Proċedura : 2018/2170(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0462/2018

Testi mressqa :

A8-0462/2018

Dibattiti :

PV 30/01/2019 - 28
CRE 30/01/2019 - 28

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2019 - 9.1
CRE 31/01/2019 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0046

RAPPORT     
PDF 882kWORD 91k
12.12.2018
PE 625.598v01-00 A8-0462/2018

dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw:

il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II

(2018/2170 (REG))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: Richard Corbett

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw:

il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II

(2018/2170(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 226 u 227 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0462/2018),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss bl-eċċezzjoni tal-emendi li jdaħħlu t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3e fl-Artikolu 11 u l-punti 6 u 7 tal-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom kif ukoll l-emendi għall-Artikoli 196 u 204, li jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li se jsiru fl-2019;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda    1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Interessi finanzjarji u standards ta' kondotta tal-Membri

Standards ta' kondotta

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk qed jiġi propost li l-Artikolu 11 attwali jinqasam f'Artikolu 11 li jittratta biss l-istandards tal-kondotta tal-Membri u Artikoli 11a u 11b (ġodda) li jinkludu l-paragrafi 1, 2, 6 u 7 tal-Artikolu 11 attwali.

Emenda  2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness4.

imħassar

Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

 

______________

 

4 Ara l-Anness II

 

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jitħassar minn hawnhekk u jiddaħħal fl-Artikolu 11a(1) il-ġdid. Ara l-emenda 20.

Emenda    3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza5.

imħassar

______________

 

5 Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 277, 19.9.2014, p.11).

 

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jitħassar minn hawnhekk u jiddaħħal fl-Artikolu 11a(2) il-ġdid. Ara l-emenda 20.

Emenda    4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament. Barra minn hekk, m'għandhiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari, iż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.

Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku u għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-Parlament u m'għandhomx jagħmlu ħsara għar-reputazzjoni tiegħu.

Emenda    5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Fid-dibattiti parlamentari, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ jew imġiba malafamanti, razzisti jew ksenofobiċi, u lanqas ma għandhom jiftħu strixxuni.

imħassar

Emenda    6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.

imħassar

Emenda    7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

In-nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 165, 166 u 167.

imħassar

Emenda    8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.  Il-Membri m'għandhomx jikkompromettu t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari u m'għandhomx jikkompromettu ż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.

Emenda    9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3b.  Il-Membri m'għandhomx ifixklu l-ordni tajba tal-Kamra u għandhom joqogħdu lura minn imġiba mhux xierqa. Huma m'għandhomx juru strixxuni.

Emenda    10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3c.  Fid-dibattiti parlamentari fil-Kamra, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ offensiv.

Emenda    11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid) – interpretazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-valutazzjoni ta' jekk il-lingwaġġ użat minn Membru f'dibattitu parlamentari huwiex offensiv jew le għandha tqis, inter alia, l-intenzjonijiet identifikabbli tal-kelliem, il-perċezzjoni tad-dikjarazzjoni mill-pubbliku, il-punt sa fejn dan jikkostitwixxi ħsara għad-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament, u l-libertà tal-kelma tal-Membru kkonċernat. Pereżempju, lingwaġġ malafamanti, "diskors ta' mibegħda" u inċitament għal diskriminazzjoni bbażata, b'mod partikolari, fuq kwalunkwe kriterju msemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, normalment jikkostitwixxu każijiet ta' "lingwaġġ offensiv" fis-sens ta' dan l-Artikolu.

Emenda    12

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3d (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3d.  Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.

Emenda    13

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3e (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3e.  Il-Membri għandhom iżommu lura minn kull tip ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali u għandhom jirrispettaw il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom li huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness 1a.

 

Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni relatata ma' dak il-Kodiċi.

 

____________________

 

1aIl-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom, adottat mill-Bureau fit-2 ta' Lulju 2018, għandu jsir anness ma' dawn ir-Regoli.

Emenda    14

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  L-applikazzjoni ta' din ir-Regola m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.

imħassar

Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.

 

Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.

 

Emenda    15

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  Meta persuna impjegata minn Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew għal apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti fil-paragrafu 3, is-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 166 jistgħu, fejn ikun xieraq, jiġu imposti fuq il-Membru kkonċernat.

5.  Meta persuna li taħdem għal Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti f'dan l-Artikolu, din l-imġiba tista', fejn ikun xieraq, tkun imputabbli lill-Membru kkonċernat.

Emenda    16

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

5a.  L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.

Emenda    17

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 5b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

5b.  Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis, għal korpi, kumitati u delegazzjonijiet tal-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Żieda proposta sabiex tiġi żgurata, f'analoġija għall-Artikolu 165(7), applikazzjoni tar-reġim ta' sanzjonijiet għal imġiba ħażina fil-kumitati, korpi u delegazzjonijiet tal-Parlament.

Emenda    18

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jitħassar minn hawnhekk u jiddaħħal fl-Artikolu 11b il-ġdid. Ara l-emenda 20.

Emenda    19

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.  Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jitħassar minn hawnhekk u jiddaħħal fl-Artikolu 11a(5) il-ġdid. Ara l-emenda 20.

Emenda    20

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Interessi finanzjarji tal-Membri u Reġistru ta' trasparenza

 

1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, fil-forma ta' Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness1a.

 

Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

 

2.  Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza1b.

 

3  Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-Reġistru ta' Trasparenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-reġistru ta' Trasparenza. Il-Bureau għandhu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-websajt tal-Parlament.

 

4.  Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

 

5.  Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.

 

__________________

 

1a Ara l-Anness I.

 

1b Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (ĠU L 277, 19.9.2014, p.11).

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi 2, 3 u 18.

Emenda    21

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  L-intergruppi kif ukoll gruppi oħra mhux uffiċjali għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'kwalunkwe attività li tista' tirriżulta f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet.

Emenda    22

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Dawn il-gruppi għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli adottati mill-Bureau li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, jiġu rispettati, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.

2.  Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista' jiffaċilita l-attivitajiet ta' tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku.

Emenda    23

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Gruppi mhux uffiċjali oħra għandhom ikunu wkoll meħtieġa jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta' wara, kull appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b'mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fl-Anness I.

Emenda    24

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.  Ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li huma rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw fl-intergrupp jew f'attivitajiet ta' gruppi mhux uffiċjali oħra organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp jew grupp mhux uffiċjali, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b'mod konġunt.

Emenda    25

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament.

Emenda    26

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 4a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a.  Il-kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-Artikolu.

Emenda    27

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 128 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Id-destinatarju għandu jwieġeb.

4.  Membru maħtur minn qabel mill-interpellanti għandu jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 130b(4) propost - ara hawn taħt.

Emenda    28

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Kwalunkwe Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura27. L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.

1.  Kwalunkwe Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura27. L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.

________________________

____________________

27 Ara l-Anness II

27 Ara l-Anness II

Emenda    29

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President f'forma elettronika. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President m'għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

Emenda    30

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku. Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.

3.  Kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. Bħala regola ġenerali, id-destinatarju għandu jwieġeb il-mistoqsijiet fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun irċevihom. Madankollu, kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' kull xahar jinnomina waħda mill-mistoqsijiet tiegħu bħala "mistoqsija ta' prijorità" li d-destinatarju għandu jwieġeb fi żmien tliet ġimgħat minn mindu jkun irċeviha.

Emenda    31

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb mid-destinatarju fi żmien tliet ġimgħat (mistoqsija prijoritarja) jew sitt ġimgħat (mistoqsija mhux bi prijorità) minn meta tkun intbagħtet lid-destinatarju, tista' titqiegħed, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli.

5.  Jekk mistoqsija ma titweġibx mid-destinatarju fi żmien l-iskadenza prevista fil-paragrafu 3, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li titqiegħed fuq l-aġenda għal-laqgħa tiegħu li jmiss.

Emenda    32

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar.

imħassar

Emenda    33

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.  Il-mistoqsijiet u kwalunkwe tweġiba, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

7.  Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

Emenda    34

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130a

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 130a

imħassar

Interpellanzi minuri għal tweġiba bil-miktub

 

1.  Fl-interpellanzi minuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jistgħu jintalbu minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament biex jagħtu informazzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet li jkunu ntgħażlu b'mod speċifiku.

 

Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura28, għandu jitlob lid-destinatarju jirrispondi fi żmien ġimgħatejn; il-President jista' jestendi dan il-limitu ta' żmien b'konsultazzjoni mal-persuni interpellanti.

 

2.  Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

 

_____________________

 

28 Ara l-Anness II

 

Ġustifikazzjoni

Imħassra wara li ġew miġbura flimkien l-Artikoli 130 u 130a.

Emenda    35

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu

Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub

Emenda    36

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Fl-interpellanzi maġġuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu, dawk il-mistoqsijiet jistgħu jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Il-mistoqsijiet jistgħu jinkludu stqarrija ta' spjegazzjoni qasira.

1.  L-interpellanzi maġġuri għandhom jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn grupp politiku.

Tali mistoqsijiet għandhom jitressqu bil-miktub lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura29, għandu immedjatament jinforma lid-destinatarju tal-mistoqsija u jitlob lid-destinatarju jiddikjara jekk il-mistoqsija hijiex se tiġi mwieġba u, jekk iva, meta.

 

_____________________

 

29 Ara l-Anness II

 

Emenda    37

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  L-interpellanza maġġuri għandha tkun ta' interess ġenerali u għandha tintbagħat bil-miktub lill-President. Din m'għandhiex taqbeż il-500 kelma. Dment li l-interpellanza maġġuri tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali, il-President għandu minnufih jittrażmettiha lid-destinatarju għal tweġiba bil-miktub.

Emenda    38

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1b.  Għandu jkun hemm massimu ta' 30 interpellanza maġġuri kull sena. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta ta' dawn l-interpellazzjonijiet fost il-gruppi politiċi, u l-ebda grupp politiku m'għandu jibgħat iktar minn waħda kull xahar.

Emenda    39

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1c.  Jekk id-destinatarju jonqos milli jwieġeb għall-interpellanza maġġuri fi żmien sitt ġimgħat minn meta tiġi trażmessa lilu, l-interpellanza għandha, fuq it-talba tal-awtur, titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 40.

Emenda    40

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Malli tasal ir-risposta bil-miktub, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan.

2.  Malli tasal it-tweġiba bil-miktub, jekk il-Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jitolbu dan, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a.

Emenda    41

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsija jew jonqos milli jagħmel dan fi żmien tliet ġimgħat, il-mistoqsija għandha titqiegħed fl-abbozz tal-aġenda. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan. Qabel id-dibattitu wieħed mill-interpellanti jista' jitħalla jiddikjara r-raġunijiet supplimentari għal din il-mistoqsija.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 38.

Emenda    42

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 3a

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a. In-numru ta' interpellanzi maġġuri diskussi matul l-istess sessjoni parzjali m'għandux ikun aktar minn tlieta. Jekk jintalbu dibattiti għal aktar minn tliet interpellanzi maġġuri matul l-istess sessjoni parzjali, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinkludihom fl-abbozz finali tal-aġenda fl-ordni li tkun irċeviet dawk it-talbiet għal dibattitu.

Emenda    43

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Membru wieħed tal-istituzzjoni kkonċernata għandu jwieġeb.

4.  Membru nnominat minn qabel mill-awtur, jew minn dawk li jitolbu d-dibattitu skont il-paragrafu 2, għandu jiżviluppa l-interpellanza maġġuri fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, l-interpellanza maġġuri għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb.

L-Artikolu 123(2) sa (5) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.

L-Artikolu 123(2) sa (8) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda    44

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  Tali mistoqsijiet kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

5.  Tali interpellanzi kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

Emenda    45

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jisfratta t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri jew li l-imġiba tiegħu tonqos milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 11.

1.  Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jikser l-istandards ta' kondotta definiti fl-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c.

Emenda    46

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  F'każ ta' reċidivita', il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.

2.  F'każ li ksur jiġi ripetut, il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.

Emenda    47

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Jekk it-tfixkil ikompli, jew f'każ ta' reċidivita' mill-ġdid, il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.

3.  Jekk il-ksur ikompli, jew f'każ ta' ksur ulterjuri, il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.

Emenda    48

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' lingwaġġ jew aġir difamatorju, razzist jew ksenofobiku minn Membru.

5.  Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' ksur minn Membru tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c minn Membru.

Emenda    49

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jkun fihom lingwaġġ difamatorju, razzist jew ksenofobiku.

Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti ta' dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jiksru l-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c.

Emenda    50

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  F'każijiet serji ta' diżordni jew sfrattar tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula s-sanzjoni xierqa.

1.  F'każijiet serji ta' ksur tal-Artikolu 11, paragrafi 3a sa 5b, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi fuq il-Membru kkonċernat is-sanzjoni xierqa, skont dan l-Artikolu.

 

Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c, il-President jista' jadotta deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu irrispettivament minn jekk preċedentement tkunx ġiet imposta jew le miżura immedjata skont it-tifsira tal-Artikolu 165 fuq il-Membru kkonċernat.

 

Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3e, il-President jista' jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.

 

Il-President jista' jimponi sanzjoni fuq Membru f'każijiet fejn issir dispożizzoni, minn dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew b'deċiżjoni adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 25, għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jsejjaħ seduta ta' smigħ tal-Membru kkonċernat.

 

Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.

 

Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.

 

Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.

 

Emenda    51

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President jista' jiddeċiedi li jsejjaħ seduta orali minflok kull meta dan ikun aktar xieraq.

 

Id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.

 

Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.

 

Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.

Emenda    52

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha.

2.  Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. Jekk ikun applikabbli għandu jitqies id-dannu possibbli fuq id-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament.

Għandha ssir distinzjoni bejn azzjonijiet viżivi, li jistgħu jkunu tollerati, dment li ma jkunux offensivi, difamatorji, razzisti jew ksenofobiċi, u jibqgħu f'limiti raġonevoli, u dawk li jisfrattaw b'mod attiv l-attività parlamentari.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa propost li titħassar l-interpretazzjoni, minħabba li, fuq naħa, l-Artikolu 166 rivedut mhux se jibqa' jittratta r-regoli dwar il-kondotta u, min-naħa l-oħra, mil-lat tal-kontenut din l-interpretazzjoni tkun superfluwa fid-dawl tal-abbozzar il-ġdid propost tal-Artikolu 11(3b).

Emenda    53

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' offiżi ripetuti, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3).

4.  Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' ksur ripetut, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3).

Emenda    54

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 174 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.  Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi ta' dan it-tip jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi meta l-emendi tagħhom ikunu kumplimentari.

7.  Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi fuq l-emendi tagħhom.

Emenda    55

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 174 – paragrafu 10

Test fis-seħħ

Emenda

10.  Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġett għal votazzjoni separate.

10.  Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġetti għal votazzjoni separata minn emendi oħra.

Emenda    56

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 177 – interpretazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala każ serju ta' diżordni kif stipulat fl-Artikolu 166(1) u jkollu l-konsegwenzi legali stipulati f'dak l-Artikolu.

Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala ksur tal-Artikolu 11(3b).

Ġustifikazzjoni

Allinjament meħtieġ mal-Artikolu 11(3b) il-ġdid.

Emenda    57

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 196

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 196

Artikolu 196

Twaqqif ta' Kumitati Permanenti

Twaqqif ta' Kumitati Permanenti

Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura52. Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-membri tagħhom għandhom ikunu maħtura fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid u mill-ġdid sentejn u nofs wara.

Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura52. Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-Membri tagħhom għandhom jiġu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid.

Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu stabbiliti f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.

Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu definiti mill-ġdid f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.

_________________

_________________

52 Ara l-Anness V.

52 Ara l-Anness V.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti dwar l-Artikolu 196 se jidħlu fis-seħħ fl-2019 flimkien mal-Artikolu 196 rivedut.

Emenda    58

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; ma għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.

1.  Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; m'għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika wara l-bidla proposta tal-Artikolu 196.

Emenda    59

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 210a – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali milqugħa mill-Parlament

Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa tal-kumitat bil-magħluq.

Emenda    60

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 210a – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Ladarba l-president tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità hija applikata, l-aċċess għal-laqgħa għandu jingħata biss lill-membri tal-kumitat u lill-uffiċjali u l-esperti li jkunu ġew nominati minn qabel mill-president u li l-preżenza tagħhom tkun assolutament meħtieġa.

Ladarba l-President tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità għandha tiġi applikata, il-laqgħa għandha tkun bil-magħluq u l-aċċess għaliha jista' jingħata biss lill-membri tal-kumitat, inklużi membri sostituti. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi, f'konformità mal-qafas legali interistituzzjonali applikabbli, li Membri oħra jistgħu jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 206(3). L-aċċess għal-laqgħa jista' jingħata wkoll lill-persuni li jkunu ġew nominati minn qabel mill-President, li jeħtieġu li jkunu infurmati, b'rispett xieraq ta' kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta mir-regoli applikabbli li jirregolaw it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament. Rigward il-konsultazzjoni ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew fil-każ ta' limitazzjonijiet speċifiċi ta' aċċess li jirriżultaw mill-qafas legali interistituzzjonali, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv ewlieni ta' din l-emenda huwa li tiġi evitata kull inkoerenza possibbli mar-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli dwar it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali (deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta' April 2013) kif ukoll mal-ftehimiet interistituzzjonali applikabbli.

Emenda    61

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 210a – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.

4.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità b'mod ġenerali, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.

Emenda    62

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 211 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini

Seduti ta' smigħ pubbliku u dibattiti dwar inizjattivi taċ-ċittadini

Emenda    63

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 211 – paragrafu 7a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

7a.  Il-Parlament għandu jorganizza dibattitu dwar inizjattiva taċ-ċittadini ppubblikata fir-reġistru rilevanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, f'sessjoni parzjali wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u għandu, meta jqiegħed id-dibattitu fuq l-aġenda tiegħu, jiddeċiedi jekk jagħlaqx id-dibattitu b'riżoluzzjoni jew le. M'għandux jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni jekk rapport fuq l-istess suġġett jew suġġett simili huwa skedat għall-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 123(3) sa (8) rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda    64

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 223a – titolu – nota f'qiegħ il-paġna

Test fis-seħħ

Emenda

61 L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Ara wkoll in-noti ta' qiegħ il-paġna għall-Artikoli 224 u 225.

61 L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Emenda    65

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 223a – paragrafu 2a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a.  Abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, grupp ta' mill-inqas 50 ċittadin jista' jissottometti talba motivata fejn jistieden lill-Parlament jitlob il-verifika msemmija fil-paragrafu 2. Dik it-talba motivata m'għandhiex titnieda jew tiġi ffirmata mill-Membri. Għandha tinkludi evidenza fattwali sostanzjali li turi li l-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

 

Il-President għandu jibgħat talbiet ammissibbli minn gruppi ta' ċittadini lill-kumitat responsabbli għal eżami ulterjuri.

 

Wara dak l-eżami, li għandu jseħħ fi żmien erba' xhur mir-riferiment tal-President, il-kumitat responsabbli jista', permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw mill-inqas tliet gruppi politiċi, jippreżenta proposta għas-segwitu tat-talba u jinforma lill-President dwar dan.

 

Il-grupp ta' ċittadini għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu tal-eżami tal-kumitat.

 

Malli jirċievi l-proposta tal-kumitat, il-President għandu jikkomunika t-talba lill-Parlament.

 

Wara din il-komunikazzjoni, il-Parlament għandu, b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jiddeċiedi jekk jippreżentax talba lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

 

Il-kumitat għandu jadotta linji gwida għat-trattament ta' tali talbiet minn gruppi ta' ċittadini.

Emenda    66

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 229 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.

Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet, inizjattivi taċ-ċittadini u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-proċedimenti li għaddejjin tal-Parlament b'rabta mal-ECIs ma jiskadux fi tmiem terminu partikolari.

Emenda    67

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 130A, 130B, 131 U 131A

KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 131 U 131A

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikoli rilevanti.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, György Schöpflin, Barbara Spinelli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Charles Goerens, Siôn Simon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Albert Deß, Sven Giegold, Krzysztof Hetman, Monika Hohlmeier, Danuta Jazłowiecka, Seán Kelly, Gabriel Mato, Anne-Marie Mineur, Pavel Poc, Gabriele Preuß


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Charles Goerens, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Barbara Spinelli

PPE

Albert Deß, Norbert Erdős, Krzysztof Hetman, Monika Hohlmeier, Danuta Jazłowiecka, Seán Kelly, Gabriel Mato, György Schöpflin

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Ramón Jáuregui Atondo, Pavel Poc, Gabriele Preuß, Siôn Simon

VERTS/ALE

Max Andersson, Sven Giegold

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali