Proċedura : 2018/0207(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0468/2018

Testi mressqa :

A8-0468/2018

Dibattiti :

PV 16/01/2019 - 31
CRE 16/01/2019 - 31

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2019 - 10.10
CRE 17/01/2019 - 10.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2019 - 8.15

Testi adottati :

P8_TA(2019)0040
P8_TA(2019)0407

RAPPORT     ***I
PDF 2368kWORD 273k
17.12.2018
PE 628.434v03-00 A8-0468/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

(COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Bodil Valero

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Sylvie Guillaume, Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Sirpa Pietikäinen, Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

(COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0383),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16(2), 19(2), 21(2), 24, 167 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0234/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ... (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ... (2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0468/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li "l-mira tal-Unjoni hija li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(1)  F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Minn dawk il-valuri, id-dinjità tal-bniedem, kif rikonoxxuta mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, hija s-sies primarju tad-drittjiet fundamentali tal-bniedem kollha. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li "l-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u artikolati ulterjorment fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza partikolari tad-dinjità tal-bniedem, billi titqies l-inklużjoni tagħha fl-Artikolu tal-ftuħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027 u r-riżorsi proprji, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza tal-prinċipji orizzontali li jenħtieġ li jirfdu l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-politiki kollha relatati tal-Unjoni, inkluża l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-Unjoni tal-QFP li jmiss, enfasizza li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija essenzjali biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni lejn Ewropa inklużiva u ddeplora n-nuqqas ta' integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impenji għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-Unjoni, kif ippreżentat fil-proposti tal-QFP.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Waqt it-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020, il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ tiegħu għal programmi fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, l-isport, id-demokrazija, iċ-ċittadinanza u s-soċjetà ċivili li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u li jgawdu minn popolarità fit-tul fost il-benefiċjarji, issottolinja li Unjoni aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tingħata l-mezzi finanzjarji biex tagħmel dan, u jirrakkomanda l-istabbiliment ta' Fond Demokratiku Ewropew intern għat-tisħiħ tal-appoġġ tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fl-oqsma tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jrid jiġi ġestit mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jingħata appoġġ kontinwu lill-politiki eżistenti, jenħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni u jenħtieġ li r-responsabbiltajiet addizzjonali jkunu akkumpanjati b'mezzi finanzjarji addizzjonali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

(2)  Dawk id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu kkultivati, protetti u promossi b'mod attiv mill-Unjoni u minn kull Stat Membru fil-politiki tagħhom kollha b'mod konsistenti u jridu jiġu infurzati u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE, peress li kwalunkwe deterjorament fil-protezzjoni ta' dawk id-drittijiet u l-valuri fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti detrimentali fuq l-Unjoni kollha kemm hi. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE jrid jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet u ma spazju li dejjem qed jonqos għas-soċjetà ċivili indipendenti, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar iċ-Ċittadini, id-Drittijiet, l-Ugwaljanza u l-Valuri (il-"Programm") se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri") u se jiġi aġġustat biex jindirizza sfidi ġodda għall-valuri Ewropej.

__________________

__________________

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka, l-ugwaljanza u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, miftuħa, inklużiva u demokratika permezz tal-finanzjament ta' attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti, żviluppata sew, reżiljenti u mogħtija s-setgħa, bl-inklużjoni tal-ħidma favur il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri komuni tagħna, u li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u jrawwmu l-paċi u jikkultivaw id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja, il-memorja u l-wirt komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-istituzzjonijiet iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra billi tistabbilixxi Grupp ta' Djalogu Ċivili. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Djalogu Ċivili jikkontribwixxi għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba u għad-diskussjoni ta' żviluppi ta' politika fl-oqsma u fl-objettivi koperti mill-Programm u minn oqsma relatati. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Djalogu Ċivili jkun magħmul minn organizzazzjonijiet li jkunu ntgħażlu biex jirċievu għotja operattiva jew għotja ta' azzjoni taħt il-Programm u organizzazzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn li jkunu esprimew interess fil-Programm jew li jaħdmu f'dan il-qasam ta' politika, iżda li mhux neċessarjament ikunu appoġġati mill-Programm.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.

(4)  Jenħtieġ li l-Programm jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri minquxa fit-Trattati u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri u billi jiżviluppahom ulterjorment. Dan se jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom u l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni permezz ta' approċċi mfassla apposta u mmirati, inkluża l-promozzjoni tat-tipi kollha ta' ugwaljanza u ugwaljanza bejn il-ġeneri fihom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u l-promozzjoni tagħhom huma fundamentali biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni. Ir-rispett lejn l-istat tad-dritt fi ħdan l-Unjoni huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għar-rispett tad-drittijiet u l-obbligi kollha minquxa fit-Trattati. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol essenzjali fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u fis-sistemi ġuridiċi tagħhom. Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jippromwovi u jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  L-istat tad-dritt, minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE, bħala wieħed mill-valuri tal-Unjoni, jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li jimplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralist għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, fosthom tad-drittijiet fundamentali; u s-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li jiġu esplorati u enfasizzati aħjar is-sinerġiji bejn il-Programm u l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni demokratika u sabiex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom marbuta maċ-ċittadinanza Ewropea, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati, immirati lejn distribuzzjoni ġeografika bilanċjata. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali fl-oqsma koperti mill-Programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni kif ukoll fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u lingwistika, ir-rikonċiljazzjoni, l-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza fl-Unjoni u ċittadinanza komuni b'identità Ewropea, fuq il-bażi ta' fehim reċiproku tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Pluraliżmu li qed jiżdied u x-xejriet tal-migrazzjoni globali jgħollu l-importanza tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż fis-soċjetajiet tagħna. Jenħtieġ li, permezz tal-Programm, jingħata appoġġ sħiħ lid-djalogu interkulturali u interreliġjuż bħala parti mill-armonija soċjali fl-Ewropa u element ewlieni sabiex tingħata spinta lill-inklużjoni u lill-koeżjoni soċjali. Filwaqt li d-djalogu interreliġjuż jista' jgħin biex jenfasizza l-kontribut pożittiv tar-reliġjon għall-koeżjoni soċjali, l-illitteriżmu reliġjuż joħloq ir-riskju li jwitti t-triq għall-użu ħażin tas-sentimenti reliġjużi fost il-popolazzjoni. Il-Programm jenħtieġ li għalhekk jappoġġa proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw il-litteriżmu reliġjuż, filwaqt li jrawwmu djalogu interreliġjuż u komprensjoni reċiproka.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u l-ħsieb kritiku u kreattiv dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ, isiru konxji mill-istorja komuni tagħhom bħala l-pedament għal ġejjieni komuni. Ir-rilevanza tal-aspetti storiċi, soċjali, kulturali u interkulturali kif ukoll tat-tolleranza u tad-djalogu jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll bil-għan li tippromwovi bażi komuni msejsa fuq valuri kondiviżi u fuq is-solidarjetà, id-diversità u l-paċi, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

(7)  Iċ-ċittadini tal-Unjoni mhumiex konxji biżżejjed mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, inkluż id-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali jew id-dritt li jirċievu protezzjoni konsulari minn ambaxxati ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li ċ-ċittadini jsiru aktar konxji minn dawn id-drittijiet, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun imsaħħa fil-livelli kollha biex tippromwovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-memorja ta' delitti mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa jissottolinjaw l-importanza li l-memorji tal-passat jinżammu ħajjin bħala mezz biex nibnu futur komuni u jenfasizzaw il-valur tar-rwol tal-Unjoni fil-faċilitazzjoni, il-kondiviżjoni u l-promozzjoni tal-memorja kollettiva ta' dawn id-delitti bil-ħsieb li terġa' tingħata l-ħajja lil identità Ewropea konġunta, pluralista u demokratika.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

(8)  L-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament jagħti lill-Unjoni l-kompitu li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. Madankollu l-progress ġenerali fl-ugwaljanza bejn is-sessi huwa bil-mod ħafna, meta mqabbel mal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017, ippubblikat mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Spiss id-diskriminazzjoni intersezzjonali siekta u moħbija u t-trattament inugwali tan-nisa u l-bniet, kif ukoll diversi forom ta' vjolenza kontra n-nisa, jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakoli politiċi, strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni billi tiġi appoġġata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi ta' nondiskriminazzjoni u billi jiġu attivament indirizzati l-istereotipi u tiġi indirizzata wkoll id-diskriminazzjoni siekta, hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha hemm fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. It-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza, b'mod partikolari f'relazzjonijiet mill-qrib. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn danni u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm.

(9)  Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, ir-rifuġjati u l-migranti u kontra membri ta' gruppi ta' minoranza differenti, bħall-membri ta' gruppi ta' minoranza etnika u l-persuni LGBTQI, tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha tippersisti fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. Il-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess tirrikjedi approċċ multidimensjonali li jkopri d-drittijiet legali, edukattivi, tas-saħħa, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi, aspetti ekonomiċi u aspetti oħra tas-soċjetà bħall-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, l-għoti ta' pariri u assistenza u proġetti li jfittxu li jiksbu l-għan ta' soċjetà aktar ugwali bejn is-sessi. Hemm bżonn li jiġu indirizzati b'mod attiv l-istereotipi u n-normi dannużi minn età bikrija, kif ukoll il-forom kollha ta' diskors ta' mibegħda u vjolenza online. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn ħsara u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) tiddefinixxi l-"vjolenza fuq in-nisa" bħala "kull att ta' vjolenza bbażata fuq is-sess li jirriżulta, jew x'aktarx li jirriżulta, fi ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika lin-nisa, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, ġegħil jew deprivazzjoni arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan isir fil-ħajja pubblika u kemm jekk fil-ħajja privata". Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni u l-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm. Il-prevenzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi jenħtieġ li jitfasslu bil-parteċipazzjoni tal-grupp fil-mira u jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawk b'diversi vulnerabbiltajiet.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  In-nisa mingħajr dokumenti huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza u għall-abbuż sesswali u ma għandhomx aċċess għall-appoġġ. Huwa kruċjali li jiġi implimentat approċċ iffukat fuq il-vittma u li jiġu offruti servizzi ta' appoġġ adegwati lin-nisa kollha madwar l-Unjoni, irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom. Il-ħtieġa għal perspettiva sensittiva għall-ġeneru fil-proċessi tal-asil hija importanti ħafna għall-ħidma intersezzjonali u tista' tikkontribwixxi għal ugwaljanza akbar bejn is-sessi.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) u kemm f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħaċ-ċiberbulliżmu. Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

(10)  Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) kif ukoll f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, l-istalking u l-prattiki tradizzjonali dannużi bħall-MĠF, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħall-bullying ċibernetiku u l-fastidju ċibernetiku. Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha b'allokazzjoni baġitarja indipendenti għal Daphne u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll imnaqqxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevenu u jikkumbattu d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u forom oħra ta' intolleranza. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bulliżmu, il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza kemm lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-202010 " u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri11.

(11)  In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni diretta, indiretta u strutturali, u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevjenu u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-afrofobija, l-antisemitiżmu, l-antiżingariżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani, l-omofobija u forom oħra ta' intolleranza, kemm online kif ukoll offline, kontra persuni li jappartjenu għall-minoranzi, filwaqt li jitqiesu d-diversi livelli ta' diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bullying, il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza reċiprokament lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-202010 " u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri11.

__________________

__________________

10 COM(2011)173.

10 COM(2011)173.

11 ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

11 ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.

(12)  L-ostakoli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà, li jinkludu dawk li għandhom indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul, jiffaċċjaw ostakoli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD, li l-implimentazzjoni tagħhom hija obbligatorja, saru parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jiffinanzja u li jagħti attenzjoni speċjali lill-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni b'diżabbiltà biex jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà u jgawdu d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini ndaqs.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ta' dak li jkun, għad-domiċilju u għall-komunikazzjonijiet (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u komprensjoni tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.

(13)  Id-dritt li kull persuna għandha għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta' darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u fehim tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-protezzjoni tad-data skont l-istandards tal-Unjoni, u twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra, minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.

__________________

__________________

12 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

12 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

13 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89-131.

13 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89-131.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni hija minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-aċċess liberu għall-informazzjoni, l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-qafas tal-midja u l-użu responsabbli u sikur tan-netwerks ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni huma direttament marbuta mal-iżvilupp ħieles tal-opinjoni pubblika u huma essenzjali għall-garanzija ta' demokrazija funzjonali. Huwa meħtieġ li l-pubbliku jakkwista l-ħiliet tal-litteriżmu medjatiku li huma meħtieġa għall-ħsieb kritiku u għad-dixxerniment u għall-kapaċità li janalizza realtajiet kumplessi, jirrikonoxxi d-differenzi bejn l-opinjonijiet u l-fatti u jirreżisti kwalunkwe forma ta' inċitament għall-mibegħda. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Unjoni tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-età tagħhom, permezz tat-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni, l-istudji u attivitajiet rilevanti oħra.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]14. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

(14)  L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija l-ewwel strument supranazzjonali ta' demokrazija parteċipattiva, li joħloq rabta diretta bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Artikolu 24 tat-TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet li huma rekwiżiti għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej u jinkoraġġixxu lill-oħrajn jappoġġawhom.

_________________

_________________

14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.

(15)  B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni u jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-użu tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri meta jkun meħtieġ matul il-proċess baġitarju tal-Unjoni. L-implimentazzjoni xierqa tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tirrikjedi bbaġitjar skont il-ġeneru fil-linji baġitarji rilevanti kollha u l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati u tat-trasparenza fil-linji baġitarji ddedikati għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru. Il-proġetti individwali u l-Programm bħala tali jenħtieġ li jiġu riveduti fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament biex jiġi determinat sa liema livell qdew lill-prinċipji msemmijin hawn fuq.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħall-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilixxew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħal-lingwa, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma ta' dawk il-korpi tal-ugwaljanza rilevanti kollha tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza, li tkopri l-mandat, l-indipendenza, l-effikaċja u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-korpi ta' ugwaljanza. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

17 Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

18 Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà u jiġu pprovduti gwida imparzjali u informazzjoni prattika fir-rigward tal-Programm, jenħtieġ li fl-Istati Membri jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt bil-ħsieb li jipprovdu assistenza kemm lill-benefiċjarji kif ukoll lill-applikanti. Il-punti ta' kuntatt tal-programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti, mingħajr subordinazzjoni jew interferenza diretta fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa possibbli għall-punti ta' kuntatt tal-programm li jiġu ġestiti mill-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew minn konsorzji tagħhom. Il-punti ta' kuntatt tal-programm ma jrid ikollhom l-ebda responsabbiltà rigward l-għażla tal-proġetti;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018, żieda fil-finanzjament u appoġġ finanzjarju adegwat huma essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu, inkluż permezz ta' finanzjament ewlieni xieraq u opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati, regoli u proċeduri finanzjarji simplifikati, il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jippromwovu, jissalvagwardjaw u jissensibilizzaw dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm.

(19)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiggwida b'mod attiv lill-parteċipanti ta' dan il-Programm biex jużaw ir-rapporti u r-riżorsi ġġenerati minn dawn il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, bħall-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-għodod għall-valutazzjoni tal-ġeneru żviluppati mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiggarantixxi r-rieżami regolari u indaqs tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-attivazzjoni tal-miżuri relatati ma' nuqqasijiet ġenerali tal-valuri tal-Unjoni fl-Istati Membri.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

(20)  Rigward l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza u d-drittijiet tal-ġeneri, il-promozzjoni tal-impenn u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali kif ukoll tal-ġlieda kontra l-vjolenza, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, inkluż fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali, bil-għan li jippromwovi u jissalvagwardja l-valuri stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex konsistenza, sinerġiji u komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Istati Membri u ma' programmi oħra ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib mal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, inkluż mal-programm Ewropa Kreattiva u Erasmus+, kif ukoll ma' politiki rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Skont l-Artikolu 9 tat-TFUE, jenħtieġ li jiġu promossi livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant, l-azzjonijiet fl-ambitu tal-programm jenħtieġ li jippromovu sinerġiji bejn il-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li ssir b'mod li jiżgura massimu ta' sinerġiji u komplementarjetajiet kemm bejn il-linji differenti tiegħu kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji kemm mal-Erasmus kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus sabiex jiġi żgurat li dawn il-fondi jikkontribwixxu b'mod konġunt għal edukazzjoni ta' kwalità u l-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)   Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22b)   Jenħtieġ li t-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-programm, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi. B'mod partikolari, regoli dwar il-possibbiltà li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, ikunu finanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet f'kaskata (appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi) u dispożizzjonijiet li jiżguraw proċeduri rapidi u flessibbli għall-konċessjoni tal-għotjiet, bħall-proċedura ta' applikazzjoni b'żewġ stadji, applikazzjonijiet u proċeduri ta' rapportar faċli għall-utent, jenħtieġ li jkunu operazzjonalizzati u msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, id-daqs u l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità u għotjiet f'kaskata, kif ukoll kriterji ta' kofinanzjament li jqisu x-xogħol volontarju u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' kofinanzjament jiġu aċċettati in natura u jistgħu jiġu rinunzjati f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(25)  Rigward l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-ġeneri, l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali u l-ġlieda kontra l-vjolenza, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a)   Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li tgħammar lill-Unjoni sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ tikkomplementa l-programm tad-Drittijiet u l-Valuri, li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jiffinanzja politiki f'konformità mad-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej li huma bbażati fuq il-ħajja u l-parteċipazzjoni tan-nies.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE25], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(27)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE25], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tal-PTEE jridu jitqiesu waqt l-implimentazzjoni tal-programm u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-programm se tkun immonitorjata u evalwata regolarment.

__________________

__________________

25 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

(28)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 (2017/2052(INI)) talbet mira ta' 30 % min-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġja l-ksib tal-objettivi klimatiċi malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mill-2027.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

(29)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. F'dan il-kuntest, eżempji ta' applikanti u benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rapportar, jistgħu jinftiehmu bħala organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet pubbliċi lokali, sħab soċjali, eċċ. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

Emendat    43

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' indikaturi kif indikat fl-Artikolu 14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(30)  Sabiex jiġi supplimentat dan ir-Regolament bil-għan li jitwettaq il-Programm u tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tiegħu lejn il-ksib tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 13 u l-indikaturi kif indikat fl-Artikoli 14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati u din il-premessa jeħtieġ li tiġi adattata skont dan. Għandha wkoll tiġi allinjata mal-kliem tad-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 16.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

__________________

26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa għandha titħassar peress li l-proposta m'għandhiex tinkludi referenzi għal atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri ("il-Programm").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri ("il-Programm").

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Jistabbilixxi l-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali kif imnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, b'mod partikolari billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tinbena l-kapaċità tagħhom fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, iżda speċjalment fil-livell lokali, u billi titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ċivika u demokraika, sabiex is-soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, indaqs u inklużivi jiġu sostnuti u żviluppati ulterjorment.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali (linja tal-valuri tal-Unjoni);

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet),

(a)  għall-promozzjoni tal-ugwaljanza, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet, in-non-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri (il-linja għall-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi),

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(b)  għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini – b'mod partikolari taż-żgħażagħ – dwar l-importanza tal-Unjoni bis-saħħa ta' attivitajiet maħsuba biex iżommu ħajja l-memorja tal-avvenimenti storiċi li wasslu għall-ħolqien tagħha, u għall-promozzjoni tad-demokrazija, tal-libertà ta' espressjoni, tal-pluraliżmu, tal-involviment ċiviku, kif ukoll ta' laqgħat taċ-ċittadini u tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għaċ-Ċittadinanza attiva);

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għall-ġlieda tal-vjolenza (il-linja Daphne).

(c)  għall-ġlieda kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru (il-linja Daphne).

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2a

Il-linja għall-valuri tal-Unjoni

Fi ħdan l-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fi ħdan l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2(2)(-a), il-Programm għandu jiffoka fuq:

(a)  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluż billi jiġu appoġġati attivitajiet mis-soċjetà ċivili li jippromwovu l-indipendenza tal-ġudikatura u protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; l-għoti ta' appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jwettqu monitoraġġ tal-konformità mal-istat tad-dritt, għad-difiża tal-informaturi u għal inizjattivi li jippromwovu l-kultura kondiviża tat-trasparenza, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(b)  il-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll il-protezzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet u l-valuri minquxa fit-Trattati billi jingħata appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili li jippromwovu u jrawmu dawn id-drittijiet u l-valuri fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, biex b'hekk jinħoloq ambjent li jippermetti djalogu demokratiku u jsaħħaħ il-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika jew ta' assoċjazzjoni, il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja, kif ukoll il-libertà akkademika.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet

Il-linja għall-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt  (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza;

(a)  il-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali, soċjali jew etnika, kulur tal-ġilda, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe raġuni oħra u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza kemm online kif ukoll offline;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  l-appoġġ ta' politiki u programmi komprensivi li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini

Linja għaċ-Ċittadinanza attiva

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jsegwi l-objettivi li ġejjin:

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

(a)  l-għoti ta' appoġġ lil proġetti mressqa minn ċittadini, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, maħsuba biex iħeġġu lin-nies biex mhux biss jiftakru fl-avvenimenti li ppreċedew it-twaqqif tal-Unjoni, illi jiffurmaw il-qofol tal-memorja storika tagħha, iżda wkoll jitgħallmu aktar dwar l-istorja, il-kultura u l-valuri komuni tagħhom, u jiksbu sens tar-rikkezza tal-wirt kulturali komuni tagħhom u tad-diversità kulturali u lingwistika, li jikkostitwixxu l-pedament għal futur komuni; it-trawwim tal-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni u dwar l-oriġini, ir-raison d'être u l-kisbiet tagħha, u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-isfidi preżenti u futuri tagħha u dwar l-importanza tal-komprensjoni reċiproka u tat-tolleranza, li jinsabu proprju fil-qalba tal-proġett Ewropew;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  il-promozzjoni u l-appoġġ tal-iskambju ta' prattiki tajbin tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, kemm fil-kamp ta' applikazzjoni tal-edukazzjoni formali kif ukoll f'dak tal-edukazzjoni mhux formali;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni;

(b)  il-promozzjoni tad-djalogu pubbliku permezz ta' ġemellaġġi bejn il-bliet, permezz ta' laqgħat taċ-ċittadini, b'mod partikolari taż-żgħażagħ, u permezz ta' kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet, il-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' pajjiżi differenti, sabiex tingħatalhom esperjenza prattika diretta tar-rikkezza tad-diversità u l-wirt kulturali fl-Unjoni u sabiex jiżdied l-impenn taċ-ċittadini fis-soċjetà;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-inkoraġġiment u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ċivika fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, nazzjonali u transnazzjonali; il-ħolqien tal-possibbiltà li ċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet jippromwovu d-djalogu interkulturali u jwettqu dibattiti pubbliċi xierqa dwar l-oqsma kollha ta' azzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għat-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni; l-għoti ta' appoġġ lil inizjattivi konġunti organizzati, kemm fil-forma ta' assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini kif ukoll fil-forma ta' netwerks ta' entitajiet ġuridiċi, bil-għan li l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi preċedenti jiġu implimentati b'mod aktar effettiv;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa bbażata fuq is-sess u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) fil-livelli kollha; u

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju;

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju, bħall-persuni LGBTQI, il-persuni b'diżabbiltà, il-minoranzi, l-anzjani, il-migranti u r-rifuġjati;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza.

(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza, inkluż billi jiġu appoġġati l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiffaċilitaw u jiżguraw l-aċċess għall-ġustizzja, għas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi u għar-rappurtar sikur tal-pulizija għall-vittmi kollha ta' vjolenza, u l-appoġġ u l-iżgurar tal-istess livell ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha għall-vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR [641 705 000] fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR [1 627 000 000] fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 834 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

Ġustifikazzjoni

F'konformità mad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta' Settembru 2018, din l-emenda tirrifletti ċ-ċifri inklużi fir-rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 li ġie adottat mill-plenarja fl-14 ta' Novembru 2018.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  EUR [754 062 000 fi prezzijiet tal-2018] [EUR 850 000 000 fi prezzijiet attwali] (jiġifieri 46.34 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (-a) tal-Artikolu 2(2);

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR [408 705 000] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u 2(2)(c);

(a)  EUR [429 372 000 fi prezzijiet tal-2018] [EUR 484 000 000] (jiġifieri 26.39 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (a) u (c) tal-Artikolu 2(2);

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR [233.000.000] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

(b)  EUR [443 566 000 fi prezzijiet tal-2018] [EUR 500 000 000 fi prezzijiet attwali] (jiġifieri 27.26 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2);

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha talloka mill-inqas 50 % tal-ammonti msemmija fil-punti (-a) u (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-appoġġ ta' attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li mill-inqas 65 % minnhom għandhom jiġu allokati lill-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-persentaġġi allokati fil-pakkett finanzjarju, kif stabbiliti fl-Anness I(-a) b'iżjed minn ħames punti perċentwali. Jekk ikun meħtieġ li jinqabeż dak il-limitu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Anness I(-a) billi timmodifika l-persentaġġi allokati b'bejn ħames u għaxar punti perċentwali tal-fondi tal-Programm.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(c). Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

5.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom jew tal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Fejn possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Mekkaniżmu ta' Appoġġ tal-Valuri

1.  F'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm deterjorament serju u rapidu fi Stat Membru fir-rigward tal-konformità mal-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u jkun hemm riskju li dawk il-valuri ma jkunux protetti u promossi b'mod suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tiftaħ sejħa għal proposti fil-forma ta' proċedura rapida għall-applikazzjonijiet ta' għotjiet għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat, appoġġat u msaħħaħ id-djalogu demokratiku fl-Istat Membru inkwistjoni u li tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' konformità mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE.

2.  Il-Kummissjoni għandha talloka sa 5 % tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 6(2)(-a) lill-mekkaniżmu ta' appoġġ tal-valuri msemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. Fi tmiem kull sena baġitarja, il-Kummissjoni għandha tittrasferixxi kwalunkwe fondi mhux impenjati fl-ambitu ta' dan il-mekkaniżmu biex tappoġġa azzjonijiet oħra li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Programm.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tattiva l-mekkaniżmu ta' appoġġ tal-valuri msemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. L-attivazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tkun ibbażata fuq monitoraġġ u evalwazzjoni komprensivi, regolari u bbażati fuq l-evidenza tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali.

4.  Riżorsi allokati lil Stat Membru taħt ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Programm fil-każijiet li ġejjin:

(a)  meta l-Kummissjoni tattiva l-Qafas tal-Istat tad-Dritt tal-UE;

(b)  meta terz tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jressqu proposta motivata lill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 7(1) tat-TUE biex jiddeterminaw li hemm riskju ċar ta' ksur serju mill-Istat Membru kkonċernat tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;

(c)  meta terz tal-Istati Membri jew il-Kummissjoni jissottomettu proposta motivata lill-Kunsill Ewropew f'konformità mal-Artikolu 7(2) tat-TUE biex jiddeterminaw l-eżistenza ta' ksur serju u persistenti minn dak l-Istat Membru tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE.

5.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta lill-Kunsill biex tittrasferixxi r-riżorsi kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Proposta mill-Kummissjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jirrifjuta tali proposta b'maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

6.  Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bl-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu. B'mod partikolari, meta waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 tiġi ssodisfata għal Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Parlament Ewropew u, fil-każijiet elenkati fil-paragrafu 4, tipprovdi dettalji tal-Fondi u tal-programmi li jistgħu jkunu soġġetti għal trasferiment ta' riżorsi. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija f'punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, l-ewwel u qabel kollox permezz ta' għotjiet ta' azzjoni kif ukoll għotjiet operattivi annwali u pluriennali. Dak il-finanzjament għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura ġestjoni finanzjarja soda, użu prudenti mill-fondi pubbliċi, livelli iktar baxxi ta' piż amministrattiv għall-operatur tal-Programm u għall-benefiċjarji kif ukoll aċċessibbiltà tal-fondi tal-Programm għal benefiċjarji potenzjali. Jistgħu jintużaw somom f'daqqa, kostijiet unitarji, rati fissi u għotjiet kaskata (appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi). Il-kofinanzjament għandu jiġi aċċettat in natura u jista' jiġi rrinunzjat f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

1.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv ġenerali jew speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 9a (għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'konformità mal-Artikolu 11(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi "Grupp ta' Djalogu Ċivili" li għandu jkollu l-għan li jiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn sabiex jiġu skambjati esperjenzi u prattiki tajba u sabiex jiġu diskussi żviluppi ta' politika fi ħdan l-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm u l-oqsma relatati.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament

L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 2 se jitwettqu b'mod partikolari, iżda mhux esklussivament, permezz tal-appoġġ tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)   is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni pubblika, il-promozzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki, il-prinċipji u d-drittijiet fl-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm;

(b)   it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

(c)   attivitajiet analitiċi ta' monitoraġġ, rapportar u promozzjoni biex jittejjeb il-fehim tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex jittejbu t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-dritt, il-politiki u l-valuri komuni tal-Unjoni fi ħdan l-Istati Membri, tali attivitajiet għandhom jinkludu pereżempju l-ġbir ta' data u statistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;

(d)   it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm u t-tisħiħ tal-indipendenza u tal-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jaħdmu favur il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm, inkluż b'tilwim strateġiku;

(e)   il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni u l-fehim pubbliċi tar-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza u s-sigurtà diġitali;

(f)   it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-valuri ewlenin Ewropej u l-impenn tagħhom favur il-ġustizzja, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-demokrazija kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li ġejjin miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, bħad-dritt li wieħed jivvjaġġa, jaħdem, jistudja u jgħix fi Stat Membru ieħor, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u l-promozzjoni ta' fehim reċiproku, djalogu interkulturali u rispett għad-diversità fi ħdan l-Unjoni;

(g)   it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ, tal-kultura Ewropea, il-wirt kulturali, l-identità, l-istorja u t-tifkira, u t-tisħiħ tas-sens tagħhom ta' appartenenza fl-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi li jirriflettu dwar il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa u li jikkommemoraw il-vittmi ta' dawk l-atti kriminali, l-inġustizzji mwettqa u attivitajiet li jikkonċernaw mumenti importanti oħra fl-istorja Ewropea reċenti;

(h)   il-ġabra flimkien ta' ċittadini ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ u fi proġetti fuq skala żgħira u fi proġetti tas-soċjetà ċivili, biex b'hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet għal approċċ minn isfel għal fuq aktar b'saħħtu;

(i)   il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni attiva u inklużiva, b'attenzjoni partikolari għall-gruppi emarġinati tas-soċjetà, fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet u l-valuri permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm fil-livelli kollha, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp, is-sensibilizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, l-għanijiet ta' politika, il-valuri u l-istrateġiji;

(j)   l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(k)   it-tisħiħ tal-għarfien tal-Programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, fosthom billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' kuntatt indipendenti dwar il-programm;

(l) it-tisħiħ tal-kapaċità u l-indipendenza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-azzjonijiet ta' appoġġ fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali;

(m)   l-appoġġ għad-difiża tal-informaturi, fosthom inizjattivi u miżuri biex jiġu stabbiliti kanali sikuri għar-rapportar fi ħdan organizzazzjonijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi jew korpi rilevanti oħra, kif ukoll miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi kontra t-tkeċċija, dimozzjoni jew forom oħra ta' ritaljazzjoni, inkluż permezz ta' informazzjoni u taħriġ għall-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(n)   l-appoġġ ta' inizjattivi u miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir u għall-bini tal-kapaċità għall-isfidi ġodda, bħal mezzi ġodda tax-xandir u ħidma kontra d-diskors ta' mibegħda kif ukoll miżinformazzjoni mmirata permezz tas-sensibilizzazzjoni, it-taħriġ, l-istudji u l-attivitajiet ta' monitoraġġ;

(o)   l-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-integrità, it-trasparenza u l-obbligu ta' responsabbiltà tal-amministrazzjoni pubblika u l-awtoritajiet pubbliċi, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(p)   l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet li jgħinu, jagħtu kenn u jipproteġu lill-vittmi ta' vjolenza u lill-persuni mhedda, inklużi lix-xelters tan-nisa.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jinkludu għotjiet għal azzjonijiet, għotjiet operattivi pluriennali u għotjiet f'kaskata.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.

2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet, u l-għoti ta' provvista doppja ta' fondi jiġi evitat billi jiġu indikati b'mod ċar is-sorsi ta' finanzjament għal kull kategorija ta' nefqa, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

–  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut ma' Stat Membru;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

—  għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 2(2), pajjiż terz assoċjat mal-Programm bi qbil mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Din il-formulazzjoni tfittex li teskludi pajjiżi terzi milli jipparteċipaw fil-finanzjament għal objettivi relatati mal-linji l-ġdida tal-valuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 2(2)(-a) ġdida.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

(b)  kwalunkwe entità ġuridika mingħajr skop ta' qligħ maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.

3.  Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET), skont l-Artikolu 6(2)(a) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu, dment li tkun tlestiet valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru tal-programm ta' ħidma tagħhom.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Programm ta' ħidma

Programm ta' ħidma u prijoritajiet pluriennali

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Il-Programm għandu jitwettaq permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandha tapplika l-prinċipju tas-sħubija meta tiddeċiedi l-prijoritajiet tagħha taħt il-Programm u tipprevedi involviment komprensiv tal-partijiet ikkonċernati fl-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dan il-Programm u l-programmi ta' ħidma tiegħu skont l-Artikolu 15a.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-programm ta' ħidma xieraq.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati. Din l-emenda tipproponi d-diċitura xierqa.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinġabru, meta applikabbli, diżaggregati skont is-sess. Il-lista ta' indikaturi hija stabbilita fl-Anness II.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati u tal-inqas piż fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri. Sabiex tiffaċilita l-issodisfar tar-rekwiżiti ta' rapportar, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati faċli għall-utenti u tipprovdi orjentazzjoni u programmi ta' appoġġ immirati partikolarment lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jaf mhux dejjem ikollhom il-kompetenza u r-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu sensittivi għall-ġeneru, jipprovdu ċifri diżaggregati skont il-ġeneru, jinkludu kapitlu speċifiku għal kull linja u jqisu l-għadd ta' persuni milħuqa, il-feedback tagħhom u l-kopertura ġeografika tagħhom u jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini).

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni interim għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini). L-evalwazzjoni interim għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru biex tivvaluta l-punt sa fejn il-miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-Programm qed jintlaħqu, biex jiġi żgurat li l-ebda komponent tal-Programm mhu qed ikollu impatti negattivi mhux intenzjonati fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jiġu identifikati rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu żviluppati sejħiet għal proposti futuri u deċiżjonijiet ta' għotjiet operattivi sabiex jiġu promossi b'mod attiv kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura li jkun hemm diċitura aktar konsistenti fl-istess paragrafu.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evalwazzjoni pubblika u faċilment aċċessibbli billi tippubblikaha fuq is-sit web tagħha.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13 u 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati. Din l-emenda tipproponi d-diċitura xierqa.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati. Din l-emenda tipproponi d-diċitura xierqa.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri. Meta tħejji u tfassal atti delegati l-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja u f'waqtha tad-dokumenti kollha inklużi l-abbozzi tal-atti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li jintbagħtu lill-esperti tal-Istati Membri. Fejn iqisu l-ħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu t-tnejn jibgħatu esperti għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati li għalihom ikunu mistiedna l-esperti tal-Istati Membri. Għal dak il-għan il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu l-ippjanar għax-xhur ta' wara u l-inviti għal-laqgħat kollha tal-esperti.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, iċ-ċittadini u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz ta' test ta' att delegat matul perjodu ta' erba' ġimgħat. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz tat-test, abbażi tal-esperjenza tal-NGOs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 13 u 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati. Din l-emenda tipproponi d-diċitura xierqa.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom), billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata, u f'forma li hija aċċessibbli wkoll għal persuni b'diżabbiltajiet, lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku, u, meta xieraq, lil benefiċjarji ta' azzjonijiet iffinanzjati b'dan il-mod u parteċipanti fihom, biex b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18a

Programm ta' Punti ta' Kuntatt

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt indipendenti tal-Programm, b'persunal ikkwalifikat li jingħata l-kompitu, b'mod partikolari, li jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati u lill-benefiċjarji tal-Programm bi gwida, informazzjoni prattika u għajnuna, fir-rigward tal-aspetti kollha tal-Programm, inkluż fir-rigward tal-proċedura ta' applikazzjoni.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

imħassar

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Il-kumitat jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta l-linji individwali tal-Programm.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu jeħtieġ li jitħassar peress li l-proposta ma għandha tinkludi l-ebda referenza għal atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Anness -I (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness -I

Il-fondi tal-Programm disponibbli msemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a) finanzjament tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2);

- tal-anqas 15 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku skont il-punt (aa) tal-Artikolu 3;

- tal-inqas 40 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi skont il-punt (-a) tal-Artikolu 5; u

- tal-inqas 45 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5;

(b) Fi ħdan l-ammonti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(2):

- 15 % għall-attivitajiet ta' kommemorazzjoni;

- 65 % għall-parteċipazzjoni demokratika;

- 10 % għall-attivitajiet promozzjonali; u

- 10 % għall-amministrazzjoni.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

imħassar

L-attivitajiet tal-Programm

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)   is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(b)   it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

(c)   attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

(d)   it-taħriġ tal-partijiet interessati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;

(e)   l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

(f)   it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

(g)   il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;

(h)   it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(i)   l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(j)   l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

(k)   it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni dwar il-programm u netwerk nazzjonali ta' kuntatt.

1  Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi tar-riżultati maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Fejn ikun possibbli, l-indikaturi għandhom jitqassmu skont l-età, is-sess u kwalunkwe data oħra li tista' tinġabar, bħal pereżempju l-etniċità, id-diżabbiltà, l-identità tal-ġeneru. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Emenda    107

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:

L-għadd ta' nies, diżaggregati skont is-sess u l-età, li ntlaħqu minn:

(i) attivitajiet ta' taħriġ;

(i) attivitajiet ta' taħriġ;

(ii) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(ii) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(iii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.

(iii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll l-indikaturi tal-output li ġejjin darba fis-sena:

Emenda    109

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1b (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għadd ta' applikazzjonijiet u attivitajiet iffinanzjati għal kull lista fl-Artikolu 9(1) u għal kull linja

Emenda    110

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livell tal-finanzjamenti mitlub mill-applikanti u mogħtija skont il-lista tal-Artikolu 9(1) u għal kull linja

Emenda    111

Proposta għal regolament

Anness II – tabella – ringiela 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-memorja u l-wirt Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm

L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-kommemorazzjoni, il-wirt u d-djalogu ċivili Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm

Emenda    112

Proposta għal regolament

Anness II – tabella – ringiela 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-distribuzzjoni ġeografika tal-proġetti

(1)

  ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

  ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Fit-30 ta' Mejju, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jlaqqa' flimkien il-programmi 2014-2020 "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza" u "L-Ewropa għaċ-Ċittadini". Il-proposta għandha l-għan li tipproteġi u tippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż billi tappoġġja lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex issostni soċjetajiet miftuħa, demokratiċi, imsejsa fuq id-drittijiet, ugwali u inklużivi. Filwaqt li r-rapporteur tilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżgura l-kontinwazzjoni tal-programmi eżistenti minħabba li jiżvolġu rwol ewlieni fil-promozzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet u l-valuri tal-UE, il-proposta ma tindirizzax uħud mill-isfidi għall-valuri u d-drittijiet komuni Ewropej li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi Strument Ewropew tal-Valuri bħala parti mill-QFP 2021-2027, imfassal biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għas-soċjetà lis-soċjetà ċivili fil-livell lokali u nazzjonali biex tiġi miġġielda l-mewġa kontra d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE. L-istrument ikun komplementari għal programmi diġà eżistenti u għandu livell ta' finanzjament li jikkorrispondi għall-infiq tal-UE fuq il-promozzjoni tal-valuri f'pajjiżi terzi.

B'dan l-isfond, ir-rapporteur tipproponi diversi bidliet fl-abbozz ta' rapport tagħha sabiex tirrifletti dan it-tħassib u tagħmel il-Programm aktar effettiv fil-perspettiva tal-protezzjoni u l-promozzjoni ta' dawn il-valuri fi ħdan l-Unjoni.

Kamp ta' applikazzjoni

Sabiex l-objettivi tal-programm jiġu allinjati mal-valuri kondiviżi stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, ir-rapporteur tipproponi li l-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta jiġi estiż billi ssir referenza speċifika għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE fl-objettiv ġenerali tal-Programm. Fi żminijiet meta d-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Ewropa qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi, ir-rapporteur tqis li teżisti ħtieġa urġenti li dan l-istrument ikun iffinanzjat b'mod adegwat u aċċessibbli faċilment biex jappoġġja ċ-ċittadini involuti fil-promozzjoni ta' dawn il-valuri Ewropej l-aktar fil-periklu. Ir-rispett lejn l-istat tad-dritt fl-Unjoni huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għar-rispett tad-drittijiet u l-obbligi kollha li jiriżultaw mit-Trattati. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u fis-sistemi ġuridiċi tagħhom.

Għaldaqstant, ir-rapporteur tissuġġerixxi li jiżdied objettiv speċifiku ġdid (il-linja tal-valuri tal-Unjoni) li tirreferi għad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt li se tiffinanzja azzjonijiet korrispondenti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

Fil-qafas ta' dan l-objettiv speċifiku ġdid, ir-rapporteur tqis li l-programm għandu jiffoka fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, fosthom l-iżgurar tal-indipendenza tal-ġudikatura, protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, fosthom tad-drittijiet tal-bniedem, it-trasparenza u nonarbitrarjetà min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u l-infurzar tal-liġi, l-għoti ta' appoġġ lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li jwettqu monitoraġġ tal-konformità mal-istat tad-dritt, id-difiża tal-informaturi u inizjattivi ta' appoġġ li jippromwovu t-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont, l-integrità u l-assenza ta' korruzzjoni.

Peress li r-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali jirrappreżentaw il-bażi ta' soċjetà demokratika, ir-rapporteur tikkunsidra li għandha tingħata wkoll attenzjoni speċifika lit-tisħiħ tal-libertà tal-espressjoni, l-għaqda jew assoċjazzjoni paċifika, il-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir, il-libertà akkademika, il-libertà tar-reliġjon jew twemmin u d-dritt għall-privatezza u l-ħajja tal-familja;

F'dan l-isfond, ir-rapporteur tilqa' ugwalment l-enfasi magħmul fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll fuq il-ħtieġa li jiġu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza fl-Artikoli 3 u 5 tal-proposta. L-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi b'mod ċar kull diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa jew l-appartenenza għal minoranza nazzjonali. Skont it-tieni Stħarriġ dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea mwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-vjolenza, l-intimidazzjoni, it-theddid u d-diskors ksenofobiku lmmirat b'mod speċjali lejn persuni LGBTI, persuni li jappartjenu għal minoranzi etniċi jew reliġjużi, kif ukoll lejn il-migranti u dawk li jfittxu asil baqa' pervażiv u gravi fl-Unjoni Ewropea kollha fl-2017.

Fi ħdan l-objettiv ġenerali tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-linja Daphne tippromwovi aċċess akbar għall-ġustizzja u għal mekkaniżmi għar-rapportar tar-reati għall-vittmi kollha tal-vjolenza. (Dan jinkludi lill-ġurnalisti u atturi oħra tal-mezzi tax-xandir li jħabbtu wiċċhom ma' ħafna attakki, theddid u pressjoni minn atturi tal-istat u mhux tal-istat fl-UE kollha).

Ir-rapporteur tipproponi wkoll li ċerti attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament fl-Anness I għandhom jiddaħħlu f'artikolu fit-test tal-proposta biex jiġu ffaċilitati l-komprensjoni u l-użu tal-Programm. Ġew proposti diversi bidliet għal-lista ta' attivitajiet sabiex jiġu ċċarati wħud mill-attivitajiet eliġibbli taħt il-linja l-ġdida dwar il-valuri tal-Unjoni kif ukoll biex jiġi enfasizzat li l-attivitajiet ta' promozzjoni, ta' bini tal-kapaċità u ta' sensibilizzazzjoni huma wkoll appoġġjati permezz ta' dan il-Programm.

Baġit

Minħabba x-xenarju politiku mibdul fl-Unjoni u l-isfidi dejjem jikbru fil-konfront tal-valur Ewropew li qed tiffaċċja bħalissa l-UE, ir-rapporteur tqis li l-baġit propost ta' EUR 642 miljun għal seba' snin (maqsum f'EUR 409 miljun għal-linja "Ugwaljanza u Drittijiet" u EUR 233 miljun għal-linja "Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini") huwa insuffiċjenti u ma jistax jirrispondi għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-UE biex isaħħu u jipproteġu l-valuri tal-UE, bħala parti minn soċjetà pluralista, demokratika, miftuħa u inklużiva.

Wara li kkunsidrat is-sejħiet ripetuti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għal żieda fil-baġit tal-programmi eżistenti kif ukoll tal-kamp ta' applikazzjoni estiż propost, inkluża l-linja ġdida ddedikata għall-valuri tal-Unjoni, ir-rapporteur qed tippreżenta l-allokazzjoni baġitarja li ġejja bbażata fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament minn April 2018; total ta' EUR 1 974 457 miljun fi prezzijiet attwali, maqsum kif ġej: EUR 1 biljun għal-linja ġdida tal-valuri Ewropej, EUR 474 457 miljun għal-linja "Ugwaljanza u Drittijiet" u EUR 500 miljun għal-linja "Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini". Dawn l-ammonti jirrappreżentaw żieda sinifikanti meta mqabbla mal-baġit propost mill-Kummissjoni, madankollu r-rapporteur temmen li żieda sostanzjali hija kemm kruċjali kif ukoll meħtieġa sabiex tirrispondi b'mod effettiv għall-isfidi attwali li qed jiffaċċaw il-valuri Ewropej.

Sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Programm, ir-rapporteur jipproponi wkoll li mill-inqas 40 % tal-finanzjament fi ħdan kull objettiv għandu jiġi allokat għal organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Ir-rapporteur temmen li l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata rabta bejn il-politiki ta' finanzjament tal-Unjoni u l-valuri tal-Unjoni għandhom jiġu raffinati ulterjorment, u jippermettu lill-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Kunsill biex jittrasferixxi riżorsi allokati lil Stat Membru taħt ġestjoni kondiviża lill-Programm fejn dak l-Istat Membru ikun suġġett għal proċeduri relatati mal-valuri tal-Unjoni. Ir-rapporteur ipproponiet dispożizzjonijiet speċifiċi rigward lista limitata ta' sitwazzjonijiet fejn riżorsi allokati lil Stat Membru b'ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Programm, il-proċedura li għandha tiġi segwita u rigward id-drittijiet ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew.

Aċċess għall-finanzjament

Ir-rapporteur jikkunsidra li għandu jingħata aktar appoġġ lil proġetti grassroots li jippromwovu l-valuri Ewropej kif definiti fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-UE, b'mod partikolari l-istandards demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, bħala prerekwiżit għal soċjetà miftuħa u inklużiva. Dan hu konformi mal-opinjoni espressa wkoll mill-FRA fl-istudju tagħha dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE, li ġie ppubblikat f'Jannar 2018, fejn issemma b'mod ċar li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE huma mħeġġa jiżguraw li jkun magħmul disponibbli l-finanzjament għall-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; fosthom għall-organizzazzjonijiet żgħar grassroots. Tali finanzjament għandu jkopri, skont il-każ, il-varjetà ta' attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħalma huma l-forniment ta' servizzi, attivitajiet ta' għassiesa, il-promozzjoni, il-litigazzjoni, it-twettiq ta' kampanji, u l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ċiviċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem.

L-abbozz ta' rapport kif propost mir-rapporteur jirrispondi għall-għan ġenerali li l-UE għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE. Konsegwentement tressqu emendi speċifiċi biex tiġi enfasizzata l-attenzjoni mogħtija tul il-Programm kollu lil organizzazzjonijiet li joperaw f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Filwaqt li l-azzjonijiet fil-livell transnazzjonali għandhom rwol importanti, ħafna sfidi għall-valuri Ewropej għandhom oriġini lokali u jeħtieġ li jiġu indirizzati kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak Ewropew.

Is-semplifikazzjoni tal-proċeduri u l-aċċess eħfef għall-finanzjament huwa wkoll wieħed mill-għanijiet ewlenin tar-rapporteur għal dan il-programm. Għalhekk, it-test jinkludi referenzi għal għażliet tal-ispejjeż semplifikati, proċeduri rapidi u flessibbli għall-konċessjoni tal-għotjiet u applikazzjonijiet faċli għall-utenti bħall-għotjiet operattivi pluriennali, somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità, għotjiet f'kaskata u kofinanzjament in natura. Ir-rapporteur tipproponi wkoll li l-proċeduri ta' rapportar għandhom ikunu operazzjonalizzati u msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm. Hi temmen ukoll li l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili hija kruċjali għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tiżgura djalogu regolari mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra billi tistabbilixxi Grupp ta' Djalogu Ċivili.

Kontribut tal-partijiet ikkonċernati

Fit-tħejjija tal-abbozz tagħha, ir-rapporteur ġabret kontributi minn għadd ta' rappreżentanti tal-NGOs permezz ta' diskussjonijiet organizzati madwar mejda fi Brussell u fi Stokkolma, kif ukoll laqgħat bilaterali f'diversi okkażjonijiet. Ir-rapporteur ikkonsultat ma' rappreżentanti ta' aġenziji u partijiet ikkonċernati oħra Ewropej. Il-lista sħiħa tinsab fl-anness.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva input mill-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew:

Il-Kumitat tar-Reġjuni

L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

EQUINET (Netwerk Ewropew tal-Korpi tal-Ugwaljanza)

Il-Fondazzjoni Stefan Batory

L-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili għall-Parlament

Punti Nazzjonali ta' Kuntatt, pereżempju l-Ġermanja u Franza

Kunsill tal-Muniċipalitajiet u Reġjuni Ewropej

Il-Federazzjoni Umanista Ewropea

"Civil Society Europe"

DEF Europe

Iċ-Ċentru tal-Fondazzjonijiet Ewropej

AGE Platform Europa

Pjattaforma tat-Tagħlim tul il-ħajja (LLL)

Ċentru tal-Voluntiera Ewropej

Forum Ċiviku Ewropew

Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

International planned parenthood Federation

Front line defenders

Il-Fondazzjoni għat-Tagħlim tul il-Ħajja PERITIA

Netwerk Ewropew IPPF

L-Aġenzija Żvediża għaż-Żgħażagħ u s-Soċjetà Ċivili (MUCF)

UF Żvezja

Sverok

Il-Kunsill nazzjonali għall-Organizzazzjonijiet Żvediżi taż-Żgħażagħ (LSU)

PEN Żvezja

Diakonia

Il-Lobby tan-Nisa Svediżi

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (26.11.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

(COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jordi Solé

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1a.   Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027 u riżorsi proprji1a; jissottolinja l-importanza tal-prinċipji orizzontali li għandhom jirfdu l-QFP u l-politiki tal-Unjoni kollha relatati; jitlob, għalhekk, l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs) fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-Unjoni tal-QFP li jmiss; jenfasizza, barra minn hekk, li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija kruċjali għat-twettiq tal-impenji tal-UE favur Ewropa inklużiva, u jiddeplora n-nuqqas tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u tal-impenji dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki tal-Unjoni, kif ippreżentati fil-proposti tal-QFP;

_______________

a Testi adottati, P8_TA(2018)0226

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1b.   Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-20201a; itenni l-appoġġ tiegħu għall-programmi fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, l-isport, id-demokrazija, iċ-ċittadinanza u s-soċjetà ċivili li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u ilhom igawdu minn popolarità fost il-benefiċjarji; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar it-twaqqif tal-Fond Ewropew tad-Demokrazija intern għall-appoġġ imsaħħaħ tas-soċjetà ċivili u tal-NGOs li jaħdmu fl-oqsma tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, li għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni;

_______________

1a Testi adottati, P8_TA(2018)0075

Emenda    3

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet, il-Valuri u ċ-Ċittadinanza

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020, il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ tiegħu għall-programmi fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, l-isport, id-demokrazija, iċ-ċittadinanza u s-soċjetà ċivili li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u li jgawdu minn popolarità fit-tul fost il-benefiċjarji u jisħaq li Unjoni iktar b'saħħitha u iktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tingħata mezzi finanzjarji rinforzati. Appoġġ kontinwu jenħtieġ li jiġi pprovdut lill-politiki eżistenti, ir-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni jenħtieġ li jiżdiedu, u r-responsabbiltajiet addizzjonali jenħtieġ li jkunu akkumpanjati b'mezzi finanzjarji addizzjonali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell nazzjonali u Ewropew, jeħtieġu jkunu appoġġati biex jippromwovu u jissalvagwardjaw il-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u joħolqu sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jiżgura appoġġ kontinwu favur l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattivi lokali u reġjonali eżistenti li jikkontribwixxu għall-ksib ta' dawn l-objettivi, bħall-Karta Ewropea għall-Ugwaljanza tan-Nisa u tal-Irġiel fil-Ħajja Lokali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

(8)  L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm, bis-saħħa ta' sinerġiji massimi mal-Fond Soċjali Ewropew Plus.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)   L-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Implimentazzjoni adegwata tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tirrikjedi l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati u t-trasparenza fil-linji baġitarji ddedikati għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni sesswali;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)   Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22b)   It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-programm, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji;

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a)   Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li tgħammar lill-Unjoni sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għandha tikkumplementa l-programm tad-Drittijiet u l-Valuri, li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jiffinanzja politiki f'konformità mad-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej li huma bbażati fuq il-ħajja u l-parteċipazzjoni tan-nies.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

(28)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 (2017/2052(INI)) talab mira ta' 30 % min-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġja l-ksib tal-objettivi klimatiċi malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mill-2027.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Article 2 – paragraph 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(b)  għall-promozzjoni ta' Ewropa għaċ-ċittadini permezz tat-tisħiħ tal-involviment u tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu regolari mal-benefiċjarji tal-Programm, partikolarment mas-soċjetà ċivili kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fid-definizzjoni tal-prijoritajiet pluriennali u annwali matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Se jinħoloq Djalogu Ċivili li jkun il-pjattaforma prinċipali għal dan l-iskop, li għandu jkun strutturat skont id-diversi objettivi speċifiċi tal-Programm.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju;

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' fastidju u vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju, li ssir online u/jew f'kuntest reali, inklużi l-postijiet tax-xogħol u l-ispazji pubbliċi;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-20212027 għandu jkun ta' EUR [641 705 000] fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 627 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 834 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Ġustifikazzjoni

Konformement mad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta' Settembru 2018, l-emenda ta' kompromess tirrifletti l-aktar tqassim reċenti tal-QFP skont il-programm kif propost għall-adozzjoni mir-Rapporteurs tal-QFP fid-dawl tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' rapport interim dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet, u l-għoti ta' provvista doppja ta' Fondi jiġi evitat billi jiġu indikati b'mod ċar is-sorsi ta' finanzjament għal kull kategorija ta' nefqa, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19.

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinġabru u, meta applikabbli, ikunu diżaggregati skont is-sess. Il-lista ta' indikaturi hija stabbilita fl-Anness II.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu integrati mill-perspettiva tal-ġeneru, jinkludu kapitolu speċifiku għal kull linja u jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13 u 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonali lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku, u b'hekk juri l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħin fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin, fil-livelli sottonazzjonali, nazzjonali u Ewropew:

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

(c)  attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

_______________

_______________

1 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

1 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika, diżaggregata skont is-sess u l-età; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness 1 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;

(g)  il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ, inkluż proġetti bilaterali żgħar ta' ġemellaġġi u netwerk ta' bliet;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness 1 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll għall-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness 1 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

(j)  l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali biex jippromwovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, iżidu d-dibattiti kritiċi li joriġinaw mill-bażi dwar l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika u jagħtu appoġġ lis-soċjetà ċivili kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ka)  it-tisħiħ tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u l-ħolqien ta' sinerġiji aħjar bejn l-iżviluppi ta' politika fil-qasam taċ-ċittadinanza, l-objettivi tal-Programm u l-ħidma tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u tal-benefiċjarji.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt kb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(kb)  it-tisħiħ tal-pjattaforma online li tippreżenta l-proġetti żviluppati mill-benefiċjarji, kif ukoll l-għoti ta' gwida lill-benefiċjarji potenzjali, it-tixrid tar-riżultati tal-proġetti u t-titjib tal-viżibbiltà u s-segwitu.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt kc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(kc)  aktar sostenn lil skambji kritiċi iżda kostruttivi li jindirizzaw l-isfidi li jikkaratterizzaw il-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej, ngħidu aħna: l-impjiegi, l-integrazzjoni tal-migranti, l-alloġġ, il-mobbiltà jew l-edukazzjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin li jenħtieġ li jkunu, meta rilevanti, imqassmin skont is-sess, l-età u d-diżabbiltà:

Ġustifikazzjoni

Jekk il-kategoriji, hawn fuq imsemmija, fi ħdan il-parteċipanti tal-programm jiġu segwiti, dan ikun jgħin lill-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u lin-nondiskriminazzjoni f'termini konkreti.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:

L-għadd ta' nies, diżaggregati skont is-sess u l-età, li ntlaħqu minn:

(i) attivitajiet ta' taħriġ;

(i) attivitajiet ta' taħriġ;

(ii) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(ii) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(iii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.

(iii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll l-indikaturi tal-output li ġejjin darba fis-sena:

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għadd ta' applikazzjonijiet u attivitajiet iffinanzjati għal kull lista fl-Artikolu 9(1) u għal kull linja

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livell tal-finanzjamenti mitlub mill-applikanti u mogħtija skont il-lista tal-Artikolu 9(1) u għal kull linja

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm “Drittijiet u Valuri”

Referenzi

COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jordi Solé

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere

S&D

Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand

4

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

André Elissen, Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (21.11.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

(COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jean Lambert

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

L-Artikolu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jgħid li l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi. Minħabba li s-soċjetajiet Ewropej dan l-aħħar ħabbtu wiċċhom mal-estremiżmu u d-diviżjonijiet, li jikkontestaw l-idea ta' soċjetajiet miftuħa u inklużivi, il-Kummissjoni evalwat li huwa importanti aktar minn qatt qabel li dawn il-valuri jiġu promossi u msaħħa. Barra minn hekk, in-nies għadhom vittmi ta' diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età u orjentazzjoni sesswali, u n-nisa, it-tfal u persuni oħra li jinsabu f'riskju jħabbtu wiċċhom mal-vjolenza kuljum. Apparti hekk, mhumiex konxji biżżejjed mill-valuri tal-UE u mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini, u wħud saħansitra qed jiddubitaw minnhom.

Il-Kummissjoni sabet li n-natura frammentata u r-riżorsi limitati li ġew iddedikati għal dan il-qasam s'issa mhumiex biżżejjed biex iwieġbu għal dawn l-isfidi kollha, għaldaqstant ġabrithom flimkien fi programm ta' Drittijiet u Valuri ġdid, li se jiġi ffinanzjat taħt Fond għal Ġustizzja, Drittijiet u Valuri ġdid, b'allokazzjoni totali ta' EUR 641 705 000. Il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri ġiet ippubblikata fit-30 ta' Mejju 2018.

Il-programm il-ġdid propost jiġbor flimkien żewġ programmi ta' finanzjament eżistenti, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini. L-objettiv ġenerali tal-programm il-ġdid huwa li jiġu protetti u promossi d-drittijiet u l-valuri minquxa fit-Trattati tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Dan l-objettiv ġenerali se jintlaħaq permezz ta' tliet objettivi speċifiċi:

•  il-promozzjoni tal-ugwaljanza u d-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet): enfasi fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni, appoġġ lil politiki komprensivi biex ikun promossi u integrati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-antidiskriminazzjoni, kif ukoll politiki biex jiġu miġġielda r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza, protezzjoni u promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali;

•  il-promozzjoni tal-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini): enfasi fuq li ċ-ċittadini jifhmu l-Unjoni aktar: l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha, u fuq il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti;

•  il-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza (il-linja Daphne): enfasi fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ, in-nisa u gruppi oħra li jinsabu f'riskju, u l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza.

Metodoloġija

Fi ħdan il-PE, il-kumitat ewlieni hu LIBE. EMPL se jagħti opinjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regoli ta' Proċedura.

Punti ewlenin għar-rapporteur fl-opinjoni tagħha

•  L-isem tal-Programm jinbidel u jsir "Il-Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Valuri" biex jesprimi l-ambizzjoni tal-UE li tikseb l-ugwaljanza għal kulħadd.

•  Jiġi aġġornat it-test tal-objettiv ġenerali tal-Programm biex jenfasizza l-ugwaljanza u d-drittijiet bħala għanijiet li diġà huma preżenti fil-Premessa 3 tat-test: "L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika".

•  L-ambitu personali tal-programm il-ġdid jiġi estiż f'konformità mal-FSE +, jiġifieri għan-nies.

•  Ikun żgurat li ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskors ta' mibegħda fuq l-internet tingħata l-attenzjoni dovuta fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss.

•  Minħabba d-dħul fis-seħħ tal-GDPR il-ġdid, il-protezzjoni relatata mal-ipproċessar tad-data fil-kuntest tal-impjiegi għandha tingħata attenzjoni partikolari, minħabba s-sensittività ta' din id-data.

•  Il-lista ta' azzjonijiet eliġibbli tiġi inkluża fl-att bażiku, għax parti daqstant importanti ta' leġiżlazzjoni ma tistax tiġi "moħbija" fl-Anness. Għaldaqstant il-proposta ta' §9(a) ġdid u t-tpoġġija tal-lista kollha tal-Anness I f'dan l-artikolu ġdid.

•  Equinet għandu jkun garantit finanzjament taħt il-programm għax hu netwerk ta' korpi statutorji li jaħdmu flimkien biex jimplimentaw u jimmonitorjaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE kopert bil-Programm.

•  Ir-rapporteur tipproponi aġġornament tal-lista ta' attivitajiet. Il-punti ewlenin għaliha jinkludu dan li ġej:

-  l-azzjonijiet m'għandhomx jiffokaw biss fuq it-titjib tal-għarfien, iżda wkoll tal-użu tal-acquis rilevanti għall-Programm;

-  tisħiħ tal-aspetti kreattivi tal-azzjonijiet, għax fl-esperjenza tagħha l-azzjonijiet kreattivi tajba għandhom it-tendenza li jkunu effettivi u effiċjenti fl-ilħuq tal-objettivi tal-programm kif stabbilit f' §2;

-  jerġgħu jiddaħħlu azzjoni li huma appoġġjati attwalment iżda mhux elenkati fil-proposta l-ġdida dwar l-appoġġ għall-atturi ewlenin u dwar materjali edukattivi.

•  Finalment, ir-rapporteur tipproponi li ssir distinzjoni ċara fl-Anness II bejn l-indikaturi tar-riżultati u l-indikaturi tal-eżiti, u tagħmel suġġerimenti għal indikaturi tal-eżiti biex jiġu inklużi fir-rapportar.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Iggwidata barra minn hekk minn atti li jiddeskrivu ulterjorment dawn il-valuri, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u filwaqt li ssegwi l-obbligi bħala parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, u f'konformità mal-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C 428/09) kif ukoll mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2008 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument Ewropew għall-Valuri biex jappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu l-valuri fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali (2018/2619 (RSP)), l-Unjoni jenħtieġ li tkompli tappoġġa u tippromwovi d-drittijiet u l-valuri definiti fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri ma jistgħux jittieħdu bħala ggarantiti u jridu jibqgħu jiġu protetti, promossi, infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet u l-isfidi persistenti tal-intolleranza u d-diskriminazzjoni, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jkunu promossi, imsaħħa u mħarsa l-ġustizzja, id-drittijiet, il-valuri tal-UE u l-istat tad-dritt, li huwa inseparabbli mid-demokrazija nnifisha, u kundizzjoni għall-effikaċja tagħha. Għall-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet soċjali, id-drittijiet tal-minoranzi, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt se jkollhom implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

_________________________________

__________________________________

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, ixerrdu u jipproteġu d-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna, filwaqt li jżommuhom ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titħares, titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika, inkluża soċjetà ċivili vibranti. L-attivitajiet finanzjati jenħtieġ li jimmiraw lejn l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.

(4)  Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għad-disseminazzjoni, għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri u billi jiżviluppa wkoll miżuri innovattivi ġodda. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.

Ġustifikazzjoni

M'għandux ikun hemm dipendenza assoluta fuq il-miżuri eżistenti, iżda għandhom jiġu żviluppati wkoll miżuri ġodda.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-involviment attiv taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika u soċjali tal-Unjoni, filwaqt li tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u tiġi miġġielda l-marġinalizzazzjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza, integrazzjoni soċjali u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali. Il-valuri ta' komprensjoni reċiproka, djalogu u rispett għad-diversità jistgħu jiġu inkorporati biss fuq livell Ewropew jekk dawn ikunu stabbiliti sew fl-Istati Membri nfushom u fir-reġjuni tagħhom. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jippromwovi wkoll dawn il-valuri fi ħdan l-Istati Membri fost id-diversi gruppi nazzjonali, etniċi, lingwistiċi jew reliġjużi li flimkien jiffurmaw ir-rikkezza u d-diversità kulturali tas-soċjetà tagħna.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mis-sett sħiħ ta' drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet ta' nondiskriminazzjoni fil-moviment liberu tal-ħaddiema, kif stabbilit fl-Artikolu 45(2) tat-TFUE,u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jkunu intitolati li jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom, inklużi d-drittijiet soċjali tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba li parti mis-soċjetà ċivili bħalissa qed tħabbat wiċċha ma' ħafna diffikultajiet fl-Istati Membri, is-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jeħtieġ li tkun appoġġata biex tippromwovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni b'attenzjoni speċjali għall-Karta.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

(8)  L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 8 tat-TFUE jagħti lill-Unjoni l-kompitu li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi ugwaljanza effettiva bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali ta' kwalunkwe persuna bbażati fuq is-sess u/jew il-ġeneru tagħhom jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni u l-integrazzjoni sistematika tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni, inkluż fix-xogħol u l-impjiegi, fejn tippersisti d-diskriminazzjoni fil-livell tas-salarji u fl-aċċess għas-suq tax-xogħol, hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) u kemm f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħaċ-ċiberbulliżmu. Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

(10)  Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi, il-gruppi f'riskju u b'mod partikolari l-gruppi vulnerabbli. Irid isir sforz biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet bejn il-programmi u l-finanzjament doppju. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) u kemm f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi, lill-gruppi f'riskju, u b'mod partikolari lill-persuni vulnerabbli, u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħall-bullying ċibernetiku. Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll imnaqqxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevenu u jikkumbattu d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u forom oħra ta' intolleranza. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bulliżmu, il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza kemm lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020"10 u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri11.

(11)  In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll imnaqqxa fl-Artikolu 21 tal-Karta, li jgħid li kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe raġuni bħal sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali għandha tkun ipprojbita, u li fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattati u mingħajr preġudizzju għal dawn it-Trattati jew id-dispożizzjonijiet speċjali li hemm fihom, id-diskriminazzjoni għal raġuni ta' nazzjonalità jenħtieġ li tkun projbita, filwaqt li l-Kapitolu III tal-Karta huwa kollu kemm hu ddedikat għall-ugwaljanza. L-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni mhumiex biss kwistjonijiet legali iżda wkoll sfidi fundamentali għas-soċjetà, għaldaqstant, jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar, kif ukoll id-diskriminazzjoni intersezzjonali.

_________________________________

11  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevenu u jikkumbattu d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu, l-antiżingariżmu, l-afrofobija, il-mibegħda kontra l-Musulmani u forom oħra ta' intolleranza bħalma huma dik minħabba d-diżabbiltà, l-età, il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali kif ukoll ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-persuni kollha li jiġu trattati b'dinjità. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bullying (inkluż il-bullying ċibernetiku), il-fastidju u t-trattament intolleranti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza kemm lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020" u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri1a. Il-promozzjoni ta' postijiet tax-xogħol tolleranti u inklużivi u r-rikonoxximent tad-drittijiet ta' kull persuna biex tiġi ttrattata b'dinjità fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà b'mod ġenerali huma għanijiet kontinwi li jirrikjedu aktar azzjoni kkoordinata u azzjoni kkoordinata aktar b'saħħitha, inkluż bl-allokazzjoni ta' finanzjament suffiċjenti.

____________________

1a  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.

(12)  L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà, li jinkludu dawk li għandhom indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji fit-tul, jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jagħti attenzjoni speċjali lill-attivitajiet ta' qawmien ta' kuxjenza dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni b'diżabbiltà biex jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà u jgawdu d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini indaqs.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.

(15)  B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħall-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħall-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma ta' dawk il-korpi tal-ugwaljanza kollha rilevanti tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza [C(2018) 3850 final], li tkopri l-mandat, l-indipendenza, l-effikaċja, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-korpi ta' ugwaljanza. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

17 Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

17 Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

18 Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

18 Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Skont l-Artikolu 9 tat-TFUE, livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jenħtieġ li jiġu promossi. Għaldaqstant, l-azzjonijiet fl-ambitu tal-programm jenħtieġ li jippromovu sinerġiji bejn il-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li ssir b'mod li jiżgura massimu ta' sinerġiji u komplementarjetajiet kemm bejn il-linji differenti tiegħu kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji kemm mal-Erasmus kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus sabiex jiġi żgurat li dawn il-fondi jikkontribwixxu b'mod konġunt għal edukazzjoni ta' kwalità u l-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni għall-Programm, inkluż minn organizzazzjonijiet żgħar, jenħtieġ li tiġi żgurata l-għajnuna u jiġi eliminat kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn. Fejn xieraq, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-possibbiltà ta' proċedura ta' evalwazzjoni b'żewġ stadji u lill-għażla ta' għotjiet kaskata u ta' għotjiet pluriennali operattivi. Fir-rigward tar-rati ta' kofinanzjament, dawn jenħtieġ li jqisu t-tip u d-daqs tal-organizzazzjonijiet li għalihom huma maħsuba s-sejħiet tal-programm. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).

24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' kull daqs, sabiex jippreservaw, irawmu u u jsostnu soċjetajiet imsejsa fuq id-drittijiet, ugwali, inklużivi, miftuħa u demokratiċi.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni tan-nies fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza;

(a)  il-promozzjoni tal-ugwaljanza għall-kulħadd permezz tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull xorta ta' inugwaljanza u d-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali kif ukoll id-diskriminazzjoni għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza, kemm online kif ukoll offline;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  il-promozzjoni tal-komprensjoni reċiproka, id-djalogu u r-rispett għad-diversità fi ħdan l-Istati Membri u l-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

(b)  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-anzjani, id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet soċjali, u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali inklużi sitwazzjoni tal-ipproċessar tad-data fil-kuntest tal-impjiegi jew għal finijiet ta' protezzjoni soċjali kif stabbilit fir-Regolament tal-GDPR1a.

__________________

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

(a)  il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, il-valuri kondiviżi tagħha, l-istorja – b'attenzjoni partikolari għall-istorja ta' reġimi totalitarji –, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni;

(b)  il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini bi sfondi nazzjonali u kulturali differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni u t-trawwim tas-solidarjetà;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju;

(a)  il-prevenzjoni, fosthom b'azzjonijiet informattivi u edukattivi, u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika, kontra t-tfal, iż-żgħażagħ, in-nisa u l-anzjani, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju, u b'mod partikolari l-persuni vulnerabbli;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza.

(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi, tal-gruppi f'riskju, u b'mod partikolari l-persuni vulnerabbli għal tali vjolenza.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:

(a)  il-qawmien ta' kuxjenza, azzjonijiet kreattivi, attivitajiet edukattivi u t-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-użu u l-għarfien tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(b)  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba fost il-partijiet konċernati biex jittejjeb l-involviment ċiviku u demokratiku msejjes fuq l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka; kif ukoll

(c)  attivitajiet relatati mad-difiża tal-kawżi, attivitajiet kreattivi, analitiċi u ta' monitoraġġ1a biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm, kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni;

(d)  it-taħriġ tal-partijiet konċernati rilevanti biex jittejbu l-kuxjenza, il-ħila tal-użu u l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;

(e)  l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) aċċessibbli għal kulħadd;

(f)  it-tisħiħ tal-kuxjenza taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja, il-valuri l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropej, kif ukoll is-sens ta' solidarjetà u appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

(g)  it-tlaqqigħ flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi tingħata lilhom l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ, fosthom attivitajiet ta' ġemellaġġ tal-bliet;

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva u inklużiva u mobilizzazzjoni pubblika fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll l-użu u l-kuxjenza tad-drittijiet u l-valuri permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(i)  l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament (EU) Nru 211/2011, u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jvaraw u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(j)  l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej li jippromwovu, japplikaw u jkomplu jiżviluppaw id-dritt tal-Unjoni, l-għanijiet ta' politika u l-istrateġiji tal-Unjoni kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' kull daqs, attivi fl-oqsma koperti mill-Programm;

(k)  it-tisħiħ tal-għarfien tal-Programm u t-tixrid u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni/netwerks nazzjonali ta' kuntatt dwar il-programm.

______________________

1a Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn ikun xieraq, indikaturi jew parametri referenzjarji; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

(Il-punti (a) sa (k) huma l-punti emendati tal-Anness I, paragrafu 1)

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata – f'forma li hija aċċessibbli wkoll għall-persuni b'diżabbiltà– lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS I

imħassar

L-attivitajiet tal-Programm

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)  is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(b)  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

(c)   attivitajiet ta' promozzjoni, analitiċi u ta' monitoraġġ1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

(d)  it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;

(e)  l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

(f)  it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

(g)  il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(i)  l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(j)  l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

(k)  it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u t-tixrid u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni dwar il-programm u netwerk nazzjonali ta' kuntatt.

______________________

1 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi tar-riżultati maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll l-indikaturi tal-output li ġejjin darba fis-sena:

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kopertura ġeografika tal-attivitajiet għal kull linja

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għadd ta' applikazzjonijiet u attivitajiet iffinanzjati għal kull lista fl-Artikolu 9(1) u għal kull linja

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livell tal-finanzjamenti mitlub mill-applikanti u mogħti għal kull attività skont il-lista elenkata fl-Artikolu 9(1) u għal kull linja

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm “Drittijiet u Valuri”

Referenzi

COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jean Lambert

18.6.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Marita Ulvskog

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Alex Mayer, Sven Schulze, Helga Stevens, Flavio Zanonato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort

ECR

Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens

GUE/NGL

Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo

PPE

Georges Bach, David Casa, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Dennis Radtke, Claude Rolin, Sven Schulze, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Edouard Martin, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs, Terry Reintke

2

-

ENF

Mara Bizzotto

NI

Lampros Fountoulis

1

0

EFDD

Rosa D'Amato

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (4.12.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

(COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Sylvie Guillaume

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Programm futur dwar iċ-Ċittadinanza, id-Drittijiet u l-Valuri għandu jgħin biex jagħti spinta ġdida lid-djalogu bejn l-Ewropej u biex isaħħaħ il-komprensjoni reċiproka, fi żmien meta l-Ewropa qed tesperjenza żieda qawwija fl-intolleranza li qed tqajjem dubji dwar is-sens ta' appartenenza għal spazju komuni.

Ir-rapporteur għal opinjoni tirrikonoxxi l-isforz ta' sinerġija mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu inkunsiderazzjoni kuntest baġitarju restrittiv.

Madankollu, hija tqis li hemm bżonn aktar minn qatt qabel li tissaħħaħ l-importanza mogħtija lill-Programm predeċessur "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", li l-valur miżjud tiegħu huwa ċar f'dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika, it-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza komuni, kif ukoll l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ċivika u tal-impenn demokratiku taċ-ċittadini. Dak il-Programm kien ta' suċċess u kkontribwixxa biex ikattar l-għarfien dwar il-kwistjonijiet Ewropej; għaldaqstant, jaf ikollu impatt pożittiv fuq l-interess taċ-ċittadini fl-elezzjonijiet Ewropej li jmiss.

F'dan il-kuntest, ir-rapporteur għal opinjoni jiddispjaċiha li l-kunċett ferm simboliku taċ-ċittadinanza għeb mit-titlu tal-Programm u għalhekk tipproponi li jerġa' jiddaħħal.

Barra minn hekk, fil-fehma tagħha, huwa essenzjali li niddefendu programm li jkun mgħammar b'baġit li jirrifletti tajjeb l-għanijiet tiegħu u għaldaqstant tipproponi żieda fil-baġit tal-linja B dwar l-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, il-qasam li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha. Fil-verità, il-baġit propost huwa ferm insuffiċjenti meta wieħed iqis dak li kien talab il-Parlament Ewropew. Għalhekk qed jiġi propost li d-dimensjoni tal-linja dedikata għall-Involviment taċ-ċittadini tissaħħaħ permezz ta' baġit ta' EUR 500 miljun, jiġifieri bilkemm EUR 1 għal kull ċittadin Ewropew. Huwa importanti li niddefendu programm Ewropew, aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha li għandhom impenn favur Ewropa b'saħħitha, kontra forom varji ta' nazzjonaliżmu u fi spirtu mġedded ta' solidarjetà.

Ir-rapporteur għal opinjoni hija konxja mill-ħtieġa li jiġu promossi attivitajiet ta' kommemorazzjoni tal-avvenimenti li wasslu għall-ħolqien tal-Unjoni Ewropea u li nifhmu l-preżent aħjar ħalli nibqgħu nibnu l-ġejjieni flimkien; għaldaqstant, tipproponi li jiġu żviluppati attivitajiet ta' kommemorazzjoni li jfakkru l-importanza tal-prinċipji u l-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE.

Barra minn hekk, peress li r-riżorsi baġitarji dedikati għal dan il-Programm huma limitati, ir-rapporteur għal opinjoni tqis li ma jkunx xieraq li l-Kummissjoni titħalla tuża dawn il-fondi għal skopijiet ta' komunikazzjoni istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-UE, meta s-servizzi ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni diġà għandhom riżorsi sostanzjali għad-dispożizzjoni tagħhom biex iwettqu azzjonijiet ta' dan it-tip.

Hija tilqa' pożittivament il-ħolqien ta' strument ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-UE li jippromwovi l-valuri fundamentali fil-livell lokali sabiex jappoġġa soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi, u fl-istess waqt tisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu difiżi proġetti individwali żviluppati minn ċittadini ordinarji fil-komunità tagħhom, illi huma indispensabbli biex l-Ewropa tkun parti mill-ħajja ta' kuljum. Tisħaq b'mod partikolari fuq il-ħtieġa li l-Programm ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-ftuħ tal-Programm għal pajjiżi terzi assoċjati, fil-fehma tagħha din id-dispożizzjoni mhijiex rilevanti għall-parti dwar l-Involviment taċ-ċittadini meta wieħed iqis li ħafna drabi l-possibbiltajiet biex iċ-ċittadini jwettqu azzjoni fi ħdan l-Istati Membri huma limitati u dan jiġġenera frustrazzjoni għal ħafna kandidati li minkejja l-impenn tagħhom ma jintgħażlux.

Hija taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi estiż il-mekkaniżmu tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li diġà wera s-siwi tiegħu fil-qafas tal-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", bil-għan li dawk li jkunu qed itellgħu proġett isibu appoġġ fil-passi li jkunu jridu jieħdu, u tisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li dan jissemma fir-Regolament.

Ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi wkoll li l-Kummissjoni tadotta l-programmi ta' ħidma, kif ukoll il-prijoritajiet pluriennali, permezz ta' atti delegati u mhux permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, kif tissuġġerixxi fil-proposta tagħha.

B'mod ġenerali, ir-rapporteur għal opinjoni tinsab sodisfatta bl-approċċ propost mill-Kummissjoni, b'mod partikolari l-fatt li emendat il-bażi ġuridika tal-proposta tagħha, b'tali mod li l-Parlament Ewropew ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu bħala koleġiżlatur. Hija tfakkar li, fl-isfond ta' dan il-Programm, ħafna huma l-proġetti taċ-ċittadini li huwa kruċjali li jinżammu fil-preżent u li jiġu inkoraġġiti fil-ġejjieni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

li jistabbilixxi l-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini, id-Drittijiet u l-Valuri"

(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat; l-adozzjoni tal-emenda tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 24, l-Artikolu 167, u l-Artikolu 168 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 24, l-Artikolu 167, u l-Artikolu 168 tiegħu u l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Emenda    3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li "l-mira tal-Unjoni hija li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(1)  F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. B'mod partikolari, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dinjità tal-bniedem hija l-pedament tad-drittijiet inaljenabbli kollha tal-bniedem. Dawn il-prinċipji u l-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li "l-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi, infurzati u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE jenħtieġ li jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-Programm dwar il-Ġustizzja u l-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini, id-Drittijiet u l-Valuri". Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' ħafna sfidi, fosthom estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, u meta ċerti pajjiżi qed jesperjenzaw deterjorament dejjem aktar ċar tal-istat tad-dritt, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u difiżi l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE, fosthom id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, id-drittijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ, il-pluraliżmu, it-tolleranza, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, is-solidarjetà u l-istat tad-dritt. Il-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini, id-Drittijiet u l-Valuri" se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

__________________

__________________

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet li jikkontribwixxu biex jinkarnaw il-prinċipji, il-valuri u d-drittijiet komuni tagħna u juru r-rikkezza tad-diversità tagħna. L-objettiv aħħari huwa li jiġu sostnuti soċjetajiet ibbażati fuq id-drittijiet, ugwali, ġusti, tolleranti, inklużivi, pluralistiċi u demokratiċi. Jenħtieġ li l-attivitajiet iffinanzjati jkollhom l-għan li jsostnu u jsaħħu soċjetà ċivili attiva u li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni demokratika, ċivika, kulturali u soċjali fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja, il-memorja, il-wirt kulturali u l-għeruq komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom l-obbligu li jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u l-obbligu li permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.

(4)  Jenħtieġ li l-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini, id-Drittijiet u l-Valuri" (minn hawn 'il quddiem "il-Programm") jippermetti li jiġu żviluppati sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri, taċ-ċittadinanza attiva u tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri li issa huma inkorporati fil-Programm il-ġdid. Dan se jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma ta' politika koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom, b'enfasi speċjali fuq il-karattru multilingwi tal-Unjoni u fuq il-ħtieġa li jiġu inklużi ż-żgħażagħ, il-gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed u l-gruppi żvantaġġati, bħalma huma l-persuni bi bżonnijiet speċjali, il-migranti, ir-rifuġjati u dawk li jfittxu asil, permezz ta' approċċi mfassla apposta.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  L-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi djalogu bejn l-UE u l-knejjes u l-organizzazzjonijiet imsemmija fih. Jirrikonoxxi l-kontribut speċifiku tagħhom biex irawmu l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u fid-dawl ta' dan jenħtieġ li jingħataw l-istess aċċess bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-opportunitajiet ta' finanzjament rilevanti mogħtija mill-Programm.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni hija partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni demokratika u sabiex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom marbuta maċ-ċittadinanza Ewropea, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati, immirati lejn distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali fl-oqsma koperti mill-Programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni kif ukoll fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u lingwistika, ir-rikonċiljazzjoni, l-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza fl-Unjoni u ċittadinanza komuni b'identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni hija partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Pluraliżmu u movimenti migratorji globali akbar iżidu l-importanza tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż fis-soċjetajiet tagħna. Jenħtieġ li, permezz tal-Programm, jingħata appoġġ sħiħ lid-djalogu interkulturali u interreliġjuż bħala parti mill-armonija soċjali fl-Ewropa u bħala element ewlieni sabiex tingħata spinta lill-inklużjoni u lill-koeżjoni soċjali. Filwaqt li d-djalogu interreliġjuż jista' jgħin biex jenfasizza l-kontribut pożittiv tar-reliġjon għall-koeżjoni soċjali, l-illitteriżmu reliġjuż joħloq ir-riskju li jwitti t-triq għall-użu ħażin tas-sentimenti reliġjużi fost il-popolazzjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw il-litteriżmu reliġjuż, filwaqt li jrawmu d-djalogu interreliġjuż u l-komprensjoni reċiproka.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u l-ħsieb kritiku u kreattiv dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ, isiru konxji mill-istorja komuni tagħhom bħala l-pedament għal ġejjieni komuni. Ir-rilevanza tal-aspetti storiċi, soċjali, kulturali u interkulturali kif ukoll tat-tolleranza u d-djalogu jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll bil-għan li tippromwovi bażi komuni msejsa fuq valuri komuni u fuq is-solidarjetà, id-diversità u l-paċi, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Il-Programm għandu rwol kruċjali x'jaqdi biex irawwem l-iżvilupp ta' sens komuni ta' identità Ewropea u biex jagħti viżibbiltà lill-opportunitajiet li jinħolqu mill-appartenenza fl-Unjoni, bħala kontromiżura għall-"Ewroxettiċiżmu" u għall-forzi politiċi anti-Ewropej li qed iqajmu dubju dwar l-istess eżistenza tal-proġett Ewropew.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu, jivvutaw, jiksbu aċċess għas-servizzi pubbliċi, jieħdu sehem fi skambji kulturali u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u jkunu konxji mill-fatt li għandhom impatt fuqu u li jista' jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali għad-drittijiet tagħhom kif ukoll fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata fil-livelli kollha biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, bil-għan li tiġi żgurata t-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-memorji ta' delitti mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa jissottolinjaw l-importanza li l-memorji tal-passat jinżammu ħajjin bħala mezz biex nibnu futur komuni u jenfasizzaw il-valur tar-rwol tal-Unjoni fil-faċilitazzjoni, il-kondiviżjoni u l-promozzjoni tal-memorja kollettiva ta' dawn id-delitti bil-ħsieb li terġa' tingħata l-ħajja lil identità Ewropea komuni pluralistika u demokratika.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.

(12)  L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli meta jiġu biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għall-kultura, għal inizjattivi kulturali u għall-midja, u jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14]. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

(14)  L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14]. Jenħtieġ li l-Programm jinkoraġġixxi u jippromwovi l-eżerċizzju tad-dritt li wieħed iniedi inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej u li jissieħeb fihom, billi jappoġġa, fil-linja tiegħu għall-Ugwaljanza u d-drittijiet, l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011].

__________________

__________________

14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħall-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħal-lingwa, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

_________________

_________________

15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

17 Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

17 Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

18 Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

18 Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018, żieda fil-finanzjament u appoġġ finanzjarju adegwat huma essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu – inkluż permezz ta' finanzjament ewlieni xieraq u ta' alternattivi tal-kostijiet kif ukoll regoli u proċeduri finanzjarji ssimplifikati – il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa u tal-komplementarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-konsistenza, il-komplementarjetà u sinerġiji trasparenti u definiti b'mod ċar jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — u b'hekk tal-Programm dwar il-Ġustizzja — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u ta' Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fil-qasam awdjoviżiv u fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tal-volontarjat, tat-taħriġ vokazzjonali, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-inklużjoni soċjali – speċjalment tal-migranti u tal-persuni l-aktar żvantaġġati, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tal-klima, tat-turiżmu, tal-isport, tar-relazzjonijiet esterni, tat-tkabbir, tal-kooperazzjoni internazzjonali, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jirrikjedi trasparenza sħiħa fl-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi. B'mod partikolari, dan jikkonċerna regoli dwar il-possibbiltà għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali biex jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet f'kaskata u proċeduri flessibbli għall-ħolqien tal-għotjiet.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jilħqu rata ta' mira b'suċċess, speċjalment għall-proġetti u l-għotjiet ta' azzjoni, u li jipproduċu riżultati bi qbil mal-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, id-daqs u l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u tal-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità u ta' parametri ulterjuri li jippermettu li l-persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jiġu akkomodati b'mod aktar effettiv, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rekwiżiti ta' kofinanzjament jenħtieġ li jiġu aċċettati in natura u jistgħu jiġu rrinunzjati f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

imħassar

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' indikaturi kif indikat fl-Artikolu 14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(30)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bil-għan li tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-objettivi tiegħu, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' programmi ta' ħidma u prijoritajiet pluriennali skont l-Artikolu 13 u indikaturi kif indikat fl-Artikolu 14 u 16 u fl-Anness II. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea u l-istat tad-dritt, kif ukoll id-drittijiet, il-prinċipji u l-valuri minquxa fit-Trattati tal-UE, li abbażi tagħhom twaqqfet l-Unjoni. Jenħtieġ li dan jinkiseb notevolment billi jingħata appoġġ lill-partijiet ikkonċernati ewlenin bħalma huma l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini, il-gruppi ta' riflessjoni, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u dawk kulturali u akkademiċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, sabiex kulħadd ikun imfakkar fl-importanza ta' dawk il-valuri u ta' dawk il-prinċipji, u b'hekk jiġu sostnuti soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(b)  għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini – u b'mod partikolari taż-żgħażagħ – dwar l-importanza tal-UE bis-saħħa ta' attivitajiet maħsuba biex iżommu ħajja l-memorja tal-avvenimenti storiċi li wasslu għall-ħolqien tagħha, u għall-promozzjoni tad-demokrazija, tal-libertà ta' espressjoni, tal-pluraliżmu, tal-involviment ċiviku, kif ukoll ta' laqgħat taċ-ċittadini u tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għaċ-Ċittadinanza attiva);

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jsegwi l-objettivi li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

(b)  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, inkluż id-dritt li wieħed iniedi Inizjattiva ta' Ċittadinanza Ewropea, u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini

Linja għaċ-Ċittadinanza attiva

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jsegwi l-objettivi li ġejjin:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

(a)  l-għoti ta' appoġġ lil proġetti mressqa miċ-ċittadini, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, maħsuba biex iħeġġu lin-nies mhux biss jiftakru fl-avvenimenti li ppreċedew it-twaqqif tal-UE, illi jiffurmaw il-qofol tal-memorja storika tagħha, iżda wkoll jitgħallmu aktar dwar l-istorja, il-kultura u l-valuri komuni tagħhom, u jiksbu sens tar-rikkezza tal-wirt kulturali komuni tagħhom u tad-diversità kulturali u lingwistika, li jikkostitwixxu l-pedament għal futur komuni; it-trawwim tal-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni u dwar l-oriġini, ir-raison d'être u l-kisbiet tagħha, u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-isfidi preżenti u futuri tagħha u dwar l-importanza tal-komprensjoni reċiproka u tat-tolleranza, li jinsabu proprju fil-qalba tal-proġett Ewropew;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  il-promozzjoni tal-iskambju ta' prattiki tajbin rigward l-edukazzjoni formali u informali dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, kif ukoll l-appoġġ għal tali skambju;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni;

(b)  il-promozzjoni tad-djalogu pubbliku permezz ta' ġemellaġġi bejn il-bliet, permezz ta' laqgħat taċ-ċittadini, b'mod partikolari taż-żgħażagħ, u permezz ta' kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet, il-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' pajjiżi differenti, sabiex tingħatalhom esperjenza prattika diretta tar-rikkezza tad-diversità u l-wirt kulturali fl-Unjoni u sabiex jiżdied l-impenn taċ-ċittadini fis-soċjetà;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-inkoraġġiment u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ċivika fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, nazzjonali u transnazzjonali; il-ħolqien tal-possibbiltà li ċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet jippromwovu d-djalogu interkulturali u jwettqu dibattiti pubbliċi xierqa dwar l-oqsma kollha ta' azzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għat-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni; l-għoti ta' appoġġ lil inizjattivi konġunti organizzati, kemm fil-forma ta' assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini kif ukoll fil-forma ta' netwerks ta' entitajiet ġuridiċi, bil-għan li l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi preċedenti jiġu implimentati b'mod aktar effettiv;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jsegwi l-objettivi li ġejjin:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR [641 705 000] fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR [908 705 000] fi prezzijiet kurrenti.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR [233.000.000] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

(b)  EUR [500 000 000] jew mill-inqas 40 % tal-pakkett finanzjarju tal-Programm imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b); madwar 15 % tal-baġit totali għal dan l-objettiv għandu jiġi allokat għall-attivitajiet ta' kommemorazzjoni, 65 % għall-parteċipazzjoni demokratika, 10 % għall-attivitajiet promozzjonali u 10 % għall-amministrazzjoni (tqassim indikattiv).

Il-Kummissjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-persentaġġi tal-pakkett finanzjarju allokati b'iżjed minn ħames punti perċentwali għal kull grupp ta' objettivi speċifiċi. Jekk ikun meħtieġ li jinqabeż dak il-limitu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a biex timmodifika kull waħda miċ-ċifri b'iżjed minn ħames, u mhux iżjed minn għaxar, punti perċentwali.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, studji, laqgħat ta' esperti, komunikazzjonijiet dwar prijoritajiet u oqsma marbuta mal-objettivi ġenerali tal-programm.

3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, studji u laqgħat ta' esperti u komunikazzjonijiet dwar prijoritajiet u oqsma marbuta mal-objettivi ġenerali tal-Programm.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-Kummissjoni għandha talloka mill-inqas 40 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 lill-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-Programm għandu jinkludi aċċess għall-informazzjoni dwar il-Programm adattat għal persuni b'diżabbiltà bil-ħsieb li dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom u jipparteċipaw bi dritt fis-soċjetà li jgħixu fiha.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

(b)  kwalunkwe entità ġuridika mingħajr skop ta' qligħ maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.

3.  Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET), skont l-Artikolu 6(2)(a), għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Programm ta' ħidma

Programm ta' ħidma u prijoritajiet pluriennali

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-programmi ta' ħidma xierqa u, skont il-ħtieġa, il-prijoritajiet pluriennali li fuqhom il-programmi ta' ħidma huma bbażati. Fit-tfassil tal-programmi ta' ħidma tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tkun imfassla u miġbura b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu, li l-allokazzjoni ta' fondi għal proġetti speċifiċi tiġi riflessa b'mod preċiż u li s-sinerġiji maħluqa bejn il-programmi ta' finanzjament jiġu evidenzjati b'mod xieraq. Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet involuti fil-Programm għandha tiġi żgurata għal dak il-għan. Għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati u mill-inqas onerużi fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6, 13 u 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 13 u 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6, 13 u 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18a

Punti ta' Kuntatt Nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Punt ta' Kuntatt Nazzjonali indipendenti u kkwalifikat b'persunal inkarigat li lill-benefiċjarji potenzjali tal-Programm (ċittadini, organizzazzjonijiet u awtoritajiet reġjonali) jipprovdilhom gwida, informazzjoni prattika u assistenza rigward l-aspetti kollha tal-Programm, fosthom b'rabta mal-proċedura ta' applikazzjoni u l-kitba ta' proposti, id-distribuzzjoni tad-dokumentazzjoni, it-tiftix tas-sħab, taħriġ u formalitajiet oħra, u b'hekk jiżgura li l-Programm jiġi implimentat b'mod uniformi. Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali ma għandhom jerfgħu l-ebda responsabbiltà rigward l-evalwazzjoni tal-proġetti, peress li din għandha ssir mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kumitat jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta l-linji individwali tal-Programm.

3.  Il-kumitat jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta l-linji individwali tal-Programm. Fejn ikun xieraq, u f'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu, għandhom jiġu mistiedna regolarment esperti esterni – inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti tal-benefiċjarji – biex jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu bħala osservaturi.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet ġenerali li ġejjin:

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(a)  is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni li jagħmlu parti minn gruppi tas-soċjetà żvantaġġati u mhux irrappreżentati biżżejjed, dwar il-valuri, id-drittijiet u l-prinċipji komuni li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom bħala ċittadini Ewropej, kif ukoll dwar il-modi kif jipproteġu u jeżerċitaw dawn id-drittijiet, irrispettivament minn fejn jgħixu; il-promozzjoni ta' proġetti mfasslin biex itejbu l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-objettivi tal-Programm; it-tħeġġiġ tal-edukazzjoni formali u informali dwar iċ-ċittadinanza Ewropea.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

(b)  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju u l-enfasizzar ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati (inklużi l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-korpi governattivi lokali u ċ-ċittadini) bil-ħsieb li jittejbu l-għarfien, il-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku kif ukoll li jiġu vvalorizzati r-riżultati tal-attivitajiet li jkunu ngħataw appoġġ;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

imħassar

__________________

1 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  l-appoġġ għal inizjattivi u miżuri maħsuba biex jippromwovu u jipproteġu l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja u biex jibnu l-kapaċità għall-isfidi l-ġodda bħalma huma t-teknoloġiji ġodda tal-midja u l-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

imħassar

Emenda    57

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  il-promozzjoni tal-għarfien u tal-komprensjoni taċ-ċittadini dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b'rabta mal-protezzjoni tad-data personali, mal-privatezza u mas-sigurtà diġitali, kif ukoll l-indirizzar tal-aħbarijiet foloz u tad-diżinformazzjoni mmirata permezz ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ, studji u attivitajiet ta' monitoraġġ, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

(f)  it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini – speċjalment taż-żgħażagħ – dwar il-kultura, il-wirt kulturali, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropej, iżda wkoll dwar l-isfidi futuri tal-UE, kif ukoll it-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni, partikolarment bis-saħħa ta':

(i)   inizjattivi ta' riflessjoni dwar il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa u ta' kommemorazzjoni tal-vittmi tad-delitti tagħhom;

(ii)   attivitajiet dwar mumenti importanti u punti ta' riferiment oħra fl-istorja Ewropea reċenti;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Anness 1 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;

(g)  il-ġabra flimkien ta' ċittadini ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'laqgħat, f'attivitajiet ta' ġemellaġġ, fi proġetti fuq skala żgħira u fi proġetti tas-soċjetà ċivili, biex b'hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet għal approċċ minn isfel għal fuq aktar b'saħħtu, bil-għan li titfassal l-aġenda politika tal-Unjoni;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva u inklużiva, b'attenzjoni partikolari għall-gruppi marġinalizzati tas-soċjetà, fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika, bil-promozzjoni, fost l-oħrajn, tal-użu ta' għodod tad-demokrazija elettronika u tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej; is-sensibilizzazzjoni dwar il-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

(j)  l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja)  it-tisħiħ tal-kapaċità u tal-indipendenza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jwettqu monitoraġġ tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-appoġġ għal azzjonijiet fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(jb)  il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-dritt, tal-għanijiet ta' politika u tal-istrateġiji tal-Unjoni fl-oqsma kollha koperti mill-Programm;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Fejn ikun possibbli, l-indikaturi għandhom jitqassmu skont l-età, is-sess u kwalunkwe data oħra li tista' tinġabar (etniċità, diżabbiltà, identità tal-ġeneru…). Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness II – tabella − ringiela 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-memorja u l-wirt Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm

L-għadd ta' netwerks u inizjattivi transnazzjonali li jiffukaw fuq il-kommemorazzjoni, il-wirt u d-djalogu ċivili Ewropej bħala riżultat tal-intervent tal-Programm.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Anness II – Tabella – Ringiela 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-distribuzzjoni ġeografika tal-proġetti

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR GĦAL OPINJONI RĊEVIET KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija magħmula fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur għal opinjoni. Ir-rapporteur għal opinjoni rċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-opinjoni, sal-adozzjoni tagħha fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Civil Society Europe

Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

Kunsill tal-Muniċipalitajiet u Reġjuni Ewropej

Fondazzjoni Stefan Batory

Association Française du Conseil des Communes et Régions de France

Jeunes Fédéralistes européens

Culture Action Europe

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

Referenzi

COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

14.6.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sylvie Guillaume

1.6.2018

Eżami fil-kumitat

10.10.2018

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Silvia Costa, Mircea Diaconu, Jill Evans, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Santiago Fisas Ayxelà, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Emma McClarkin, Hermann Winkler

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Jarosław Wałęsa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

Mircea Diaconu

PPE

Heinz K. Becker, Norbert Erdős, Santiago Fisas Ayxelà, Stefano Maullu, Jarosław Wałęsa, Hermann Winkler, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Sylvie Guillaume, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano

VERTS/ALE

Jill Evans

0

-

1

0

ECR

Emma McClarkin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (21.11.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

(COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sylvia-Yvonne Kaufmann

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 , (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

(2)  Dawk id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu kkultivati, protetti, promossi, infurzati u kondiviżi b'mod effiċjenti fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE, sabiex jiġu protetti dawk id-drittijiet u valuri fl-Istati Membri u biex jiġu evitati l-effetti detrimentali tad-deterjorament possibbli tagħhom fuq l-Unjoni kollha kemm hi. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li se jappoġġa soċjetajiet miftuħa, demokratiċi, pluralisti u inklużivi. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 , (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

_________________

_________________

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà b'valuri komuni u bbażata fuq id-drittijiet, miftuħa, ugwali, inklużiva u demokratika, billi jiġu ffinanzjati attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti u li jkollha setgħa. Tali attivitajiet jinkludu t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tal-paċi u d-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-istituzzjonijiet iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm djalogu regolari mal-benefiċjarji tal-Programm, kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib iċ-ċittadini tagħha u żżid il-fiduċja tagħhom fiha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu, l-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea bbażata fuq id-diversità, is-solidarjetà u s-sens ta' appartenenza komuni u l-fatt li għandna wirt kulturali kondiviż.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet u l-benefiċċji tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun imsaħħa fil-livelli kollha permezz tal-promozzjoni, is-salvagwardja u s-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE sabiex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha hemm fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. It-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza, b'mod partikolari f'relazzjonijiet mill-qrib. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn danni u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm.

(9)  Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha hemm fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. It-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza, b'mod partikolari f'relazzjonijiet mill-qrib. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ minn danni u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ta' dak li jkun, għad-domiċilju u għall-komunikazzjonijiet (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u komprensjoni tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.

(13)  Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ta' dak li jkun, għad-domiċilju u għall-komunikazzjonijiet (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u komprensjoni tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, tappoġġja l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-protezzjoni tad-data skont l-istandards tal-Unjoni, u twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra, minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.

_________________

_________________

12 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

12 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

13 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89-131.

13 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89-131.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

(14)  L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija l-ewwel strument supranazzjonali ta' demokrazija parteċipattiva, li joħloq rabta diretta bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-UE. L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu, jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej u jinkoraġġixxu lill-oħrajn jappoġġawhom.

_________________

_________________

14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-19 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu, inkluż permezz ta' finanzjament ewlieni xieraq u alternattivi tal-kostijiet, regoli u proċeduri finanzjarji ssimplifikati, il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-komplementarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġiji jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, inkluż ta' dawk immirati għall-promozzjoni u s-salvagwardja tal-valuri komuni tagħna kif imnaqqax fl-Artikolu 2 tat-TUE, u l-komplementarjetà tagħhom mal-azzjonijiet tal-Istati Membri, meta jkun hemm azzjonijiet fil-livell tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jiġu l-konsistenza, il-komplementarjetà u sinerġijima' programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Din is-sinerġija tissalvagwardja u tippromwovi wkoll midja ħielsa pluralista u indipendenti, tiżgura l-libertà tal-espressjoni u tipprevjeni t-tixrid ta' informazzjoni ħażina. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ, tal-iżvilupp u tal-klima jew tal-protezzjoni tal-ambjent.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa, ġestjoni finanzjarja tajba u użu prudenti tar-riżorsi. B'mod partikolari, ir-regoli dwar il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali u għotjiet f'daqqa jenħtieġ li jitħaddmu bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-programm. Ir-regoli jenħtieġ li jżommu l-piż amministrattiv fuq il-kandidati kemm jista' jkun possibbli għall-minimu. Fejn possibbli, l-applikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li jiġu aċċettati. Il-kandidati u l-benefiċjarji tal-finanzjament taħt kull linja jenħtieġ li jkollhom aċċess għal punt ta' kuntatt nazzjonali, li jagħtihom appoġġ f'kull stadju tal-proċedura ta' applikazzjoni. Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil proċeduri rapidi u flessibbli għall-għoti ta' għotjiet, bħal proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tħejjija ta' proposti li ma jkunux ta' suċċess u biex tittejjeb l-effiċjenza tal-programm.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

(29)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. F'dan il-kuntest, eżempji ta' applikanti u benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar, jistgħu jinftiehmu bħala organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet pubbliċi lokali, sħab soċjali, eċċ. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

Għanijiet tal-programm

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ u l-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, sabiex jiġu sostnuti soċjetajiet miftuħa, imsejsa fuq id-drittijiet, demokratiċi, ugwali u inklużivi.

2.  Fl-ambitu tal-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin li jikkorrispondu għal-linji:

2.  Fl-ambitu tal-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin li jikkorrispondu għal-linji:

(a)  għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet),

(a)  għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet),

(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja Ewropa għaċ-Ċittadini),

(c)  għall-ġlieda tal-vjolenza (il-linja Daphne).

(c)  għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza (il-linja Daphne).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet

Il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza;

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali, soċjali, kulturali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età, lingwa jew orjentazzjoni sesswali, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza, filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri;

(b)  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

(b)  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini

Linja 'l-Ewropa għaċ-Ċittadini

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

(a)  il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

(a)  il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;

(b)  il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni;

(b)  il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi ċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jitħallew jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni, sabiex jiżdied il-fehim ta' demokrazija pluralistika u parteċipattiva, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Il-linja Daphne

Il-linja Daphne

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju;

(a)  il-prevenzjoni, inkluż bl-azzjonijiet edukattivi, u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju;

(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza.

(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza u l-iżgurar ta' livell ekwu ta' protezzjoni madwar l-UE, nikluż permezz tal-faċilitazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess għall-ġustizzja, l-aċċess għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi u l-aċċess għal rapportar lill-pulizija għall-vittmi kollha ta' tali vjolenza.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament, permezz ta' għotjiet għal azzjonijiet u għotjiet operattivi pluriennali, fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż l-użu ta' somom f'daqqa, kostijiet ta' unità, rati fissi u għotjiet f'kaskata.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Tipi ta' azzjonijiet

Tipi ta' azzjonijiet

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv ġenerali msemmi fl-Artikolu 2(1) jew għall-kisba ta' kwalunkwe wieħed mill-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2) jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament

L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 2 se jitwettqu b'mod partikolari, iżda mhux esklużivament, permezz tal-appoġġ tal-attivitajiet li ġejjin kif imwettqa minn entità eliġibbli waħda jew aktar:

(a) is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni pubblika, il-promozzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki, il-prinċipji u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(b) it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku; 

(c) attivitajiet analitiċi ta' monitoraġġ, rapportar u promozzjoni biex jittejjeb il-fehim tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex jittejbu t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-dritt, il-politiki u l-valuri komuni tal-Unjoni fi ħdan l-Istati Membri, tali attivitajiet għandhom jinkludu pereżempju l-ġbir ta' data u statistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn ikun xieraq, indikaturi jew parametri referenzjarji; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;

(d) it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti u t-tisħiħ tal-ħila tal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jaħdmu favur il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;

(e) il-promozzjoni tal-kuxjenza u l-komprensjoni pubbliċi tar-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza, u s-sigurtà diġitali, kif ukoll l-indirizzar ta' aħbarijiet foloz u miżinformazzjoni mmirata permezz tas-sensibilizzazzjoni, taħriġ, studji u attivitajiet ta' monitoraġġ;

(f) it-tlaqqigħ flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet u proġetti ta' ġemellaġġ tal-bliet;

(g) it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva u inklużiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(h) l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jvaraw u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(i) l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm fil-livelli kollha, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks u tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili Ewropew biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp, is-sensibilizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt, l-għanijiet ta' politika, il-valuri u l-istrateġiji tal-Unjoni;

(j) it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, fosthom billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni indipendenti dwar il-programm;

(k) it-tisħiħ tal-kapaċità u l-indipendenza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-azzjonijiet ta' appoġġ fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali; 

(l) l-appoġġ għad-difiża tal-informaturi, fosthom inizjattivi u miżuri biex jiġu stabbiliti kanali sikuri għar-rapportar fi ħdan organizzazzjonijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi jew korpi rilevanti oħra, kif ukoll miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi kontra t-tkeċċija, dimozzjoni jew forom oħra ta' ritaljazzjoni, inkluż permezz ta' informazzjoni u taħriġ għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(m) l-appoġġ ta' inizjattivi u miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja u għall-bini tal-kapaċità għall-isfidi ġodda, bħal mezzi ġodda tal-midja u ħidma kontra d-diskors ta' mibegħda;

(n) l-appoġġ u l-bini ta' kapaċità għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-integrità u l-korruzzjoni, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-awtoritajiet pubbliċi;

(o) l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluż l-appoġġ għal azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali u biex jingħata kontribut għall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.

2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri. 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Monitoraġġ u rapportar

Monitoraġġ u rapportar

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II. Id-data miġbura għall-monitoraġġ u r-rapportar, fejn applikabbli, jenħtieġ li tkun diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, l-isfond edukattiv u fatturi rilevanti oħra.

2.  Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 16, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni, inkluż permezz ta' emendi għall-Anness II biex tirrieżamina u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ.

2.  Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 16, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni, inkluż permezz ta' emendi għall-Anness II biex tirrieżamina u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli formati faċli għall-utenti u tipprovdi orjentazzjoni u appoġġ, partikolarment lil applikanti u benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evalwazzjoni pubblika u faċilment aċċessibbli billi tippubblikaha fuq is-sit web tagħha.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll kooperazzjoni bikrija u skambju ta' fehmiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, b'mod partikolari billi taqsam ma' dawn tal-aħħar id-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, inklużi l-abbozzi tal-atti delegati, u billi tipprovdi aċċess sistematiku għall-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni. Għal dak il-għan il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu l-ippjanar għax-xhur ta' wara u l-istediniet għal-laqgħat kollha tal-esperti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, minkejja l-possibbiltà li ċ-ċittadini tal-UE u partijiet ikkonċernati oħra jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz ta' test tal-att delegat ikkonċernat matul perjodu ta' erba' ġimgħat. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni jistgħu jiġu kkonsultati dwar it-test tal-abbozz.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

2a.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Punt ta' Kuntatt Nazzjonali indipendenti, biex jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati u lill-benefiċjarji tal-Programm gwida, informazzjoni prattika u assistenza rigward l-aspetti kollha tal-Programm u l-proċedura ta' applikazzjoni tiegħu.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

Anness I

L-attivitajiet tal-Programm

L-attivitajiet tal-Programm

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

Il-kisba tal-objettiv ġenerali msemmi fl-Artikolu 2(2) u tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet ġenerali li ġejjin:

(a)  is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(a)  is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni pubblika u t-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

(b)  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

(b)  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

(c)  attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

(c)  attivitajiet analitiċi, ta' monitoraġġ, ta' rapportar u ta' appoġġ1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

(d)  it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;

(d)  it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jappoġġaw lil dawk il-politiki u drittijiet;

(e)  l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

(e)  l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

(ea)  il-promozzjoni tal-kuxjenza u l-fehim pubbliċi tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza, u s-sigurtà diġitali, kif ukoll l-indirizzar ta' aħbarijiet foloz u miżinformazzjoni mmirata permezz tas-sensibilizzazzjoni, it-taħriġ, l-istudji u l-attivitajiet ta' monitoraġġ;

(f)  it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

(f)  it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

(g)  il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;

(g)  il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

(h)  it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva u inklużiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali fi Stat Membru;

(ha)  it-tisħiħ imġedded tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini għad-drittijiet u ld-dmirijiet tagħhom li ġejjin miċ-ċittadinanza Ewropea, bħad-dritt li wieħed jivvjaġġa, jaħdem, jistudja u jgħix fi Stat Membru ieħor, permezz tal-kampanji ta' informazzjoni;

(hb)  taħriġ ġdid speċjalizzat għall-persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku ta' Stat Membru wieħed fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw jew jivvjaġġaw fl-Istat Membru msemmi preċedentement, kif ukoll taħriġ fir-rigward tal-miżuri li jiggarantixxu r-rispett għal dawn id-drittijiet;

(i)  l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jintrifed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jvaraw u jappoġġjaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(i)  l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jintrifed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jvaraw u jappoġġjaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

(j)  l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

(j)  l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej li jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika tagħha.

(k)  it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u t-tixrid u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni dwar il-programm u netwerk nazzjonali ta' kuntatt.

(k)  it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u t-tixrid u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni dwar il-programm u netwerk nazzjonali ta' kuntatt.

(ka)  it-tisħiħ tal-kapaċità u l-indipendenza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali fi Stat Membru;

(kb)  twaqqif ġdid ta' protezzjoni tal-informaturi, inklużi miżuri biex jiġu stabbiliti mezzi sikuri ta' rapportar fi ħdan organizzazzjonijiet u lil awtoritajiet pubbliċi jew korpi oħra rilevanti;

(kc)  promozzjoni u appoġġ ġodda tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja u bini tal-kapaċità għal sfidi ġodda, bħal midja ġodda u ħidma kontra d-diskors ta' mibegħda;

(kd)  bini tal-kapaċità għall-awtoritajiet pubbliċi biex itejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà tagħhom filwaqt li jsaħħu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-promozzjoni u l-monitoraġġ tat-trasparenza u r-responsabbiltà ta' dawk l-awtoritajiet pubbliċi;

_________________

_________________

1 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew parametri ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

1 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew parametri ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm “Drittijiet u Valuri”

Referenzi

COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sylvia-Yvonne Kaufmann

9.7.2018

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Laura Ferrara, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Jytte Guteland, Virginie Rozière, Kosma Złotowski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Geoffroy Didier, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Virginie Rozière

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

2

-

ENF

Gilles Lebreton

PPE

József Szájer

3

0

ECR

Sajjad Karim, Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (21.11.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

(COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Josep-Maria Terricabras

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jappoġġa l-għan tal-programm il-ġdid ta' finanzjament "Drittijiet u Valuri" li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif minquxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiġu sostnuti soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi li ż-żewġ programmi eżistenti "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza" u "Ewropa għaċ-Ċittadini" jingħaqdu u jiġu sostitwiti mill-programm il-ġdid u li dan il-programm il-ġdid, flimkien mal-programm Ġustizzja, ikunu parti minn Fond ta' Ġustizzja, Drittijiet u Valuri ġdid tal-baġit tal-UE. Ir-rapporteur iqis, madankollu, li l-livell ta' ambizzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni kellu jkun ogħla. B'mod partikolari, huwa jipproponi li tiżdied raba' linja li tiffoka fuq l-azzjonijiet li jippromwovu d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt (il-linja tal-valuri tal-Unjoni). Jipproponi wkoll mekkaniżmu ta' kundizzjonalità li permezz tiegħu, fil-każ ta' ġestjoni indiretta ta' riżorsi u jekk entità tal-gvern tkun ir-riċevitur, meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet raġonevoli biex temmen li defiċjenza ġeneralizzata fir-rigward tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE fl-Istat Membru kkonċernat taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għal ġestjoni diretta. Barra minn hekk, jipproponi li l-programmi ta' ħidma li jwettqu l-programm il-ġdid "Drittijiet u Valuri" f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju jiġu adottati permezz ta' atti delegati sabiex ikun hemm skrutinju aħjar min-naħa tal-Parlament. Fl-aħħar nett, jistaqsi għaliex xi elementi distintivi tal-programmi eżistenti, bħall-ġlieda kontra l-ksenofobija jew il-promozzjoni tal-volontarjat fil-livell tal-UE, tħallew barra mill-proposta attwali. Għalhekk huwa jissuġġerixxi emendi li għandhom l-għan li jerġgħu jdaħħlu dawk l-elementi u li, b'mod ġenerali, itejbu l-proposta bil-għan li ssir aktar effettiva fil-ħolqien ta' kultura Ewropea awtentika ta' drittijiet u valuri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  L-istat tad-dritt, kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE, huwa s-sinsla tad-demokrazija Ewropea u huwa wieħed mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea li ġejjin mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri kollha. Ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u l-promozzjoni tagħhom huma l-kundizzjoni bażika biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni. Ir-rispett tal-istat tad-dritt fl-Unjoni huwa wkoll prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għad-difiża tad-drittijiet u l-obbligi kollha li joħorġu mit-Trattati.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u s-sistemi ġuridiċi tagħhom. Sfortunatament, f'ċerti Stati Membri, il-ksur tal-valuri u tal-prinċipji minquxa fit-Trattati qed jiġi aggravat minn ksur serju tal-ftehimiet adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u minn ostakoli ġodda fl-implimentazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, azzjonijiet li jippromwovu r-rispett tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149 , (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").

(2)  Dawk id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu kkultivati, protetti u promossi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu, populiżmu eċċessiv u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Huwa essenzjali wkoll li jinħoloq ambjent li jippermetti li jsir djalogu demokratiku paċifiku bejn rappreżentanti ta' fehmiet differenti. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri") u dan se jiġi aġġustat biex jindirizza sfidi ġodda għall-valuri Ewropej.

_________________

_________________

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, miftuħa, inklużiva u demokratika permezz tal-finanzjament ta' attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti, żviluppata sew, reżiljenti, awtodipendenti u setgħana, bl-inklużjoni tal-ħidma favur il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri komuni tagħna, u li tinkoraġġixxi l-paċi, il-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u trawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-istituzzjonijiet iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm djalogu regolari mal-benefiċjarji tal-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra billi tistabbilixxi Grupp ta' Djalogu Ċivili.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.

(4)  Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (il-"Programm") jindirizza l-aktar sfidi importanti għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri, billi jqis il-fatt li l-isfidi jistgħu jvarjaw madwar l-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat impatt konkret, il-Programm jenħtieġ li jibni fuq it-tagħlimiet tal-Programmi predeċessuri. Dan jenħtieġ li jieħu vantaġġ ukoll mis-sinerġiji ma' politiki u programmi oħra tal-Unjoni u ta' atturi oħra. Dan jenħtieġ li jżid l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom u l-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, jenħtieġ li l-Programm iqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  L-istat tad-dritt, kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE, huwa s-sinsla tad-demokrazija Ewropea u huwa wieħed mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea li ġejjin mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri kollha. Ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u l-promozzjoni tagħhom huma l-kundizzjoni bażika biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni. Ir-rispett tal-istat tad-dritt fl-Unjoni huwa wkoll prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għad-difiża tad-drittijiet u l-obbligi kollha li joħorġu mit-Trattati. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u s-sistemi ġuridiċi tagħhom. Għalhekk, azzjonijiet li jippromwovu r-rispett tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq eqreb taċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu, l-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma importanti biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja u l-valuri fundamentali komuni, bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea bbażata fuq id-diversità, is-solidarjetà u s-sens ta' appartenenza komuni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni hija minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Komunità Ewropea. L-aċċess liberu għall-informazzjoni, l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-qafas tal-midja u l-użu responsabbli u sikur tan-netwerks ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni huma direttament marbuta ma' opinjoni pubblika mingħajr ħlas u huma essenzjali għall-garanzija ta' demokrazija funzjonali. Huwa meħtieġ li l-pubbliku jakkwista l-ħiliet tal-litteriżmu medjatiku li huma meħtieġa għall-ħsieb kritiku u għad-dixxerniment u għall-kapaċità li janalizza realtajiet kumplessi, jirrikonoxxi d-differenzi bejn l-opinjonijiet u l-fatti u jirreżisti kwalunkwe forma ta' inċitament għall-mibegħda. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Unjoni tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-età tagħhom, permezz tat-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni, l-istudji u attivitajiet rilevanti oħra.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jsaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fil-livell nazzjonali, il-finanzjament tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxi biex jappoġġa, jagħti s-setgħa u jibni l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jippromwovi, jissalvagwardja u jqajjem kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

(20)  Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet, l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, u l-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront ta' gruppi f'riskju, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri taż-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.

(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, inkluż fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, bil-għan li jippromwovu u jissalvagwardjaw il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex konsistenza, sinerġiji u komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Istati Membri u ma' programmi oħra ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib mal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, inkluż mal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+, kif ukoll ma' politiki rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji. Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-proċeduri u r-rekwiżiti tal-Programm għall-ħolqien tal-għotjiet ikunu jistgħu jintużaw faċilment mill-benefiċjarji potenzjali, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, u li dawn jiżguraw trasparenza sħiħa dwar l-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi. Ir-regoli dwar il-possibbiltà li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali jkunu ffinanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet f'kaskata, dispożizzjonijiet li jiżguraw proċeduri rapidi u flessibbli għall-konċessjoni tal-għotjiet, bħall-proċedura ta' applikazzjoni b'żewġ stadji, applikazzjonijiet u proċeduri ta' rapportar faċli għall-utent jenħtieġ li jkunu operazzjonalizzati u msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 . F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv għall-Kummissjoni u għall-benefiċjarji, il-kapaċità tal-benefiċjarji potenzjali u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità, appoġġ finanzjarju għall-partijiet terzi, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-kofinanzjament jiġi aċċettat in natura, inkluż f'forma ta' xogħol volontarju, u jista' jiġi rrinunzjat f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 . F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

_________________

_________________

20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà u jiġu pprovduti gwida u informazzjoni prattika fir-rigward tal-Programm, jenħtieġ li fl-Istati Membri jiġu stabbiliti Punti ta' Kuntatt bil-ħsieb li jipprovdu assistenza kemm lill-benefiċjarji kif ukoll lill-applikanti. 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(25)  Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi relatati mal-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet, l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, u l-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront ta' gruppi f'riskju, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Eme