Proċedura : 2018/0245(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0448/2018

Testi mressqa :

A8-0448/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2019 - 10.11

Testi adottati :

P8_TA(2019)0041

RAPPORT     *
PDF 994kWORD 108k
10.12.2018
PE 628.432v01-00 A8-0448/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom

(COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Vladimir Urutchev

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom

(COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0462),

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0315/2018),

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0448/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Konsegwentement, l-impenji rigward is-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni nukleari u s-sikurezza nukleari, kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-interess ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkollhom rwol kruċjali bħala gwida għall-programmazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jenħtieġ li l-objettiv tal-Programm preżenti "Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom" ikun li jiġi promoss it-twaqqif ta' sikurezza nukleari effettiva u effiċjenti, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibni fuq l-attivitajiet tiegħu stess fl-Unjoni.

(3)  Jenħtieġ li l-objettiv tal-Programm preżenti "Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom" ("l-Istrument") ikun li jippromwovi t-twaqqif ta' sikurezza nukleari effettiva u effiċjenti, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod li jibni fuq l-oqfsa regolatorji u l-qsim tal-aqwa prattiki fi ħdan l-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Jenħtieġ li l-Istrument ma jippromwovi bl-ebda mezz l-użu ta' enerġija nukleari f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni, iżda jiffoka b'mod partikolari fuq it-titjib tal-istandards tas-sikurezza nukleari f'livell globali filwaqt li jippromwovi livell għoli ta' protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi u effiċjenti ta' materjali nukleari.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  L-inċidenti nukleari fl-impjanti tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fl-1986 u ta' Fukushima Daiichi fl-2011 urew biċ-ċar li l-inċidenti nukleari għandhom konsegwenzi globali devastanti għaċ-ċittadini u għall-ambjent. Dan jissottolinja l-ħtieġa tal-ogħla standards u salvagwardji tas-sikurezza nukleari u ta' sforzi kontinwi biex dawn l-istandards u s-salvagwardji jittejbu globalment, kif ukoll tal-impenn tal-Komunità fl-appoġġ għal dawn l-objettivi f'pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tali standards u salvagwardji jirriflettu l-aktar prattiki avvanzati, partikolarment fil-governanza u fl-indipendenza regolatorja.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI].

(4)  Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], li jaqa' taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tiegħu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-Komunità hi membru tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari (1994) u tal-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Immaniġġjar ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Skart Radjuattiv (1997).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  It-trasparenza u l-informazzjoni pubblika b'rabta mas-sikurezza nukleari, mas-salvagwardji, mad-dekummissjonar u mal-attivitajiet ta' mmaniġġjar tal-iskart, kif tirrikjedi, pereżempju, il-Konvenzjoni ta' Aarhus (1998), huma element importanti għall-prevenzjkoni ta' impatti negattivi tal-materjal radjuattiv fuq iċ-ċittadini u l-ambjent, u għalhekk jenħtieġ li jiġu ggarantiti fil-qafas ta' dan l-istrument.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II.

(6)  Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II. Jenħtieġ, barra minn hekk, li tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rispettati fil-qasam, bħalma huma l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi/l-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u s-Sħubija Ambjentali tad-Dimensjoni tat-Tramuntana, li jsegwu objettivi simili għal dawk tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza nukleari. Il-koerenza, il-komplementarjetà u l-kooperazzjoni bejn dan l-istrument u dawk l-organizzazzjonijiet u l-programmi tagħhom jistgħu jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni u jqawwu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-miżuri ta' sikurezza nukleari madwar id-dinja. Jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjonijiet u tirkib bla bżonn.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex itejjeb kontinwament is-sikurezza nukleari u jsaħħaħ ir-regolamentazzjoni f'dan il-qasam fl-Unjoni, il-Kunsill adotta d-Direttivi tal-Kunsill 2009/71/Euratom, 2011/70/Euratom u 2013/59/Euratom. Dawk id-direttivi, kif ukoll l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u ta' dekommissjonar fil-Komunità, jenħtieġ li servu bħala linja gwida għal azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan l-Istrument u jenħtieġ li jimmotivaw lil pajjiżi terzi li jikkooperaw biex jimplimentaw regolamenti u standards li jkun fihom l-istess livell ta' sikurezza.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  L-Istrument jenħtieġ li jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni internazzjonali abbażi tal-konvenzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Il-pajjiżi sħab jenħtieġ li jiġu mħeġġa jsiru partijiet għal dawk il-konvenzjonijiet li jippermettu li ssir s-sistemi nazzjonali tagħhom issirilhom evalwazzjoni bejn il-pari perjodika bl-għajnuna tal-IAEA. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari jipprovdu perspettiva esterna tal-istat tal-ħidma u tal-isfidi fir-rigward tas-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi, li jistgħu jintużaw fl-ipprogrammar tal-appoġġ tal-Unjoni ta' livell għoli. L-Istrument jista' jibbenefika mir-rieżamijiet ta' aġenziji internazzjonali għall-enerġija nukleari rrispettati li jwettqu evalwazzjonijiet bejn il-pari u jirrapportaw lill-benefiċjarji potenzjali ta' dan l-Istrument. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' tali evalwazzjonijiet bejn il-pari li jsiru disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkunu utli wkoll biex jiġu pprijoritizzati miżuri ta' appoġġ konkreti għall-pajjiżi terzi kkonċernati.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  Il-kunċetti tas-sikurezza nukleari u tas-sigurtà nukleari huma marbuta intrinsikament ma' xulxin, peress li nuqqasijiet ta' sikurezza nukleari, pereżempju fi proċessi ta' tħaddim sikuri, jistgħu jwasslu għal riskji għas-sigurtà nukleari, u r-riskji għas-sigurtà nukleari, speċjalment riskji ġodda, pereżempju fiċ-ċibersigurtà, jistgħu jwasslu għal sfidi ġodda għas-sikurezza nukleari. B'hekk, l-attivitajiet ta' sigurtà nukleari tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament... [COD Nru 2018/0243 (NDICI)] u l-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Istrument jenħtieġ li jkunu koerenti u komplementari.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/201424 dwar is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

(7)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2424 dwar is-sikurezza nukleari, l-immaniġġjar sikur ta' skart radjuattiv, id-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' ex siti nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, kif ukoll fil-Viċinat skont it-tifsira ta' [COD 2018/0243, NDICI]. Bil-għan li jiġu implimentati l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u li jiġu identifikati d-difetti fil-miżuri tas-sikurezza eżistenti, l-Istrument jista' jappoġġja lill-korpi regolatorji nukleari fit-twettiq ta' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza ("stress tests") ta' installazzjonijiet eżistenti, kif ukoll ta' impjanti nukleari li jkunu qed jinbnew, fuq il-bażi tal-acquis Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari u l-iskart radjuattiv, l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u l-monitoraġġ ta' miżuri rilevanti. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat regolarment mill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' sikurezza nukleari mwettqa f'pajjiżi terzi u dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tagħhom.

_______________

_________________

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Skont l-Artikolu 3 tat-TFUE, l-għan tal-Unjoni hu li ttejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Dan l-istrument joffri l-opportunità biex l-Unjoni ttejjeb b'mod sostenibbli s-sitwazzjoni soċjoekonomika u dik tas-saħħa tal-persuni globalment, fi ħdan il-fruntieri tagħha u lil hinn minnhom. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati minn dan l-Istrument ikunu koerenti mal-politiki interni u esterni tal-Unjoni, pereżempju billi jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli bħal dawk dwar saħħa tajba u benesseri, ilma nadif u sanità u azzjoni klimatika. Jenħtieġ li l-Istrument innifsu jsegwi l-prinċipji ta' governanza tajba u b'hekk jikkontribwixxi għall-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli dwar paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Dan l-Istrument jenħtieġ li jkollu l-għan li jagħmel l-pajjiżi li jirċievu għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom i jwettqu l-impenji li jirriżultaw mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari, jikkommettu ruħhom għall-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, josservaw l-istandards dwar is-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni u jikkommettu ruħhom għall-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u miżuri rilevanti bl-ogħla standards ta' trasparenza u pubbliċità.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  Jenħtieġ li dan l-Istrument, permezz tal-proġetti li jiffinanzja, jappoġġja bis-sħiħ is-sikurezza nukleari u l-miżuri ta' salvagwardja kif ukoll itejjeb is-sitwazzjoni tas-saħħa tan-nies fil-pajjiżi terzi, speċjalment ta' dawk li jgħixu qrib impjanti tal-enerġija nukleari u/jew ta' minjieri tal-uranju, inkluż ir-rimedjar sikur ta' siti relatati ma' ex minjieri tal-uranju f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fl-Asja Ċentrali u fl-Afrika, fid-dawl tal-fatt li llum madwar 18 % tal-provvista globali tal-uranju ġejja mill-Afrika t'Isfel, min-Niġer u min-Namibja.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 7d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d)   Dan l-Istrument jenħtieġ li jkollu l-għan li l-pajjiżi li jirċievu assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom li jġibu 'l quddiem il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u jirrispettaw l-impenji li joħorġu mill-Konvenzjonijiet ta' Espoo u ta' Aarhus.

 

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab.

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn din tkun f'lokha, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, bħall-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab. Tali konsultazzjonijiet jenħtieġ li, b'mod partikolari, jitwettqu matul l-iżvilupp u qabel l-adozzjoni ta' programmi indikattivi pluriennali. Jekk dan id-djalogu ma jirnexxilux isolvi l-preokkupazzjonijiet tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jenħtieġ li l-finanzjament estern fl-ambitu ta' dan ir-Regolament ma jingħatax.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jenħtieġ li jiġi promoss approċċ individwali u differenzjat lejn il-pajjiżi li jingħataw appoġġ permezz tal-Istrument. Jenħtieġ li l-użu tal-Istrument ikun ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi li jingħataw l-appoġġ, kif ukoll fuq il-benefiċċju globali mistenni mill-Istrument, partikolarment f'termini ta' bidliet strutturali fil-pajjiżi kkonċernati.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Il-korpi regolatorji, l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, il-kumpaniji tal-inġinerija nukleari u l-utilitajiet tal-enerġija nukleari tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għarfien espert u l-kompetenza meħtieġa rigward l-implimentazzjoni tal-ogħla standards tas-sikurezza nukleari u tal-protezzjoni mir-radjazzjoni f'varjetà ta' sistemi regolatorji tal-Istati Membri, li jistgħu jkunu sors utli ta' appoġġ għall-pajjiżi sħab li jkunu jridu jagħmlu l-istess fl-oqfsa regolatorji u industrijali nazzjonali tagħhom.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Kull meta jkun possibbli u xieraq, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb.

(9)  Jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb. L-indikaturi jenħtieġ li jkunu orjentati lejn il-prestazzjoni u r-riżultati, sabiex jirrikjedu aktar responsabbiltà u obbligu ta' rendikont mill-pajjiżi benefiċjarji fil-konfront tal-Unjoni u tal-Istati Membri dwar ir-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni ta' miżuri għat-titjib tas-sikurezza.

 

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-aktar użu effiċjenti u tar-riżorsi disponibbli sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi oħra tal-Unjoni. Sabiex jimmassimizza l-impatt ta' interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinazzjoni ta' finanzjamenti ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.

(10)  Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-użu ottimali u l-aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli u li jtejbu l-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi oħra tal-Unjoni bħall-programmi ta' riċerka u taħriġ tal-Euratom. Sabiex jimmassimizza l-impatt ta' interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinazzjoni ta' finanzjamenti ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(14)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità, kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħhom għas-sħab potenzjali u l-kapaċità tagħhom li joħolqu ċertezza legali. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Sabiex titrawwem l-implimentazzjoni effiċjenti u f'waqtha tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi, il-proċessi deċiżjonali u tan-negozjati fi ħdan il-Kummissjoni u ma' pajjiżi terzi jeħtiġilhom ikunu effiċjenti u rapidi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-attivitajiet fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġjaw il-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-oqfsa regolatorji u fuq l-aqwa prattiki fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif ukoll jgħinu biex jiżguraw użu purament ċivili tal-materjal nukleari u, b'dak il-mod, il-protezzjoni taċ-ċittadini u tal-ambjent. Fi ħdan dan l-objettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jappoġġja l-implimentazzjoni ta' trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam nukleari minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi.

 

Il-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari skont dan ir-Regolament ma għandhiex l-għan li tippromwovi l-enerġija nukleari.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-promozzjoni ta' kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari;

(a)  il-promozzjoni ta' kultura u governanza effettiva tas-sikurezza nukleari u t-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni li jeżistu fil-Komunità u fuq livell internazzjonali għall-attivitajiet nukleari rilevanti;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjar ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari;

(b)  ġestjoni responsabbli u sikura ta' skart radjuattiv, mill-ġenerazzjoni sar-rimi finali, inkluż fjuwil użat (jiġifieri pretrattament, trattament, ipproċessar, ħżin u rimi) u d-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari kif ukoll siti storiċi relatati mal-estrazzjoni tal-uranju jew oġġetti u materjali radjuattivi mgħarrqa;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  stabbilizzazzjoni ta' sistemi effiċjenti u effettivi ta' salvagwardja.

(c)  ħolqien ta' salvagwardji effiċjenti, effettivi u trasparenti għall-materjal nukleari;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  it-tħeġġiġ tal-promozzjoni tat-trasparenza u tal-ftuħ ġenerali tal-awtoritajiet f'pajjiżi terzi, kif ukoll l-informazzjoni lill-pubbliku u l-parteċipazzjoni tiegħu fi proċessi deċiżjonali relatati mas-sikurezza ta' stallazzjonijiet nukleari u prattiki effikaċi ta' mmaniġġjar ta' skart radjuattiv, fi qbil mal-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali rilevanti.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt - cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  l-użu tal-għarfien u tal-azzjonijiet tal-Istrument biex titkattar l-influwenza politika f'organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-enerġija u tas-sigurtà;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, ma' Programmi oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u Programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, ma' Programmi oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u ma' atti leġiżlattivi rilevanti oħra bħad-Direttivi 2009/11/Euratom, 2011/70/Euratom u 2013/59/Euratom, ma' għanijiet u valuri tal-Unjoni u ma' Programmi bħall-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkomplementa Orizzont Ewropa, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet li jkollhom objettivi simili, b'mod partikolari mal-IAEA u mal-OECD/NEA. Permezz ta' din il-koordinazzjoniil-Komunità u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni ta' azzjonijiet jew finanzjament b'rabta mal-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-operaturi Ewropej fit-twettiq tal-kompitu tagħha, biex b'hekk tisfrutta l-kwalità tal-kompetenza Ewropea fil-qasam tas-sikurezza u tas-salvagwardji nukleari.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 266 miljun fi prezzijiet kostanti.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-acquis tal-Komunità relatat mas-sikurezza nukleari u l-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi, ir-reġjuni jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni, u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' programmi u inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.

3.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni, u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' programmi u inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li l-pajjiżi li jirċievu għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom li jwettqu l-impenji li jirriżultaw mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari, jikkommettu ruħhom għall-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, josservaw l-istandards dwar is-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni u jikkommettu ruħhom għall-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u miżuri rilevanti bl-ogħla standards ta' trasparenza u pubbliċità.

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu qafas għal sorveljanza indipendenti u kwalifikata biex iqawwu l-livell ta' sikurezza nukleari tal-pajjiżi sħab. Jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar appoġġ lill-awtoritajiet regolatorji nuklerai fit-twettiq ta' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza ("testijiet tal-istress") tal-installazzjonijiet tal-enerġija nukleari, abbażi tal-acquis tal-Komunità dwar is-sikurezza nukleari u l-iskart radjuattiv, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawk it-testijiet tal-istress u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' monitoraġġ rilevanti, pereżempju f'pajjiżi aderenti, f'pajjiżi kandidati , f'kandidati potenzjali, kif ukoll f'pajjiżi kopruti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni.

5.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni. Fit-tfassil tal-programmi u qabel l-adozzjoni taagħhom, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (ENSREG) u, fejn dan ikun f'loku, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni ssegwi l-istess proċedura u għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna dawk il-programmi indikattivi.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tagħhom f'nofs it-terminu u, bl-istess proċedura, jekk ikun meħtieġ, tirrevedi u taġġorna dawk il-programmi indikattivi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  pjanijiet ta' azzjoni, miżuri speċjali u miżuri ta' appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000;

(a)  miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  nefqa relatata mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni korporattiva u l-viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

(b)  nefqiet relatati mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni korporattiva u l-viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi, l-għanijiet u l-valuri tal-Unjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Kriterji li japplikaw għall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza Nukleari

 

1.  Kwalunkwe qbil komuni u ftehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Komunità għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.

 

2.  Il-pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jikkooperaw mal-Komunità għandhom ikunu membri tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u għandu jkollhom il-Protokoll Addizzjonali tiegħu jew ftehim ta' salvagwardji suffiċjenti mal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika li jkun suffiċjenti biex jagħti assigurazzjoni kredibbli li l-materjal nukleari ddikjarat ma jiġix iddevjat minn attivitajiet nukleari paċifiċi u li ma jkunx hemm materjal jew attivitajiet nukleari mhux iddikjarati f'dak l-istat kollu kemm hu. Għandhom ukoll jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji tas-sikurezza fundamentali kif stipulati fl-Istandards tas-Sikurezza tal-IAEA u jkunu parti fil-Konvenzjonijiet rilevanti, bħall-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Skart Radjuattiv, jew ikunu ħadu passi li juru impenn sod li jaderixxu ma' tali Konvenzjonijiet. F'każ ta' kooperazzjoni attiva, dan l-impenn għandu jiġi evalwat kull sena fil-qies tar-Rapporti Nazzjonali u ta' dokumenti oħra dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet rilevanti. Abbażi ta' tali evalwazzjoni, għandha tittieħed deċiżjoni igward it-tkomplija tal-kooperazzjoni. F'każijiet ta' emerġenza, għandha tintwera flessibbiltà, fuq bażi eċċezzjonali, fl-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji.

 

3.  Għall-iżgurar u għall-monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi ta' kooperazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jaċċetta l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa skont il-paragrafu 2. Din l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mal-objettivi maqbula u tista' tkun kundizzjoni biex tkompli titħallas il-kontribuzzjoni tal-Komunità.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 31 il-paragrafi 2, 4, 5 u 6, u l-Artikoli 32 u 36 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI.

(1)  Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 31 il-paragrafi 2, 4, 5 u 6, u l-Artikoli 32 u 36 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI. L-evalwazzjonijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, relatati mas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u s-salvagwardji tar-radjazzjoni, wara li jiġi kkonsultat l-ENSREG, għandhom jiġu diskussi fil-kumitat tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u jitressqu lill-Parlament Ewropew.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru ta' atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti; kif ukoll

(a)  in-numru ta' atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti u l-implimentazzjoni tagħhom b'suċċess, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-istandards u s-salvagwardji tas-sikurezza nukleari fil-pajjiżi rispettivi, inkluż l-impatt fuq iċ-ċittadini u l-ambjent;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru ta' disinn, kunċett jew studji ta' fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari.

(b)  in-numru ta' studji dwar id-disinn, il-kunċett jew il-fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni b'suċċess tar-riżultati ta' dawk l-istudji.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-miżuri implimentati fil-faċilitajiet nukleari b'rabta mas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, u miżuri effikaċi u effiċjenti ta' titjib fis-salvagwardji, abbażi tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni u salvagwardji nukleari, inklużi riżultati ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari fil-livell internazzjonali.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Trasparenza

 

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi terzi li jikkooperaw mal-Unjoni fl-ambitu ta' dan l-Istrument għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa b'rabta mal-miżuri ta' sikurezza nukleari meħuda f'dawk il-pajjiżi terzi bl-għajnuna tal-Istrument u b'rabta mal-istandards tas-sikurezza nukleari ta' dawk il-pajjiżi b'mod ġenerali tkun disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali, b'kunsiderazzjoni speċifika tal-awtoritajiet lokali, tal-popolazzjoni u tal-partijiet ikkonċernati fl-inħawi ta' installazzjoni nukleari. Dak l-obbligu għandu jinkludi li jiġi żgurat li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta' liċenzja jipprovdu informazzjoni fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tagħhom. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni u l-istrumenti internazzjonali rilevanti, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħal dawk tas-sigurtà, li jkunu rikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni jew fl-istrumenti internazzjonali rilevanti.


NOTA SPJEGATTIVA

INTRODUZZJONI

L-Istrumenti ta' Finanzjament Estern jipprovdu lill-UE l-għodod meħtieġa biex issaħħaħ ir-rwol tagħha u tiżgura l-promozzjoni tal-interessi u l-valuri tagħha fix-xena dinjija.

L-appoġġ għas-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi mill-Komunitajiet Ewropej beda b'rispons għal sensibilizzazzjoni akbar dwar l-effetti transkonfinali tal-aċċident ta' Chernobyl (1986), bil-għan li jiġu ttrasferiti l-għarfien, il-kultura ta' sikurezza ta' livell għoli u r-reġimi regolatorji sofistikati li jeżistu fl-Istati Membri tal-UE li għandhom impjanti tal-enerġija nukleari. Dan sar b'rikonoxximent tal-ħtieġa urġenti li tingħata għajnuna għal operazzjoni sikura, regolamentazzjoni u rimedjar tal-iskart mirut fl-istati indipendenti ġodda wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika fl-1991.

Wara li ġew indirizzati l-ħtiġijiet urġenti ħafna, il-kooperazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej iffukat l-għajnuna fuq l-appoġġ regolatorju nukleari, il-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv u s-salvagwardji għal materjali nukleari. Filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tagħha twessa' biex ikopri d-dinja kollha, l-enfasi kienet fuq il-pajjiżi li jinsabu qrib l-UE.

L-aċċident ta' Fukushima Daiichi li seħħ fl-2011 reġa' enfasizza l-importanza ta' awtoritajiet regolatorji b'saħħithom, indipendenti u kompetenti biex jiżguraw użu sikur tal-enerġija nukleari.

Fis-snin riċenti, qamu wkoll sfidi għar-reġim tan-nonproliferazzjoni, li jirrikjedi li jingħata appoġġ kontinwu biex il-qafas internazzjonali jissaħħaħ ħalli jiġi evitat l-armi ta' qerda massiva jkomplu jinxterdu. Dan huwa r-rwol ewlieni tas-salvagwardji tal-materjali nukleari li għandhom l-għan li jipprevjenu u jidentifikaw każijiet tad-devjazzjoni tal-materjali nukleari.

Il-kisbiet tal-appoġġ għall-pajjiżi terzi fis-sikurezza nukleari u fis-salvagwardji, inklużi l-attivitajiet fi ħdan l-Istrument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari kurrenti, huma rikonoxxuti sew u l-evalwazzjonijiet bejn il-pari suċċessivi li twettqu mill-IAEA, mid-WANO (Assoċjazzjoni Dinjija ta' Operaturi Nukleari) u oħrajn ikkonfermaw l-effett pożittiv ta' azzjonijiet kompluti taħt din l-inizjattiva tal-UE.

SIMPLIFIKAZZJONI TAL-ISTRUMENTI TA' AZZJONI ESTERNA

Is-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju hija prijorità għall-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. L-integrazzjoni ta' għadd ta' strumenti fi ħdan strument wieħed wiesa' tipprovdi opportunità biex jiġu razzjonalizzati s-sistemi ta' ġestjoni u ta' sorveljanza, u b'hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE. Minflok ma jittrattaw diversi proċessi ta' pprogrammar, l-isforzi jiġu ffukati fuq l-objettivi politiċi u l-involviment ma' sħab esterni. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni jridu jiġu kkombinati sabiex dawn ikunu trasparenti u jkunu jistgħu jiġu awditjati darba biss, filwaqt li jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

Strument wiesa' jipprovdi approċċ ġeografikament u tematikament aktar komprensiv, jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' politiki differenti b'mod transreġjonali, multisettorjali u globali, u b'hekk jiżgura trasferiment konsistenti tal-prattiki ta' livell għoli fil-qasam tas-sikurezza nukleari, ir-regolamentazzjoni u s-salvagwardji li jeżistu fl-Istati Membri tal-UE li għandhom reatturi nukleari.

Ir-rapporteur jilqa' l-ħolqien tal-Istrument wiesa' għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) li jinkludi 10 strumenti eżistenti ta' azzjoni esterna. Partijiet mill-attivitajiet ta' kooperazzjoni fis-sikurezza nukleari koperti attwalment mill-Istrument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari ma jaqgħux taħt strument wiesa' ssimplifikat NDICI, peress li dawn jeħtieġ li jsegwu l-proċedura speċifika tal-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, li hija ikompatibbli mal-proċedura bbażata fuq l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rapporteur jilqa' l-Istrument Ewropew ġdid għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-istrument wiesa' NDICI u jikkondividi l-istess regoli għall-monitoraġġ, ir-rapportar, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-pubbliċità kif speċifikat fir-regolament dwar l-istrument wiesa' NDICI. Fir-rigward tal-allinjament tar-regoli, l-inkorporazzjoni ta' dispożizzjonijiet mir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, se tagħti kemm lill-istrument NDICI kif ukoll lill-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari (EINS) sett koerenti ta' prinċipji tul il-partijiet komponenti kollha tagħhom u se tagħmilha aktar faċli biex jiġu mifhuma mis-sħab u mill-aġenti ta' implimentazzjoni.

L-OBJETTIVI TAL-EINS

Ir-rapporteur jaqbel li l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari għandu jippromwovi u jittrasferixxi r-regoli, l-istandards u l-prattiki avvanzati fir-rigward tas-sikurezza nukleari lejn il-pajjiżi terzi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat EURATOM u mas-sett ta' tliet Direttivi dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni, is-sikurezza nukleari, u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat (acquis communautaire).

Minħabba l-fatt li d-Direttivi tal-UE jiġu trasposti fl-oqfsa legali tal-Istati Membri li jvarjaw b'mod konsiderevoli, ġie żviluppat għarfien speċjalizzat dwar kif dan għandu jsir. Dan l-għarfien huwa l-aktar rilevanti u prattiku biex jiġu appoġġjati pajjiżi sħab speċifiċi peress li dawn iddeterminaw li se jagħmlu l-istess fil-qafas legali u industrijali nazzjonali tagħhom.

L-istabbiliment ta' awtoritajiet regolatorji nukleari kompetenti u indipendenti huwa importanti ħafna, li min-naħa l-oħra se jiggarantixxi l-użu tal-ogħla standards tas-sikurezza fil-pajjiżi sħab. L-Istati Membri li għandhom impjanti tal-enerġija nukleari għandhom rwol importanti x'jaqdu f'dan ir-rigward.

L-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari jenħtieġ li jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali abbażi tal-konvenzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv, u t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari.

Il-pajjiżi sħab huma mħeġġa biex isiru parti għal dawk il-konvenzjonijiet li jippermettu li ssir evalwazzjoni bejn il-pari perjodika bl-għajnuna tal-IAEA tas-sistemi nazzjonali rilevanti. Ir-rapporti ta' rieżami tal-Konvenzjonijiet jipprovdu perspettiva esterna dwar l-istat tal-ħidma u l-isfidi fis-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi, li jistgħu jintużaw fl-ipprogrammar tal-appoġġ Ewropew ta' livell għoli. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari tad-WANO jistgħu jkunu utli wkoll biex jiġu pprijoritizzati l-ħtiġijiet konkreti għal appoġġ fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

L-objettivi tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari jenħtieġ li jkunu rilevanti wkoll għall-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tas-sħab tal-pajjiżi terzi li jkunu ttieħdu inkunsiderazzjoni permezz ta' konsultazzjonijiet, pjanijiet direzzjonali, strateġiji u strutturi ddedikati.

L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-EINS

Ir-rapporteur iqis li għandu jkompli jiġi segwit kejl akbar tal-effettività u tal-impatt mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-aġenti kollha ta' implimentazzjoni. Dan jenħtieġ li jsir mill-istadji tal-ippjanar u tal-ipprogrammar permezz ta' riżultati orjentati lejn il-monitoraġġ u r-rieżami sat-tlestija tal-evalwazzjonijiet tar-riżultati. Il-kejl aħjar jista' jiffaċilita wkoll il-komunikazzjoni dwar il-prestazzjoni ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li mhumiex esperti. Kooperazzjoni b'saħħitha mal-IAEA, mad-WANO u oħrajn hija essenzjali sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi.

Il-ġestjoni ċentralizzata tal-EINS hija arranġament tajjeb sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna kkwalifikata tingħata abbażi ta' għarfien espert fil-qasam tal-enerġija nukleari ta' livell għoli b'mod ikkoordinat mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, li effettivament għandhom il-kompetenza u l-għarfien espert meħtieġa. Il-ġestjoni ċentralizzata tappoġġja wkoll il-koordinazzjoni mill-qrib tal-EINS mal-programmi u l-pjanijiet ta' azzjonijiet ta' strumenti oħra ta' appoġġ għal azzjoni esterna.

Fir-rigward tal-koerenza ma' strumenti oħra, ir-regolament dwar NDICI wiesa' ssimplifikat se jnaqqas il-multipliċità tal-programmi, inkluża s-separazzjoni bejn programmi ġeografiċi u tematiċi fi ħdan strumenti differenti, u b'hekk tista' tiġi evitata l-possibbiltà ta' koinċidenza tal-azzjonijiet. Il-kapaċità tad-delegazzjonijiet tal-UE involuti fl-implimentazzjoni tal-appoġġ estern jenħtieġ li tkompli tissaħħaħ sabiex ikunu mgħammra aħjar biex jegħlbu d-diffikultajiet fil-ġestjoni u l-isfruttament tal-komplementaritajiet u joħolqu sinerġiji bejn l-istrumenti.

Fir-rigward tal-koerenza mal-Istati Membri, is-sejbiet jinnutaw li l-potenzjal għal programmar konġunt għandu jkompli jiġi msaħħaħ. Madankollu, f'ċerti każijiet, dan jirrikjedi impenn akbar

mill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab u mill-Istati Membri.

KONKLUŻJONI

L-isfidi kontemporanji:

-  It-tixjiħ tal-impjanti tal-enerġija nukleari u programmi ta' estensjoni tat-tul tal-ħajja;

-  Id-dekummissjonar sikur tal-impjanti nukleari magħluqa;

-  Il-bidu tal-introduzzjoni tal-enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija ta' stati ġodda;

Dawn l-isfidi jagħtu l-possibbiltà li l-Komunità tagħti aktar għajnuna lill-pajjiżi terzi kkonċernati fil-bini tal-kapaċità regolatorja tal-awtoritajiet, l-istabbiliment ta' proċeduri ta' liċenzjar b'saħħithom, ir-rieżami tal-valutazzjonijiet tas-sikurezza u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-istabbiliment u ż-żamma ta' arranġamenti b'saħħithom għal ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv.

Għandha ssir enfasi speċjali fuq il-pajjiżi tal-viċinat immedjat li darba kienu jiffurmaw parti mill-Unjoni Sovjetika. Dan japplika għal dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw impjanti nukleari ġodda kif ukoll għal dawk li qed jaffaċċjaw il-fenomenu tat-tixjiħ u tad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti.

Ir-rapporteur jemmen li, fi ħdan l-EINS il-ġdid, l-Unjoni se tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lill-pajjiżi terzi kkonċernati biex jadottaw l-ogħla standards tas-sikurezza li jeżistu fl-Istati Membri tal-UE u fil-livell internazzjonali fl-attivitajiet nukleari kollha, inklużi s-salvagwardji nukleari b'mod effikaċi u aktar koordinat.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (22.11.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom

(COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Petras Auštrevičius

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġa b'mod ġenerali l-objettivi tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom. Dan ir-Regolament ser jipprevedi azzjonijiet ġodda u l-kontinwità ta' miżuri tal-UE ffinanzjati fl-ambitu tal-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (2014-2020).

L-UE jeħtiġilha tiżgura kontinwità fil-livell għoli ta' sikurezza nukleari fil-viċinat tagħha u madwar id-dinja, hekk kif tagħmel fit-28 Stat Membru tal-UE kollha kemm huma. L-aċċidenti f'Chernobyl (1986) u f'Fukushima (2011) kellhom konsegwenzi globali mil-lat tal-politika u tas-saħħa pubblika u għaldaqstant l-UE għandha tkompli tfittex li tuża l-esperjenza twila tagħha dwar l-użu ċivili tal-enerġija nukleari f'dan il-qasam u tappoġġja l-isforzi internazzjonali għar-rispett tal-istandards tas-sikurezza nukleari u l-attivitajiet relatati.

Il-proposta tal-Kummissjoni tiffoka fuq l-assistenza finanzjarja u l-miżuri relatati maħsuba għall-promozzjoni ta' sikurezza nukleari u sigurtà nukleari effettivi fil-livell globali, b'mod partikolari l-promozzjoni ta' kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards għas-sikurezza nukleari u għall-protezzjoni mir-radjazzjoni flimkien ma' titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari; ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjar ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari; stabbiliment ta' sistemi effiċjenti u effettivi ta' salvagwardja.

Rigward il-kuntest tal-azzjoni esterna tal-UE, l-impenji għas-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni nukleari u s-sikurezza nukleari kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-interess ġenerali tal-UE għandu jkollhom rwoli kruċjali bħala gwida għall-programmazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, b'sostenn mill-prinċipji tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikoli 3(5), 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-Istrument għandu jkompli jindirizza l-interessi, il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika barranija tal-UE abbażi tal-ftehimiet ta' sħubija jew l-impenji internazzjonali tagħha, kif appoġġjati mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) u l-Grupp tal-G7 dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà Nukleari (NSSG).

Ir-rapporteur għal opinjoni jevidenzja r-rwol strateġiku kontinwu tas-SEAE fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni u ta' ġestjoni f'termini ta' koordinazzjoni, koerenza u konsistenza tal-miżuri ma' azzjonijiet oħra tal-UE (pereżempju fi ħdan l-Istrument attwali li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi jew ir-Regolament NDICI futur) skont l-ispirtu u t-test tal-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali, kif ukoll fir-reazzjoni flessibbli tiegħu għall-iżviluppi internazzjonali (pereżempju l-PAKK mal-Iran) u fl-appoġġ għad-djalogu politiku tal-UE u għall-influwenza tagħha fil-konfront tal-pajjiżi sħab, b'mod partikolari mal-pajjiżi fil-viċinat immedjat tal-UE.

Ir-rapporteur għal opinjoni jenfasizza l-valur miżjud tal-UE meta mqabbel mal-azzjonijiet individwali possibbli tal-Istati Membri tal-UE u l-influwenza politika li hija tista' tikseb.

B'mod kruċjali, l-abbozz ta' opinjoni jipproponi wkoll li jiżdiedu dispożizzjonijiet li jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-UE fil-promozzjoni ta' kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards għas-sikurezza nukleari u għall-protezzjoni mir-radjazzjoni, b'mod partikolari fil-viċinat immedjat tal-UE. Il-monitoraġġ u s-superviżjoni tas-siti nukleari sa mill-ħolqien tagħhom iridu jiġu żgurati permezz ta' mekkaniżmi tal-UE jew ta' korpi internazzjonali oħra rilevanti f'dan il-qasam bħall-IAEA. L-emendi jfittxu li jistabbilixxu u jiffinanzjaw miżuri għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar testijiet tal-istress tal-impjanti tal-enerġija nukleari u li jipprevedu mekkaniżmi ta' monitoraġġ rilevanti għal tali impjanti li qed jinbnew fil-viċinat immedjat tal-UE. Barra minn hekk, għandha tiġi introdotta l-kundizzjonalità, jiġifieri l-appoġġ ġenerali tal-UE għall-pajjiż inkwistjoni jrid jiddependi mil-livell ta' kooperazzjoni ta' dan tal-aħħar flimkien mat-trasparenza tiegħu fil-qasam tas-sikurezza nukleari. L-eżempju konkret tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ostrovets fil-Belarussja għandu jiġi inkluż fl-ambitu ta' dan it-tip ta' mekkaniżmu(1).

Rigward l-oqsma ta' appoġġ ġodda proposti hawn fuq, ir-rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi li l-ammont ta' EUR 300 miljun previst fil-baġit jiżdied għal EUR 350 miljun.

Ir-rapporteur għal opinjoni jfakkar li l-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għal self lil pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament (dwar l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari) għandu jiġi ffinanzjat minn dan l-istess Regolament iżda huwa soġġett għar-regoli stabbiliti mill-Artikolu 26(2) tar-Regolament NDICI.

Skont l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, il-PE huwa kkonsultat biss u għaldaqstant din mhijiex proċedura leġiżlattiva ordinarja.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Konsegwentement, l-impenji għas-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni nukleari u s-sikurezza nukleari kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-interess ġenerali tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom rwol kruċjali bħala gwida għall-programmazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Jenħtieġ li l-objettivi sekondarji tal-Programm jinkludu l-finanzjament ta' tranżizzjoni ġusta għall-eks ħaddiema u għall-komunitajiet lokali li jkunu qed iħabbtu wiċċhom mal-qgħad bħala konsegwenza tad-dekummissjonar ta' siti nukleari mhux sikuri.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II.

(6)  Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), man-NATO u mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II. Jenħtieġ li l-Istrument jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni internazzjonali abbażi tal-konvenzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/201424 dwar is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

(7)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/201424 dwar is-sikurezza nukleari, il-ġestjoni sikura ta' skart radjuattiv, id-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' eks siti nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, fil-Viċinat skont it-tifsira tar-[Regolament NDICI] ("il-Viċinat"), kif ukoll f'pajjiżi sħab li jkollhom ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Unjoni.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab.

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, u fuq djalogu effettiv u orjentat lejn ir-riżultati mal-pajjiżi sħab. Jekk dan id-djalogu jonqos milli jsolvi t-tħassib tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jenħtieġ li l-finanzjament estern fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, [ir-Regolament NDICI] u [r-Regolament IPA III] jkun sospiż temporanjament jew ma jingħatax. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun ippreparata wkoll biex tindirizza t-tħassib leġittimu tal-Istati Membri rigward is-sikurezza nukleari tal-impjanti ġodda tal-enerġija nukleari, b'mod partikolari dawk li jkunu qed jinbnew f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, kif ukoll fil-Viċinat.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Bħala parti minn dan l-Istrument, l-Unjoni tista' tgħin lill-korpi regolatorji nukleari jwettqu testijiet tal-istress, abbażi tal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari, kif ukoll miżuri ta' implimentazzjoni sussegwenti, b'mod partikolari dawk relatati ma' impjanti tal-enerġija nukleari li jkunu qed jinbnew f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, kif ukoll fil-Viċinat.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Kull meta jkun possibbli u xieraq, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb.

(9)  Kull meta jkun possibbli u xieraq, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb. Jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi u tiffinanzja l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ regolari meħtieġa (pereżempju timijiet jew missjonijiet ta' esperti tal-Unjoni) biex tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar it-testijiet tal-istress għall-impjanti ġodda tal-enerġija nukleari, b'mod partikolari dawk li jkunu qed jinbnew fil-Viċinat immedjat.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li r-referenzi għall-istrumenti tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/EU jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għal dawk ir-Regolamenti msemmija hawnhekk. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat skont ir-rwol tas-SEAE kif previst f'dik id-Deċiżjoni.

(18)  Jenħtieġ li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jiggarantixxi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tagħha, b'mod partikolari permezz ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li s-SEAE jikkontribwixxi għaċ-ċiklu ta' programmazzjoni u ta' ġestjoni għal dan ir-Regolament, abbażi tal-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 2.

_________________

 

32 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament DICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-attivitajiet fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' standards ta' sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni u trasparenza kif ukoll l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-attivitajiet fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari skont dan ir-Regolament ma għandux ikollha l-għan li tippromwovi l-enerġija nukleari u għalhekk ma għandhiex tiġi interpretata bħala miżura li tippromwovi dak is-sors ta' enerġija f'pajjiżi terzi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-promozzjoni ta' kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari;

(a)  il-promozzjoni ta' kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari; l-għeluq bikri meta l-faċilità jew l-istallazzjoni nukleari ma jkunux jistgħu jiġu mmodernizzati biex jilħqu bis-sħiħ l-istandards tas-sikurezza nukleari aċċettati fil-livell internazzjonali;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjar ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari;

(b)  ġestjoni responsabbli u sikura ta' skart radjuattiv, inkluż fjuwil użat (jiġifieri pretrattament, trattament, ipproċessar, ħżin u rimi) u d-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari kif ukoll siti storiċi relatati mal-estrazzjoni tal-uranju jew oġġetti u materjali radjuattivi mgħarrqa;

Ġustifikazzjoni

Billi qed jintilef l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill 237/2014 eżistenti dwar l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (INSC), li jippreżenta l-kriterji u l-prijoritajiet fid-dettall, issa huwa importanti li jitfasslu l-objettivi stabbiliti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament il-ġdid. Din l-emenda għandha l-għan li terġa' sempliċement iddaħħal xi dispożizzjonijiet li kienu parti integrali mir-Regolament tal-Kunsill 237/2014 eżistenti dwar l-INSC.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  stabbilizzazzjoni ta' sistemi effiċjenti u effettivi ta' salvagwardja.

(c)  stabbiliment ta' sistemi effiċjenti, effettivi u trasparenti ta' salvagwardja, li fihom ikunu involuti wkoll l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-ġlieda kontra l-proliferazzjoni, inkluż il-finanzjament ta' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza ("testijiet tal-istress") tal-impjanti tal-enerġija nukleari, l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn tali testijiet tal-istress, abbażi tal-acquis tal-Unjoni, u miżuri ta' monitoraġġ relatati, b'mod partikolari dawk f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, kif ukoll fil-Viċinat.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  komunikazzjoni mal-pubbliku dwar kif il-Programm ikun tejjeb is-sikurezza nukleari u ddekummissjona b'suċċess l-eks siti nukleari.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 2027 għandu jkun ta' EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 350 miljun fi prezzijiet attwali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-acquis tal-Unjoni relatat mas-sikurezza nukleari, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi, ir-reġjuni jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jirriflettu l-għanijiet u l-objettivi tal-Komunità fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 5, filwaqt li jisfruttaw l-għarfien u l-esperjenza tal-Programm fil-qasam tas-sikurezza nukleari fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  pjanijiet ta' azzjoni, miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;

(a)  miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  nefqiet relatati mal-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta għall-eks impjegati u l-komunitajiet fid-dekummissjonar ta' sit nukleari.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati skont dan ir-Regolament jistgħu joriġinaw mill-pajjiżi u skont il-kundizzjonijiet rispettivi fil-paragrafu 1.

2.  Il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati skont dan ir-Regolament jistgħu joriġinaw mill-pajjiżi u skont il-kundizzjonijiet rispettivi fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 11a.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Kundizzjonalità u sospensjoni tal-għajnuna

 

1.   L-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun marbuta mal-kundizzjoni li l-pajjiż sieħeb ikkonċernat jirrispetta dan li ġej:

 

(a)    il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti fil-qafas tal-IAEA;

 

(b)    il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali, adottata f'Epsoo, il-Finlandja, fil-25 ta' Jannar 1991, u l-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, li saret f'Aarhus, id-Danimarka, fil-25 ta' Ġunju 1998, u l-emendi sussegwenti tagħhom;

 

(c)  it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-Protokolli Addizzjonali tiegħu;

 

(d)  l-impenji skont il-ftehimiet ta' sħubija u ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni;

 

(e)   l-impenji favur l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress u l-miżuri relatati.

 

2. Fil-każ ta' nuqqas ta' osservanza tal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, u [r-Regolament NDICI] jew [ir-Regolament IPA III], fejn rilevanti, għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid u jistgħu jiġu ristretti jew sospiżi temporanjament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru ta' atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti; u

(a)  l-atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti; u

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru ta' disinn, kunċett jew studji ta' fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari.

(b)  l-istudji dwar id-disinn, il-kunċett jew il-fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-implimentazzjoni ta' miżuri għat-titjib tas-sikurezza nukleari u l-ġestjoni ta' skart radjuattiv, abbażi tal-ogħla standards ta' sikurezza, inklużi rakkomandazzjonijiet ta' evalwazzjoni bejn il-pari internazzjonali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  il-livell ta' informazzjoni mogħtija lill-pubbliku fil-pajjiżi sħab dwar il-Programm.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jiggarantixxi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tagħha, b'mod partikolari permezz ta' dan ir-Regolament. Is-SEAE għandu jikkontribwixxi għaċ-ċiklu ta' programmazzjoni u ta' ġestjoni għal dan ir-Regolament, abbażi tal-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 2.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom

Referenzi

COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE)

Kumitat responsabbli

 

ITRE

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Petras Auštrevičius

10.7.2018

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Arne Lietz, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Michel Reimon, Sofia Sakorafa, Jean-Luc Schaffhauser, Anders Sellström, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Takis Hadjigeorgiou, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Gilles Pargneaux, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Željana Zovko

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

51

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Javier Nart, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Ivo Vajgl, Mirja Vehkaperä

ECR

Bas Belder, Charles Tannock, Eleni Theocharous

GUE/NGL

Takis Hadjigeorgiou, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo

PPE

Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Anders Sellström, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Željana Zovko

S&D

Nikos Androulakis, Victor Boştinaru, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Wajid Khan, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, David Martin, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Gilles Pargneaux, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Michel Reimon, Alyn Smith, Jordi Solé

4

-

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

NI

James Carver, Georgios Epitideios, Dobromir Sośnierz

1

0

ECR

Marek Jurek

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja (2016/2934(RSP)), paragrafu 15; ĠU C 224, 27.6.2018, p. 135-139; https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1536682023489&uri=CELEX:52016IP0456


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom

Referenzi

COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

3.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

5.7.2018

BUDG

5.7.2018

ENVI

5.7.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

28.6.2018

ENVI

21.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Vladimir Urutchev

5.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2018

21.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Tilly Metz, Csaba Molnár, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Françoise Grossetête, Werner Langen, Marisa Matias, Luděk Niedermayer, Răzvan Popa, Giancarlo Scottà

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renate Sommer

Data tat-tressiq

10.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

ECR

Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

ENF

Angelo Ciocca, Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis

PPE

Pilar Ayuso, Michał Boni, Jerzy Buzek, Françoise Grossetête, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Renate Sommer, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Răzvan Popa, Patrizia Toia, Martina Werner, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Tilly Metz, Julia Reda

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2019Avviż legali