task forces f'każijiet ta' taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru.

4.  L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta' informazzjoni u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG, inkluż il-ħolqien ta' Helpdesk. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma' gwida ċara dwar l-użu tal-FEG lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali. Il-miżuri ta' gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' task forces f'każijiet ta' taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-FEG, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar il-FEG, il-kriterji dwar l-aċċess għalih, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull materjal ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà jkun disponibbli fuq talba għall-Istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni, u l-Unjoni tingħata liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta' proprjetà, mhux esklussiva u irrevokabbli biex tuża dan il-materjal u kwalunkwe dritt preeżistenti marbut magħha. Il-liċenzja tagħti d-drittijiet li ġejjin lill-Unjoni:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull materjal ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà jkun disponibbli fuq talba għall-Istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni bil-lingwi uffiċjali kollha, u l-Unjoni tingħata liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta' proprjetà, mhux esklussiva u irrevokabbli biex tuża dan il-materjal u kwalunkwe dritt preeżistenti marbut magħha. Il-liċenzja tagħti d-drittijiet li ġejjin lill-Unjoni:

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rata ta' kofinanzjament tal-FEG għall-miżuri offruti għandha tkun allinjata mal-ogħla rata ta' kofinanzjament tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv.

2.  Ir-rata ta' kofinanzjament tal-FEG għall-miżuri offruti għandha tkun allinjata mal-ogħla rata ta' kofinanzjament tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv, filwaqt li jitqiesu l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol attivi u sottożviluppati ta' xi Stati Membri.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura spjegata fl-Artikolu 16.

3.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura spjegata fl-Artikolu 16 u għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikant.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jekk l-impriża li tat is-sensji, bl-eċċezzjoni tal-mikrointrapriżi u l-SMEs, kienet benefiċjarja ta' għajnuna mill-Istat jew ta' finanzjament preċedenti mill-fondi ta' koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta' qabel;

(e)  jekk l-impriża li tat is-sensji, bl-eċċezzjoni tal-mikrointrapriżi u l-SMEs u l-istart-ups, kienet benefiċjarja ta' għajnuna mill-Istat jew ta' finanzjament preċedenti mill-fondi ta' koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta' qabel;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG.

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG, inkluża valutazzjoni tal-impatt sussegwenti tal-applikazzjoni tiegħu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

Għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data kollha disponibbli dwar il-każijiet tal-FEG u l-ħaddiema megħjuna.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

Referenzi

COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Karoline Graswander-Hainz

29.8.2018

Eżami fil-kumitat

27.9.2018

Data tal-adozzjoni

11.10.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, William (The Earl of) Dartmouth, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Sander Loones, Fernando Ruas, Paul Rübig, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Czesław Hoc, Stanisław Ożóg, Jozo Radoš, Anders Sellström

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christophe Hansen, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Paul Rübig, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Adam Szejnfeld

S&D

Maria Arena, Goffredo Maria Bettini, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

Verts/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

10

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Elsi Katainen, J. Radoš

ECR

C. Hoc, Sander Loones, S. Ożóg, Jan Zahradil

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

EPP

Christofer Fjellner, Anders Sellström

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (7.11.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

(COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Manuel dos Santos

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3 a)  Fl-14 ta' Marzu 2018 u fit-30 ta' Mejju 2018, il-Parlament Ewropew saħaq, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, fuq l-importanza ta' prinċipji orizzontali li għandhom jirfdu l-QFP 2021-2027 u l-politiki kollha relatati tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew irriafferma, f'dan il-kuntest, il-pożizzjoni tiegħu li l-Unjoni jeħtiġilha twettaq l-impenn tagħha li tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, u ddeplora l-fatt li l-proposti għall-QFP ma fihomx impenn ċar u viżibbli f'dak is-sens. Il-Parlament Ewropew, għaldaqstant, talab għall-integrazzjoni tal-SDGs fil-politiki u fl-inizjattivi kollha tal-Unjoni rigward il-QFP li jmiss. Huwa enfasizza wkoll li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija vitali biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni għal Ewropa inklużiva u għaldaqstant talab sabiex l-impenji għall-integrazzjoni tal-ġeneri u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jsiru parti mill-politiki u l-inizjattivi kollha tal-Unjoni fl-ambitu tal-QFP li jmiss. Il-Parlament Ewropew issottolinja, fil-pożizzjoni tiegħu, li wara l-Ftehim ta' Pariġi l-infiq orizzontali relatat mal-klima għandu jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' dak fl-ambitu tal-QFP attwali u jilħaq 30 % mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2027.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u dwar ir-riżorsi proprji, il-Parlament Ewropew irrikonferma l-pożizzjoni soda tiegħu dwar il-livell meħtieġ ta' finanzjament għall-politiki ewlenin tal-Unjoni fil-QFP 2021-2027, sabiex dawn ikunu jistgħu jissodisfaw il-missjoni u l-objettivi tagħhom. Huwa saħaq b'mod partikolari fuq is-sejħa biex jiġi rdoppjat il-finanzjament speċifiku tal-QFP għall-SMEs u sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; laqa' diversi proposti li jtejbu d-dispożizzjonijiet attwali, b'mod partikolari l-allokazzjonijiet miżjuda tal-istrumenti speċjali; u stqarr li l-intenzjoni tiegħu li jinnegozja titjib addizzjonali kull fejn meħtieġ.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom, inklużi s-sidien/maniġers ta' mikrointrapriżi u ta' intrapriżi żgħar, li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien. Huwa importanti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex jilħqu l-iskadenzi għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif definit f'dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27 a)  Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b'mod speċjali matul l-ewwel xhur ta' kull sena, fejn l-għażliet għal trasferimenti minn intestaturi tal-baġit oħra jkunu partikolarment limitati, jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ammont adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' ħlas fl-intestatura tal-baġit tal-FEG fil-proċedura baġitarja annwali.

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu.

(37)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 (2017/2052(INI)) talbet mira ta' 30 % min-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġja l-ksib tal-objettivi klimatiċi malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mill-2027.

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ġenerali tal-FEG huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fl-Artikolu 5, u joffrilhom appoġġ.

1.  L-objettiv ġenerali tal-FEG huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fl-Artikolu 5, u joffrilhom appoġġ finanzjarju għal miżuri għall-impjieg mill-ġdid.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza għar-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, għall-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tintwera solidarjetà, u tipprovdi appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, lill-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inklużi informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inklużi informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir enfasi fuq il-valur miżjud tal-Unjoni fuq il-finanzjament u għandhom jassistu l-isforzi tal-Kummissjoni għall-ġbir tad-data sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-FEG, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment b'mod faċli għall-utent, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata u data tal-implimentazzjoni dwar l-FEG sa mill-bidu tiegħu, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu ġew issodisfati, din għandha tissottometti talba għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu ġew issodisfati, din għandha tissottometti proposta biex timmobilizzaha. Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, għandha tinbeda proċedura ta' trilogu.

It-trasferimenti relatati mal-FEG għandhom isiru skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talba ta' trasferiment jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn sommarju tal-eżaminazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni.

imħassar

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tiġi nnotifikata bl-approvazzjoni tat-trasferiment baġitarju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Din id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG.

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 a.  Proposta għal Deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)  valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9(4), flimkien ma' sommarju tal-informazzjoni li fuqha hija bbażata dik il-valutazzjoni;

(b)  evidenza li l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10 jkunu ġew ssodisfati; u

(c)  raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

Referenzi

COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Manuel dos Santos

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere

S&D

Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand

3

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

André Elissen

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (16.11.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

(COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gilles Pargneaux

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta' tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta' importanza kbira. Il-"Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar"22, huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija b'mod reattiv.

(8)  Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali ta' tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament jew bil-waqfien ta' attività huwa ta' importanza kbira. Il-"Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar"22, huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet soċjali tal-komunità tan-negozju, dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija b'mod reattiv.

_________________

_________________

22 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)

22 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)

Ġustifikazzjoni

Wara r-riżoluzzjoni tal-PE (P8_TA(2018)0363), il-FEG ikkontribwixxa għall-proġett ta' pjan soċjali għas-sensji tal-impjegati tal-banek fin-Netherlands. Hija ħaġa stramba li l-banek ma kkontribwewx għal dan, peress li hemm rwol riżervat għan-negozji nfushom. Għalkemm il-banek fin-Netherlands għamlu biljuni ta' profitti, huma ma kkontribwewx għal pjan soċjali għall-impjegati bankarji li ngħataw is-sensja.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-FEG biex tivvaluta kif u kemm il-FEG jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-FEG wera li huwa effettiv, u jilħaq rata ta' riintegrazzjoni ogħla ta' ħaddiema spostati milli fil-perjodu ta' programmar preċedenti. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-FEG iġġenera valur miżjud Ewropew. Dan huwa partikolarment minnu fit-termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-FEG mhux biss iżid in-numru u l-varjetà ta' servizzi offruti, iżda anki l-livell ta' intensità tagħhom. Barra minn hekk, interventi tal-FEG ikollhom viżibbiltà għolja u juru l-valur miżjud tal-UE tal-intervent direttament lill-pubbliku ġenerali. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. Min-naħa l-waħda, il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri rrappurtaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali li żżomm lill-Istati Membri li kieku kien ikollhom każ potenzjali tal-FEG milli japplikaw huma problemi finanzjarji u ta' kapaċità istituzzjonali. Minn banda, dan jista' jkun biss nuqqas ta' ħaddiema; bħalissa l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal assistenza teknika biss jekk dawn jimplimentaw każ tal-FEG. Billi s-sensji jistgħu jseħħu bla mistenni, ikun importanti li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu immedjatament u jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mingħajr ebda dewmien. Barra minn hekk, f'ċerti Stati Membri, jidher li jenħtieġu sforzi iktar pronfondi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-każijiet tal-FEG. Il-limitu ta' 500 impjieg spostat kien ġie kkritikat bħala għoli wisq, speċjalment f'reġjuni inqas popolati26.

(12)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-FEG biex tivvaluta kif u kemm il-FEG jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-FEG wera li huwa effettiv, u jilħaq rata ta' riintegrazzjoni ogħla ta' ħaddiema spostati milli fil-perjodu ta' programmar preċedenti. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-FEG iġġenera valur miżjud tal-UE. Dan huwa partikolarment minnu fit-termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-FEG mhux biss iżid in-numru u l-varjetà ta' servizzi offruti, iżda anki l-livell ta' intensità tagħhom. Barra minn hekk, interventi tal-FEG ikollhom viżibbiltà għolja u juru l-valur miżjud tal-UE tal-intervent direttament lill-pubbliku ġenerali. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. L-ewwel nett, għandu jkun ċar li rigward l-iżvilupp ta' pjanijiet soċjali mmirati lejn ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema kkonċernati fis-suq tax-xogħol, in-negozji kkonċernati u l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja. Il-FEG jista' biss iwettaq rwol komplementari u għandu jikkonċentra fuq dawk ir-reġjuni, fejn la n-negozji kkonċernati, u lanqas l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ma għandhom ir-riżorsi biex jipprovdi l-miżuri meħtieġa. Barra minn hekk, kien hemm dubji dwar il-valur miżjud tal-UE f'dawk il-każijiet, fejn kumpanija l-ewwel tirċievi sussidji nazzjonali u tal-Unjoni (pereżempju, għall-attivitajiet tagħha fil-qasam tal-innovazzjoni), imbagħad tiddeċiedi li tirriloka stabbiliment bi skop ta' qligħ lejn Stat Membru ieħor jew saħansitra lejn pajjiżi terzi, mingħajr ma terfa' r-responsabbiltà tagħha għall-finanzjament tar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema affettwati mill-għeluq tal-istabbiliment tagħha, u minflok, speċjalment f'każijiet ta' rilokazzjoni fl-Unjoni, tista' għal darb'oħra tibbenefika minn sussidji tal-Unjoni fil-post il-ġdid. Barra minn hekk, il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq. Ħafna Stati Membri rrappurtaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali li żżomm lill-Istati Membri li kieku kien ikollhom każ potenzjali tal-FEG milli japplikaw huma problemi finanzjarji u ta' kapaċità istituzzjonali. Billi s-sensji jistgħu jseħħu bla mistenni, ikun importanti li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu immedjatament u jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mingħajr ebda dewmien. Il-limitu ta' 500 impjieg spostat kien ġie kkritikat bħala għoli wisq, speċjalment f'reġjuni inqas popolati26.

_________________

_________________

26 COM (2018) 297 final u SWD (2018) 192 final li jakkumpanjah.

26 COM (2018) 297 final u SWD (2018) 192 final li jakkumpanjah.

Ġustifikazzjoni

- Il-FEG għandu funzjoni ta' koeżjoni, li tfisser li kontribuzzjoni mill-fond trid tmur għar-reġjuni l-aktar foqra u l-aktar affettwati. - Ta' spiss jiġri li n-negozji jirċievu s-sussidji tliet darbiet: darba bħala negozju, it-tieni darba, meta jagħlqu negozju li jagħmel il-qligħ, kif ukoll meta jkun hemm risistemazzjoni xi mkien ieħor fl-UE.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema spostati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, jenħtieġ li r-rata ta' kofinanzjament tal-ispiża tal-pakkett ta' servizzi personalizzati u l-implimentazzjoni tiegħu tkun daqs dik tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv ikkonċernat.

(15)  Sabiex tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema spostati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, jenħtieġ li r-rata ta' kofinanzjament tal-ispiża tal-pakkett ta' servizzi personalizzati u l-implimentazzjoni tiegħu tkun 70 % tat-total tal-istimi tal-kostijiet.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati, kemm jekk ikollhom kuntratt b'terminu fiss jew kuntratt permanenti, jew ħaddiema temporanji, kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom – inklużi s-sidien ta' mikrointrapriżi u ta' intrapriżi żgħar – li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji possibbli tal-FEG għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà soċjali tan-negozji kkonċernati u jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu, iżda wkoll immirati lejn il-promozzjoni tal-ħolqien indipendenti ta' impjiegi permezz tal-istabbiliment ta' kooperattivi. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Fil-perjodu bejn Marzu 2007 u Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet 148 applikazzjoni għal kofinanzjament mill-FEG minn 21 Stat Membru, għal total ta' kważi EUR 600 miljun biex jiġu megħjuna 138 888 ħaddiem spostat u 2 944 persuna barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b)  Fil-perjodu bejn l-2007 u l-2017, seba' Stati Membri ma użawx l-appoġġ tal-FEG disponibbli. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu eżaminati l-każijiet kollha li fihom l-kapaċità regolatorja u amministrattiva jew ostakli ta' tip ieħor xekklu l-parteċipazzjoni tal-FEG, u jiġu proposti miżuri biex jitneħħew tali ostakli;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, huwa importanti li l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni tkun mill-aħjar biex jiġu rispettati l-iskadenzi għall-eżami tal-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma jissostitwixxux il-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni iżda fejn hu possibbli jenħtieġ li jikkomplementawhom.

(24)  F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma jissostitwixxux iżda jikkomplementaw il-miżuri ta' appoġġ li n-negozji kkonċernati huma rikjesti li jieħdu fil-kuntest ta' pjan soċjali, u l-miżuri li l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali jistgħu jiffinanzjaw huma stess kif ukoll il-miżuri li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn in-negozji l-ewwel jirċievu sussidji tal-Unjoni għall-attivitajiet tagħhom, bħal dawk għall-innovazzjoni, u mbagħad jagħlqu stabbilimenti bi skop ta' qligħ. F'dawk il-każijiet speċjalment, il-kontribuzzjonijiet mill-FEG jenħtieġ li jsiru bil-kundizzjoni li jkun hemm kofinanzjament min-negozji kkonċernati.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(31)  Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG kull sentejn.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu.

(37)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni tappoġġa l-objettivi tal-klima. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-FEG għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għal bidla strutturali. Bħala tali, l-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

Il-FEG għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għal bidla strutturali. Bħala tali, il-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont l-Artikolu 151 tat-TFUE, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tal-bidla teknoloġika. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati u fuq l-Istati Membri u r-reġjuni li ntlaqtu l-aktar u fejn l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ma jkollhomx riżorsi adegwati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa. L-assistenza mill-FEG hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet soċjali tal-kumpaniji kkonċernati, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-pjanijiet soċjali għall-ħaddiema spostati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "ħaddiem spostat" tfisser ħaddiem li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi;

(a)  "ħaddiem spostat" tfisser ħaddiem li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba avveniment ta' ristrutturar kbir mhux mistenni;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "benefiċjarju" tfisser persuna li tipparteċipa f'miżuri kofinanzjati tal-FEG.

(c)  "benefiċjarju" tfisser persuna li tipparteċipa f'miżuri kofinanzjati tal-FEG;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "irregolarità" tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi applikabbli, li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-FEG, li għandu, jew li jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi jimposta nefqa mhux ġustifikata f'dan il-baġit.

(d)  "irregolarità" tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi applikabbli, li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-FEG, li għandu, jew li jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jimposta nefqa mhux ġustifikata fil-baġit tal-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f'aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm hemm aktar minn 250 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati;

(b)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 fl-istess Stati Membri jew f'dawk ġirien jew f'aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 fl-istess Stati Membri jew f'dawk ġirien sakemm hemm aktar minn 250 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Kull meta l-waqfien ta' attività tikkonċerna intrapriża bi skop ta' qligħ, il-kumpanija kkonċernata għandha tikkontribwixxi għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema spostati, preferibbilment fil-kuntest ta' pjan soċjali. Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha ssir bil-kundizzjoni ta' tali kontribuzzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-bidu ta' negozju jew it-teħid ta' kontroll mill-impjegati ma għandhomx jaqbżu l-EUR 20 000 għal kull ħaddiem spostat.

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-bidu ta' negozju jew it-teħid ta' kontroll mill-impjegati, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif ta' kooperattivi, ma għandhomx jaqbżu l-EUR 20 000 għal kull ħaddiem spostat.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali.

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u għandu jiffoka fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri appoġġati mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali.

Il-miżuri appoġġati mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali u lanqas il-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-konferma li, fejn l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi tagħha li jirregolaw is-sensjar;

(b)  il-konferma li, fejn l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi tagħha li jirregolaw is-sensjar, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn ftehimiet kollettivi jew negozjati fuq pjan soċjali;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  indikazzjoni ċara tal-attivitajiet diġà mwettqa mill-Istati Membri għall-assistenza tal-ħaddiema spostati u tan-natura komplementari tal-fondi mitluba mill-FEG minħabba nuqqas ta' riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  ħarsa ġenerali tal-fondi tal-Unjoni li diġà bbenefikat minnhom l-intrapriża li tat is-sensji fil-ħames snin ta' qabel is-sensji kollettivi;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  għall-finijiet ta' evalwazzjoni, miri speċifiċi għall-każ indikattivi ddefiniti mill-Istat Membru fir-rigward tar-rata ta' impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni;

(i)  għall-finijiet ta' evalwazzjoni, miri speċifiċi għall-każ indikattivi u indikaturi ddefiniti mill-Istat Membru fir-rigward tar-rata ta' impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  stqarrija ta' konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(l)  stqarrija ta' konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi u miżuri li għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti għall-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u għall-miżuri passivi tal-protezzjoni soċjali;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nondiskriminazzjoni

Ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni

Ġustifikazzjoni

Il-ġeneru ma jinkludix biss l-irġiel u n-nisa.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulha.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulha.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  F'każ li l-Kummissjoni timplimenta l-assistenza teknika b'ġestjoni indiretta, għandha tiżgura t-trasparenza tal-proċedura għall-għażla tal-parti terza li teżegwixxi l-kompitu tagħha kif ukoll għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati kollha tal-FEG, fosthom il-Parlament, dwar is-sottokuntrattur magħżul.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom abbażi ta' esperjenzi bl-iskop li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom, abbażi ta' esperjenzi tagħha u tal-valutazzjonijiet fornuti mill-Istati Membri, bl-iskop li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rata ta' kofinanzjament tal-FEG għall-miżuri offruti għandha tkun allinjata mal-ogħla rata ta' kofinanzjament tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv.

2.  Ir-rata ta' kofinanzjament tal-FEG għall-miżuri offruti m'għandhiex taqbeż is-70 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16a

F'każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jibqgħu disponibbli fil-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammont ta' assistenza meqjus neċessarju mill-awtorità tal-baġit, il-Kummissjoni tista', tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata permezz tal-Fond tas-sena ta' wara. Il-limitu massimu annwali baġitarju tal-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir u fis-sena ta' wara għandu jiġi rispettat f'kull ċirkostanza.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19a

L-istħarriġ tal-benefiċjarju riferut fil-punt (d) tal-Artikolu 20(1) għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ tal-benefiċjarju skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ir-riżultati ta' stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta' responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta' din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta' età u l-livell tal-edukazzjoni;

(d)  ir-riżultati ta' stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sa sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta' responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta' din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta' età u l-livell tal-edukazzjoni;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tad-dsatax-il xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti s-sett tad-data sempliċi li jinforma l-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal speċifikat fil-punt (3) tal-Anness:

2.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tad-dsatax-il xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti s-sett tad-data sempliċi, komplut u verifikat kif xieraq li jinforma l-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal speċifikat fil-punt (3) tal-Anness.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-1 ta' Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta'qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b'mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta' tali miżuri ma' miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjoniijet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta' eliġibbiltà.

1.  Sal-1 ta' Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta'qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq il-prestazzjoni u r-riżultati miksuba mill-FEG skont l-objettivi stabbiliti, u b'mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x'taqsam mal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta' tali miżuri ma' miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjonijiet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta' eliġibbiltà.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG.

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG. Din l-evalwazzjoni għandha b'mod partikolari tinkludi informazzjoni dwar il-prestazzjoni, il-valur miżjud tal-UE u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

Referenzi

COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gilles Pargneaux

11.7.2018

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Richard Sulík

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Caterina Chinnici, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

3

-

ECR

Richard Sulík

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (26.10.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

(COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Tamás Deutsch

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit oriġinarjament fl-2007 biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi għall-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u dawk l-inqas kwalifikati li huma affettwati mis-sensji li rriżultaw mill-bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjin. Permezz tal-kofinanzjament ta' miżuri ta' politika attivi tas-suq tax-xogħol, il-FEG għandu l-għan li jiffaċilita l-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg jew impjieg indipendenti ta' ħaddiema - b'mod partikolari, persuni żvantaġġjati, anzjani u żgħażagħ qiegħda - f'oqsma u setturi affettwati minn taqlib ekonomiku serju. Il-valur miżjud muri tal-FEG bħala strument ta' politika soċjali tal-UE jinsab fil-fatt li dan jipprovdi appoġġ viżibbli, immirat u finanzjarju għal programmi personalizzati għat-taħriġ u l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol ta' ħaddiema affettwati minn sensji kollettivi.

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tkompli l-miżuri tal-FEG wara l-2020. Dan juri rieda politika biex jissaħħaħ id-dritt tan-nies għal edukazzjoni, għal taħriġ u għal tagħlim tul il-ħajja inklussivi u ta' kwalità, sabiex ikunu jistgħu iżommu u jakkwistaw ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà u jiġġestixxu b'suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.

Huwa jilqa' b'mod speċjali t-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għal kawżi oħra ta' tfixkil, bħal pereżempju l-awtomazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, biex jitqiesu sfidi ġodda fis-suq tax-xogħol. Għalhekk, huwa jemmen li l-isem ta' dan il-fond mhuwiex xieraq peress li ma jindirizzax biss l-effetti tal-globalizzazzjoni u għandu jiġi kkunsidrat isem ġdid.

Ir-Rapporteur jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkompli jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar għall-applikazzjonijiet u li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ħalli tiġi żgurata l-adozzjoni bla xkiel u mgħaġġla tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, sabiex l-appoġġ ikun jista' jilħaq aktar malajr lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom.

Fl-aħħar nett, sabiex tiżdied il-possibbiltà għal gruppi iżgħar ta' ħaddiema ssensjati biex jibbenefikaw mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u biex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi li jipprevjenu Stat Membru milli japplika, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jitbaxxa l-livell limitu għal applikazzjonijiet għal 150 sensja minflok il-livell limitu ta' 250 propost: sensji fuq skala kbira huma inqas frekwenti u l-SMEs jipprovdu parti sinifikanti tal-impjiegi tal-lum. Din il-bidla jista' jkollha effett pożittiv fuq il-benefiċjarji potenzjali u tista' żżid il-possibilitajiet ta' impjieg mill-ġdid fir-reġjuni kollha tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.

(1)  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikoli 9 u 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-UN (SDGs) u tal-impenn tal-Unjoni għall-Ftehim ta' Pariġi 2015 dwar it-tibdil fil-klima insegwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-"Ftehim ta' Pariġi") u tal-promozzjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-tweġiba tal-Unjoni16 għall-“Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU”17 - futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b'mod bilanċjat u integrat. Huwa essenzjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta' politika tal-Unjoni, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli” tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta' finanzjament tagħha.

(3)  Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-tweġiba tal-Unjoni16 għall-"Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU"17 - futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), inkluża l-kultura, b'mod bilanċjat u integrat. Huwa essenzjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta' politika tal-Unjoni, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli" tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta' finanzjament tagħha.

_________________

_________________

16 http://eu-un.europa.eu/eu-response-2030-agenda-sustainable-development-sustainable-european-future/.

16 http://eu-un.europa.eu/eu-response-2030-agenda-sustainable-development-sustainable-european-future/.

17 https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld.

17 https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fid-“Dokument ta' riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni”20, il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta' impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta' kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta' kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b'mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi teknoloġiċi li qed jevolvu b'ritmu rapidu se jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b'konformità mal-prinċipji ta' solidarjetà u ta' sostenibbiltà, se jkun jenħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b'mod aktar ġust billi l-ftuħ ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati mal-protezzjoni soċjali.

(6)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni"20, il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta' impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta' kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta' kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b'mod ugwali fost in-nies, ir-reġjuni u l-istati, u dan jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi teknoloġiċi li qed jevolvu b'ritmu rapidu se jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b'konformità mal-prinċipji ta' solidarjetà u ta' sostenibbiltà, se jkun meħtieġ li jiġi żgurat li l-effetti tal-globalizzazzjoni jiġu antiċipati aħjar, u li l-benefiċċji potenzjali jkunu kondiviżi b'mod aktar ġust billi l-ftuħ ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati ma' impjieg mill-ġdid b'saħħtu u protezzjoni soċjali.

_________________

_________________

20 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.

20 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fid-“Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE”21, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati membri u fihom. Għalhekk, il-prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa.

(7)  Fid-"Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE"21, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati membri u fihom. Għalhekk, il-prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-iżvilupp sostenibbli, fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa.

_________________

_________________

21 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt.

21 https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta' tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta' importanza kbira. Il-“Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar”22, huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija b'mod reattiv.

(8)  Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika, kif ukoll it-tibdil fil-klima, aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta' tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b'mod ġust, l-għoti ta' assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta' importanza kbira. Il-"Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar"22, huwa l-istrument ta' politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta' aġġustament ekonomiku u ta' ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mezzi ta' politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b'tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, u l-impatt fuq ir-reġjuni inkwistjoni jkunu jistgħu jittaffew b'mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar b'mod reattiv. Bħala parti minn approċċ aktar proattiv, il-FEG jista' jintuża biex jgħin lill-ħaddiema li għadhom jaħdmu iżda li se jiġu spostati wara ċertu perjodu ta' żmien.

_________________

_________________

22 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)

22 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f'avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta' darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema spostati f'oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta' taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta' avveniment ta' ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u f'ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG jibqa' strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" u l-anness27 tiegħu.

(13)  Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f'avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta' darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni f'impjieg ta' kwalità u sostenibbli (bħal impjieg ekoloġiku) tal-ħaddiema spostati f'oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta' taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni pjannata lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, b'mod partikolari fir-reġjuni affettwati mill-eliminazzjoni gradwali tal-faħam, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta' avveniment ta' ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u f'ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG jibqa' strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" u l-anness27 tiegħu.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  It-tnaqqis fl-estrazzjoni tal-faħam u l-bidla għal sorsi alternattivi ta' enerġija, li huma parzjalment meħtieġa mill-politika Ewropea dwar it-tibdil fil-klima, jippreżentaw sfidi kbar f'ċerti reġjuni fejn s'issa sseħħ l-estrazzjoni tal-faħam. Partikolarment għar-reġjuni fejn isseħħ l-estrazzjoni tal-faħam, l-eliminazzjoni gradwali tal-faħam se tikkostitwixxi piż ekonomiku u theddida għall-impjiegi. Din il-bidla strutturali teħtieġ li tiġi mitigata, appoġġata u magħmula tollerabbli għal dak li jikkonċerna l-impjiegi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Kif intqal, sabiex tinżamm in-natura Ewropea tal-FEG, jenħtieġ li tiskatta applikazzjoni għal appoġġ meta avveniment ta' ristrutturar kbir jikkawża impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi ddefinit b'numru minimu ta' spostamenti tal-impjiegi f'perjodu speċifiku ta' referenza. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu jiġi stabbilit għal 250 spostament ta' impjieg fi żmien perjodu ta' referenza ta' erba' xhur (jew 6 xhur f'każijiet settorjali). Filwaqt li jitqies il-fatt li l-mewġ ta' sensji f'setturi differenti, iżda fl-istess reġjun ikollhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll applikazzjonijiet reġjonali. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi fil-każ ta' numru inqas ta' spostamenti tal-impjiegi.

(14)  Kif intqal, sabiex tinżamm in-natura Ewropea tal-FEG, jenħtieġ li tiskatta applikazzjoni għal appoġġ meta avveniment ta' ristrutturar kbir jikkawża impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali, b'mod speċjali f'żoni monoindustrijali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi ddefinit b'numru minimu ta' spostamenti tal-impjiegi f'perjodu speċifiku ta' referenza. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu jiġi stabbilit għal minimu ta' 150 spostament ta' impjieg fi żmien perjodu ta' referenza ta' sitt xhur. Filwaqt li jitqies il-fatt li l-mewġ ta' sensji f'setturi differenti, iżda fl-istess reġjun jew f'reġjuni ġirien jew transfruntiera jkollhom impatt sinifikanti wkoll fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll applikazzjonijiet reġjonali u biex jingħata appoġġ effettiv lill-ħaddiema, jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur tas-servizzi. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, pereżempju bħal fil-każ tar-reġjuni diġà partikolarment milquta minn rata ta' qgħad għolja, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi fil-każ ta' numru inqas ta' spostamenti tal-impjiegi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati, kemm jekk ikollhom kuntratt b'terminu fiss jew kuntratt permanenti, jew ħaddiema temporanji, kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom – inklużi s-sidien ta' mikrointrapriżi u ta' intrapriżi żgħar – li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji possibbli tal-FEG għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg ta' kwalità u sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu permezz tal-parteċipazzjoni fi programmi ta' taħriġ mill-ġdid u programmi għall-kisba ta' ħiliet ġodda. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali jew nazzjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà volontarja u ġusta tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor jew f'reġjuni oħra. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali u fuq l-aċċess għat-teknoloġija diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta ħafna. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jkunu valur miżjud u mhux sostitut għal kwalunkwe obbligu finanzjarju li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri jew ta' kumpaniji skont il-liġi jew ftehimiet kollettivi. Il-kumpaniji jenħtieġ li jiġu mħeġġa jikkontribwixxu għall-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett ikkoordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku għar-riintegrazzjoni f'impjieg sostenibbli tal-akbar numru possibbli ta' benefiċjarji li jkunu qed jipparteċipaw f'dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta' sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

(20)  Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett ikkoordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku għar-riintegrazzjoni f'impjieg sostenibbli u ta' kwalità tal-akbar numru possibbli ta' benefiċjarji li jkunu qed jipparteċipaw f'dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta' sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat l-FEG.

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, dawk b'anqas edukazzjoni jew b'ħiliet insuffiċjenti, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età, persuni b'diżabbiltajiet, dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar u persuni minn żoni iżolati jew inaċċessibbli, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FEG.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu b'mod urġenti applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u l-Istituzzjonijiet tal-UE jenħtieġ li jagħmlu l-almu tagħhom biex jivvalutawhom rapidament. F'każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

(25)  Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom. Ir-rapporti dwar kull każ tal-FEG jenħtieġ li jkunu disponibbli u standardizzati għal dak li jikkonċerna l-miżuri meħuda u r-riżultati. Dan ikollu l-vantaġġ addizzjonali li jagħmel il-każijiet komparabbli sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkondividu prattiki tajbin.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Fl-interess tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza ssir disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG. Għalhekk, fil-futur jenħtieġ li l-Awtorità Baġitarja tiddeċiedi fuq it-talbiet għal trasferiment sottomessi mill-Kummissjoni, li ma jeħtieġx Proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG.

(29)  Fl-interess tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza tingħata malajr u b'mod effiċjenti. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati u adattati l-proċeduri għal bżonnijiet speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG. Għalhekk, fil-futur jenħtieġ li l-Awtorità Baġitarja tiddeċiedi fuq it-talbiet għal trasferiment sottomessi mill-Kummissjoni, li ma jeħtieġx Proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-FEG għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għal bidla strutturali. Bħala tali, l-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

Il-FEG għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għat-tibdil strutturali, li qed jirriżulta mill-globalizzazzjoni u minn bidla teknoloġika kif ukoll tranżizzjoni għal ekonomija li ma tagħmilx ħsara lill-klima, ċirkolari u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, sabiex jinstab impjieg ġdid. Bħala tali, il-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fost ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha u jkun komplementari għall-miżuri ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ġenerali tal-FEG huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fl-Artikolu 5, u joffrilhom appoġġ.

1.  L-objettiv ġenerali tal-FEG huwa li juri solidarjetà u joffri appoġġ finanzjarju għall-miżuri li jiffavorixxu r-rinintegrazzjoni l-aktar rapidu possibbli fis-suq tax-xogħol ta ħaddiema spostati li għandhom kuntratt ta' żmien determinat jew indeterminat, ħaddiema temporanja permezz ta' aġenzija u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta' ristrutturar kbar, imsemmija fl-Artikolu 5.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, ir-ristrutturar jew l-għejba ta' setturi ekonomiċi, il-kompetizzjoni ma' kompetitturi mhux tal-UE li huma f'pożizzjoni privileġġjata minħabba r-regoli ta' kompetizzjoni tal-UE, tilwim kummerċjali bejn l-UE u pajjiżi terzi, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, b'mod partikolari f'reġjuni affettwati mill-eliminazzjoni gradwali tal-faħam, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati. L-azzjonijiet li jibbenefikaw minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-ħaddiema kollha li jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg ta' kwalità u sostenibbli fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  “ħaddiem spostat” tfisser ħaddiem li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi;

(a)  "ħaddiem spostat" tfisser ħaddiem, anke ħaddiem temporanju permezz ta' aġenzija, li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  “persuna li taħdem għal rasha” tfisser persuna li impjegat anqas minn 10 ħaddiema;

(b)  "persuna li taħdem għal rasha" tfisser persuna, anke sid-maniġer ta' intrapriża, li impjegat anqas minn 15-il ħaddiem;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  "ristrutturar" tfisser kwalunkwe fenomenu tas-suq tax-xogħol li jwassal għal sensji b'impatt rilevanti għall-ekonomija ta' territorju partikolari.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur, f'intrapriża fi Stat Membru, inkluż fejn dak il-waqfien japplika fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi downstream;

(a)  il-waqfien ta' attività ta' mill-anqas 150 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, matul perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, f'intrapriża fi Stat Membru jew f'reġjuni transfruntiera ta' Stati Membri ġirien, inkluż fejn dak il-waqfien japplika fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi downstream;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f'aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm hemm aktar minn 250 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati;

(b)  il-waqfien ta' attività ta' mill-anqas 150 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f'aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm hemm aktar minn 150 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-waqfien ta' attività ta' aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' erba' xhur, partikolarment fl-SMEs, li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f'setturi differenti ddefiniti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu fl-istess reġjun iddefinit fil-livell NUTS 2.

(c)  il-waqfien ta' attività ta' tal-anqas 150 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta' referenza ta' sitt xhur, partikolarment fl-SMEs, li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f'setturi differenti ddefiniti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu fl-istess reġjun iddefinit fil-livell NUTS 2.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG.

3.  Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali, b'mod partikolari f'żoni monoindustrijali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b'mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f'impjieg jew f'impjieg indipendenti.

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b'mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f'impjieg jew f'impjieg indipendenti ta' kwalità u sostenibbli.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali hija element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ta' servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta' taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki u l-ħtiġijiet tal-benefiċjarju rispettiv.

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali f'ekonomija ċirkulari u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi hija element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ta' servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta' taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki u l-ħtiġijiet tal-benefiċjarju rispettiv.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi, allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw.

(b)  miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi, allowances għall-mobbiltà u għall-ikel, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw. Dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' impjieg jew ta' taħriġ;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali.

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li ma tagħmilx ħsara lill-klima, ċirkolari u effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli u lejn reġjuni li qed jeliminaw b'mod gradwali l-faħam, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi għandu jitfassal b'konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew mas-sħab soċjali.

3.  Il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi għandu jitfassal b'konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati jew mar-rappreżentanti tagħhom u mas-sħab soċjali.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f'idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.

2.  Fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f'idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-wasla tal-applikazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet rekwiżiti biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 60 jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni, ma tkunx tista' tirrispetta din l-iskadenza, għandha tagħti spjegazzjoni bil-miktub fejn tagħti r-raġunijiet tad-dewmien.

4.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet rekwiżiti biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 45 jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni, b'mod eċċezzjonali, ma tkunx tista' tirrispetta din l-iskadenza, għandha tagħti spjegazzjoni bil-miktub fejn tagħti r-raġunijiet tad-dewmien u jkollha 20 ġurnata estenzjoni minn dik l-iskadenza biex tikkonforma.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-identifikazzjoni, fejn applikabbli, tal-intrapriżi li taw is-sensji, il-fornituri jew il-produtturi downstream, is-setturi, u l-kategoriji ta' benefiċjarji speċifikati mqassma skont is-sess, il-grupp ta' età u l-livell tal-edukazzjoni;

(d)  l-identifikazzjoni, fejn applikabbli, tal-intrapriżi li taw is-sensji, il-fornituri jew il-produtturi downstream, is-setturi, u l-kategoriji ta' benefiċjarji speċifikati mqassma skont is-sess, l-età u l-livell tal-edukazzjoni;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(e)  l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew, fejn xieraq, dak transfruntier;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  deskrizzjoni ddettaljata tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż, b'mod partikolari, kwalunkwe miżura li tkun b'appoġġ għall-inizjattivi ta' impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, ta' età akbar u żgħażagħ;

(f)  deskrizzjoni ddettaljata tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż, b'mod partikolari, kwalunkwe miżura li tkun b'appoġġ għall-inizjattivi ta' impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, b'anqas ħiliet, ta' età akbar u żgħażagħ u dawk minn żoni żvantaġġati;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ma)  dikjarazzjoni li l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li se jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta' Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar.

2.  L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali, lokali u, fejn xieraq, transfruntier, inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta' Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza mill-fondi tal-Unjoni.

4.  Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-FEG, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar il-FEG, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda flimkien ma' ġustifikazzjoni u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-FEG għandhom l-obbligu li jirrilaxxaw informazzjoni sabiex tiżdied il-viżibilità tal-fond.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 u b'mod partikolari wara li tikkunsidra n-numru ta' benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis possibbli l-ammont ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li jista' jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

1.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 u b'mod partikolari wara li tikkunsidra n-numru ta' benefiċjarji fil-mira, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi, fi żmien 15-il ġurnata xogħol wara t-tlestija tal-valutazzjoni tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-provvediment ta' kontribuzzjoni finanazjarja, l-ammont ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk ikun hemm tali kontribuzzjoni, li jista' jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew issodisfati taħt dan ir-Regolament, hija għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant.

4.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew issodisfati taħt dan ir-Regolament, hija għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant, u tagħti ġustifikazzjoni xierqa.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn benefiċjarju jidħol għal kors edukattiv jew ta' taħriġ li jdum sentejn jew aktar, in-nefqa għal tali kors għandha tkun eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FEG sad-data meta mistenni joħroġ ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1), kemm-il darba n-nefqa rilevanti tkun iġġarrbet qabel dik id-data.

4.  Fejn benefiċjarju jidħol għal kors edukattiv jew ta' taħriġ li jdum sentejn jew aktar għal fini ta' taħriġ mill-ġdid jew tnedija ta' start-up ta' negozju, in-nefqa għal tali kors għandha tkun eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FEG sad-data meta mistenni joħroġ ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1), kemm-il darba n-nefqa rilevanti tkun iġġarrbet qabel dik id-data.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ir-riżultati ta' stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta' responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta' din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta' età u l-livell tal-edukazzjoni;

(d)  ir-riżultati ta' stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta' responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-1 ta' Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta'qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b'mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta' tali miżuri ma' miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjoniijet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta' eliġibbiltà.

1.  Sal-1 ta' Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta'qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b'mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, ir-rapidità tal-ipproċċessar tagħhom u n-nuqqasijiet potenzjali fir-regoli fis-seħħ, id-deċiżjonijiet adottati, il-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta' tali miżuri ma' miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjoniijet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta' eliġibbiltà.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali.

2.  Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1– paragrafu 1 – inċiż 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  persuni b'esperjenza professjonali ta' inqas minn sentejn,

- persuni b'esperjenza professjonali ta' bejn 2 u 10 snin,

- persuni b'esperjenza professjonali ta' aktar minn 10 snin.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

Referenzi

COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tamás Deutsch

20.6.2018

Eżami fil-kumitat

27.9.2018

Data tal-adozzjoni

25.10.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Raffaele Fitto, Elsi Katainen, Ivana Maletić, Bronis Ropė, Milan Zver

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Iskra Mihaylova

ECR

Raffaele Fitto, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee, Ángela Vallina

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Daniel Buda, Tamás Deutsch, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Milan Zver, Lambert van Nistelrooij

S&D

Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Monika Vana

2

-

ALDE

Matthijs van Miltenburg

NI

Konstantinos Papadakis

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (10.9.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

(COM(2018)0380 – C8-0231/2018 -2018/0202(COD))

Rapporteur: Vilija Blinkevičiūtė

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jippreżenta lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, l-emendi li ġejjin.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.

(1)  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-Artikolu 8 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi billi jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet iffinanzjati mill-FEG tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f'Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzi tal-globalizzazzjoni, tar-ristrutturar u tal-użu tal-FEG.

(17)  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f'Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzi tal-globalizzazzjoni, tar-ristrutturar u tal-użu tal-FEG. Analiżijiet bħal dawn jenħtieġ li, fejn ikun xieraq, jinkludu l-valutazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi ta' dawn ix-xejriet sabiex il-FEG kif ukoll għodod rilevanti oħrajn jiġġieldu l-inugwaljanzi bejn is-sessi b'mod aktar effiċjenti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fejn jiġu promossi forom ġodda ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja sabiex jiġu appoġġati l-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw li jaħdmu kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjiegi, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jitħeġġu jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi speċifikat li l-formoli sostenibbli tal-impjiegi fejn il-benefiċjarji se jiġu integrati mill-ġdid għandhom jipprovdu wkoll firxa sħiħa ta' għażliet ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata skont il-liġijiet nazzjonali u d-direttiva li ġejja tal-UE, u b'hekk jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjiegi kif ukoll fil-ħajja privata.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jitħeġġu jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f'impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali, u fuq il-fatt li, fejn ikun xieraq, jingħelbu l-isterjotipi tas-sessi fl-impjiegi. L-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jitħeġġu jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Meta jiġi implimentat u mfassal pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, li jfittex li jiffaċilita r-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira, l-Istati Membri jenħtieġ li jisfruttaw u jilħqu aħjar l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-disparità serja bejn is-sessi fis-setturi tal-ICT u x-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u l-matematika (STEM) permezz tal-promozzjoni ta' taħriġ mill-ġdid u kwalifikazzjoni mill-ġdid tan-nisa fis-setturi tal-ICT u STEM. Meta jiġi implimentat u mfassal pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw ukoll milli jkomplu bid-dominju ta' sess wieħed f'dawk l-industriji u s-setturi fejn dan kien tradizzjonalment il-każ. Iż-żieda fir-rappreżentanza tas-sess li huwa inqas irrappreżentat f'setturi differenti, bħall-finanzi, l-ICT u STEM, tikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-differenza bejn is-sessi fl-ambitu tal-paga u l-pensjoni.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenzi preċedenti tal-implimentazzjoni tal-FEG urew li n-nisa qegħdin ġeneralment jiġu kwalifikati mill-ġdid fis-setturi tradizzjonalment iddominati min-nisa li huma mħallsa inqas, u b'hekk qed titkompla d-differenza bejn is-sessi fl-ambitu tal-paga u l-pensjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat l-FEG.

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk qiegħda li huma akbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, kif ukoll iqisu l-bżonn li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni tan-nisa fl-impjiegi, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FEG. L-implimentazzjoni tal-FEG jenħtieġ li tfittex li tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' impjieg sostenibbli li jiggarantixxi opportunitajiet ugwali, tirrispetta l-prinċipju ta' paga ndaqs għal xogħol ta' valur indaqs u tappoġġa miżuri għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li jrawmu l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FEG.

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk qiegħda li huma akbar fl-età, persuni b'diżabbiltajiet, persuni b'familjari dipendenti kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FEG.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Fid-dawl tal-prinċipju tal-ugwaljanza, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw aċċess effettiv għall-informazzjoni dwar il-FEG mat-territorju sħiħ tagħhom, inklużi ż-żoni rurali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(31)  Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG li jenħtieġ li jirreaġixxi għal rekwiżiti ċari ta' monitoraġġ u jinkludi segwitu tal-benefiċjarji u valutazzjoni tal-impatt fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Meta jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta' kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jenħtieġ li jkun element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati offruti.

(39)  Meta jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta' kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jenħtieġ li jkun element orizzontali obbligatorju ta' kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati offruti u jenħtieġ li jinkorpora l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-professjonijiet STEM.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f'avvenimenti ta' ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati u fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  "il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa" jfisser li m'għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni diretta u lanqas indiretta abbażi tas-sess tal-persuna f'bosta stadji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b'mod partikolari meta jintgħażlu l-gruppi fil-mira, u meta jiġu stabbiliti l-kriterji, l-indikaturi u l-benefiċjarji;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiżdied fid-dawl tat-tisħiħ tad-dimensjoni tas-sessi tar-regolament. Barra minn hekk, diskriminazzjoni indiretta għandha tissemma b'mod espliċitu billi huwa ġeneralment dan it-tip (mhux intenzjonat) ta' diskriminazzjoni li jseħħ fl-implimentazzjoni ta' programmi varji.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b'mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f'impjieg jew f'impjieg indipendenti.

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati, u b'mod partikolari n-nisa u l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f'impjieg jew f'impjieg indipendenti.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f'ħiliet ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f'ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza għat-tfittix ta' impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta' negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta' kooperazzjoni;

(a)  taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f'ħiliet ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f'ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, informazzjoni dwar it-tagħlim tul il-ħajja, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza għat-tfittix ta' impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta' negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta' kooperazzjoni; Dawk l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati abbażi tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, b'enfasi partikolari fuq il-fatt li n-nisa jinżammu attivi fis-suq tax-xogħol;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f'ħiliet ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f'ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza għat-tfittix ta' impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta' negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta' kooperazzjoni;

(a)  taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f'ħiliet ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f'ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza għat-tfittix ta' impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, moduli intiżi li jsaħħu l-kunfidenza fihom infushom u l-motivazzjoni, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta' negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta' kooperazzjoni;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi, allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw.

(b)  miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi, allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw li jaħdmu.

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tal-benefiċjarji għandu jiġi ċċarat peress li jikkorrispondi mal-att leġiżlattiv li jmiss. Barra minn hekk, minħabba li d-definizzjoni ta' infermiera ma teżistix fil-liġi tal-UE hemm riskju li l-ġenituri li jaħdmu ma jkunux koperti f’każ li d-dispożizzjoni tirreferi biss għal dawk li jieħdu ħsieb it-tfal.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  miżuri li jinċentivaw b'mod partikolari l-ħaddiema żvantaġġati, dawk li qegħdin f'riskju ogħla ta' faqar jew il-ħaddiema anzjani biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol jew jirritornaw lura fih.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx jaqbżu 50 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali.

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri u sostenibbli tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fis-setturi u l-impjiegi industrijali diġitali u f'dawk ekoloġiċi sostenibbli, filwaqt li jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali u l-bżonn li jiġu eliminati d-disparitajiet bejn is-sessi fl-impjiegi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jfasslu pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, bil-għan li jiffaċilita r-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira fis-suq tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jindirizzaw id-disparità bejn is-sessi fis-setturi tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni, tax-xjenza, tal-matematika u tat-teknoloġija billi jippromwovu t-taħriġ mill-ġdid u r-rikwalifikazzjoni tan-nisa f'setturi tradizzjonalment iddominati mill-irġiel, bħall-finanzi, l-ICT u STEM.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulha.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulhom, b'mod partikolari meta jagħżlu l-gruppi fil-mira, jistabbilixxu kriterji u indikaturi kif ukoll ifasslu pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għall-benefiċjarji.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulha.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji xierqa kollha tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulhom.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom abbażi ta' esperjenzi bl-iskop li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom abbażi ta' esperjenzi bl-iskop li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG, inklużi ċ-ċittadini u l-ħaddiema f'żoni rurali b'diffikultajiet ta' aċċess għall-informazzjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tas-seba' xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż informazzjoni dwar:

1.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tas-seba' xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta rapport finali b'data pubblikament disponibbli u diżaggregata skont is-sessi lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż informazzjoni dwar:

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 20 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  valutazzjoni tal-impatt separata dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi rigward il-każijiet ta' rappurtar;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FET.

1.  Kull erba' snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG, li għandha tkun sensittiva għall-perspettiva tas-sessi;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

Referenzi

COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.5.2018

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.6.2018

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.6.2018

BUDG

11.6.2018

CONT

11.6.2018

ENVI

11.6.2018

REGI

11.6.2018

AGRI

5.7.2018

FEMM

11.6.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.6.2018

AGRI

20.6.2018

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Maria Arena

31.5.2018

Eżami fil-kumitat

6.9.2018

9.10.2018

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Amjad Bashir, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, António Marinho e Pinto, Tamás Meszerics, Michaela Šojdrová, Tom Vandenkendelaere, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

7.12.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

42

+

ALDE

Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

ECR

Czesław Hoc

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

GUE/NGL

Tania González Peñas, Patrick Le Hyaric, João Pimenta Lopes

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Georges Bach, David Casa, Krzysztof Hetman, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Michaela Šojdrová, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Maria Arena, Guillaume Balas, Ole Christensen, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Tamás Meszerics, Miroslavs Mitrofanovs

1

-

ECR

Amjad Bashir

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali