RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

11.12.2018 - (COM(2018)0528 – C8‑0377/2018 – 2018/0278(NLE)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Mary Honeyball

Proċedura : 2018/0278(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0457/2018
Testi mressqa :
A8-0457/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

(COM(2018)0528 – C8‑0377/2018 – 2018/0278(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0528),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0377/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[1] dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0457/2018),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Awstrija u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

  • [1]  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri hija strument ta' importanza fundamentali. Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE.

Il-Konvenzjoni introduċiet sistema ta' kooperazzjoni bejn l-istati kontraenti bil-għan li jsolvu każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minuri.

Ħafna drabi, dawn il-problemi jinħolqu meta koppja tissepara. Meta l-omm u l-missier ikunu minn stati differenti, ikun hemm it-tentazzjoni li jiġi sfruttat in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn dawk l-istati sabiex tittieħed il-kustodja tal-minuri. L-istampa hija miżgħuda b'rapporti ta' każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minuri wara separazzjoni jew divorzju.

Il-problema prinċipali f'każijiet bħal dawn hija t-tendenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-istati individwali li jiffavorixxu liċ-ċittadini ta' pajjiżhom. F'dawn il-każijiet, spiss jiġri li l-qrati taż-żewġ stati kkonċernati jiddikjaraw lilhom infushom kompetenti u li kull qorti tagħti l-kustodja tal-minuri lill-ġenitur li jkun ċittadin tal-istat fejn tinsab il-qorti.

L-iskop tal-Konvenzjoni huwa li dawn is-sitwazzjonijiet jiġu riżolti fil-livell internazzjonali, billi jiġi stabbilit li l-qrati kompetenti u l-liġijiet applikabbli huma dawk tal-istat ta' residenza tal-minuri. Il-Konvenzjoni tintroduċi wkoll sistema li tiżgura r-ritorn immedjat tal-minuri li jkunu ġew maħtufa.

L-UE issa għandha kompetenza esterna esklużiva f'dan il-qasam, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/13. L-Istati Membri għalhekk ma jaġixxux aktar għal rashom. Il-problema hija li l-Konvenzjoni ma tipprevedix l-azzjoni awtonoma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-Honduras iddepożitat l-istrument tal-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1980 fl-20 ta' Diċembru 1993. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fil-Honduras fl-1 ta' Marzu 1994.

Il-Konvenzjoni tal-1980 bejn il-Honduras u 25 Stat Membru tal-UE diġà daħlet fis-seħħ. Huma biss l-Awstrija, id-Danimarka u r-Rumanija li għadhom ma aċċettawx l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni.

Minħabba li l-kwistjoni tal-ħtif internazzjonali tal-minuri hija fil-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni dwar jekk tiġix aċċettata l-adeżjoni tal-Honduras għandha tittieħed fil-livell tal-UE permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. B'hekk l-Awstrija u r-Rumanija għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tal-Honduras fl-interess tal-Unjoni Ewropea.

L-aċċettazzjoni tal-Awstrija u tar-Rumanija tagħmel lill-Konvenzjoni tal-1980 applikabbli bejn il-Honduras u l-Istati Membri kollha tal-UE minbarra d-Danimarka.

L-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal għandha tintlaqa'. Ir-rapporteur għaldaqstant jipproponi lill-Parlament japprova l-proposta mingħajr emendi, sabiex jiżgura li l-ħarsien mogħti lill-minuri kkonċernati jiġi estiż għat-territorju kollu tal-UE.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

Referenzi

COM(2018)0528 – C8-0377/2018 – 2018/0278(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

20.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mary Honeyball

24.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Mary Honeyball, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ana Miranda, Jens Rohde, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Georges Bach, Kostadinka Kuneva, Jeroen Lenaers, Philippe Loiseau

Data tat-tressiq

11.12.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, Jens Rohde

ECR

Angel Dzhambazki

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Philippe Loiseau

GUE/NGL

Kostadinka Kuneva

PPE

Georges Bach, Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Jeroen Lenaers, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss

S&D

Lucy Anderson, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Pascal Durand, Ana Miranda, Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza