Proċedura : 2018/0136(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0469/2018

Testi mressqa :

A8-0469/2018

Dibattiti :

PV 16/01/2019 - 29
CRE 16/01/2019 - 29

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2019 - 10.8
CRE 17/01/2019 - 10.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 04/04/2019 - 6.17

Testi adottati :

P8_TA(2019)0038
P8_TA(2019)0349

RAPPORT     ***I
PDF 1357kWORD 151k
17.12.2018
PE 628.374v01-00 A8-0469/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

(COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD))

Kumitat għall-Baġit

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Korapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial, Petri Sarvamaa

(Proċeduratal-kumitat konġunt – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

Rapporteur għal opinjoni (*):

Josep-Maria Terricabras, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

(COM(2018)0324 – C8-0178/2018/2018 – 2018/0136(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0324),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0178/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-17 ta' Awwissu 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0469/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri essenzjali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha.

(1)  L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fil-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-TUE, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligi tagħhom u jagħtu eżempju billi ġenwinament jissodisfaw dawn l-obbligi u jimxu lejn kultura komuni tal-istat tad-dritt bħala valur universali li għandu jiġi applikat minn dawk kollha kkonċernati b'mod ekwu. Ir-rispett sħiħ għal dawn il-prinċipji u l-promozzjoni tagħhom huma prerekwiżit essenzjali għal-leġittimità tal-proġett Ewropew kollu kemm hu u kundizzjoni bażika għall-bini tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni u l-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tagħha.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 tat-TUE, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-qalba kostituzzjonali tagħha u l-valuri komuni li hija msejsa fuqhom, inklużi l-prinċipji baġitarji tagħha. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, u l-pajjiżi kandidati huma obbligati jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu dawk il-prinċipji u valuri, u għandhom id-dmir li jikkooperaw b'mod leali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati7 l-prinċipji tal-legalità8, taċ-ċertezza legali9, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi10, tas-separazzjoni tas-setgħat11, u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti12.

(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati7 l-prinċipji tal-legalità8, inkluż proċess trasparenti, responsabbli u demokratiku tal-promulgazzjoni tal-liġi, taċ-ċertezza legali9, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi10, tas-separazzjoni tas-setgħat11, aċċess għall-ġustizzja u għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali12. Dawk il-prinċipji huma riflessi, fost l-oħrajn, fil-livell tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u anke fuq il-bażi tal-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem12a.

__________________

__________________

7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-KawżiMagħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.

8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.

9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19

9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19.

10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.

10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.

11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41.

11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Lulju 2018, LM, C-216/18 PPU, ECLI:EU:C:2018:586, punti 63-67.

12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014) 158 final, Anness I.

12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014) 158 final, Anness I.

 

12a Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-4 ta' April 2011 Studju Nru 512/2009 (CDL-AD (2011)003rev).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-kriterji ta' adeżjoni, jew il-kriterji ta' Copenhagen, stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen fl-1993 u msaħħa mill-Kunsill Ewropew ta' Madrid fl-1995, huma l-kundizzjonijiet essenzjali li l-pajjiżi kandidati kollha jeħtiġilhom jissodisfaw biex isiru Stati Membri. Dawk il-kriterji jinkludu l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ir-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kapaċità tal-pajjiż li jlaħħaq mal-kompetizzjoni u mal-forzi tas-suq fl-UE; u l-kapaċità li jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija fl-UE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  In-nuqqas ta' pajjiż kandidat li jissodisfa l-istandards, il-valuri u l-prinċipji demokratiċi meħtieġa jwassal għal dewmien fl-adeżjoni fl-Unjoni ta' dan il-pajjiż, sakemm jilħaq dawn l-istandards bis-sħiħ. L-obbligi li jaqgħu fuq il-pajjiżi kandidati taħt il-kriterji ta' Copenhagen jibqgħu japplikaw għall-Istati Membri wara li jkunu ssieħbu fl-Unjoni permezz tal-Artikolu 2 tat-TUE u tal-prinċipju tal-koperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4 tat-TUE. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi regolari sabiex jiġi vverifikat li l-liġijiet u l-prattiki tagħhom ikomplu jikkonformaw ma' dawk il-kriterji u mal-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, biex b'hekk jiġi pprovdut qafas legali u amministrattiv sod għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u vice versa.

(3)  Filwaqt li m'hemm l-ebda ġerarkija fost il-valuri tal-Unjoni, ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u viċe versa. Il-koerenza u l-konsistenza tad-demokrazija interna u esterna, l-istat tad-dritt u l-politika tad-drittijiet fundamentali huma kruċjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-korpi ġudizzjarji jenħtieġ li jaġixxu b'mod indipendenti u imparzjali u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(6)  L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu dejjem garantiti u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jxekklu dawn il-prinċipji fundamentali u jkunu ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-indipendenza tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura tinkludi kemm l-indipendenza formali (de jure) kif ukoll dik reali (de facto) tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura u tal-prosekuturi individwali u tal-imħallfin.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwiex importanti biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu l-aktar meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod.

(8)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex essenzjali biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment, għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu b'mod sostenibbli biss meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-integrazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti ta' monitoraġġ tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u r-rapporti Kontra l-Korruzzjoni, f'qafas usa' ta' monitoraġġ fuq l-istat tad-dritt, tista' tipprovdi mekkaniżmi ta' kontroll aktar effiċjenti u effettivi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Nuqqas ta' trasparenza, diskriminazzjoni arbitrarja, distorsjoni tal-kompetizzjoni u kundizzjonijiet mhux ugwali fi ħdan is-suq intern u barra minnu, impatt fuq l-integrità tas-suq intern, u fuq kemm tkun ġusta, stabbli u leġittima s-sistema tat-taxxa, żieda fl-inugwaljanzi ekonomiċi, kompetizzjoni inġusta bejn l-istati, skuntentizza soċjali, nuqqas ta' fiduċja u defiċit demokratiku huma xi wħud mill-effetti negattivi ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  L-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha għadd kbir ta' strumenti u proċessi biex tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u xierqa tal-prinċipji u tal-valuri stabbiliti fit-TUE, iżda bħalissa m'hemm ebda rispons rapidu u effikaċi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda. L-istrumenti eżistenti jenħtieġ li jiġu infurzati, evalwati u kkomplementati fil-qafas ta' mekkaniżmu tal-istat tad-dritt sabiex ikunu adegwati u effikaċi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(11)  Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Investigazzjonijiet effiċjenti dwar nuqqasijiet bħal dawn, u l-applikazzjoni ta' miżuri effikaċi u proporzjonati meta jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat, huma meħtieġa mhux biss biex jiġu żgurati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-ġbir effikaċi tad-dħul, iżda wkoll biex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha. Ġudikatura indipendenti biss li tipproteġi l-istat tad-dritt u ċ-ċertezza tad-dritt fl-Istati Membri kollha tista' fl-aħħar mill-aħħar tiggarantixxi li l-flus mill-baġit tal-Unjoni jkunu protetti biżżejjed.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-Kummissjoni stmat li l-iskala tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa tammonta għal EUR 1 triljun fis-sena. L-impatti negattivi ta' tali prattiki fuq il-baġits u ċ-ċittadini tal-Istati Membri u tal-Unjoni huma evidenti u jistgħu jdgħajfu l-fiduċja fid-demokrazija.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  L-evitar tat-taxxa korporattiva għandu impatt dirett fuq il-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni u fuq it-tqassim tal-isforz tat-taxxa bejn il-kategoriji ta' kontribwenti kif ukoll bejn il-fatturi ekonomiċi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c)  L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw kompletament il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fil-kwistjonijiet ta' kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 11d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11d)  Il-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 11e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11e)  Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki fil-qasam tat-taxxa tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni jiżguraw li ma tiġi implimentata l-ebda miżura dannuża ġdida ta' tassazzjoni fl-Istati Membri. Il-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri, il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, ir-reġjuni jew strutturi amministrattivi oħra mal-lista komuni tal-Unjoni ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx jissalvagwardja s-suq uniku u jiżgura l-funzjonament xieraq u koerenti tiegħu.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni komprensiva u kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun oġġettiva, imparzjali u trasparenti u bbażata fuq informazzjoni minn sorsi rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, dwar il-kontroll finanzjarju u dwar it-tassazzjoni, kif ukoll il-linji gwida użati fil-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru, u minn istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluża b'mod partikolari l-Lista ta' Kriterji tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta' Venezja, u ta' netwerks internazzjonali rilevanti, bħan-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Panel konsultattiv ta' esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-għan li jgħin lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tan-nuqqasijiet ġeneralizzati. Dan il-panel jenħtieġ li jwettaq valutazzjoni annwali indipendenti tal-kwistjonijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jqis l-informazzjoni mis-sorsi rilevanti kollha u mill-istituzzjonijiet rikonoxxuti. Il-Kummissjoni, meta tieħu deċiżjoni dwar l-adozzjoni jew it-tneħħija ta' miżuri possibbli, jenħtieġ li tqis l-opinjonijiet rilevanti espressi minn dan il-bord.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li se jkun possibbli li jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri.

(13)  Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li għandhom jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Huwa essenzjali li l-interessi leġittimi tar-riċevituri u tal-benefiċjarji finali jkunu protetti kif suppost meta jiġu adottati miżuri f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati. Meta tikkunsidra l-adozzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni u gwida permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet, flimkien ma' għodod adegwati biex l-Kummissjoni tkun informata dwar kwalunkwe ksur tal-obbligu ġuridiku tal-entitajiet tal-gvern u tal-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pagamenti wara li jiġu adottati l-miżuri abbażi ta' dan ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri finali jew lill-benefiċjarji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tirkupra pagamenti magħmula lil dawk l-entitajiet, jew, skont il-każ, biex tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tnaqqas l-appoġġ għal programm, u biex tittrasferixxi ammont ekwivalenti għar-riżerva tal-Unjoni li għandu jintuża għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Minħabba l-effett tagħhom fuq il-baġit tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu approvaw trasferiment lejn riżerva baġitarja ta' ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, dawn it-trasferimenti jenħtieġ li jitqiesu bħala approvati sakemm, f'perjodu stabbilit, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dan tal-aħħar jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jemendahom jew jirrifjutahom.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt L-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jenħtieġ jikkunsidraw dawn il-kummenti.

(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra dawn il-kummenti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-Kunsill jenħtieġ ineħħi l-miżuri b'effett sospensiv fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.

(17)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tneħħi l-miżuri b'effett sospensiv u tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jneħħu kompletament jew parzjalment ir-riżerva baġitarja tal-miżuri inkwistjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kull miżura proposta u adottata skont dan ir-Regolament,

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "l-istat tad-dritt" jirreferi għall-valur tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, akkontabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; is-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;

(a)  "l-istat tad-dritt" għandu jinftiehem li jirrigwarda l-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-kriterji tal-adeżjoni mal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 49 tat-TUE; dan jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġi; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; l-aċċess għall-ġustizzja u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali, inkluż tad-drittijiet fundamentali kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; is-separazzjoni tas-setgħat; in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt" tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt;

(b)  "nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt" tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt, fejn din taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt tista' tkun ukoll konsegwenza ta' theddid sistemiku lill-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE li taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "entità tal-gvern" tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-[punt 42 tal-Artikolu 2] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru [...] (ir-"Regolament Finanzjarju").

(c)  "entità tal-gvern" tfisser kwalunkwe awtorità pubblika fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-punt 42 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a(ir-"Regolament Finanzjarju").

 

__________________

 

1a Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Nuqqasijiet ġeneralizzati

 

Il-punti li ġejjin, b'mod partikolari, għandhom jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt meta jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

 

(a) it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż l-iffissar ta' kwalunkwe limitazzjoni fuq il-ħila tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji b'mod awtonomu billi jsiru interventi esterni f'garanziji ta' indipendenza, billi jiġi limitat il-ġudizzju b'ordni esterna, billi jiġu riveduti b'mod arbitrarju r-regoli dwar il-ħatra jew it-termini tas-servizz ta' persunal ġudizzjarju, jew billi jiġi influwenzat il-persunal ġudizzjarju bi kwalunkwe mod li jipperikola l-imparzjalità tiegħu jew billi jkun hemm indħil fl-indipendenza tal-professjoni legali;

 

(b) in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;

 

(c) il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi;

 

(d) it-tqegħid f'riskju tal-kapaċità amministrattiva ta' Stat Membru li jirrispetta l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b'mod effettiv ir-regoli, l-istandards u l-politiki li jiffurmaw il-korp tad-dritt tal-Unjoni;

(e) il-miżuri li jdgħajfu l-protezzjoni tal-komunikazzjoni kunfidenzjali bejn l-avukat u l-klijent.

(Ara l-emenda relatata mal-Artikolu 3 – paragrafu 2.)

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri

Riskji għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Miżuri xierqa għandhom jittieħdu meta nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari:

1.  Jista' jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru meta wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jiġu affettwati jew jirriskjaw li jiġu affettwati:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet, u meta jwettqu monitoraġġ u kontrolli;

(a)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-funzjonament xieraq tal-ekonomija tas-suq, biex b'hekk jiġu rispettati l-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fl-Unjoni kif ukoll jiġu implimentati b'mod effettiv l-obbligi tas-sħubija, inkluża l-aderenza mal-għan tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar intern u estern, u l-funzjonament xieraq ta' sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta' rendikont;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta' frodi, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

(b)  il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta' frodi, inklużi frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(c)  rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (ab) u (b);

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, tal-korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta' pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;

(d)  il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, inklużi l-frodi tat-taxxa, tal-korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta' pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-evażjoni tat-taxxa u tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa u l-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet tat-taxxa;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti legali rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

(f)  il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u, suġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru konċernat, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti ġuridiċi rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni wara ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn li ġejjin jistgħu, b'mod partikolari, jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward l-istat tad-dritt,

imħassar

(a)  it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura;

 

(b)  in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;

 

(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi.

 

(Ara l-emenda relatata mal-Artikolu 2a(ġdid).)

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Panel ta' esperti indipendenti

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi panel ta' esperti indipendenti ("il-Panel").

 

Il-Panel għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji. Għandu jinħatar espert wieħed mill-parlament nazzjonali ta' kull Stat Membru u għandhom jinħatru ħames esperti mill-Parlament Ewropew. Il-Panel għandu jkun kompost b'tali mod li jiżgura l-bilanċ bejn is-sessi.

 

Kull meta jkun xieraq, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet u netwerks rilevanti, bħall-Federazzjoni Ewropea tal-Akkademji għax-Xjenzi u l-Istudji Umanistiċi, in-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja, il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati, in-Netwerk tal-Ġustizzja fit-Taxxa, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Panel f'konformità mar-regoli ta' proċedura msemmija fil-paragrafu 6.

 

2.  Il-kompiti konsultattivi tal-Panel għandu jkollhom bħala objettiv li jassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

Il-Panel għandu jevalwa s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha kull sena abbażi ta' kriterji kwantitattivi u kwalitattivi u ta' informazzjoni, filwaqt li jqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fl-Artikolu 5(2).

 

3.  Kull sena l-Bord għandu jippubblika sommarju tas-sejbiet tiegħu.

 

4.  Bħala parti mill-kompitu konsultattiv tiegħu u b'kont meħud tal-eżitu tal-kunsiderazzjonijiet skont il-paragrafu 2, il-Bord jista' jesprimi opinjoni dwar nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru.

 

Meta jesprimi opinjoni, il-Bord għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq tali kunsens, il-Panel għandu jesprimi l-opinjoni tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

 

5.  Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe opinjoni rilevanti espressa mill-Panel f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

 

6.  Il-Panel għandu jaħtar il-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Panel għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontenut tal-miżuri

Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri xierqa

1.  Meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 jkunu sodisfatti, jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri:

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.

3.  Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità, mat-tul ta' żmien u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali dwar l-obbligi mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet.

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq l-istess sit web jew portal, għodod adegwati għar-riċevituri jew għall-benefiċjarji finali biex dawn jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta' dawn l-obbligi li, fil-fehma ta' dawn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, jaffettwawhom direttament. Dan il-paragrafu għandu jiġi applikat b'mod li jiżgura l-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva XXX (id-Direttiva dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni). L-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont dan il-paragrafu tista' titqies biss mill-Kummissjoni jekk tkun akkumpanjata minn prova li r-riċevitur jew il-benefiċjarju finali kkonċernat ikun ressaq ilment formali lill-awtorità kompetenti.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont il-paragrafu 3a, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew minn Stati Membri skont il-paragrafu 2 jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.

Billi fejn neċessarju:

 

(a)  b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha:

 

(i) tirkupra l-pagament li sar lil kwalunkwe korp imsemmi fil-punti (v) sa (vii) tal-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju għal ammont ekwivalenti għall-ammont mhux imħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, bi ksur tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

 

(ii) tittrasferixxi ammont ekwivalenti għall-ammont imsemmi fil-punt preċedenti għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

 

(b)  b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju:

 

(i) l-obbligu tal-awtoritajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala obbligu tal-Istati Membri skont it-tifsira ta' [l-Artikolu 63] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR). Kwalunkwe ksur ta' tali obbligu għandu jiġi ttrattat skont [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR);

 

(ii) L-ammont li jirriżulta minn appoġġ imnaqqas mill-Fondi għal programm, b'applikazzjoni ta' [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR) għandu jiġi ttrasferit mill-Kummissjoni għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha

1.  Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe opinjoni tal-Panel, tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

2.  Meta tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 ikunux qed jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi opinjonijiet tal-Panel, deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-kontroll finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll il-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.

4.  L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar u lanqas iżjed minn tliet xhur mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tippreżentax jew le proposta għal deċiżjoni dwar miżuri xierqa.

5.  Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tadottax jew le deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-segwitu li għandu jingħata lill-informazzjoni rċevuta f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla ta' dik l-informazzjoni.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta' implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill.

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tittrasferixxi lejn riżerva baġitarja ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  B'deroga mill-Artikolu 31(4) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta għal trasferiment fi żmien erba' ġimgħat minn meta din tasal għand iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi kkunsidrata bħala approvata sakemm, fi żmien erba' ġimgħat, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jew il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemendawha jew jirrifjutawha. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jemendaw il-proposta għal trasferiment, l-Artikolu 31(8) tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6c.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha tidħol fis-seħħ jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jirrifjutaw il-proposta għal trasferiment fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 6b.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-Deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.

imħassar

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni evidenza biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.

1.  L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni notifika formali, li tinkludi l-evidenza, biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri xierqa ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 għandha tapplika.

2.  Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva proprja tiegħu, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe opinjoni tal-Panel, għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla tan-notifika formali. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tneħħi, kompletament jew parzjalment, ir-riżerva baġitarja msemmija fl-Artikolu 5(6a). Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6, 6b u 6c tal-Artikolu 5 għandha tapplika.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n + 2.

3.  Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n+ 2. Mis-sena n+3, ammont ekwivalenti għall-impenji sospiżi għandu jiddaħħal fir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP).

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Informazzjoni tal-Parlament Ewropew

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe miżura proposta jew adottata skont l-Artikoli 4 u 5

 

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Rapportar

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-effikaċja tal-miżuri adottati, fil-każ li jkun hemm, almenu ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

 

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk hu meħtieġ minn proposti xierqa.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Inklużjoni fir-Regolament Finanzjarju

 

Il-kontenut ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fir-Regolament Finanzjarju fir-reviżjoni tiegħu li jmiss.

(1)

ĠU C 291, 17.8.2018, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020" (COM (2018) 98), tisħaq li "l-Unjoni hija komunità ta' dritt u l-valuri tagħha jikkostitwixxu l-bażi stess tal-eżistenza tagħha. Għalhekk ir-rispett ta' dawn il-valuri jrid jiġi żgurat fil-politiki kollha tal-Unjoni. Dan jinkludi fil-baġit tal-UE, fejn ir-rispett tal-valuri fundamentali huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE".

It-tħassib dwar in-nuqqasijiet fil-kontrolli u fil-bilanċi nazzjonali li possibbilment idgħajfu r-rispett lejn il-valuri fundamentali mnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kienu kwistjoni ta' dibattitu pubbliku reċenti. F'dak il-kuntest, ġie ssuġġerit li n-nuqqas ta' rispett lejn il-valuri fundamentali għandu jkollu konsegwenzi li jinkludu s-sospensjoni tal-iżborsi mill-baġit tal-UE.

B'mod partikolari, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni "biex tipproponi mekkaniżmu li permezz tiegħu, l-Istati Membri li ma jirrispettawx il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), ikunu suġġetti għal konsegwenzi finanzjarji". Madankollu, "il-benefiċjarji finali tal-baġit tal-Unjoni", il-Parlament wissa wkoll, "ma jistgħu bl-ebda mod jiġu affettwati minn ksur ta' regoli li ma jkunux responsabbli għalih".

Fit-2 ta' Mejju 2018, bħala parti integrali mill-pakkett QFP 2021-20127, il-Kummissjoni ppubblikat proposta leġiżlattiva biex tistabbilixxi r-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istess bħar-Regolament Finanzjarju.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha mir-riskju ta' telf finanzjarju kkawżat minn nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt, l-UE għandha tkun tista' timponi miżuri xierqa li jinkludu s-sospensjoni, it-tnaqqis u r-restrizzjoni fuq l-aċċess għall-fondi tal-UE b'mod li jkun proporzjonat man-natura, mal-gravità u mal-ambitu tan-nuqqasijiet.

Il-proċedura proposta mill-Kummissjoni biex jiġu adottati dawk il-miżuri hija din: meta jkun hemm raġunijiet iġġustifikati biex wieħed jemmen li hemm nuqqas ġeneralizzat, il-Kummissjoni l-ewwel tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat u teżamina l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat ikun stabbilit, tissottometti proposta għal deċiżjoni dwar il-miżuri lill-Kunsill, li jiddeċiedi skont votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa (jiġifieri tkun meħtieġa maġġoranza kwalifikata biex tiġi miċħuda jew emendata l-proposta). L-istess proċedura tapplika biex jitneħħew il-miżuri meta n-nuqqas ma jibqax jeżisti.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteurs

Ir-Rapporteurs jikkondividu l-objettivi wesgħin imressqa mill-Kummissjoni u qed jipproponu għadd ta' emendi sabiex tissaħħaħ il-proposta u tiżdied l-effikaċja tagħha, abbażi tal-linji li ġejjin.

  Il-valuri fundamentali u l-kriterji ta' Copenhagen: L-Artikoli 2 u 3 għandhom jiġu emendati biex jiġi kkjarifikat li, kif issuġġerit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Marzu 2018 dwar l-QFP il-ġdid, l-istat tad-dritt għandu jinftiehem li jirrigwarda l-valuri fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE. Meta jiġi vvalutat ir-riskju li n-nuqqas ġeneralizzat relatat mal-istat tad-dritt jirrappreżenta fir-rigward tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda għandhom jiġu kkunsidrati l-kriterji ta' Copenhagen, li huma l-kundizzjonijiet essenzjali li l-pajjiżi kandidati kollha jeħtiġilhom jissodisfaw sabiex isiru Stat Membru tal-Unjoni. Dawk il-kriterji jinkludu l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi, ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kapaċità li l-pajjiż ilaħħaq mal-kompetizzjoni u l-kapaċità li jieħu l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni.

  Valutazzjoni tan-nuqqasijiet ġeneralizzati: meta tkun qed tevalwa l-eżistenza ta' nuqqas ġeneralizzat u sabiex tiżgura l-proporzjonalità tal-miżuri li jiġu adottati, il-Kummissjoni jeħtieġ li tqis l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża informazzjoni li tkun ġejja mill-Parlament u minn korpi bħall-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-Kummissjoni jeħtiġilha tqis ukoll il-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni, b'mod partikolari l-kapitoli dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali (23), il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà (24), il-kontroll finanzjarju (32) u t-tassazzjoni (16), u l-linji gwida użati fil-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika.

  Il-protezzjoni tal-benefiċjarji finali: filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni tispeċifika li l-impożizzjoni ta' miżuri xierqa ma taffettwax l-obbligu tal-entitajiet governattivi li jimplimentaw programmi jew fondi, u b'mod partikolari l-obbligu li jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji finali, mhuwiex kompletament ċar kif din id-dispożizzjoni għandha tiġi infurzata. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa biex tgħin lill-benefiċjarji finali fl-infurzar tal-pretensjonijiet tagħhom meta l-obbligi legali ma jiġux rispettati.

  Il-proċedura biex tadotta/tneħħi l-miżuri u l-involviment tal-Parlament: l-uniku dritt mogħti mill-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament huwa li dan għandu jkun infurmat b'kull miżura li tiġi proposta jew adottata. Dan l-arranġament b'mod ċar ma jirrispettax il-prerogattiva istituzzjonali tal-Parlament bħala parti mill-awtorità baġitarja tal-UE, minħabba l-effett sinifikanti tal-miżuri proposti fuq il-baġit tal-Unjoni. Għalhekk, ir-rapporteurs qed jipproponu mekkaniżmu aktar ibbilanċjat, li jpoġġi lill-Parlament u lill-Kunsill fuq l-istess livell. Skont il-proċedura proposta, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa bl-att ta' implimentazzjoni tagħha stess, u fl-istess waqt tissottometti lill-Parlament u lill-Kunsill proposta għal trasferiment lejn riżerva baġitarja ta' ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. Dik id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament u l-Kunsill, fi żmien xahar, ma jirrifjutawhiex. Il-prinċipju tal-votazzjoni b'maġġoranza (kwalifikata) inversa inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni jinżamm fil-proċedura proposta.

  Kwistjonijiet oħrajn: qed jiġu proposti emendi biex jiġi speċifikat b'mod aktar preċiż dak li jikkostitwixxi periklu għall-indipendenza tal-ġudikatura; biex titjieb iċ-ċertezza tal-proċedura billi jiġu inklużi skadenzi indikattivi għall-Kummissjoni biex tirreaġixxi għall-informazzjoni li taslilha mill-Istati Membri; u biex jiġi żgurat li jekk il-miżuri li jiġu imposti ma jitneħħewx wara sentejn, il-fondi sospiżi ma jintilfux iżda jiddaħħlu fir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji previsti fir-Regolament QFP 2021-2027.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (23.11.2018)

għall-Kumitat għall-BaġitsKumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

(COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Iskra Mihaylova

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u vice versa.

(3)  L-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u vice versa. Id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem huma essenzjali għall-kredibilità tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fil-25 ta' Ottubru 2016, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, fil-11 u 12 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni Ewropea għad-demokrazija permezz tal-liġi (il-"Kummissjoni ta' Venezja") adottat il-Lista tal-Kriterji tal-Istat tad-Dritt (CDL-AD(2016)007).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(11)  In-nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Investigazzjonijiet effiċjenti dwar nuqqasijiet bħal dawn, u l-applikazzjoni ta' miżuri effettivi u proporzjonati meta jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat, huma meħtieġa mhux biss biex jiġu żgurati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-ġbir effettiv tad-dħul, iżda wkoll biex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha. Ġudikatura indipendenti biss li tipproteġi l-istat tad-dritt u ċ-ċertezza tad-dritt fl-Istati Membri kollha tista' fl-aħħar mill-aħħar tiggarantixxi li l-flus mill-baġit tal-UE ikunu protetti biżżejjed.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni trasparenti, imparzjali u kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, opinjonijiet esperti tal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni Ewropea, rakkomandazzjonijiet magħmula minn kwalunkwe panel indipendenti ta' esperti kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li se jkun possibbli li jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri.

(13)  Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li se jkun possibbli li jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati, u jenħtieġ li japplikaw l-istess kriterji u jiżguraw trattament ugwali fost l-Istati Membri kollha. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri. Kwalunkwe deċiżjoni li jiġu imposti dawn il-miżuri jenħtieġ li tipprovdi garanziji serji, abbażi ta' valutazzjonijiet tal-impatt, sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE ma jkunux affettwati b'mod ħażin. 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li japplika l-prinċipju tal-proporzjonalità meta jiġu determinati l-miżuri li se jkunu adottati, b'mod partikolari billi jitqiesu s-serjetà tas-sitwazzjoni, iż-żmien li għadda mindu seħħ l-aġir rilevanti, id-duratura u r-rikorrenza tiegħu, l-intenzjoni u l-livell ta' kollaborazzjoni tal-Istat Membru biex itemm in-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-effetti ta' dak in-nuqqas fuq il-fondi rispettivi tal-Unjoni.

(14)  Jenħtieġ li japplika l-prinċipju tal-proporzjonalità meta jiġu determinati l-miżuri li se jkunu adottati, b'mod partikolari billi jitqiesu s-serjetà tas-sitwazzjoni, iż-żmien li għadda mindu seħħ l-aġir rilevanti, id-duratura u r-rikorrenza tiegħu, l-intenzjoni u l-livell ta' kollaborazzjoni tal-Istat Membru biex itemm in-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-effetti ta' dak in-nuqqas fuq il-fondi rispettivi tal-Unjoni. Il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-impenji li jridu jiġu imposti jenħtieġ li jkun proporzjonati, jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri u jenħtieġ li jqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat u l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. L-impatt tas-sospensjonijiet fuq programmi ta' importanza fundamentali biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt jenħtieġ li jkun fattur speċifiku li jrid jitqies.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Huwa essenzjali li l-interessi leġittimi tar-riċevituri u tal-benefiċjarji finali jkunu protetti kif suppost meta jiġu adottati miżuri f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati. Meta tikkunsidra l-miżuri li għandhom jiġu adottati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali. Sabiex issaħħaħ il-protezzjoni tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja b'mod attiv ir-rispett tal-obbligu legali tal-entitajiet governattivi u tal-Istati Membri li jkomplu jagħmlu l-pagamenti wara li jkunu adottaw miżuri abbażi ta' dan ir-regolament, u li tinforma lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali bid-drittijiet tagħhom meta jkun hemm xi ksur.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Huwa essenzjali li r-riċevituri individwali ta' boroż ta' studju permezz ta' programmi bħal Erasmus, għotjiet għar-riċerka u għotjiet individwali simili ma jiġux affettwati jekk jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw Stat Membru f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ tintuża votazzjoni b'unanimità mingħajr il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt L-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jenħtieġ jikkunsidraw dawn il-kummenti.

(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat bl-eżitu tal-evalwazzjonijiet tiegħu, meħuda minn panel indipendenti ta' esperti jew mill-Kummissjoni u dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bin-notifika u l-kontenut tagħha. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ tikkunsidra dawn il-kummenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-Kunsill jenħtieġ ineħħi l-miżuri b'effett sospensiv fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kull miżura proposta u adottata skont dan ir-Regolament,

(18)  Il-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati dwar kull miżura proposta u adottata skont dan ir-Regolament,

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt" tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt;

(b)  "nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt" tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt, kif deskritt fl-Artikolu 3;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri

Defiċjenza ġeneralizzata fir-rigward tal-istat tad-dritt

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Miżuri xierqa għandhom jittieħdu meta nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari:

1.  Nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma, b'mod partikolari:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  il-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni inklużi l-libertà tal-istampa, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà akkademika;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  id-dixxiplina fiskali ta' dak l-Istat Membru, b'mod partikolari l-evitar ta' defiċit eċċessiv tal-gvern f'konformità mal-Artikolu 126 tat-TFUE.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi.

(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi, b'fokus partikulari fuq id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea derivati minn proċedimenti ta' ksur, jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  ir-restrizzjoni sproporzjonata tal-libertà tal-istampa, tal-libertà tal-assoċjazzjoni u tal-libertà akkademika;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  in-nuqqas li jiġi żgurat li l-gvern ikun responsabbli skont il-liġi, ugwalment bħall-atturi privati;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  in-nuqqas li jiġi żgurat li l-liġijiet ikunu dominju pubbliku u ġusti, u li jipproteġu d-drittijiet fundamentali, inklużi s-sigurtà tal-persuni u l-proprjetà u ċerti drittijiet fundamentali tal-bniedem;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)  in-nuqqas li jiġi żgurat li l-proċessi li bihom jiġu ppromulgati, amministrati u infurzati l-liġijiet, ikunu aċċessibbli, ġusti u effiċjenti;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ce)  in-nuqqas li jiġi żgurat li ssir ġustizzja f'waqtha minn rappreżentanti kompetenti, etiċi u indipendenti u minn partijiet newtrali li jkunu aċċessibbli, li jkollhom riżorsi adegwati, u li jirriflettu l-kompożizzjoni tal-komunitajiet li jaqdu;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt cf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cf)  in-nuqqas li jiġi żgurat li s-setgħat tal-gvern ikunu soġġetti għal kontrolli mhux governattivi, u li l-uffiċjali tal-gvern ikunu sanzjonati għal imġiba ħażina.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontenut tal-miżuri

Miżuri

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri xierqa

1.  Il-miżuri xierqa li ġejjin jistgħu jiġu adottati f'każ ta' nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni b'ġestjoni kondiviża skont [il-punt (b) tal-Artikolu 62] tar-Regolament Finanzjarju:

(b)  meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni b'ġestjoni kondiviża skont [il-punt (b) tal-Artikolu 62] tar-Regolament Finanzjarju, f'każ ta' nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt, ħlief meta japplika punt ba:

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  tnaqqis fil-prefinanzjament;

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  interruzzjoni tal-iskadenzi tal-pagamenti;

imħassar

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  sospensjoni tal-pagamenti.

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  sa fejn huma kkonċernati l-Fondi SIE, meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni f'ġestjoni kondiviża skont il-[punt (b) tal-Artikolu 62] tar-Regolament Finanzjarju, il-miżuri definiti fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għandhom japplikaw fil-każ ta' nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor, l-impożizzjoni ta' miżuri xierqa ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-entitajiet governattivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew tal-Istati Membri msemmija f'punt (b) tal-paragrafu 1, li jimplimentaw il-programm jew il-fond affettwat mill-miżura, u b'mod partikolari l-obbligu li jagħmlu l-pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.

2.  L-impożizzjoni ta' miżuri xierqa ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-entitajiet governattivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew tal-Istati Membri msemmija f'punt (b) tal-paragrafu 1, li jimplimentaw il-programm jew il-fond affettwat mill-miżura, u b'mod partikolari l-obbligu li jagħmlu l-pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali. Kwalunkwe deċiżjoni li jiġu imposti miżuri xierqa għandha tipprovdi garanziji serji, abbażi ta' valutazzjonijiet tal-impatt, sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE ma jkunux affettwati b'mod ħażin. 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-impenji li jridu jiġu imposti għandhom ikunu proporzjonati, jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri u għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat u l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. L-impatt tas-sospensjonijiet fuq programmi ta' importanza fundamentali biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt għandu jkun fattur speċifiku li jrid jitqies.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet ċari u raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill bin-notifika u l-kontenut tagħha.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-garanziji meħtieġa biex tiżgura li l-istess kriterji jkunu japplikaw għall-Istati Membri kollha, f'konformità mal-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni, fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, billi tadotta miżuri simili u mhux diskriminatorji f'każijiet komparabbli għall-Istati Membri kollha.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

2.  Meta tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 ikunux qed jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni tista' tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rakkomandazzjonijiet magħmula minn kwalunkwe panel indipendenti ta' esperti kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, ta' organizzazzjonijiet u netwerks mhux governattivi, bħall-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura, u opinjonijiet esperti tal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta' implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill.

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt kif definit fl-Artikolu 3(2) huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta' implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Parlament Ewropew għal opinjoni u lill-Kunsill, għal deċiżjoni.

 

Wara li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, id-Deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

 

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-Deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

7.  Meta l-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt kif definit fl-Artikolu 3(1) huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa lill-Parlament Ewropew għal opinjoni u lill-Kunsill, għal opinjoni. Filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa, jew deċiżjoni li ma tinfurzax il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Qabel ma tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt potenzjali ta' dawk il-miżuri fuq ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali tal-pagamenti relatati mal-programmi jew mal-fondi affettwati. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fil-paragrafu 2 meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżuri.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.

8.  Il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità u mingħajr il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Meta tiġi adottata deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tittrasferixxi lejn riżerva baġitarja ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b.  B'deroga mill-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta għal trasferiment fi żmien erba' ġimgħat minn meta din tasal għand iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi kkunsidrata bħala approvata sakemm, fi żmien erba' ġimgħat, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jew il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemendaha jew jirrifjutaha. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jemendaw il-proposta għal trasferiment, għandu japplika l-paragrafu 8 tal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5, paragrafu 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8c.  Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jirrifjutaw il-proposta għal trasferiment fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 8b.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 -paragrafu 8d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8d.  Matul il-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni għandha tissorvelja b'mod attiv jekk id-drittijiet legali tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali jkunux qed jiġu rrispettati. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita wkoll is-sottomissjoni lilha ta' lmenti minn riċevituri jew benefiċjarji finali meta huma jqisu li d-drittijiet legali tagħhom ma jkunux qed jiġu rrispettati. Meta l-Kummissjoni ssib li l-Istat Membru jew l-entità governattiva kkonċernata jonqsu milli jissodisfaw l-obbligu legali tagħhom li jwettqu l-pagamenti, u li l-interessi leġittimi tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali ma jkunux qed jiġu rrispettati, għandha tieħu kull miżura xierqa sabiex tgħin lil dawk ir-riċevituri jew benefiċjarji finali fl-infurzar tal-pretensjonijiet tagħhom.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n + 2.

3.  Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP).

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe miżura proposta jew adottata skont l-Artikoli 4 u 5

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe miżura proposta jew adottata skont l-Artikoli 4 u 5.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

Referenzi

COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.6.2018

CONT

11.6.2018

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Iskra Mihaylova

22.11.2018

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Matthijs van Miltenburg

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, John Flack, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Petras Auštrevičius, John Howarth, Ivana Maletić, Dimitrios Papadimoulis, Bronis Ropė, Milan Zver

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Joachim Zeller, Milan Zver

S&D

Victor Boştinaru, John Howarth, Constanze Krehl, Monika Smolková, Kerstin Westphal

6

-

ALDE

Petras Auštrevičius, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

John Flack, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

4

0

GUE/NGL

Martina Anderson, Dimitrios Papadimoulis

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Monika Vana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (22.11.2018)

għall-Kumitat għall-BaġitsKumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

(COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helmut Scholz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' pożittivament l-għan tal-proposta għal regolament biex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni kontra nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru, li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja soda u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Huwa tal-istess fehma bħall-Kummissjoni li hemm relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda. Jirrikonoxxi wkoll li l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura huma essenzjali biex ikun żgurat ir-rispett tal-istat tad-dritt. Fl-istess ħin, iqis li l-mekkaniżmu propost jikkonferixxi lill-Kummissjoni wisq setgħa diskrezzjonali. B'mod partikolari, il-kriterji biex jingħata bidu għall-proċedura u għall-valutazzjoni kwalitattiva mhumiex iddefiniti biċ-ċar, lanqas mhuma l-kriterji tal-għażla u l-portata tal-miżuri, u, fl-aħħar mill-aħħar, il-Kummissjoni tkun libera li tiddeċiedi jekk tapplikax miżura, liema miżura jenħtieġ li tkun applikata u jekk tali miżura tkunx titneħħa aktar 'il quddiem. Dan huwa saħansitra aktar possibbli billi l-proposta tal-Kummissjoni tkun tqieset bħala approvata sakemm il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar, ma jirrifjutahiex ("votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa"). Barra minn dan, il-mekkaniżmu propost jidher li huwa mingħajr bażi ġuridika (l-Artikolu 322 TFUE, li fuqu hija bbażata l-proposta, ma jkunx biżżejjed). Jidher ukoll li huwa sproporzjonat, speċjalment meta mqabbel mal-Artikolu 7 TUE, li jista' jkopri każijiet simili ta' nuqqasijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt u li jeżiġi, skont iċ-ċirkostanzi, maġġoranza ta' erbgħa minn ħamsa fi ħdan il-Kunsill u l-unanimità fi ħdan il-Kunsill Ewropew. Għalhekk ir-rapporteur jissuġġerixxi mekkaniżmu differenti. Ir-rapporteur jikkritika wkoll il-fatt li l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-ebda valutazzjoni tal-impatt ma saru fi tħejjija tal-proposta għal regolament. B'mod partikolari, il-proposta tipprevedi li skont ġestjoni diretta u indiretta f'konformità mal-Artikolu 62(a) u (c) tar-Regolament Finanzjarju, il-miżuri jistgħu jkunu applikati biss meta l-entità tal-gvern tkun ir-riċevitur. Fl-eventwalità li din il-kundizzjoni ma tkunx sodisfatta, il-finanzjament tal-Unjoni inkwistjoni ma jista' jkun suġġett għall-ebda waħda mill-miżuri msemmija fil-proposta għal regolament. Fin-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt li tiċċara kemm mill-baġit tal-Unjoni jkun eskluż mill-protezzjoni tal-mekkaniżmu propost, huwa diffiċli li jiġu stabbiliti l-benefiċċji potenzjali tiegħu. Ir-rapporteur jistaqsi lilu nnifsu wkoll għaliex il-proposta ma tistabbilixxi l-ebda obbligu għall-Kummissjoni biex tivvaluta l-possibbiltà li tneħħi l-miżuri fuq inizjattiva tagħha u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tar-regolament propost. Fid-dawl ta' dak espost hawn fuq, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-proposta tkun emendata bil-mod segwenti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri essenzjali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha.

(1)  L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għall-minoranzi. Skont l-Artikolu 2 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu dawn il-valuri, komuni għall-Istati Membri kollha, f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Fost dawk il-valuri, l-Artikolu 2 tat-TUE ma jipprevedi l-ebda ġerarkija.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jallinja l-premessa mat-test effettiv tal-Artikolu 2 tat-TUE.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'mod debitu u sinċier biex jonoraw l-obbligi tal-adeżjoni mal-Unjoni kif ifakkar it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati7 l-prinċipji tal-legalità8, taċ-ċertezza legali9, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi10, tas-separazzjoni tas-setgħat11, u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti12.

(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati7 l-prinċipji tal-legalità8, taċ-ċertezza legali9, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi10, tas-separazzjoni tas-setgħat11, u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti12.

_____________________________

_____________________________

7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-KawżiMagħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.

8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato vs Srl Meridionale Industria Salumi u oħrajn Ditta Italo Orlandi & Figlio u Ditta Vincenzo Divella vs Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, punt 10.

9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19.

9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, punt 19.

10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, paragrafu 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.

10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, punt 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, punt 58.

11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses v Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, paragrafi 31, 40-41.

11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Lulju 2018, LM, C-216/18 PPU, ECLI:EU:C:2018:586, punti 63-67.

12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014) 158 final, Anness I.

12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014) 158 final, Anness I.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jallinja l-premessa mal-ġurisprudenza l-aktar reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-indipendenza tal-ġudikatura tippresupponi, b'mod partikolari, li l-korp konċernat ikun jista' jeżerċita l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu kompletament b'mod awtonomu, mingħajr ma jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni ġerarkika jew ikun subordinat għal kwalunkwe korp ieħor, u mingħajr ma jirċievi struzzjonijiet minn x'imkien, u li għalhekk huwa protett minn interventi jew minn pressjonijiet esterni li jistgħu jfixklu l-indipendenza tad-deċiżjoni tal-membri tiegħu u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom. Il-garanziji tal-indipendenza u tal-imparzjalità jeżiġu regoli, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-korp u tal-ħatra, tat-tul ta' servizz u tar-raġunijiet għar-rifjut u t-tkeċċija ta' membri tiegħu, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli li jista' jkollhom xi wħud dwar l-impermeabbiltà ta' dak il-korp għal fatturi esterni u dwar in-newtralità tiegħu fir-rigward tal-interessi ppreżentati quddiemu.

(7)  L-indipendenza tal-ġudikatura tippresupponi, b'mod partikolari, li l-korp konċernat ikun jista' jeżerċita l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu kompletament b'mod awtonomu, mingħajr ma jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni ġerarkika jew ikun subordinat għal kwalunkwe korp ieħor, u mingħajr ma jirċievi struzzjonijiet minn xi mkien, u li għalhekk huwa protett minn interventi jew minn pressjonijiet esterni li jistgħu jfixklu l-indipendenza tad-deċiżjoni tal-membri tiegħu u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom. L-indipendenza tal-ġudikatura tippresupponi wkoll li tinżamm distanza ndaqs mill-partijiet tal-proċessi u mill-interessi rispettivi tagħhom fir-rigward tas-suġġett ta' tali proċessi. Dan l-aspett jirrikjedi oġġettività u l-assenza ta' kwalunkwe interess fl-eżitu tal-proċess barra mill-applikazzjoni stretta tal-istat tad-dritt. Il-garanziji tal-indipendenza u tal-imparzjalità jeżiġu regoli, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-korp u tal-ħatra, tat-tul ta' servizz u tar-raġunijiet għall-astensjoni, għar-rifjut u għat-tkeċċija ta' membri tiegħu, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli li jista' jkollhom xi wħud dwar l-impermeabbiltà ta' dak il-korp għal fatturi esterni u dwar in-newtralità tiegħu fir-rigward tal-interessi ppreżentati quddiemu.

(Ara l-emenda tal-premessa 7a ġdida tal-proposta.)

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jallinja l-premessa mal-ġurisprudenza l-aktar reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (b'mod partikolari ara l-kawża C-216/18, punti 63-67).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ir-rekwiżit ta' ġudikatura indipendenti jfisser ukoll li r-reġim dixxiplinari li jirregola dawk inkarigati mill-aġġudikazzjoni f'kontenzjuż jeħtiġilhom juru l-garanziji neċessarji biex ikun evitat kwalunkwe riskju li din tintuża bħala sistema ta' kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Ir-regoli li jiddefinixxu, b'mod partikolari, kemm il-kondotta li twassal għal nuqqasijiet dixxiplinari kif ukoll il-penali effettivament applikabbli, li jipprevedu l-involviment ta' korp indipendenti skont proċedura li tissalvagwardja bis-sħiħ id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, partikolarment id-drittijiet tad-difiża, u li jistabbilixxu l-possibbiltà li jittieħdu azzjonijiet legali mmirati biex jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-korpi dixxiplinari jikkostitwixxu ġabra ta' garanziji essenzjali għas-salvagwardja tal-indipendenza tal-ġudikatura.

(Ara l-emenda tal-premessa 7 tal-proposta.)

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jallinja l-premessa mal-ġurisprudenza l-aktar reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (b'mod partikolari ara l-kawża C-216/18, punti 63-67).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja kontinwament il-qagħda tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri u mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jista' jiġi stabbilit kif talab il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottrubru 20161a.

 

_________

 

1a Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta'Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (2015/2254(INL)), ĠU C 215,19.6.2018, p. 162–177

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni imparzjali, trasparenti u kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi l-kundizzjonijiet u l-kalendarji tal-adozzjoni, tal-implimentazzjoni u tal-eżekuzzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tal-kapitoli rilevanti tal-acquis, deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

(Ara l-emenda tal-premessa 5(2) tal-proposta.)

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Huwa essenzjali li l-interessi leġittimi tar-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-programm jew tal-fond fil-mira tal-miżuri fl-eventwalità ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri jkunu salvagwardjati totalment u jenħtieġ li ma jkunux affettwati mill-ksur tar-regoli li tagħhom mhumiex responsabbli. Hija u tipproponi tali miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-impatt potenzjali fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali u jenħtieġ li timmonitorja b'mod attiv ir-rispett tal-obbligu ġuridiku tal-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pagamenti wara l-adozzjoni tal-miżuri min-naħa tal-Kummissjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament. F'każ ta' kull ksur min-naħa ta' Stat Membru, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lir-riċevituri u lill-benefiċjarji finali bi drittijiethom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Qabel ma tipproponi miżuri konkreti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tintalab tivvaluta l-implikazzjonijiet baġitarji possibbli ta' tali miżuri fuq il-baġit nazzjonali tal-Istat Membru konċernat fir-rispett dovut tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' nondiskriminazzjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Minħabba l-effett tagħhom fuq il-baġit tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu approvaw trasferiment lejn riżerva baġitarja ta' ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. Bil-għan li tkun żgurata deċiżjoni rapida dwar il-miżuri li huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, dawn it-trasferimenti jenħtieġ li jitqiesu bħala approvati sakemm, f'perjodu stabbilit, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dan tal-aħħar jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jemendahom jew jirrifjutahom.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt L-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jenħtieġ jikkunsidraw dawn il-kummenti.

(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bin-notifika u l-kontenut tagħha. L-Istati Membri konċernati jenħtieġ jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ tikkunsidra dawn il-kummenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-Kunsill jenħtieġ ineħħi l-miżuri b'effett sospensiv fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.

(17)  Il-Kummissjoni jenħtieġ tneħħi l-miżuri b'effett sospensiv u tibgħat proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ineħħu kompletament jew parzjalment ir-riżerva baġitarja tal-miżuri inkwistjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kull miżura proposta u adottata skont dan ir-Regolament,

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "l-istat tad-dritt" jirreferi għall-valur tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, akkontabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; is-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;

(a)  "l-istat tad-dritt" għandu jinftiehem li jirrigwarda l-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-kriterji tal-adeżjoni mal-Unjoni kif ifakkar l-Artikolu 49 tat-Trattat; dan jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti u imparzjali, inkluż tad-drittijiet fundamentali; is-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

 Monitoraġġ 

 

Il-Kummissjoni għandha kontinwament timmonitorja u tivvaluta l-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni u r-rispett tal-istat tad-dritt. 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri

Kundizzjonijiet għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

(Ara l-emendi tal-Artikoli 3, 4 u 5 tal-proposta.)

Ġustifikazzjoni

It-titolu ta' dan l-artikolu għandu jkun allinjat mal-kontenut effettiv tiegħu.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti legali rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

(f)  il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u, suġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru konċernat, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti ġuridiċi rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

Ġustifikazzjoni

Mhux l-Istati Membri kollha huma parti mill-kooperazzjoni marbuta mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  it-tqegħid f'riskju tal-kapaċità ta' Stat Membru li jirrispetta l-obbligi tal-adeżjoni mal-Unjoni, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b'mod effikaċi r-regoli, l-istandards u l-politiki li jikkostitwixxu l-corpus tad-dritt tal-Unjoni;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontenut tal-miżuri

Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

(Ara l-emendi tal-Artikoli 3, 4 u 5 tal-proposta.)

Ġustifikazzjoni

It-titolu ta' dan l-artikolu għandu jkun allinjat mal-kontenut effettiv tiegħu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri xierqa

1.  Meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 jkunu sodisfatti, jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri

(Ara l-emendi tal-Artikoli 3 u 5 tal-proposta.)

Ġustifikazzjoni

Qed tiġi suġġerita formulazzjoni aktar preċiża.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  jekk ikun il-każ, is-sospensjoni tal-ġestjoni indiretta u, minflokha, l-implimentazzjoni b'ġestjoni diretta;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipproponi miżuri addizzjonali biex ikun protett il-baġit tal-Unjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor, l-impożizzjoni ta' miżuri xierqa ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-entitajiet governattivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew tal-Istati Membri msemmija f'punt (b) tal-paragrafu 1, li jimplimentaw il-programm jew il-fond affettwat mill-miżura, u b'mod partikolari l-obbligu li jagħmlu l-pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.

2.  L-impożizzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-entitajiet governattivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew tal-Istati Membri msemmija f'punt (b) tal-paragrafu 1, li jimplimentaw il-programm jew il-fond affettwat mill-miżura, u b'mod partikolari l-obbligu li jagħmlu l-pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b'mod attiv jekk id-drittijiet legali tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali jkunux qed jiġu rispettati. Jekk il-Kummissjoni tikkonstata li l-Istat Membru mhuwiex qiegħed jissodisfa l-obbligu tiegħu li jiggarantixxi l-pagamenti u l-interessi leġittimi tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tgħin lil dawk ir-riċevituri jew benefiċjarji fl-infurzar tal-pretensjonijiet tagħhom. Ma għandux japplika l-Artikolu 68(1)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru XXXX (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni).

(Ara l-emendi tal-Artikoli 3 u 5 tal-proposta.)

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss, il-Parlament kkunsidra li "l-benefiċjarji finali tal-baġit tal-Unjoni ma jistgħu bl-ebda mod jiġu affettwati minn ksur ta' regoli li ma jkunux responsabbli għalih" (ara l-paragrafu 119). L-Artikolu 68(1)(b) tal-proposta għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (COM(2018) 375) – li jistabbilixxi l-obbligu tal-awtorità nazzjonali biex tiżgura l-pagament lill-benefiċjarju suġġett għad-disponibbiltà tal-fondi – jenħtieġ għaldaqstant li ma japplikax għall-każ inkwistjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.

3.  Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità, mat-tul ta' żmien u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha

1.  Meta l-Kummissjoni għandha mottivi raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'tali notifika u bil-kontenut tagħha.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

2.  Qabel ma tirrikorri għal notifika bil-miktub skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi l-kundizzjonijiet u l-kalendarji tal-adozzjoni, tal-implimentazzjoni u tal-eżekuzzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tal-kapitoli tal-acquis, id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Għandha wkol tqis il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, u b'mod partikolari:

 

(i)   il-Lista ta' Kriterji tal-Istat tad-Dritt (Rule of Law Checklist) tal-Kummissjoni ta' Venezja,

 

(ii)   ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec (2010)12 tal-Kunsill tal-Ewropa "L-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabbiltajiet" (Judges: independence, efficiency and responsibilities),

 

(iii)   ir-Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-Indipendenza tas-Sistema Ġudizzjarja Parti I: l-Indipendenza tal-Imħallfin (CDL-AD(2010)004),

 

(iv)   ir-Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-Parti II: is-Servizz tal-Prosekuzjoni (CDL-AD(2010)040), kif ukoll

 

(v)   ir-rapport ta' evalwazzjoni u konformità rilevanti tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO).

Ġustifikazzjoni

L-ispeċifikazzjoni aktar ċara tas-sorsi ta' gwida possibbli tista' ttejjeb it-trasparenza, it-traċċabbiltà u l-possibbiltà ta' awditjar tal-mekkaniżmu propost kif ukoll iċ-ċertezza tad-dritt u n-nonarbitrarjetà tas-setgħat li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.

4.  L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar jew aktar minn 3 xhur mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tippreżentax jew le proposta għal deċiżjoni dwar miżuri xierqa.

5.  Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tadottax jew le deċiżjoni dwar miżuri xierqa.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta' implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill.

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tittrasferixxi lejn riżerva baġitarja ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. B'deroga mill-Artikolu 31(4) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta għal trasferiment fi żmien erba' ġimgħat minn meta din tasal għand iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi kkunsidrata bħala approvata sakemm il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jew il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemendaha jew jirrifjutaha. Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jirrifjutaw il-proposta għal trasferiment f'dan il-perjodu. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jemendaw il-proposta għal trasferiment, l-Artikolu 31(8) tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  Fil-proposta ppreżentata skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interessi leġittimi tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali tal-programm jew tal-fond milquta mill-miżura jkunu salvagwardjati b'mod sħiħ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implikazzjonijiet baġitarji possibbli ta' tnaqqis fil-finanzjamenti tal-Unjoni tal-baġit nazzjonali tal-Istat Membru konċernat fir-rispett dovut tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' nondiskriminazzjoni.

(Ara l-emendi tal-Artikoli 3 u 4 tal-proposta.)

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss, il-Parlament kkunsidra li "l-benefiċjarji finali tal-baġit tal-Unjoni ma jistgħu bl-ebda mod jiġu affettwati minn ksur ta' regoli li ma jkunux responsabbli għalih", li "l-baġit tal-Unjoni mhuwiex l-istrument ġust biex jiġi indirizzat in-nuqqas li wieħed jirrispetta l-Artikolu 2 TUE" u li "kwalunkwe konsegwenza finanzjarja għandha taqa' fuq l-Istat Membru b'mod indipendenti mill-implimentazzjoni tal-baġit" (ara l-paragrafu 119).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-Deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

imħassar

(Ara l-emenda tal-premessa 15 tal-proposta.)

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.

imħassar

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni evidenza biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.

1.  L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni evidenza biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie biżżejjed rimedjat jew ma għadux jeżisti.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri xierqa ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 għandha tapplika.

Fuq it-talba tal-Istat Membru konċernat jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fit-tali Stat Membru. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri inkwistjoni ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tneħħi, kompletament jew parzjalment, ir-riżerva baġitarja li tirreferi għall-miżuri adottati. Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6, 6a u 6 tal-Artikolu 5 għandha tapplika.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li din il-Kummissjoni tkun tista' taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, u mhux biss abbażi ta' talba mill-Istat Membru konċernat. Qed tiġi suġġerita wkoll formulazzjoni aktar preċiża.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Informazzjoni tal-Parlament Ewropew

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe miżura proposta jew adottata skont l-Artikoli 4 u 5

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Rapportar

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-effikaċja tal-miżuri adottati, fil-każ li jkun hemm, almenu ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

 

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk hu meħtieġ minn proposti xierqa.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

Referenzi

COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.6.2018

CONT

11.6.2018

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Helmut Scholz

20.6.2018

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Eżami fil-kumitat

1.10.2018

12.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Elmar Brok, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Guerrero Salom, Jérôme Lavrilleux, Georg Mayer, Jasenko Selimovic, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pavel Svoboda

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

PPE

Elmar Brok, Danuta Maria Hübner, Jérôme Lavrilleux, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pavel Svoboda, Rainer Wieland

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Enrique Guerrero Salom, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira

VERTS/ALE

Pascal Durand

2

-

ECR

Morten Messerschmidt

ENF

Georg Mayer

1

0

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (5.12.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits u Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

(COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD))

Rapporteur għal opinjoni: (*): Josep-Maria Terricabras

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri essenzjali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha.

(1)  L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għall-minoranzi. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma f'relazzjoni trijangolari, isaħħu lil xulxin u flimkien jissalvagwardjaw il-qalba kostituzzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Ma jista' jkun hemm l-ebda ġerarkija bejn il-valuri fi ħdan l-Unjoni. L-interdipendenza bejn demokrazija li tiffunzjona, istituzzjonijiet b'saħħithom u responsabbli, teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti u inklużiv u stat tad-dritt effettiv hija essenzjali għal rispett effettiv għad-drittijiet tal-bniedem u viċe versa. L-Artikoli 2 u 6 tat-TUE jirrikjedu li l-Istati Membri jirrispettaw bis-sħiħ, jipproteġu u jippromwovu l-prinċipji tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u d-demokrazija.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati l-prinċipji tal-legalità7, taċ-ċertezza legali8, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi9, tas-separazzjoni tas-setgħat10, u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti11.12

(2)  L-istat tad-dritt jirrikjedi li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati l-prinċipji tal-legalità7, inkluż proċess trasparenti, responsabbli u demokratiku tal-promulgazzjoni tal-leġiżlazzjoni, taċ-ċertezza legali8, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi9, tas-separazzjoni tas-setgħat10, u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali 11.12

__________________

__________________

7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato vs Srl Meridionale Industria Salumi u oħrajn Ditta Italo Orlandi & Figlio u Ditta Vincenzo Divella vs Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.

8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato vs Srl Meridionale Industria Salumi u oħrajn Ditta Italo Orlandi & Figlio u Ditta Vincenzo Divella vs Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.

9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, punt 19.

9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, punt 19.

10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.

10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.

11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41.

11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41.

12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014) 158 final, Anness I.

12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014) 158 final, Anness I.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefendu u jikkultivaw il-valur tal-istat tad-dritt u jagħtu eżempju billi jimxu lejn kultura kondiviża tal-istat tad-dritt, li hija kundizzjoni essenzjali għal-leġittimità tal-proġett Ewropew kollu kemm hu u l-kundizzjoni bażika biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni. Id-deterjorament tal-istat tad-dritt fi Stat Membru wieħed jaffettwa b'mod negattiv l-istat tad-dritt fl-Unjoni kollha kemm hi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni huma stipulati, b'mod partikolari, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li skont l-Artikolu 6 tat-TUE għandha l-istess valur ġuridiku bħat-Trattati u, konsegwentement, għandha tiġi osservata fil-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni, inkluż f'dan ir-Regolament. L-obbligu tar-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali huwa stabbilit ukoll f'għadd ta' trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta Soċjali Ewropea, il-Protokoll Addizzjonali tagħha u l-verżjoni riveduta tagħha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u vice versa.

imħassar

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Kull meta l-Istati Membri jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, u jkun xi jkun il-metodu ta' implimentazzjoni li jużaw, ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali biex jikkonformaw mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda stabbilit fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Kull meta l-Istati Membri jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, u jkun xi jkun il-metodu ta' implimentazzjoni li jużaw, ir-rispett tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali huwa prekondizzjoni essenzjali biex jikkonformaw mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda stabbiliti fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-korpi ġudizzjarji jenħtieġ li jaġixxu b'mod indipendenti u imparzjali u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(6)  Il-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu dejjem garantiti u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma rekwiżit bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jxekklu dawn il-prinċipji fundamentali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwiex importanti biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu l-aktar meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod.

(8)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt u għad-drittijiet fundamentali huwa essenzjali biex jippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Huwa importanti wkoll għall-intraprenditorija, għall-inizjattivi tan-negozju, għall-innovazzjoni u għall-investiment u għall-promozzjoni ta' suq intern ibbażat fuq id-drittijiet u l-funzjonament tajjeb. Is-suq intern jeħtieġ qafas ġuridiku u istituzzjonali stabbli biex jiżgura l-fiduċja fost l-atturi kollha, biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu u jinkiseb tkabbir sostenibbli fit-tul. F'sitwazzjonijiet li fihom Stat Membru ma jibqax jiggarantixxi r-rispett għall-istat tad-dritt jew għad-drittijiet fundamentali, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom id-dmir li jipproteġu l-integrità u l-applikazzjoni tat-Trattati u li jipproteġu d-drittijiet ta' kull persuna fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-Artikolu 19 TUE, li jagħti espressjoni konkreta għall-valur tal-istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 TUE, jimponi fuq l-Istati Membri li jagħtu protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. L-eżistenza stess ta' stħarriġ ġudizzjarju effettiv maħsub sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni hija essenzjali għall-eżistenza tal-istat tad-dritt u tirrikjedi qrati indipendenti13 . Huwa essenzjali li tinżamm l-indipendenza tal-qrati, kif ikkonfermat mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea14 . Dan huwa minnu, b'mod partikolari, għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-validità ta' miżuri, kuntratti jew strumenti oħra li jagħtu lok għal nefqa jew dejn pubbliku, fost l-oħrajn fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku li jistgħu jinġiebu quddiem il-qrati.

(9)  L-Artikolu 19 tat-TUE, li jagħti espressjoni konkreta għall-valur tal-istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE, jirrikjedi li l-Istati Membri jagħtu protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. L-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji hija aspett ewlieni tal-istat tad-dritt u hija essenzjali sabiex jiġi żgurat trattament ugwali, jiġu sanzjonati abbużi min-naħa tal-gvern u tiġi evitata l-arbitrarjetà. L-eżistenza stess ta' stħarriġ ġudizzjarju effettiv maħsub sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni hija essenzjali għall-eżistenza tal-istat tad-dritt u tirrikjedi qrati indipendenti13 . L-iżgurar tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u ż-żamma tal-indipendenza tal-qrati hija essenzjali, kif ikkonfermat mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea14 . Dan japplika, b'mod partikolari, għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-miżuri, kuntratti jew strumenti oħra li jissarfu f'nefqa jew dejn pubbliku, fost l-oħrajn fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku li fir-rigward tagħhom il-qrati jistgħu jiġu invokati.

__________________

__________________

13 Kawża C-64/16, para 32-36.

13 Kawża C-64/16, para 32-36.

14 Kawża C-64/16, para 40-41.

14 Kawża C-64/16, para 40-41.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  B'hekk hemm relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda.

(10)  B'hekk hemm relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  In-nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(11)  In-nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-irregolaritajiet relatati mal-infiq tal-baġit tal-Unjoni u d-drittijiet u l-interessi taċ-ċittadini, irrispettivament minn fejn jgħixu.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat tirrikjedi valutazzjoni kwalitattiva, oġġettiva, trasparenti, mhux politiċizzata u imparzjali, ibbażata fuq evidenza speċifika, mill-Kummissjoni, assistita mill-bord rappreżentattiv ta' esperti indipendenti. Il-valutazzjoni annwali tal-Istati Membri kollha jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-informazzjoni mis-sorsi disponibbli kollha u mill-istituzzjonijiet rikonoxxuti kollha, inklużi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, rapporti u opinjonijiet ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura, kif ukoll ir-rapportar minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tissostitwixxi l-istrumenti u l-mekkaniżmi eżistenti bħall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika għall-Bulgarija u r-Rumanija.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "l-istat tad-dritt" jirreferi għall-valur tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, akkontabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; is-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;

(a)  "l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali" kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li jimplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; l-aċċess għall-ġustizzja u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali; is-separazzjoni tas-setgħat; in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza quddiem il-liġi; ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt" tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt;

(b)  "nuqqas ġeneralizzat" tfisser kwalunkwe sitwazzjoni li fiha theddida sistemika għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tista' tiġi stabbilita, jew li fiha l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jiġu mminati direttament jew indirettament b'mod sistemiku, jew permezz tal-impatt ikkombinat ta' prattiki, ommissjonijiet, miżuri jew inazzjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi jew permezz ta' prattiki, ommissjonijiet, miżuri jew inazzjonijiet mifruxa jew rikorrenti mill-awtoritajiet pubbliċi, u meta din is-sitwazzjoni taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari l-attivitajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll, f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Għandhom jittieħdu miżuri xierqa, bilanċjati u proporzjonati meta l-Kummissjoni ssib li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet ta' nuqqas ġeneralizzat fi Stat Membru huma ssodisfati.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Miżuri xierqa għandhom jittieħdu meta nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari:

1.  Il-miżuri għandhom jittieħdu meta nuqqas ġeneralizzat fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa, b'mod partikolari

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni wara ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn li ġejjin jistgħu, b'mod partikolari, jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward l-istat tad-dritt,

2.  Dawn li ġejjin għandhom, b'mod partikolari, jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati:

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura;

(a)  it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż l-iffissar ta' kwalunkwe limitazzjoni fuq il-kapaċità tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji b'mod awtonomu billi jsiru interventi esterni f'garanziji ta' indipendenza, billi jiġi limitat il-ġudizzju b'ordni esterna, billi jiġu riveduti b'mod arbitrarju r-regoli dwar il-ħatra jew it-termini tas-servizz ta' persunal ġudizzjarju, jew billi jiġi influwenzat il-persunal ġudizzjarju bi kwalunkwe mod li jipperikola l-imparzjalità tiegħu;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fl-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat, il-Kummissjoni hija assistita minn bord rappreżentattiv ta' esperti indipendenti (il-Bord ta' Esperti dwar l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali), li jivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha kull sena abbażi ta' kriterji u informazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, rapporti u opinjonijiet ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Id-dibattitu ta' segwitu annwali dwar il-valutazzjoni mill-Bord ta' Esperti dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali għandu jitwettaq mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali. Għal dan il-għan, għandu jiġi kostitwit Grupp Parlamentari Konġunt speċjalizzat stabbilit mill-parlamenti nazzjonali u mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. L-organizzazzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-Grupp Parlamentari Konġunt għandhom jiġu determinati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Il-Bord ta' Esperti dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali

 

1. Il-Bord ta' Esperti dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali għandu jkun iffurmat mill-membri li ġejjin:

 

(a) espert indipendenti wieħed maħtur mill-parlament ta' kull Stat Membru, li għandu jkun imħallef ikkwalifikat ta' qorti kostituzzjonali jew ta' qorti suprema, li attwalment mhuwiex f'servizz attiv;

 

(b) għaxar esperti oħra maħtura mill-Parlament Ewropew, b'maġġoranza ta' żewġ terzi, magħżula minn lista ta' esperti nominati minn:

 

(i) il-Federazzjoni Ewropea tal-Akkademji għax-Xjenzi u l-Istudji Umanistiċi (ALLEA);

 

(ii) in-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (ENNHRI);

 

(iii) il-Kunsill tal-Ewropa (inklużi l-Kummissjoni ta' Venezja, il-Grupp ta' Stati Kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem);

 

(iv) Il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ) u l-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE); kif ukoll

 

(v) in-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD).

 

2. Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Esperti dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali għandha tiżgura l-bilanċ bejn is-sessi.

 

3. Il-Bord ta' Esperti dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali għandu jeleġġi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu.

 

4. Sabiex tiġi faċilitata l-ħidma tal-Bord ta' Esperti dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni għandha tipprovdi segretarjat lill-Bord ta' Esperti, li jippermettilu jiffunzjona b'mod effiċjenti, b'mod partikolari billi jiġbor id-data u s-sorsi ta' informazzjoni li għandhom jiġu riveduti u valutati, u billi jipprovdilu appoġġ amministrattiv.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

Referenzi

COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.6.2018

CONT

11.6.2018

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.6.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Josep-Maria Terricabras

9.7.2018

Artikolu 55 – Proċedura b'kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Eżami fil-kumitat

8.11.2018

19.11.2018

3.12.2018

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

10

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Raymond Finch, Romeo Franz, Kinga Gál, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Pál Csáky, Gérard Deprez, Anna Hedh, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jeroen Lenaers, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, France Jamet

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Morten Helveg Petersen

ECR

Helga Stevens

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Max Andersson, Romeo Franz, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras

10

-

ECR

Branislav Škripek, Kristina Winberg

EFDD

Raymond Finch

ENF

France Jamet, Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

PPE

Pál Csáky, Kinga Gál, Lívia Járóka, Traian Ungureanu

3

0

PPE

József Nagy

S&D

Emilian Pavel, Sergei Stanishev

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

Referenzi

COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.5.2018

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.6.2018

CONT

11.6.2018

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

LIBE

11.6.2018

AFCO

11.6.2018

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

5.7.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Eider Gardiazabal Rubial

30.8.2018

Petri Sarvamaa

30.8.2018

 

 

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

5.7.2018

Eżami fil-kumitat

27.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

9

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Jonathan Bullock, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Luke Ming Flanagan, Eider Gardiazabal Rubial, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, John Howarth, Arndt Kohn, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Georgi Pirinski, Răzvan Popa, Paul Rübig, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Marco Valli, Derek Vaughan, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Caterina Chinnici, Sven Giegold, Karine Gloanec Maurin, Brian Hayes, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Georgios Kyrtsos, Giovanni La Via, Marian-Jean Marinescu, Péter Niedermüller, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Susanne Melior, Luděk Niedermayer, Joachim Schuster, Bart Staes, Henna Virkkunen, Kerstin Westphal

Data tat-tressiq

18.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Anneli Jäätteenmäki, Nils Torvalds

ECR

Bernd Kölmel

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Wim van de Camp, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Giovanni La Via, Luděk Niedermayer, Paul Rübig, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen

S&D

Inés Ayala Sender, José Blanco López, Caterina Chinnici, Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Vladimír Maňka, Susanne Melior, Péter Niedermüller, Georgi Pirinski, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Joachim Schuster, Isabelle Thomas, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Sven Giegold, Benedek Jávor, Bart Staes, Indrek Tarand

9

-

ECR

Ryszard Czarnecki, Zbigniew Kuźmiuk

EFDD

Jonathan Bullock, Marco Valli

ENF

André Elissen, Marco Zanni

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Tamás Deutsch, Marian-Jean Marinescu

3

0

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Luke Ming Flanagan

PPE

Asim Ademov

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali