Proċedura : 2018/0232(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0464/2018

Testi mressqa :

A8-0464/2018

Dibattiti :

PV 03/04/2019 - 18
CRE 03/04/2019 - 18

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2019 - 8.8
CRE 15/01/2019 - 8.8
PV 16/04/2019 - 8.27

Testi adottati :

P8_TA(2019)0008
P8_TA(2019)0385

RAPPORT     ***I
PDF 1111kWORD 120k
12.12.2018
PE 628.618v03-00 A8-0464/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana

(COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Maria Grapini

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana

(COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0442),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33, 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0261/2018),

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0464/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-programm Dwana 2020 stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1294/201318 u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta' natura transfruntiera, jinvolvu u jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux jitwettqu b'mod effettiv u effiċjenti mill-Istati Membri individwali. Programm Dwana fil-livell tal-Unjoni, implimentat mill-Kummissjoni, joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffiċjenti milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Għaldaqstant jixraq li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm Dwana.

(1)  Il-programm Dwana 2020, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1294/201318, u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jsaħħu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet doganali huma ta' natura transfruntiera, jinvolvu u jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux jiġu implimentati b'mod effettiv u effiċjenti minn kull Stat Membru waħdu. Programm doganali għall-Unjoni kollha, implimentat mill-Kummissjoni, jipprovdi lill-Istati Membri qafas fil-livell tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffikaċi milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi l-qafas ta' kooperazzjoni individwali tiegħu fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Il-programm doganali għandu wkoll rwol essenzjali fis-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri billi jiżgura l-ġbir effettiv tad-dazji doganali u b'hekk jirrappreżenta sors importanti ta' dħul għall-baġits tal-Unjoni u dawk nazzjonali, ukoll billi jiffoka fuq il-bini tal-kapaċità tal-IT u żieda fil-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana. Barra minn hekk, kontrolli armonizzati u standardizzati huma neċessarji sabiex jiġu segwiti l-flussi transfruntiera illegali tal-oġġetti u tiġi miġġielda l-frodi. Għaldaqstant ikun xieraq u fl-interess tal-effiċjenza li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm "Dwana" ("il-Programm").

__________________

__________________

18 Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.

18 Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-unjoni doganali, li ġiet implimentata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, ilha 50 sena sservi bħala pedament tal-Unjoni, waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja. L-unjoni doganali hija eżempju sinifikanti ta' integrazzjoni ta' suċċess tal-Unjoni u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 intitolata "Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020", esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali. Unjoni aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tiġi pprovduta b'mezzi finanzjarji msaħħa, b'appoġġ kontinwu għall-politiki eżistenti, u b'aktar riżorsi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena u l-amministrazzjonijiet doganali issa jwettqu b'suċċess varjetà wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaġixxu flimkien, huma jaħdmu biex jiffaċilitaw il-kummerċ u jnaqqsu l-burokrazija żejda, jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni u jipproteġu lill-pubbliku kontra theddid terroristiku, tas-saħħa, ambjentali u theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' Qafas Komuni ta' Ġestjoni tar-Riskju fl-UE kollha u kontrolli doganali tal-movimenti ta' ammonti kbar ta' flus kontanti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-dwana tkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Minħabba dak il-mandat wiesa', id-dwana issa hija b'mod effettiv l-awtorità ewlenija għall-kontroll tal-oġġetti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan l-isfond, jenħtieġ li Programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jestendi l-appoġġ tiegħu għall-missjoni tal-awtoritajiet doganali ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 952/2013, jiġifieri, is-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika se tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).

(2)  L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena, u l-amministrazzjonijiet doganali issa qegħdin iwettqu b'suċċess firxa wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaħdmu flimkien, huma jistinkaw biex jiffaċilitaw il-kummerċ etiku u ġust u jnaqqsu l-burokrazija, jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni, u jgħinu jipproteġu lill-popolazzjoni kontra theddid terroristiku, tas-saħħa u ambjentali, kif ukoll theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' qafas komuni19 għall-ġestjoni tar-riskju doganali fil-livell tal-Unjoni u bil-kontroll fuq ammonti kbar ta' flussi ta' flus għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-awtoritajiet doganali huma minn ta' quddiem nett fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-kompetizzjoni inġusta. Minħabba l-mandat estensiv tagħhom, l-awtoritajiet doganali issa huma tassew l-awtoritajiet prinċipali għall-kontroll tal-merkanzija fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jagħti wkoll appoġġ għall-missjoni doganali usa' prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 952/2013, jiġifieri s-sorveljanza tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-bażi ġuridika ta' dan ir-Regolament tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).

__________________

__________________

19 https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en

19 https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-isforz biex jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġa attività kummerċjali leġittima; jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ globali.

(3)  Il-Programm jenħtieġ li, bħala objettiv ġenerali, jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali bl-objettiv fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien kemm jista' jkun mill-qrib; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġa attività kummerċjali leġittima; jipproteġi lill-Unjoni minn prattiki kummerċjali illegali, filwaqt li jħeġġeġ lill-attivitajiet ta' negozju leġittimi, jiggarantixxi s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha u b'hekk itejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ dinji.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Kif sar evidenti li xi wħud mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jistgħu jintużaw biss parzjalment sal-31 ta' Diċembru 2020, u dan jimplika li s-sistemi mhux elettroniċi se jkomplu jintużaw wara dik id-data, u fin-nuqqas ta' emendi leġiżlattivi li jestendu dik l-iskadenza, il-kumpaniji u l-awtoritajiet doganali mhux se jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-obbligi legali tagħhom fir-rigward tal-operazzjonijiet doganali, wieħed mill-objettivi speċifiċi ewlenin tal-Programm jenħtieġ li jkun li jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu tali sistemi elettroniċi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Il-ġestjoni u l-kontroll doganali huma qasam politiku dinamiku, li qed jiffaċċja sfidi ġodda ġġenerati minn mudelli ta' negozju u ktajjen ta' provvista globali li qed jevolvu b'mod kostanti, kif ukoll minn xejriet tal-konsum li qed jinbidlu u d-diġitalizzazzjoni, bħall-kummerċ elettroniku, inkluż l-internet tal-oġġetti, l-analitika tad-data, l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġija blockchain. Il-Programm għandu jappoġġa l-ġestjoni doganali f'sitwazzjonijiet bħal dawn u jippermetti l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi. Sfidi bħal dawn ikomplu jenfasizzaw il-ħtieġa li tiġi infurzata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-ħtieġa għal interpretazzjoni u implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali. Meta l-finanzi pubbliċi jkunu taħt pressjoni, il-volum taż-żidiet fil-kummerċ dinji u l-frodi u l-kuntrabandu joħolqu tħassib dejjem akbar; Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Sabiex tiġi żgurata l-ogħla effiċjenza u jiġu evitati duplikazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina l-implimentazzjoni tal-Programm ma' programmi u fondi relatati tal-Unjoni. Dawn jinkludu, b'mod partikolari, il-Programm Fiscalis, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u l-Programm tas-Suq Uniku, kif ukoll il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, il-Programm ta' Appoġġ għar-Riformi, il-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-regolamenti u l-miżuri ta' implimentazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)  Fir-rigward tal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-pakkett finanzjarju ta' dan il-Programm ma jqisx il-kostijiet li jirriżultaw mill-iffirmar tal-ftehim dwar il-ħruġ imminenti tar-Renju Unit mill-Unjoni u r-relazzjoni futura potenzjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni. L-iffirmar ta' dak il-ftehim, id-diżimpenn tar-Renju Unit mis-sistemi doganali kollha u minn kull forma ta' kooperazzjoni doganali eżistenti, u l-iskadenza tal-obbligi legali f'dan il-qasam, jistgħu jwasslu għal kostijiet addizzjonali li ma jistgħux ikunu stmati bl-eżatt dakinhar li jinħoloq dan il-Programm. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tirriżerva biżżejjed riżorsi biex tħejji għal dawk il-kostijiet potenzjali. Madankollu, jenħtieġ li dawk il-kostijiet ma jkunux koperti mill-pakkett tal-Programm, peress li l-baġit previst fil-Programm se jkun biżżejjed biss biex ikopri l-kostijiet li jistgħu jkunu previsti realistikament dakinhar li jinħoloq il-Programm.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jkopru l-parteċipazzjoni tagħhom għal kwalunkwe programm tal-Unjoni.

(5)  Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet previsti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi kkonċernati dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, jekk tali parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Unjoni u jkollha impatt pożittiv fuq is-suq intern mingħajr ma taffettwa l-ħarsien tal-konsumatur.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) [2018/XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju") japplika għal dan l-Istrument. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.

(6)  Jenħtieġ li l-Programm ikun kopert mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"). Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.

__________________

__________________

21 COM(2016) 605 final

21 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-programm Dwana jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 u li wrew li kienu adegwati għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu, filwaqt li oħrajn li wrew li ma kinux adegwati jenħtieġ li jitwaqqfu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-Programm jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali22 ("Strument CCE"). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, jiġifieri dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.

(8)  Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali22 ("Strument CCE"). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, liema att u regoli jkunu dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli, filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.

_________________

_________________

22 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tistabbilixxi l-istrument għal appoġġ finanzjarju għat-tagħmir tal-kontroll doganali

22 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tistabbilixxi l-istrument għal appoġġ finanzjarju għat-tagħmir tal-kontroll doganali

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.

(10)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprevedi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll akkademiċi u rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE23", jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali.

(11)  B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE23, jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, fid-dawl tal-fatt li l-ammont allokat għal dan il-programm huwa kkalkulat mingħajr ma jitqiesu l-ispejjeż mhux mistennija, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali.

__________________

__________________

23 COM (2010)700 final

23 COM (2010)700 final

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Ix-xiri ta' softwer li jkun meħtieġ biex jitwettqu kontrolli stretti fuq il-fruntiera jenħtieġ li jkun eliġibbli għal finanzjament skont dan il-Programm; Barra minn hekk, jenħtieġ li jitħeġġeġ softwer li jkun jista' jintuża fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

(12)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċitajiet tal-IT, il-Programm jipprevedi li l-Kummissjoni tiżviluppa u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana ("MASP-C"), bl-għan li jinħoloq ambjent elettroniku li jiżgura l-konsistenza u l-interoperabbiltà tas-sistemi doganali fl-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)   F'konformità mas-sejbiet li jinsabu fiż-żewġ rapporti speċjali adottati riċentement mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-qasam tad-dwana, jiġifieri r-rapport speċjali Nru 19/2017 tal-5 ta' Diċembru 2017 bit-titolu "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE", u r-rapport speċjali Nru 26/2018 tal-10 ta' Ottubru 2018 bit-titolu "Bosta dewmien fis-Sistemi tal-IT doganali: x'mar ħażin?", l-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet indikati.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)   Fl-4 ta' Ottubru 2018, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi doganali u l-protezzjoni tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Il-konklużjonijiet li jinsabu f'dik ir-riżoluzzjoni jenħtieġ li jitqiesu matul l-azzjonijiet implimentati fil-qafas tal-Programm.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(20)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu l-aqwa riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali , jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza fi ħdan l-Unjoni u jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali, filwaqt li jiffaċilita attività kummerċjali leġittima.

1.  Bil-għan li jintlaħaq l-għan fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien kemm jista' jkun mill-qrib, u sabiex jiggarantixxu s-sigurtà u s-sikurezza tal-Istati Membri u jipproteġu l-Unjoni kontra l-frodi, il-prattiki kummerċjali inġusti u illegali, u fl-istess ħin, jippromwovu attivitajiet kummerċjali leġittimi u livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali kif ukoll il-kooperazzjoni doganali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

2.  Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

 

(1) li jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali kif ukoll il-kooperazzjoni doganali;

 

(2) li jassisti fil-bini tal-kapaċità tal-IT, li jikkonsisti fl-iżvilupp, iż-żamma u l-operat tas-sistemi elettroniċi kif imsemmi fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u jippermetti tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn ambjent u kummerċ mingħajr karti skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

 

(3) li jiffinanzja azzjonijiet konġunti, li jikkonsistu f'mekkaniżmi ta' kooperazzjoni li jippermettu lill-uffiċjali jwettqu attivitajiet operattivi konġunti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ewlenin tagħhom, jaqsmu l-esperjenza u jgħaqqdu l-isforzi biex iwasslu politika doganali;

 

(4) li jsaħħaħ il-kompetenzi umani, jappoġġa l-ħiliet professjonali tal-uffiċjali tad-dwana u jingħataw is-setgħa li jwettqu r-rwol tagħhom fuq bażi uniformi;

 

(5) li jappoġġa l-innovazzjoni fil-qasam tal-politika doganali.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-programm għandu jkun konsistenti ma' programmi ta' azzjoni u fondi oħra tal-Unjoni b'għanijiet simili f'oqsma relatati u jisfrutta kwalunkwe sinerġija magħhom.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-implimentazzjoni tal-Programm għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Il-Programm għandu jappoġġa wkoll l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali bl-għan li jidentifika nuqqasijiet u titjib possibbli.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 842 844 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

2.  Fejn ikun meħtieġ u ġġustifikat b'mod xieraq, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni indirizzati lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi min-naħa tal-Kummissjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm, dment li tali attivitajiet jkunu meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-Programm.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-programm ma għandux jintuża biex ikopri l-kostijiet relatati mal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirriżerva, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha stess, riżorsi sabiex tkopri l-kostijiet relatati mad-diżimpenn tar-Renju Unit mis-sistemi doganali u l-kooperazzjoni kollha tal-Unjoni, u l-iskadenza tal-obbligi legali tagħha f'dan il-qasam.

 

Qabel ma tirriżerva dawk ir-riżorsi, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-kostijiet potenzjali, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew ladarba d-data rilevanti għal dik l-istima tkun disponibbli.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu [21(5)] tar-Regolament [2018/XXX] [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid];

–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.

2.  L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] u/jew li jikkomplementaw jew jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [Programm Kontra l-Frodi] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti;

(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti, bħall-iżvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana;

(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana, fosthom taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  attivitajiet ta' monitoraġġ; 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

4.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp, l-iskjerament, iż-żamma u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.

1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm skont l-Artikolu 5, l-akkademiċi u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess.

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-kompetenza, l-esperjenza fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-għarfien rilevanti tagħhom fir-rigward tal-azzjoni speċifika li tkun qed tittieħed, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess. Fl-għażla għandu jintlaħaq bilanċ bejn rappreżentanti tan-negozju u esperti oħra tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-lista tal-esperti esterni għandha tiġi ppubblikata u aġġornata regolarment.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

1.  L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju, u speċifikament skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza, il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament indaqs.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni.

1.  B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni, skont ir-rilevanza tal-azzjoni u l-impatt stmat.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat, inkluż it-tfassil, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, is-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12.

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12, inkluż it-tfassil tagħha, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, il-modernizzazzjoni tas-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, iċ-ċiberreżiljenza, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – pun ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  komunikazzjoni effiċjenti u rapida mal-Istati Membri u bejniethom, bl-għan li tiġi simplifikata l-governanza tas-sistemi elettroniċi tal-Unjoni;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  komunikazzjoni f'waqtha u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari dwar dewmien fl-implimentazzjoni u l-infiq tal-komponenti tal-Unjoni u dawk nazzjonali. 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-provvista regolari ta' informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sistemi elettroniċi Ewropej;

(d)  l-għoti ta' informazzjoni regolari lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ u effikaċi mis-sistemi elettroniċi Ewropej;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u tikklassifika kull sistema jew parti minnha, bħala:

1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali għall-qasam tad-dwana li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u jikklassifika kull sistema jew parti minnha bħala:

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà u razzjonalizzazzjoni;

a)  komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà tar-razzjonalizzazzjoni u affidabbiltà;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;

(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu, bħal pereżempju fi proġett ta' żvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom u, fejn ikun applikabbli, dwar dewmien previst fl-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 u tippubblika dak ir-rapport.

5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jinkludi informazzjoni dwar l-adattamenti meħtieġa jew dewmien tal-pjan, u tippubblika dak ir-rapport.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma b'mod partikolari għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll fid-dettall deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda taż-żmien indikattiva tal-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew fejn applikabbli.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni u jiġu komunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jibni fuq it-tagħlimiet miksuba mill-programmi preċedenti.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, huma stabbiliti fl-Anness 2.

1.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm. Ir-rapportar dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar kemm il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

2.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm ikunu komparabbli u kompluti kif ukoll miġbura b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat u rilevanti fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq malli jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm lil hinn mill-2027 u l-għanijiet tiegħu.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta u tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u l-lezzjonijiet miksuba, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF u l-UPPE, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)1b.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

 

1b Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-Programm, l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u r-riżultati miksuba mill-azzjonijiet iffinanzjati. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-programm Dwana jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana għall-perjodu 2021-2027 u huwa s-suċċessur tal-programm Dwana 2020. Il-programm ikompli jiffaċilita l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif ukoll il-bini tal-kapaċità – li jinkludi t-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki – sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE. Sfortunatament, minħabba dewmien f'xi partijiet mill-arkitettura rilevanti tal-IT, it-trasferiment lejn struttura ta' dwana elettronika ma laħaqx tlesta fil-qafas tal-programm Dwana 2020. Għaldaqstant, il-programm Dwana se jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp ulterjuri, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-IT tad-dwana.

Ir-rapporteur temmen li dan il-programm għandu jkun koerenti u jisfrutta kwalunkwe sinerġija ma' programmi u fondi oħra tal-UE, filwaqt li l-implimentazzjoni tiegħu għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni.

Għandu jitqies ukoll il-fatt li l-baġit allokat għal dan il-programm ma jindirizzax il-ħruġ imminenti tar-Renju Unit mill-UE, inkluż mill-unjoni doganali. Naturalment, dan se jwassal għal spejjeż addizzjonali għall-pajjiżi affettwati minn din il-bidla importanti, iżda dawn l-ispejjeż m'għandux ikoprihom il-programm Dwana.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-amministrazzjoni u l-kontroll doganali, ir-rapporteur tqis li dan huwa qasam dinamiku li l-esiġenzi tiegħu jinbidlu pari passu mal-evoluzzjoni politika u tas-soċjetà. Għaldaqstant, il-programm għandu jappoġġa l-ġestjoni doganali – speċjalment f'termini ta' infrastruttura tal-IT – u jippermetti l-innovazzjoni u l-ħolqien ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-politika doganali. L-emendi tar-rapporteur għandhom l-intenzjoni li jipperfezzjonaw il-proposta minn dan l-aspett.

L-Unjoni Doganali hija wieħed mill-pilastri prinċipali tas-Suq Uniku. Il-modernizzazzjoni tal-proċessi doganali tista' trawwem l-attività ekonomika u t-tkabbir billi ttejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea u tiffaċilita l-kummerċ, minbarra li tiżgura l-ħarsien tal-konsumaturi Ewropej. Ir-rapporteur temmen li l-programm Dwana huwa essenzjali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (COM(6.11)2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana

(COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ivan Štefanec

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-Programm Doganali se jkun strumentali fl-iffaċilitar u t-titjib tal-ħidma tal-awtoritajiet doganali għall-ġbir tad-dazji doganali, li jirrappreżentaw sors importanti ta' dħul għall-UE u l-baġits nazzjonali. Dan il-programm se jikkontribwixxi b'mod effettiv biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha billi jiffoka fuq il-bini tal-kapaċità u fuq kooperazzjoni akbar fil-qasam tad-dwana.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  B'mod partikolari, il-Programm Doganali jeħtieġ li jkun konsistenti u jisfrutta s-sinerġiji kollha flimkien ma' programmi ta' azzjoni u fondi oħrajn tal-UE b'objettivi simili f'oqsma relatati bħall-Programm Fiscalis, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u l-Programm tas-Suq Uniku, kif ukoll mar-regolamenti u l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri Esterni u l-Viża, tal-Programm ta' Appoġġ għal Riforma, tal-Programm Diġitali Ewropew, tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist pubbliku, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-finanzjament effettiv mill-UE.

(19)  Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist pubbliku, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-finanzjament effettiv mill-UE. L-implimentazzjoni ġenerali tal-Programm Doganali, inklużi l-kuntratti ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit skont dan il-programm, jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 - 2027 għandu jkun ta' EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 842 844 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess.

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, b'tali mod li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess, u billi jintlaħaq bilanċ bejn ir-rappreżentanti tan-negozji u esperti tas-soċjetà ċivili oħrajn. Il-proċess tal-għażla għandu jikkunsidra wkoll il-bilanċ bejn is-sessi fost l-esperti esterni, skont il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-lista ta' esperti esterni għandha tiġi aġġornata regolarment u ppubblikata.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana

Referenzi

COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ivan Štefanec

11.7.2018

Eżami fil-kumitat

24.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen, Stefan Gehrold

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Stefan Gehrold, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere

S&D

Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand

2

-

ENF

André Elissen

NI

Eleftherios Synadinos

2

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (21.11.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana

(COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Wolf Klinz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-dwana tgħin fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Billi din hija waħda mir-riżorsi proprji tradizzjonali importanti tal-Unjoni, tibqa' waħda mill-punti ta' interess tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.

Il-programm Dwana ser ikollu impatt fuq id-dħul tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Għalkemm mhuwiex kwantifikabbli, dan għandu jiffaċilita u jarmonizza x-xogħol tal-awtoritajiet doganali għall-ġbir tad-dazji doganali, kif ukoll tal-VAT u tad-dazji tas-sisa fuq l-importazzjonijiet. Biż-żieda fil-kwalità tax-xogħol bil-kooperazzjoni u bil-bini tal-kapaċità umana u tal-IT, l-amministrazzjonijiet doganali ser ikunu aktar effiċjenti fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Il-Programm Dwana ġdid jeħtieġlu jkun konsistenti u jisfrutta s-sinerġiji kollha flimkien ma' programmi ta' azzjoni u fondi oħrajn tal-UE b'objettivi simili f'oqsma relatati bħall-Programm Fiscalis, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u l-Programm tas-Suq Uniku, kif ukoll mar-regolamenti u l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri Esterni u l-Viża, tal-Programm ta' Appoġġ għal Riforma, tal-Programm Diġitali Ewropew, tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 19/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-5 ta' Diċembru 2017 intitolat "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE";

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Kunsiderazzjoni 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 26/2018 tal-10 ta' Ottubru 2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Sensiela ta' dewmien fis-sistemi tal-IT tad-dwana: x'mar ħażin?";

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Kunsiderazzjoni 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar "Il-ġlieda kontra l-frodi doganali u l-protezzjoni tar-riżorsi proprji tal-UE" (2018/2747(RSP));

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-programm Dwana 2020 stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1294/201318 u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta' natura transkonfinali, u jinvolvu u jaffettwaw l-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux jitwettqu b'mod effikaċi u effiċjenti mill-Istati Membri individwali. Programm Dwana fil-livell tal-Unjoni, implimentat mill-Kummissjoni, joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffiċjenti milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Għaldaqstant jixraq li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm Dwana.

(1)   Il-programm Dwana 2020 stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1294/201318 u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta' natura transkonfinali, u jinvolvu u jaffettwaw l-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux dejjem jitwettqu b'mod effikaċi u effiċjenti mill-Istati Membri individwali. Programm Dwana fil-livell tal-Unjoni, implimentat mill-Kummissjoni, joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffiċjenti milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Barra minn hekk, huwa meħtieġ l-iżgurar ta' programm doganali li jikkontribwixxi għal kontrolli doganali armonizzati u standardizzati fil-punti kollha tad-dħul peress li żbilanċ fil-prestazzjoni tal-kontrolli doganali mill-Istati Membri jxekkel il-funzjonament effettiv tal-unjoni doganali. Barra minn hekk, programm doganali affidabbli u effiċjenti għandu rwol kruċjali fis-salvagwardja tal-interess finanzjarju tal-UE. Għaldaqstant jixraq li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm Dwana.

_________________

_________________

18 Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.

18 Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1 a)  L-Unjoni Doganali hija pedament tal-Unjoni Ewropea bħala waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja, u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 20181a, il-Parlament Ewropew esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali, li ħolqot telf sinifikanti ta' introjtu għall-baġit tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew tenna li Ewropa aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss billi tingħata mezzi finanzjarji msaħħa u appella, għalhekk, biex tingħata għajnuna kontinwa lil politiki eżistenti, jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u biex ir-responsabbiltajiet addizzjonali jiġu mqabbla ma' mezzi finanzjarji addizzjonali.

 

_________________

 

1a P8_TA(2018)0075: Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena u l-amministrazzjonijiet doganali issa jwettqu b'suċċess varjetà wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaġixxu flimkien, huma jaħdmu biex jiffaċilitaw il-kummerċ u jnaqqsu l-burokrazija żejda, jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni u jipproteġu lill-pubbliku kontra theddid terroristiku, tas-saħħa, ambjentali u theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' Qafas Komuni ta' Ġestjoni tar-Riskju fl-UE kollha19 u kontrolli doganali tal-movimenti ta' ammonti kbar ta' flus kontanti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-dwana tkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Minħabba dak il-mandat wiesa', id-dwana issa hija b'mod effettiv l-awtorità ewlenija għall-kontroll tal-oġġetti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan l-isfond, jenħtieġ li Programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jestendi l-appoġġ tiegħu għall-missjoni tal-awtoritajiet doganali ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 952/2013, jiġifieri, is-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika se tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).

(2)  L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena u l-amministrazzjonijiet doganali issa jwettqu b'suċċess varjetà wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaġixxu flimkien, huma jaħdmu biex jiffaċilitaw il-kummerċ u jnaqqsu l-burokrazija żejda, jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni u jgħinu biex jipproteġu lill-pubbliku kontra theddid terroristiku, tas-saħħa, ambjentali u theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' Qafas Komuni ta' Ġestjoni tar-Riskju fl-UE kollha19 u kontrolli doganali tal-movimenti ta' ammonti kbar ta' flus kontanti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-dwana tkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Minħabba dak il-mandat wiesa', id-dwana issa hija b'mod effettiv l-awtorità ewlenija għall-kontroll tal-oġġetti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan l-isfond, jenħtieġ li Programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jestendi l-appoġġ tiegħu għall-missjoni tal-awtoritajiet doganali ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 952/2013, jiġifieri, is-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika ser tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).

_________________

_________________

19 https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en

19 https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en

Ġustifikazzjoni

Hemm bosta elementi oħra li jgħinu fil-protezzjoni tal-pubbliku f'dawn l-oqsma.

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-isforz biex jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġa attività kummerċjali leġittima; jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ globali.

(3)  Fl-isforz biex jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġja lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jintlaħaq l-għan fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien daqslikieku kienu entità waħda, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġja attività kummerċjali leġittima; jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ globali.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a)  Il-kapaċità tal-Istati Membri li jirreaġixxu għall-isfidi ġġenerati mill-mudelli kummerċjali u mill-katini tal-provvista globali li dejjem qegħdin jevolvu, b'mod partikolari biż-żieda f'daqqa tal-kummerċ elettroniku, tiddependi mhux biss fuq il-komponent uman u d-disponibbiltà u l-funzjonament tajjeb ta' tagħmir tal-kontroll doganali modern u affidabbli, iżda wkoll fuq sistemi ta' informazzjoni doganali tal-Unjoni implimentati b'mod sħiħ u sostenibbli. Dawn l-isfidi jenfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali nazzjonali sabiex jiġi żgurat il-ġbir effettiv tad-dazji doganali u s-suq uniku jiġi protett minn frodi, oġġetti illeċiti u theddid estern.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-programm Dwana jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu sempliċità u flessibbiltà akbar fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-programm Dwana jippromwovi u jappoġġja wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali22 ("Strument CCE"). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, jiġifieri dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.

(8)  Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali22 ("Strument CCE"). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, liema att u regoli jkunu dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġja biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli, filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġja l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.

_________________

_________________

22 Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

22 Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.

(10)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll akkademiċi u rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

(12)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw biċċa kbira mill-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat bi programmi ta' ħidma. Fid-dawl tan-natura fuq terminu medju sa twil tal-għanijiet segwiti u abbażi tal-esperjenza miksuba matul iż-żmien, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jkunu kapaċi jkopru diversi snin. Il-bidla mill-programmi ta' ħidma annwali għal dawk pluriennali se tnaqqas il-piż amministrattiv kemm fuq il-Kummissjoni kif ukoll fuq l-Istati Membri.

(14)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat bi programmi ta' ħidma. Fid-dawl tan-natura fuq terminu medju sa twil tal-għanijiet segwiti u abbażi tal-esperjenza miksuba matul iż-żmien, il-programmi ta' ħidma jistgħu jkopru diversi snin iżda mhux aktar minn tliet snin sabiex ikun possibbli li, fejn meħtieġ, isiru adattamenti. Il-bidla mill-programmi ta' ħidma annwali għal dawk pluriennali jaf tnaqqas il-piż amministrattiv kemm fuq il-Kummissjoni kif ukoll fuq l-Istati Membri.

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex ikun hemm tweġiba xierqa għall-bidliet fil-prijoritajiet tal-politika, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi li jkejlu l-kisba tal-għanijiet speċifiċi tal-Programm. Huwa tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(17)  Sabiex ikun hemm tweġiba xierqa għall-bidliet fil-prijoritajiet tal-politika, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi li jkejlu l-kisba tal-għanijiet speċifiċi tal-Programm. Huwa tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali, jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza fi ħdan l-Unjoni u jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali, filwaqt li jiffaċilita attività kummerċjali leġittima.

1.  Sabiex jintlaħaq l-għan fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha jaħdmu flimkien daqslikieku kienu entità waħda, il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġja lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali, jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza fi ħdan l-Unjoni u jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali, filwaqt li jiffaċilita attività kummerċjali leġittima.

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali kif ukoll il-kooperazzjoni doganali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali, li jappoġġja l-kooperazzjoni doganali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp, l-iskjerament, iż-żamma u l-operat fil-waqt tas-sistemi elettroniċi Ewropej, kif ukoll tranżizzjoni bla xkiel għal ambjent u kummerċ mingħajr karti f'konformità mal-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana stabbilit fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament. Ta' osservazzjoni partikolari huwa l-element ta' iffrankar tal-ispejjeż għall-Istati Membri li jirriżulta mill-Programm billi dan jipprovdi infrastruttura u kapaċitajiet li ma għandhomx għalfejn jiġu żviluppati u duplikati mill-baġits nazzjonali għad-dwana.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Il-Programm għandu jappoġġja wkoll l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali bl-għan li jidentifika nuqqasijiet u titjib possibbli.

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta' EUR 842 844 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-irtirar fil-futur qarib tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-implikazzjonijiet u l-ispejjeż tat-tneħħija tar-Renju Unit bħala Stat Membru mis-sistemi elettroniċi doganali kollha eżistenti ffinanzjati minn Dwana 2020 ma jistgħux jiġu stmati b'mod preċiż f'dan il-punt iżda l-Parlament Ewropew jeħtieġ li jinżamm informat ladarba d-data tkun disponibbli.

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.

2.  L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] u/jew li jikkomplementaw jew jappoġġjaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [Programm Kontra l-Frodi] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti;

(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti, bħall-iżvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri;

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a)  attivitajiet ta' monitoraġġ

Emenda    24

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

4.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp, l-iskjerament, iż-żamma u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

Emenda    25

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.

1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, l-akkademiċi u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess.

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess u filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda    27

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-lista tal-esperti esterni għandha tiġi ppubblikata u aġġornata regolarment.

Emenda    28

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat, inkluż it-tfassil, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, is-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12.

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12, inkluż it-tfassil tagħha, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, il-modernizzazzjoni tas-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.

Emenda    29

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.  Il-Programm Dwana jeħtieġlu jkun konsistenti u jisfrutta s-sinerġiji kollha flimkien ma' programmi ta' azzjoni u fondi oħrajn tal-UE b'objettivi simili f'oqsma relatati bħall-Programm Fiscalis, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u l-Programm tas-Suq Uniku, kif ukoll mar-regolamenti u l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Fond għas-Sigurtà Interna u tal-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (Strument għall-Ġestjoni Finanzjarja tat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali u Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża), tal-Programm ta' Appoġġ għal Riforma, tal-Programm Diġitali Ewropew, tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

Emenda    30

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, iċ-ċiberreżiljenza, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

Emenda    31

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e a)  komunikazzjoni effiċjenti u rapida mal-Istati Membri u bejniethom, bl-għan li tiġi simplifikata l-governanza tas-sistemi elettroniċi Ewropej;

Emenda    32

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e b)  komunikazzjoni f'waqtha u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari dwar dewmien fl-implimentazzjoni u l-infiq tal-komponenti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Emenda    33

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;

(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu, bħal pereżempju fi proġett ta' żvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri;

Emenda    34

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom u, fejn ikun applikabbli, dwar dewmien previst fl-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda    35

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 u tippubblika dak ir-rapport.

5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jinkludi informazzjoni dwar l-adattamenti meħtieġa jew dewmien tal-pjan, u tippubblika dak ir-rapport.

Emenda    36

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma pluriennali jista' jkopri perjodu mhux itwal minn tliet snin sabiex jippermetti li, fejn meħtieġ, isiru adattamenti.

Emenda    37

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni u jiġu komunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda    38

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jibni fuq it-tagħlimiet miksuba mill-programmi preċedenti.

Emenda    39

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, huma stabbiliti fl-Anness 2.

1.  F'konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(1)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm. Ir-rapportar dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar kemm il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet.

Emenda    40

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

2.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm.

Emenda    41

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tkun komparabbli u kompluta, kif ukoll tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jeħtiġilha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.

Emenda    42

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-riżultati, l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza, l-utilità u l-valur miżjud tal-UE offruti mill-Programm u dawn għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn l-implimentazzjoni tal-programm fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi.

Emenda    43

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda    44

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm lil hinn mill-2027 u l-għanijiet tiegħu.

Emenda    45

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

Emenda    46

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u t-tagħlimiet meħuda, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    47

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF u tal-UPPE, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Emenda    48

Proposta għal Regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw l-akbar viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda    49

Proposta għal Regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha regolarment timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha bħala parti mill-programmi ta' ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 13. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    50

Proposta għal Regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, taħt ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

1.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm “Dwana” għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana

Referenzi

COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Wolf Klinz

7.9.2018

Eżami fil-kumitat

18.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Jonathan Bullock, Tamás Deutsch, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Wolf Klinz, Bogusław Liberadzki, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Bart Staes, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Caterina Chinnici, Karin Kadenbach, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Wolf Klinz

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

PPE

Richard Ashworth, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Andrey Novakov, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Caterina Chinnici, John Howarth, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Miroslav Poche

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm “Dwana” għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana

Referenzi

COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

CONT

5.7.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Maria Grapini

19.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2018

21.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Anna Hedh, Arndt Kohn, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth, Nosheena Mobarik, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

13.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

PPE

 

S&D

Verts/ALE

Jasenko Selimovic, Matthijs van Miltenburg

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Richard Sulík, Anneleen Van Bossuyt

Marco Zullo

Dennis de Jong

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu

Lucy Anderson, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Maria Grapini, Anna Hedh, John Howarth, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Flavio Zanonato

Pascal Durand, Igor Šoltes

2

-

EFDD

John Stuart Agnew, Robert Jarosław Iwaszkiewicz

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Jannar 2019Avviż legali