Proċedura : 2018/0199(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0470/2018

Testi mressqa :

A8-0470/2018

Dibattiti :

PV 15/01/2019 - 21
CRE 15/01/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 12.8
CRE 16/01/2019 - 12.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 26/03/2019 - 7.18
CRE 26/03/2019 - 7.18

Testi adottati :

P8_TA(2019)0021
P8_TA(2019)0238

RAPPORT     ***I
PDF 1818kWORD 201k
17.12.2018
PE 626.663v02-00 A8-0470/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

(COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Pascal Arimont

Rapporteurs għall-opinjoni (*):

Fabio Massimo Castaldo, Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Eleni Theocharous, Kumitat għall-Iżvilupp

(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

(COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0374),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 178, 209(1), 212(2) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0229/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ... (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ... (2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0470/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta' reġjuni, fosthom ir-reġjuni transkonfinali elenkati b'mod espliċitu.

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, iż-żoni rurali, iż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, gżejjer u reġjuni muntanjużi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar jikkoopera minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.

(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar u r-reġjuni tagħhom jikkooperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.

_________________

_________________

21 [Referenza]

21 [Referenza]

22 [Referenza]

22 [Referenza]

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp kooperattiv u armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, u sabiex jitnaqqsu d-diverġenzi eżistenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Fil-proċess, il-prinċipji dwar il-governanza u s-sħubija f'diversi livelli jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, u jenħtieġ li jissaħħu l-approċċi bbażati fuq il-post.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-komponenti differenti tal-Interreg jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) kif deskritti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata f'Settembru 2015.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Għaldaqstant, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jinkludi kooperazzjoni kemm fuq l-art kif ukoll fil-fruntieri marittimi, mingħajr preġudizzju għall-komponent il-ġdid għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.

__________________

__________________

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017) 534 final).

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017) 534 final).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar jew ir-reġjuni tagħhom, u pajjiż jew reġjun wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f'qafas ta' kooperazzjoni marittima akbar, b'mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta' sħubija u t-twaqqif ta' sottoprogrammi u kumitati ta' tmexxija speċifiċi.

(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, b'rispett sħiħ tas-sussidjarjetà. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji transnazzjonali akbar u, fejn xieraq, territorji madwar il-baċiri tal-baħar li ġeografikament jestendu lil hinn minn dawk tal-programmi transfruntiera.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi.

(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji tal-programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw ma' pajjiżi terzi, pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali bl-aktar mod effettiv u sempliċi li jqis il-karatteristiċi individwali tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b'mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta' koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta' esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT") stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta' żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli"25, b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-"Inizjattiva Urbana Ewropea". Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi.

(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza pożittiva bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg minn naħa waħda u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 min-naħa l-oħra, il-kooperazzjoni interreġjonali, permezz ta' skambju ta' esperjenzi, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet għall-programmi fil-qafas taż-żewġ għanijiet (il-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi) fost il-bliet u r-reġjuni, hija komponent importanti li għandha l-għan li ssib soluzzjonijiet komuni fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni u li tibni sħubiji dejjiema. Jenħtieġ li għaldaqstant jitkomplew il-programmi eżistenti u, b'mod partikolari, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti, inkluża l-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT"), kif ukoll l-istrateġiji makroreġjonali.

__________________

 

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

 

25 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli" - COM(2017) 376 final, 18.7.2017.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u tintuża biex tappoġġa pjattaformi tematiċi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti f'oqsma bħall-enerġija, il-modernizzazzjoni industrijali, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-ambjent jew is-settur agroalimentari, u biex tgħin lil dawk involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jingħaqdu flimkien, sabiex tiżdied l-innovazzjoni u jinġiebu prodotti, proċessi u ekosistemi innovattivi fis-suq Ewropew. L-evidenza tissuġġerixxi li għad hemm falliment sistemiku persistenti fl-istadju tal-ittestjar u l-validazzjoni tad-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda (pereżempju, Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti), speċjalment meta l-innovazzjoni tkun riżultat tal-integrazzjoni tal-ispeċjalizzazzjonijiet reġjonali komplementari li joħolqu ktajjen ta' valur innovattivi. Dak il-falliment huwa partikolarment kritiku fil-fażi bejn il-pilotaġġ u l-adozzjoni sħiħa fis-suq. F'xi oqsma teknoloġiċi u industrijali strateġiċi, l-SMEs attwalment ma jistgħux iserrħu fuq infrastruttura ta' dimostrazzjoni pan-Ewropea eċċellenti, miftuħa u konnessa. Il-programmi taħt l-inizjattiva ta' kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni Ewropea kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni tal-PTEE, pajjiżi terzi, ir-reġjuni tagħhom, u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, inklużi r-reġjuni ġirien l-aktar imbiegħda. Is-sinerġiji bejn l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali u programmi rilevanti oħra tal-UE bħal dawk taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, is-Suq Diġitali Ewropa u l-programm tas-suq uniku jenħtieġ li jiġu mħeġġa, peress li dawn se jamplifikaw l-impatt tal-investimenti u jipprovdu valur aħjar għaċ-ċittadini.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi komuni għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

__________________

__________________

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u lNDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkumplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv, jiġifieri, sa 3 % tal-pakkett finanzjarju skont l-IPA III u sa 4 % tal-pakkett finanzjarju tal-programm ġeografiku tal-Viċinat skont lArtikolu 4(2)(a) tal-NDICI.

(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkomplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv.

__________________

__________________

27 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).

27 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).

28 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).

28 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).

29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).

29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil reġjuni li jsiru fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata kontinwità adegwata tal-programmi ta' kooperazzjoni li għaddejjin bħalissa.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll l-iżvilupp reġjonali u lokali. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  L-iżvilupp ta' sinerġiji mal-azzjoni esterna u l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni jenħtieġ ukoll li jgħinu biex jiġi żgurat impatt massimu filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kisba tal-koerenza fil-politiki kollha tal-Unjoni hija kruċjali għall-kisba tal-SDGs.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni mal-viċinat tagħhom, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31.

(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw it-titjib tal-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi u PTEE, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31.

_________________

_________________

31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE", - COM(2017) 623 final, 24.10.2017.

31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE", - COM(2017) 623 final, 24.10.2017.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà li Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE) jipparteċipaw fil-programmi Interreg. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-PTEE sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni effettivi tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, is-sehem għall-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jitnaqqas, filwaqt li s-sehem għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jiżdied minħabba l-integrazzjoni tal-kooperazzjoni marittima, u jenħtieġ li jinħoloq komponent ġdid tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.

(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Minħabba l-globalizzazzjoni, il-kooperazzjoni mmirata biex tagħti spinta lill-investimenti f'aktar impjiegi u tkabbir u investimenti konġunti ma' reġjuni oħra jenħtieġ li madankollu tiġi determinata wkoll mill-karatteristiċi u l-ambizzjonijiet komuni tar-reġjuni u mhux neċessarjament mill-fruntieri, u għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli fondi addizzjonali suffiċjenti għall-inizjattiva l-ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni biex iwieġbu għall-kundizzjoni tas-suq globali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid "PEACE-PLUS" jenħtieġ li jkompli u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

(18)  Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid "PEACE-PLUS" għandu jitkompla u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni soċjali, ekonomiċi u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg.

(20)  Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg. Jenħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-komponenti tal-INTERREG.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid].

(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jinżammu sempliċi u ċari biex tkun evitata regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Madankollu, is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-erba' dimensjonijiet kollha (l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u l-finanzjament) u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.

(22)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal jew fil-finanzjament, jew it-tnejn li huma, u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Strument importanti u ta' suċċess fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira, sabiex jiġu eliminati l-ostakli relatati mal-fruntieri u dawk transfruntiera, jitrawmu l-kuntatti bejn il-persuni lokali u b'hekk ir-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċittadini tagħhom jinġiebu aktar qrib xulxin. Il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira jitwettqu f'bosta oqsma, bħal fost l-oħrajn il-kultura, l-isport, it-turiżmu, l-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali, l-ekonomija, ix-xjenza, il-ħarsien tal-ambjent u l-ekoloġija, il-kura tas-saħħa, it-trasport u proġetti infrastrutturali fuq skala żgħira, il-kooperazzjoni amministrattiva u r-relazzjonijiet pubbliċi. Kif stabbilit ukoll fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni magħrufa bħala "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera"32, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira għandhom valur miżjud Ewropew għoli u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-objettiv globali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera.

 

__________________

32 Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera" tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li ilhom implimentati mill-ħolqien ta' Interreg, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera", dawn il-fondi għal proġetti żgħar għandhom rwol importanti fil-bini ta' fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur miżjud kbir Ewropew u jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri u jintegraw iż-żoni tal-fruntieri u ċ-ċittadini tagħhom. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

(23)  Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira ilhom mill-ħolqien ta' Interreg jiġu appoġġati permezz ta' fondi ta' proġetti żgħar jew strumenti simili, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar. Sabiex jiġu ppreservati l-valur miżjud u l-benefiċċji tal-proġetti bejn il-persuni u tal-proġetti fuq skala żgħira, anke fir-rigward tal-iżvilupp lokali u reġjonali, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

 

 

32 Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera" tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.

(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, inkluż għal punti ta' kuntatt reġjonali (jew "antenni"), li huma punti ta' kuntatt importanti għal dawk li jipproponu u jimplimentaw proġetti, u għaldaqstant jiffunzjonaw bħala linja diretta lejn is-segretarjati konġunti jew l-awtoritajiet rilevanti, iżda b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Bħala parti mit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni jaħdmu flimkien mill-qrib, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-arranġamenti proporzjonati u msaħħa għas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ta' programm Interreg li huma msemmija fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid].

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jassenjaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat jew fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku.

(27)  L-Istati Membri, fejn xieraq, jenħtieġ li jiddelegaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT ġdid jew, fejn applikabbli, li jeżisti jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lil korpi pubbliċi oħra minn Stati Membri differenti jistabbilixxu tali raggruppamenti ta' kooperazzjoni ma' personalità ġuridika u jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament tagħhom.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra.

(28)  Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sieħeb ewlieni jenħtieġ li jiżgura li s-sħab l-oħrajn jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mill-fond rispettiv tal-Unjoni bis-sħiħ u fil-limitu ta' żmien maqbul mis-sħab kollha u skont l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikat u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikati u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B'mod partikolari, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.

(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jeħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proċeduri relatati mal-irkupri jiġu stabbiliti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Minkejja dan, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Huwa xieraq li tiġi mħeġġa d-dixxiplina finanzjarja. Fl-istess ħin, arranġamenti għad-diżimpenn tal-impenji baġitarji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-programmi Interreg u l-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista' tiġi implimentata b'ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b'ġestjoni indiretta.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, fejn applikabbli, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)  Il-promozzjoni tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija prijorità ewlenija tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni. L-appoġġ tal-SMEs għall-ispejjeż tal-proġetti ETC diġà huwa eżentat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/20141a (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)). Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-għajnuna reġjonali għall-investimenti li jsiru minn intrapriżi ta' kull daqs huma wkoll inklużi fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-20202a u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tal-GBER. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, l-għajnuna għall-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea jenħtieġ li jkollha biss effetti limitati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u b'hekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara li tali għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern u li l-finanzjament ipprovdut bħala appoġġ għall-proġetti tal-ETC jista' jiġi eżentat.

 

_____________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

2a Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.07.2013, p. 1).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ("PTEE") rispettivament.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni tagħhom u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ("PTEE"), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali, rispettivament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "entità legali transfruntiera" tfisser entità legali stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

(4)  "entità legali transfruntiera" tfisser entità legali, inkluż Ewroreġjun, stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  "organizzazzjoni dwar l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali" tfisser grupp ta' Stati Membri jew reġjuni fl-istess żona ġeografika li għandhom l-għan li jikkooperaw mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat (il-komponent 1):

(1)  il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat u armonjuż (il-komponent 1):

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or

(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali ("il-komponent 2"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: "il-komponent 2A"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: "il-komponent 2B");

(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u f'PTEE, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom ("il-komponent 3");

(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp armonjuż tagħhom fil-viċinat tagħhom ("il-komponent 3");

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  l-implimentazzjoni ta' proġetti komuni għall-iżvilupp interreġjonali;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)  l-iżvilupp ta' kapaċitajiet bejn is-sħab fl-Unjoni b'rabta ma':

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  l-identifikazzjoni u t-tixrid ta' prattiki tajbin bil-għan li jiġu ttrasferiti l-aktar fi programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iib)  l-iskambju ta' esperjenzi dwar l-identifikazzjoni, it-trasferiment u t-tixrid tal-aħjar prattika dwar l-iżvilupp urban sostenibbli, inklużi konnessjonijiet bejn żoni urbani u rurali;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)  it-twaqqif, il-funzjonament u l-użu tal-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) .../... [il-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew il-ġdid];

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali bil-potenzjal li jħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej ("il-komponent 5").

imħassar

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art kollha interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.

1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri kollha fuq l-art jew fil-baħar interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe aġġustament sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-oqsma tal-programmi ta' kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b'kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

imħassar

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra u Monaco.

3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, Monaco u San Marino.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5  Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima

Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.

1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali biex jiżguraw il-koerenza u l-kontinwità ta' din il-kooperazzjoni f'oqsma koerenti akbar abbażi tal-perjodu ta' tħejjija ta' programmazzjoni 2014-2020 u filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima tal-programmi Interreg tista' tkopri:

Il-kooperazzjoni transnazzjonali tal-programmi Interreg tista' tkopri:

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Greenland;

(b)  PTEE jibbenefikaw mill-appoġġ ipprovdut mill-programm tal-PTEE;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, jew PTEE elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI jew PTEE appoġġati mill-OCTP, jew it-tnejn li huma.

2.  Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI, PTEE appoġġati mill-OCTP, organizzazzjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali, jew kombinazzjoni tat-tnejn jew it-tlieta li huma.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 jew għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni skont il-komponent 5, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR.

1.  Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

2.  Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk il-programmi, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni kif ukoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta' allokazzjoni skont il-komponent 2B imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3).

2.  L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-reġjuni ta' pajjiżi terzi jew sħab jew territorji barra mill-Unjoni li ma jirċevux appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissemmew ukoll fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR 8 430 000 000 tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

1.  Ir-riżorsi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal EUR 11 165 000 000 (prezzijiet tal-2018) mir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 u stabbiliti fl-Artikolu [103(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

2.  EUR 10 195 910 000 (91,31 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  52,7 % (jiġifieri, total ta' EUR 4 440 000 000) għall-kooperazzjoni transkonfinali;

(a)  EUR 7 500 000 000 (67,16 %) għall-kooperazzjoni transkonfinali (il-komponent 1);

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  31,4 % (jiġifieri, total ta' EUR 2 649 900 000) għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima (il-komponent 2);

(b)  EUR 1 973 000 000 (17,68 %) għall-kooperazzjoni transnazzjonali (il-komponent 2);

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  3,2 % (jiġifieri, total ta' EUR 270 100 000) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

(c)  EUR 357 309 120 (3,2 %) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  1,2 % (jiġifieri, total ta' EUR 100 000 000) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);

(d)  EUR 365 000 000 (3,27 %) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  11,5 % (jiġifieri, total ta' EUR 970 000 000) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (il-komponent 5);

imħassar

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 u dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 2B elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);

(a)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2A u 3.

(b)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponent 2.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 u 3 għall-komponent 3.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  EUR 970 000 000 (8,69 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15a (ġdid).

 

Jekk sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni ma tkunx wettqet ir-riżorsi kollha disponibbli msemmija fil-paragrafu 1 dwar il-proġetti magħżula skont dik l-inizjattiva, il-bilanċi mhux impenjati li jifdal għandhom jiġu allokati mill-ġdid fost il-komponenti 1 sa 4.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik l-ekwivalenza għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.

L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm tal-inqas ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.

(b)  f'każijiet debitament iġġustifikati, meta l-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' Greenland għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' PTEE għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland;

(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland.

(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

6.  Jekk pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 80 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:

3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2B:

(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2:

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;

(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, inklużi l-proġetti bejn il-persuni, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 1, 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti, il-protezzjoni ekonomika u soċjali tagħhom u r-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg "governanza aħjar ta' Interreg" jew għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà".

2.  Mill-FEŻR u, fejn applikabbli, mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, sa 15 % għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg "governanza aħjar ta' Interreg" u sa 10 % jistgħu jiġu allokati għall-objettiv speċifiku għal Interreg "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà".

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk programm Interreg tal-komponent 2A jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi ta' dik l-istrateġija.

3.  Jekk programm Interreg tal-komponent 1 jew 2 jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-inqas 80 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, parti mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandha tikkontribwixxi għall-objettivi ta' dik l-istrateġija.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk programm Interreg tal-komponent 2B jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom ikunu allokati lill-objettivi ta' dik l-istrateġija.

imħassar

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

 

1. Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 9(5a) (ġdid) għandhom jiġu allokati għal inizjattiva ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni li hija allokata għal:

 

(a) il-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni komuni li aktarx iħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej;

 

(b) it-tlaqqigħ flimkien ta' riċerkaturi, negozji, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fl-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u ta' innovazzjoni soċjali fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

 

(c) il-proġetti pilota mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-ittestjar ta' soluzzjonijiet ta' żvilupp ġodda fil-livell reġjonali u lokali li huma bbażati fuq strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; jew

 

(d) il-qsim tal-esperjenzi ta' innovazzjoni bil-għan li jibbenefikaw mill-esperjenza miksuba fl-iżvilupp reġjonali jew lokali.

 

2. Sabiex jinżamm il-prinċipju ta' koeżjoni territorjali Ewropea, b'sehem indaqs approssimattiv tar-riżorsi finanzjarji, dawk l-investimenti għandhom jiffukaw fuq il-ħolqien ta' rabtiet bejn ir-reġjuni inqas żviluppati ma' dawk fir-reġjuni ewlenin billi jżidu l-kapaċità ta' ekosistemi ta' innovazzjoni reġjonali f'reġjuni anqas żviluppati biex jintegraw u jmexxu l-valur eżistenti jew emerġenti tal-UE kif ukoll il-kapaċità li jipparteċipaw fi sħubiji ma' reġjuni oħra.

 

3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk l-investimenti b'ġestjoni diretta jew indiretta. Għandha tkun appoġġata minn grupp ta' esperti fid-definizzjoni ta' programm ta' ħidma fit-tul u sejħiet relatati.

 

4. Fir-rigward tal-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk l-investimenti, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta jew indiretta.

1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membriu, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

2.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Fit-tħejjija tal-programmi Interreg, li jkopru strateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar, l-Istati Membri u s-sħab tal-programm għandhom iqisu l-prijoritajiet tematiċi tal-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar rilevanti u jikkonsultaw lill-atturi rilevanti. L-Istati Membri u s-sħab tal-programmi għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ex ante biex jiżguraw li l-atturi kollha fil-livell makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, l-awtoritajiet tal-programm ETC, ir-reġjuni u l-pajjiżi jinġiebu flimkien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni biex jiddeċiedu flimkien dwar il-prijoritajiet għal kull programm. Dawk il-prijoritajiet għandhom ikunu allinjati mal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar kull fejn ikun rilevanti.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa' xhur;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti.

L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg wieħed jew aktar lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus tnax-il xahar;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonaliparteċipanti.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'każijiet debitament ġustifikati u bi qbil mal-Kummissjoni, sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa [x] % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.

3.  Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa 20 % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel li beħsiebu jagħmel użu minn din il-possibbiltà ta' trasferiment u għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni:

(b)  taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu partikolarment inkunsiderazzjoni:

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ;

(ii)  il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ u sinerġiji potenzjali li jridu jinkisbu;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat;

(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat u kif tqiesu fil-programm;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi u l-forom ta' appoġġ, li jindirizzaw, fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;

(c)  ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, u, l-indirizzar, fejn xieraq, tal-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;

(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq, kif ukoll il-ġabra ta' kriterji u l-kriterji ta' għażla trasparenti korrispondenti għal din l-operazzjoni rispettivament;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  il-gruppi mira ewlenin;

imħassar

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  l-użu ppjanat ta' strumenti finanzjarji;

imħassar

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament ("FEŻR" u "OCTP Greenland");

(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament ("FEŻR" u "OCTP");

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fir-rigward tat-tabella msemmija fil-punt (g)(ii) ta' paragrafu 4, din għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss.

imħassar

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;

(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt u, fejn applikabbli, ta' strutturi ta' appoġġ maniġerjali fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi;

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bi trasparenza sħiħa kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

3.  L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab, il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara d-data ta' preżentazzjoni ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara tliet xhur wara d-data ta' preżentazzjoni tal-verżjoni riveduta ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

1.  Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab, il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], l-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet.

Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet. Il-Kumitati ta' Tmexxija għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid] u għandhom jinvolvu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

3.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fl-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija għandu:

4.  Qabel ma l-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija jagħżel l-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha:

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Dawn l-obbligi għandhom ikunu definiti mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż imsieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.

Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Proċeduri relatati mal-irkupri għandhom ikunu definiti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż sieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.

L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed jew PTEE, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u l-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg.

Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal u/jew fil-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg. Għandu jsir sforz biex jiġi limitat l-għadd ta' sħab għal kull operazzjoni Interreg sa mhux aktar minn għaxra.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tnejn mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti.

Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-uniku sieħeb jista' jkun reġistrat fi Stat Membru mhux parteċipanti fil-programm, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 jiġu ssodisfatti.

imħassar

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta' proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom.

Il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fondi ta' proġett żgħir wieħed jew aktar fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż 20 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg u, fil-każ ta' programm Interreg għal kooperazzjoni transfruntiera, għandha tkun għall-inqas 3 % tal-allokazzjoni totali.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun entità legali jew REKT transfruntier.

2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun korp tal-liġi pubblika jew privata, entità b'personalità ġuridika jew mingħajrha jew persuna fiżika, li hija responsabbli biex tibda l-operazzjonijiet jew kemm biex tibdihom kif ukoll biex timplimentahom.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Spejjeż tal-persunal u indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond għal proġett żgħir ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiza totali eliġibbli tal-fond għal proġett żgħir rispettiv.

5.  Spejjeż tal-persunal u spejjeż oħra diretti li jikkorrispondu mal-kategoriji tal-ispejjeż fl-Artikoli 39 sa 42, kif ukoll spejjeż indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond jew fondi għal proġett żgħir, ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-fond jew fondi għal proġett żgħir rispettiv.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi, minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-ispejjeż totali ta' kull operazzjoni ma jaqbżux il-EUR 100 000, l-ammont ta' appoġġ għal proġett żgħir wieħed jew aktar jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' abbozz ta' baġit li huwa stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ u miftiehem ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli u b'mod sħiħ. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.

2.  Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni b'mod sħiħ u fiż-żmien miftiehem mis-sħab kollha u wara l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru, f'pajjiż terz, f'pajjiż sieħeb jew f'PTEE parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.

Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jaqblu li sieħeb li mhux qed jirċievi appoġġ mill-FEŻR jew strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni jista' jintgħażel ukoll bħala s-sieħeb ewlieni.

imħassar

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa bl-applikazzjoni tal-perċentwali stabbilit fil-paragrafu 2 għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq.

1.  Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa billi jiġu applikati l-perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 2 għall-2021 u l-2022 għall-pagamenti fis-sena tal-prefinanzjament skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 49(2) ta' dan ir-Regolament u mbagħad għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq għas-snin sussegwenti.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6%;

(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 7%;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 7%.

(c)  għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 8 %.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-"kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,

1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, il-PTEE jew l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-"kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jew tal-awtorità ta' ġestjoni.

imħassar

Fejn ir-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ jistabbilixxu presidenza b'rotazzjoni, il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jkun ippresedut minn rappreżentant ta' pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, u kopresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew tal-awtorità ta' ġestjoni, u viċi versa.

 

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ, is-sinteżi tad-data u l-informazzjoni kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg għandha tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg tista' tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u għandha timmira lejn rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ għandha tikkunsidra n-numru ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fil-programm Interreg ikkonċernat.

imħassar

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.

Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' reġjuni u gvernijiet lokali kif ukoll korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista tal-membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista ta' awtoritajiet jew korpi maħtura bħala membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

3.  Rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Rappreżentanti ta' korpi stabbiliti matul il-qasam tal-programm jew li jkopru parti minnu, inklużi r-REKT, jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti.

(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti u jipproponi kwalunkwe miżura ta' appoġġ jekk meħtieġ.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(a)  il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara li jinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 30 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien xahar, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):

2.  B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien tliet xhur, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data tal-programm Interreg rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru ta' kull sena kif ukoll data skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament darba f'sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-trażmissjoni tad-data għandha ssir permezz tas-sistemi ta' rapportar tad-data eżistenti dment li dawk is-sistemi jkunu taw prova tal-affidabbiltà tagħhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg.

(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg finalizzati.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.

1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], li jirriżulta li jkunu l-aktar adatti biex ikejlu l-progress lejn l-għanijiet tal-programm tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (e)(ii) tal-Artikolu 17(4) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta neċessarju u f'każijiet debitament ġustifikati mill-awtorità ta' ġestjoni, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom jintużaw flimkien mal-indikaturi li ntgħażlu f'konformità mal-paragrafu 1.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg, mhux aktar minn darba fis-sena. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 34 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

4.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha l-għan li tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Artikolu [44 minn (2) sa (7)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.

3.  L-Artikolu [44 minn (2) sa (6)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 100 000;

(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi l-EUR 50 000;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A3 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;

(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat u, fejn applikabbli, f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A2 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 10 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli b'mod f'waqtu.

(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 5 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli f'ħin xieraq.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu japplika korrezzjoni finanzjarja billi jikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.

6.  Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew ma jirrimedjax l-ommissjoni tiegħu f'ħin xieraq, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tapplika korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  bħala rata fissa f'konformità mal-Artikolu [50(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

(c)  L-ispejjeż diretti marbuta mal-persunal ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż diretti minbarra l-ispejjeż marbuta mal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tiġi diviża l-ispiża gross tal-impjieg ta' kull xahar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar stabbilit fid-dokument ta' impjieg u espress f'sigħat; or

(a)  jinqasmu l-ispejjeż gross tal-impjieg ta' kull xahar li ġew iddokumentati l-aħħar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar tal-persuna kkonċernata skont il-liġi applikabbli kif imsemmi fil-kuntratt ta' impjieg u l-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) .../...[CPR ġdid]; or

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

6.  L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Jekk ma jkunux għadhom ġew inklużi fir-rata fis-siegħa miftiehma, l-ispejjeż tas-salarji kif imsemmija fl-ambitu tal-punt (b) tal-Artikolu 38(2) jistgħu jiġu miżjuda ma' dik ir-rata fis-siegħa, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:

L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għal 15 % tal-ispejjeż diretti totali ta' operazzjoni u għall-elementi li ġejjin:

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 40 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat.

4.  Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat. Dik il-kategorija tal-ispejjeż tista' tintuża għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal tal-operazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra għall-fini tal-implimentazzjoni u l-promozzjoni tal-operazzjoni u l-Programm Interreg.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ħlief l-ispejjeż diretti tal-persunal ta' dik l-operazzjoni.

5.  L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ta' dik l-operazzjoni.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikun limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni:

L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni, inklużi s-sħab kollha tagħha:

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni, il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz;

(o)  l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni;

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu limitati għal li ġejjin:

1.  L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għal li ġejjin:

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (c) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(a)  ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.

1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, il-PTEE, u l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar għandhom ikunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.

2.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar jistgħu jkunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 2B, u taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.

5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju għandu jwettaq dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew, fejn applikabbli, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE.

6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju wieħed jew aktar taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju jew il-korpi kkonċernati għandhom iwettqu dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, jew, fejn applikabbli, f'aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  B'deroga mill-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid], il-Kummissjoni għandha tirrimborża bħala pagamenti interim 100 % tal-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal ħlas li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament tal-programm għan-nefqa eliġibbli totali jew għall-kontribuzzjoni pubblika, kif xieraq.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Meta l-awtorità ta' ġestjoni ma twettaqx verifika fl-ambitu tal-punt (a) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid] fuq iż-żona kollha tal-programm, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew persuna responsabbli mit-twettiq ta' tali verifika fir-rigward tal-benefiċjarji preżenti fit-territorju tiegħu.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  B'deroga mill-Artikolu 92 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], il-programmi Interreg mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Il-kontijiet jiġu approvati fi tmiem programm, abbażi tar-rapport finali dwar il-prestazzjoni.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.

7.  Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 3,5 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.

8.  Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 3,5 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  2021: 1%;

(a)  2021: 3 %;

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  2022: 1%;

(b)  2022: 2,25%;

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  2023: 1%;

(c)  2023: 2,25%;

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  2024: 1%;

(d)  2024: 2,25%;

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  2025: 1%;

(e)  2025: 2,25%;

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  2026: 1%.

(f)  2026: 2,25%.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk programmi Intereg transfuntieri esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.

Jekk programmi Intereg esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.

L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 36 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Kapitolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew għandhom jistabbilixxu fergħa fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.

3.  Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, għandhom jistabbilixxu fergħa tas-Segretarjat Konġunt fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), għandha tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).

4.  L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), tista' tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi jew pajjiż sħab parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi, pajjiż sħab parteċipanti, PTEE parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe PTEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE;

a)  b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali;

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;

b)  b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti;

c)  b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti;

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, għandu japplika l-Artikolu 60.

Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, hemm bżonn ta' qbil minn qabel bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati u għandu japplika l-Artikolu 60.

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Jistgħu jiġu varati sejħiet konġunti għal proposti li jimmobilizzaw il-fondi minn programmi NDICI u programmi ETC bilaterali jew multinazzjonali jekk l-awtoritajiet ta' ġestjoni rispettivi jiddeċiedu li jagħmlu dan. Il-kontenut tas-sejħa għandu jispeċifika l-ambitu ġeografiku tagħha, u l-kontribuzzjoni mistennija għall-objettivi tal-programmi rispettivi. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiddeċiedu jekk ir-regoli NDICI jew ETC humiex applikabbli għas-sejħa. Jistgħu jiddeċiedu li jaħtru awtorità ta' ġestjoni ewlenija responsabbli għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mas-sejħa.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' tliet paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.

3.  Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' ħames paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom, filwaqt li jinkludi wkoll pjan ta' negozju kredibbli li juri li l-proġett jew it-tkomplija tal-proġett huma siguri saħansitra mingħajr id-dispożizzjoni tal-fondi Interreg. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3), il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.

1.  Jekk, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3) ta' dan ir-Regolament, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 61

imħassar

Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

 

B'inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista' jappoġġa investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Artikolu 3, li jlaqqgħu flimkien ir-riċerkaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali.

 

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu -62 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -62

 

Deroga mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE

 

Il-Kummissjoni tista' tiddikjara li l-għajnuna favur proġetti sostnuti minn kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-UE hija kompatibbli mas-suq intern u mhijiex soġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(1)

ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

1. Introduzzjoni

Sittin sena wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma, l-Unjoni Ewropea (UE) żviluppat minn unjoni purament ekonomika għal proġett ta' paċi soċjetali globali. Sabiex dan il-proġett jinżamm u fid-dawl tal-isfidi politiċi Ewropej fir-rigward tat-tendenzi nazzjonalisti u dawk ta' iżolament, kif ukoll l-ewroxettiċiżmu u xi kultant attitudnijiet anti-Ewropej, il-viċinanza tajba u vera bejn l-Istati Membri Ewropej hija indispensabbli.

B'mod partikolari, il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC) tindirizza b'mod attiv din l-idea u tikkontribwixxi b'mod sinifikanti u viżibbli sabiex l-Ewropej isiru jafu lil xulxin b'mod transfruntier, jindirizzaw l-isfidi flimkien kif ukoll ikomplu jiżviluppaw u jsawru l-Ewropa flimkien. B'dan il-mod, l-ostakoli relatati mal-fruntieri – li fuq kollox jinsabu wkoll fl-imħuħ taċ-ċittadini tagħhom – jingħelbu pass pass u r-reġjuni tal-fruntieri jsiru żoni komuni fejn fihom l-Ewropa ssir tanġibbli u viżibbli fil-ħajja ta' kuljum.

Matul l-aħħar deċennji, l-ETC tat kontribut ċar għall-integrazzjoni tal-Ewropa, billi intensifikat u ssimplifikat il-koeżistenza ta' kuljum bejn il-fruntieri bit-tneħħija tal-fruntieri kif ukoll bl-eliminazzjoni tal-ostakoli burokratiċi. Għaldaqstant, ir-rapporteur jilqa' bis-sħiħ il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kkonfermat il-valur miżjud Ewropew sinifikanti tal-ETC billi ppreżentat l-abbozz ta' regolament ġdid tagħha għall-perjodu ta' finanzjament ta' wara l-2020.

Madankollu, fil-fehma tar-rapporteur, il-potenzjal tal-ETC mhuwiex sfruttat bis-sħiħ minkejja r-rati ta' finanzjament attraenti tal-proġett, peress li r-rekwiżiti amministrattivi għall-benefiċjarji potenzjali, iżda anke għall-aġenziji tal-implimentazzjoni, laħqu livell li jagħti lok għal tħassib. Fil-fatt, dawn ir-rekwiżiti żdiedu ma' kull perjodu ta' finanzjament u attwalment jinsabu f'livell li jipprevjeni lill-partijiet interessati individwali milli jressqu applikazzjoni. Fl-istess ħin, l-applikanti esperjenzati spiss jidhru b'mod sproporzjonat fil-Programmi ETC individwali. Jekk l-ETC trid tissodisfa l-missjoni tagħha u tippromwovi l-idea Ewropea b'mod immirat, allura x-xogħol preparatorju u l-implimentazzjoni tal-programm fil-perjodu ta' finanzjament ta' wara l-2020 irid jerġa' jiġi ssimplifikat ulterjorment għal dawk kollha involuti.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur jirreferi għar-Regolament Omnibus li diġà ġie adottat għar-Regolament Finanzjarju tal-UE, li kellu l-għan li jissimplifika l-iżbors tal-fondi, l-użu tal-fondi u l-kalkolu tal-fondi, madankollu mingħajr ma jiġi injorat il-kontroll tal-użu mmirat tal-fondi u li għandu jiġi applikat fl-1 ta' Jannar 2019. B'mod partikolari, ir-rapporteur jissottolinja li d-dispożizzjonijiet il-ġodda se jagħmlu l-applikazzjoni ta' ammonti f'daqqa aktar faċli, se jissimplifikaw l-għażliet tal-ispejjeż u se jiffaċilitaw l-aċċess għall-benefiċjarji iżgħar kif ukoll se jevitaw il-kontrolli doppji, iżda se jżidu wkoll l-użu ta' riżorsi sabiex il-popolazzjoni tiġi infurmata dwar is-suċċessi tal-proġetti u tal-investimenti fir-reġjuni.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon is-simplifikazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proposti għal CPR il-ġdid, ir-regolament il-ġdid tal-FEŻR u r-regolament il-ġdid tal-ETC u jinsab fiduċjuż li se jkollhom l-effett mixtieq.

2. Komponenti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ETC futura

Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali fil-qafas tal-ETC se jitkomplew. Kull wieħed minn dawn il-programmi għandu l-leġittimità tiegħu stess; u, fil-fehma tar-rapporteur, dawk l-oqsma tal-programm li kienu ta' suċċess għandhom jinżammu. Madankollu, ir-rapporteur jemmen li r-rwol essenzjali tar-reġjuni tal-fruntieri mhuwiex rifless kif xieraq fl-abbozz tal-Kummissjoni, u għalhekk huwa jipproponi li l-allokazzjoni tal-fondi tiġi ttrasferita għall-komponent 1 (Kooperazzjoni transfruntiera). Fl-istess ħin, ir-rapporteur jinsab konvint li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li titkompla anke fil-futur taħt il-komponent 1, anke jekk ir-reġjuni ma jkunux konnessi ma' xulxin b'kollegament fiss fuq il-baħar.

Ir-rapporteur jikkritika l-introduzzjoni tal-komponent il-ġdid 5 tal-"Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni", peress li l-objettivi ta' dawn l-investimenti fl-innovazzjoni għandhom biss dimensjoni limitata b'rabta mal-politika tal-koeżjoni. Barra minn hekk, il-ġestjoni diretta proposta mill-Kummissjoni għal dan il-komponent 5 tmur kontra l-ispirtu sussidjarju tal-ETC.

3. Baġit għall-ETC

Ir-rapporteur jikkritika t-tnaqqis previst fil-qasam tal-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali ta' suċċess u effettivi. Għalhekk huwa favur żieda ta' mill-inqas 3 % tal-baġit totali għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f'termini tal-baġit allokat għall-programmi ETC tal-komponenti 1 sa 4 fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2021-2027.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur jixtieq itenni r-rwol essenzjali taż-żoni tal-fruntieri u l-kontribut indispensabbli fir-rigward tal-kooperazzjoni transkonfinali (komponent 1), u għalhekk huwa jipproponi li dan il-komponent jingħata l-ogħla allokazzjoni (73,8 %).

Fir-rigward tal-investiment fl-innovazzjoni, ir-rapporteur jemmen li l-livell għoli ta' finanzjament allokat mill-Kummissjoni għal dan il-komponent m'għandu bl-ebda mod isir għad-detriment tal-komponenti l-oħra tal-ETC. Madankollu, fil-fehma tar-rapporteur, jista' jiġi previst baġit addizzjonali ta' 0,3 % mir-riżorsi globali disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

4. Il-kontenut tal-programmi ETC u l-konċentrazzjoni

Għar-rapporteur, il-ħames objettivi politiċi li jirriżultaw mill-FEŻR kif ukoll iż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg li huma "Governanza Aħjar ta' Interreg" u "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà" fil-prinċipju huma aċċettabbli. Ir-rapporteur jikkritika r-rekwiżit strett li mill-inqas għandu jintefaq 15 % tal-baġit totali fuq iż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg, peress li dan jista' jagħmel l-ippjanar tal-programm u l-ġestjoni tal-programm aktar diffiċli biex jitwettqu fil-prattika.

5. Fondi ta' proġett żgħir

L-essenza tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija li tgħaqqad lin-nies bejn il-fruntieri u b'hekk tippromwovi l-integrazzjoni Ewropea. B'mod partikolari, il-proġetti żgħar u l-proġetti bejn il-persuni (People-to-People) jgħaqqdu lin-nies lokali flimkien u huma importanti ħafna għall-iżvilupp taż-żoni tal-fruntieri. Normalment, l-applikanti jkunu atturi tas-soċjetà ċivili. Il-proġetti huma partikolarment ikkaratterizzati minn volum ta' proġett finanzjarju baxx u ammont żgħir ta' finanzjament korrispondenti. Sabiex it-tkomplija b'suċċess tal-proġetti żgħar tkun tista' titwettaq anke fil-futur, kien hemm ħtieġa urġenti għal simplifikazzjoni, regoli ċari u inklużjoni diretta ta' proġetti żgħar fil-qafas regolatorju. Ir-rapporteur jilqa' b'mod espliċitu l-għażla li ġiet inkluża fl-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti fondi għal proġetti żgħar fil-qafas tal-programmi Interreg. Madankollu, il-ġestjoni tal-fondi għandha tkun flessibbli. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li jiġu stabbiliti diversi fondi għal proġetti żgħar għal kull programm.

Il-punt sa fejn id-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni se jirriżultaw f'simplifikazzjoni diretta u tnaqqis tal-piż amministrattiv fir-rigward tal-benefiċjarji aħħarin tal-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira jrid jiġi eżaminat fid-diskussjonijiet sussegwenti.

6. Il-livell ta' kofinanzjament

Ir-rapporteur jiddispjaċih dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex titbaxxa r-rata massima ta' kofinanzjament għall-Programm Interreg. Huwa jqis li l-livell propost ta' 70 % huwa inadegwat u minflok jipproponi li r-rata tiżdied għal 85 %. Ir-rati ta' kofinanzjament għandhom jiġu applikati b'mod flessibbli; għandu jkun possibbli li jiġu stabbiliti f'konformità mar-rekwiżiti fil-qasam tal-programm rilevanti.

7. Prefinanzjament

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-livell aktar baxx tal-prefinanzjament meta mqabbel mal-perjodu ta' finanzjament 2014-2020, x'aktarx se jwassal biex ċerti programmi jkunu soġġetti għal diffikultajiet finanzjarji, peress li se jiġġarbu spejjeż ogħla fir-rigward tat-twaqqif u tal-implimentazzjoni tal-programm, speċjalment fil-fażi inizjali tal-programm. L-arranġamenti ta' prefinanzjament għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-ETC, u għalhekk ir-rapporteur jipprevedi żieda fil-prefinanzjament fl-abbozz tar-rapport tiegħu, speċjalment fil-bidu tal-perjodu ta' finanzjament.

8. Indikaturi

Ir-rapporteur jilqa' fil-prinċipju l-introduzzjoni ta' indikaturi speċifiċi għal Interreg sabiex jitkejlu r-riżultati u l-valur miżjud Ewropew tal-programmi ta' kooperazzjoni. Madankollu, l-indikaturi proposti jistgħu ma jkunux xierqa sabiex jirriflettu l-valur miżjud relatat mal-proċess tal-kooperazzjoni trasfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali u b'hekk jipprovdu impulsi ta' kontroll pożittivi. Matul id-dibattitu, jaf ikun meħtieġ li jsir aġġustament tal-indikaturi jew li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi fit-tfassil tas-sistemi tal-indikaturi.

9. L-iskema n+2 / diversi piżijet fuq ir-reġjuni

Abbażi tat-tagħlimiet miksuba mill-perjodi ta' finanzjament preċedenti, ir-rapporteur jixtieq jirrimarka li r-ritorn propost mill-Kummissjoni għall-iskema n+2 mill-n+3 jista' jwassal għal eliminazzjoni parzjali tal-fondi fl-UE kollha, peress li l-fondi jaf ma jkunux disponibbli daqshekk malajr. Dan, flimkien ma' tnaqqis possibbli fit-total tar-riżorsi disponibbli u t-tnaqqis possibbli fir-rati tal-kofinanzjament tal-UE, joħolqu diversi piżijiet fuq ir-reġjuni tal-ETC.

10. Skemi ta' għajnuna mill-Istat

Għal ħafna snin, il-promozzjoni tal-ETC kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-politika ta' koeżjoni tal-UE. L-appoġġ tal-SMEs għall-ispejjeż tal-proġetti ETC huwa diġà eżentat mill-obbligu ta' rapportar skont ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER). Dispożizzjonijiet speċjali għal għajnuna reġjonali għall-investimenti li jsiru minn intrapriżi ta' kull daqs huma wkoll inklużi fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tal-GBER.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-għajnuna għall-proġetti tal-ETC tkun kompatibbli mas-suq intern u jkollha biss impatt limitat fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, huwa jipproponi li l-Programmi ETC, bħala prinċipju, jitqiesu bħala kwistjoni mingħajr l-ebda vantaġġ oneruż u l-kontrolli kkumplikati fir-rigward tar-rilevanza tal-għajnuna għandhom jiġu eliminati.

11. Rieżami ta' nofs it-terminu

Ir-rieżami previst ta' nofs it-terminu u kwalunkwe aġġustament għal programmi multilaterali Interreg jeħtieġu proċessi ta' koordinazzjoni ħafna aktar elaborati. Ir-rapporteur jirrimarka li, fit-tieni nofs tal-programmi, il-finanzjament tal-proġett ma għandux isir aktar diffiċli jew li jkollu dewmien bħala riżultat.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (21.11.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on specific provisions for the European territorial cooperation goal (Interreg) supported by the European Regional Development Fund and external financing instruments

(COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Fabio Massimo Castaldo

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (EFI), maħruġa fid-29 ta' Mejju 2018, tinkludi bidliet sostanzjali rigward l-istruttura ġenerali tal-kooperazzjoni territorjali kif ukoll programmi futuri ta' kooperazzjoni transfruntiera (CBC).

L-ewwel bidla sinifikanti hija l-proposta tal-Kummissjoni li ssawwar mill-ġdid il-linji ta' kooperazzjoni billi, fost l-oħrajn, tikkonċentra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri fuq l-art u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi f'komponent imwessa' ta' "kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima". Ir-rapporteur huwa tal-fehma li dan kieku jqiegħed f'periklu l-programmi transfruntiera marittimi attwali u futuri, b'mod partikolari dawk fil-Mediterran. Jenħtieġ li l-għan ta' Interreg ikun il-ħolqien ta' konnessjonijiet b'saħħithom u t-tisħiħ tas-sħubijiet bejn pajjiżi ġirien li jaqsmu fruntieri fuq l-art jew fruntieri marittimi. Dan huwa ta' importanza partikolari għall-programmi madwar il-Baħar Mediterran, fejn investiment fil-pajjiżi sħab u l-istabbiltà tagħhom ifisser ukoll investiment fis-sigurtà u l-istabbiltà tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi emendi li jerġgħu jdaħħlu programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera marittima anki jekk m'hemmx kollegament fiss bil-baħar, u b'konsegwenza ta' dan jirriforma l-allokazzjonijiet favur il-komponent 1.

It-tieni bidla rilevanti li ġiet ippreżentata bl-abbozz ta' Regolament Interreg hija l-proposta li jiġi applikat sett komuni ta' regoli kemm għall-kooperazzjoni interna bejn l-Istati Membri kif ukoll għall-kooperazzjoni bejn Stati Membri tal-UE u pajjiżi barra mill-UE. Għaldaqstant, ir-regoli stabbiliti mir-Regolament Interreg se jaffettwaw ukoll programmi CBC ikkofinanzjati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III).

Din hija bidla sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu attwali 2014-2020, li fih il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna huma rregolati minn regolamenti ta' implimentazzjoni speċifiċi. Ir-rapporteur jipproponi li kull fejn jintużaw l-istrumenti ta' finanzjament estern għall-kofinanzjament ta' programmi Interreg, jitqiesu bis-sħiħ l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom, kif stabbilit fir-regolamenti speċifiċi, u jissemmew b'mod espliċitu fir-Regolament Interreg.

L-abbozz ta' Regolament Interreg diġà qed jispeċifika s-sehem tal-pakketti finanzjarji tal-IPA III u l-NDICI li se jiġu pprovduti għall-programmi Interreg. Sabiex tkun tista' tingħata aktar flessibbiltà, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jitneħħew iċ-ċifri u jiżdiedu riferimenti għar-Regolamenti IPI III u NDICI minflok billi huwa jistenna li l-marġnijiet jiġu ffissati f'dawk ir-regolamenti rispettivi.

Filwaqt li huma milqugħa b'sodisfazzjon l-isforzi għas-semplifikazzjoni u l-massimizzazzjoni tas-sinerġiji bejn id-diversi fondi, ir-rapporteur huwa tal-fehma li jenħtieġ li ma jitwarrbux l-għanijiet ewlenin tal-EFI. Għalhekk, huwa jipproponi emendi f'dan ir-rigward, li jistqarru li l-kooperazzjoni transfruntiera esterna fil-qafas tar-Regolament Interreg jenħtieġ li tikkomplementa l-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera koperti mill-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni u tal-viċinat. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tiegħu biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-Unjoni. Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-UE jenħtieġ li tibqa' tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien tagħha, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta' prosperità u ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat, ibbażata fuq l-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Ir-rapporteur isostni wkoll li jenħtieġ li tingħata aktar flessibbiltà rigward il-preżentazzjoni tad-dokumenti tal-programmi meta jkunu involuti pajjiżi sħab peress li l-esperjenza turi li huma jeħtieġu aktar żmien peress li l-proċeduri tagħhom mhumiex ekwivalenti għal dawk tal-Istati Membri tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta' reġjuni, fosthom ir-reġjuni transkonfinali elenkati b'mod espliċitu.

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta' reġjuni, fosthom żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni fit-Tramuntana estrema b'densità demografika baxxa ħafna u l-gżejjer, ir-reġjuni transkonfinali u tal-muntanji elenkati b'mod espliċitu.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar jikkoopera minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.

(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż wieħed jew aktar jew territorji oħra barra mill-Unjoni jikkooperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.

__________________

__________________

21 [Referenza]

21 [Referenza]

22 [Referenza]

22 [Referenza]

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(3)  Sabiex titrawwem il-prosperità u jkun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri tal-art u marittimi, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri. Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jinkludi kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art jew marittimi u jenħtieġ li l-kooperazzjoni transfruntiera ssostni lir-reġjuni li jinsabu fuq il-fruntieri tal-art u marittimi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'semplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-kooperazzjoni transfruntiera esterna fil-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li bl-ebda mod ma tissostitwixxi, iżda pjuttost tikkomplementa l-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera koperti mir-Regolamenti (UE) .../... [Regolament dwar l-IPA III] u r-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar l-NDICI], b'mod partikolari l-isforzi tal-benefiċjarji tagħhom li jmexxu 'l quddiem il-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Jenħtieġ li għall-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, japplikaw żoni ekwivalenti eliġibbli fil-qafas tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar l-IPA III] u tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar l-NDICI]/

__________________

__________________

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkumplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv, jiġifieri, sa 3 % tal-pakkett finanzjarju skont l-IPA III u sa 4 % tal-pakkett finanzjarju tal-programm ġeografiku tal-Viċinat skont l-Artikolu 4(2)(a) tal-NDICI.

(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkomplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal dispożizzjonijiet stabbiliti fl-att ġuridiku rispettiv, jiġifieri fl-Artikolu [9] tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar l-IPA III] u l-Artikolu [18] tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew, u tal-Kunsill [Regolament dwar l-NDICI].

__________________

__________________

27 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).

27 Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).

28 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).

28 Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... li jistabbilixxi l-Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).

29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).

29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

(11)  L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE u tindirizza objettivi u prijoritajiet kif iddefiniti fl-Artikolu [3] u l-Annessi II u III tar-Regolament tal-IPA [IPA III].

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa relazzjoni privileġġata mal-pajjiżi tal-viċinat tagħha, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta' prosperità u ta' relazzjonijiet tajbin tal-viċinat, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament u l-NDICI għalhekk jenħtieġ li jappoġġaw l-aspetti interni u esterni tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti. Dawn l-inizjattivi huma strateġikament importanti u joffru oqfsa politiċi ta' importanza għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u fosthom, ibbażati fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà reċiproka, sjieda u responsabbiltà kondiviżi.

(12)  Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa relazzjoni privileġġata mal-pajjiżi tal-viċinat tagħha, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta' prosperità u ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat, ibbażata fuq l-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 2018 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija msejsa, permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab. Dan ir-Regolament u l-NDICI għalhekk jenħtieġ li jappoġġaw l-aspetti interni u esterni tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti u jindirizzaw objettivi u prijoritajiet kif iddefiniti fl-Artikolu [3] u l-Annessi II u III tar-Regolament tal-NDICI. Dawn l-inizjattivi huma strateġikament importanti u joffru oqfsa politiċi ta' importanza għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u fosthom, ibbażati fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà reċiproka, sjieda u responsabbiltà kondiviżi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, is-sehem għall-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jitnaqqas, filwaqt li s-sehem għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jiżdied minħabba l-integrazzjoni tal-kooperazzjoni marittima, u jenħtieġ li jinħoloq komponent ġdid tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.

(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.

(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed u ta' pajjiż terz wieħed jew aktar, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

(35)   Jenħtieġ li lill-Kummissjoni tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg permezz ta' dokument ta' strateġija pluriennali. Madankollu, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew

(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew marittimi li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew marittimi li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art u marittimi li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali ("il-komponent 2"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: "il-komponent 2A"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: "il-komponent 2B");

(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art kollha interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.

1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art jew marittimi kollha interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b'kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

2.  Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b'kollegamenti fissi jew kollegamenti kulturali, storiċi jew tat-trasport dejjiema għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra u Monaco.

3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, Monaco u San Marino.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art jew marittimi bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.

1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima tal-programmi Interreg tista' tkopri:

Il-kooperazzjoni transnazzjonali tal-programmi Interreg tista' tkopri:

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR 8 430 000 000 tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

1.  Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR xx xxx xxx xxx tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kull Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu lil kull wieħed mill-komponenti 1, 2 u 3 minn wieħed minn dawn il-komponenti għal wieħed jew aktar mill-oħrajn.

4.  Kull Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 20 % tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu lil kull wieħed mill-komponenti 1, 2 u 3 minn wieħed minn dawn il-komponenti għal wieħed jew aktar mill-oħrajn.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi dokument ta' strateġija pluriennali fir-rigward tal-programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI jew l-IPA III. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jistabbilixxi dokument ta' strateġija pluriennali fir-rigward tal-programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI jew l-IPA III.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-rigward tal-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI, dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) [NDICI].

Fil-rigward tal-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI, dan l-att delegat għandu jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) [NDICI].

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik l-ekwivalenza għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.

L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm ammonti mill-inqas ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-2022 u l-2023, il-kontribuzzjoni annwali mill-FEŻR għall-programmi Interreg transfruntieri esterni, li għalihom ma jkun ġie ppreżentat l-ebda programm lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-snin rispettivi, u li ma ġietx riallokata lil programm ieħor ippreżentat taħt l-istess kategorija ta' programmi Interreg transfruntieri esterni, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

1.  Fl-2022 u l-2023, il-kontribuzzjoni annwali mill-FEŻR għall-programmi Interreg transfruntieri esterni, li għalihom ma jkun ġie ppreżentat l-ebda programm lill-Kummissjoni sat-30 ta' April tas-snin rispettivi, u li ma ġietx riallokata lil programm ieħor ippreżentat taħt l-istess kategorija ta' programmi Interreg transfruntieri esterni, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk sal-31 ta' Marzu 2024, ikun għad hemm programmi Interreg transfruntieri esterni li ma jkunux ġew ippreżentati lill-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni kollha mill-FEŻR imsemmija fl-Artikolu 9(5) għal dawk il-programmi għas-snin li jifdal sal-2027, li ma ġietx riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC rispettivament, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

2.  Jekk sat-30 ta' April 2024, ikun għad hemm programmi Interreg transfruntieri esterni li ma jkunux ġew ippreżentati lill-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni kollha mill-FEŻR imsemmija fl-Artikolu 9(5) għal dawk il-programmi għas-snin li jifdal sal-2027, li ma ġietx riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC rispettivament, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dawn il-każijiet, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR imsemmija fil-paragrafu 1 li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, jew pagamenti akkont annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment fl-istess sena baġitarja, li ma tkunx ġiet riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

F'dawn il-każijiet, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR imsemmija fil-paragrafu 1 li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, jew pagamenti akkont annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment fl-istess sena baġitarja, li ma tkunx ġiet riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni jew lill-programmi ta' kooperazzjoni transnazzjonali li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

1. Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 75 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali transfruntier permezz ta' proġetti ta' kooperazzjoni kulturali, il-kokreazzjoni, l-iskambji interpersonali u d-dibattitu soċjali kif ukoll l-appoġġ għall-preservazzjoni u l-ġestjoni tal-wirt kulturali u lingwistiku komuni;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2B:

(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2:

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;

(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġuridika u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli ġuridiċi u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  it-tisħiħ tas-sigurtà tal-Unjoni, inkluż il-mobbiltà militari;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta' fiduċja reċiproka, b'mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta' demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta' riforma u ta' tranżizzjonijiet demokratiċi;

(c)  fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta' fiduċja reċiproka u t-trawwim tar-rikonċiljazzjoni, b'mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta' demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ ta' mezzi tal-komunikazzjoni indipendenti u tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta' riforma u ta' tranżizzjonijiet demokratiċi;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti. Kull meta jintużaw fondi mill-istrumenti ta' finanzjament estern għall-appoġġ lill-programmi Interreg, għandhom ukoll japplikaw l-objettivi applikabbli għall-istrumenti rilevanti, kif speċifikati fir-Regolamenti rispettivi [IPA], [NDICI] u [OCTP].

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta jew indiretta.

1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta' politika wieħed jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament jew għal assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament għandha tikkonsisti minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess politika jew objettiv speċifiku għal Interreg.

Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta' politika wieħed jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament jew għal assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament għandha tikkonsisti minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess politika jew objettiv speċifiku għal Interreg. Kull meta jintużaw fondi mill-istrumenti ta' finanzjament estern għall-appoġġ lill-programmi Interreg, għandhom ukoll japplikaw il-prijoritajiet stabbiliti għall-istrumenti rilevanti, kif speċifikati fir-Regolamenti rispettivi [IPA], [NDICI] u [OCTP].

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;

(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt u, fejn applikabbli, ta' strutturi ta' appoġġ maniġerjali fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta' tmexxija għandhom jistabbilixxu u japplikaw kriterji u proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti, li jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f'konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE.

Għall-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta' tmexxija għandhom jistabbilixxu u japplikaw kriterji u proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti, li jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f'konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – punt 4 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula japplikaw kriterji u proċeduri mhux diskriminatorji, jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f'konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed, dment li l-impatti u l-benefiċċji transfruntieri jew transnazzjonali għall-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3 u programmi transfruntieri esterni, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun entità legali jew REKT transfruntier.

2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun entità ġuridika transfruntiera, Ewroreġjun, REKT jew awtorità ta' ġestjoni jew istituzzjoni eżistenti f'pajjiż wieħed skont il-ftehim bejn il-pajjiżi jew ir-reġjuni parteċipanti fil-programm.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

l-applikazzjoni tal-proġetti u r-regoli ta' implimentazzjoni tal-programm;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikoli minn [57 sa 62] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], l-Artikoli [4 u 6] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] jew f'dan il-Kapitolu, inklużi f'atti adottati taħtu, l-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE għandhom, b'deċiżjoni konġunta fil-kumitat ta' monitoraġġ, biss jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programm Interreg fuq il-kategoriji ta' nefqa mhux koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk ir-regoli addizzjonali għandhom ikopru ż-żona tal-programm b'mod ġenerali.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikoli minn [57 sa 62] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], l-Artikoli [4 u 6] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], l-Artikolu [10] tar-Regolament(UE) [IPA], l-Artikolu [27] tar-Regolament(UE) [NDICI] jew f'dan il-Kapitolu, inklużi f'atti adottati taħtu, l-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE għandhom, b'deċiżjoni konġunta fil-kumitat ta' monitoraġġ, biss jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programm Interreg fuq il-kategoriji ta' nefqa mhux koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk ir-regoli addizzjonali għandhom ikopru ż-żona tal-programm b'mod ġenerali.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, fejn programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal proposti, dawn ir-regoli għandhom jiġu adottati qabel ma tiġi ppubblikata l-ewwel sejħa għall-proposti. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn ir-regoli għandhom ikunu adottati qabel ma jintgħażlu l-ewwel operazzjonijiet.

Madankollu, meta programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal proposti, dawn ir-regoli għandhom jiġu adottati qabel ma tiġi ppubblikata kull sejħa għall-proposti. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn ir-regoli għandhom ikunu adottati qabel ma jintgħażlu l-ewwel operazzjonijiet.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 2B, u taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.

5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 1, meta dan ikopri fruntieri bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta l-awtorità ta' ġestjoni ma twettaqx verifika fl-ambitu tal-punt (a) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) (CPR ġdid] fuq iż-żona kollha tal-programm, kull Stat Membru għandu jiddeżinja korp jew persuna responsabbli mit-twettiq ta' tali verifika fir-rigward tal-benefiċjarji preżenti fit-territorju tiegħu.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

Referenzi

COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

11.6.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Fabio Massimo Castaldo

10.7.2018

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

4

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Arne Lietz, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Michel Reimon, Sofia Sakorafa, Jean-Luc Schaffhauser, Anders Sellström, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Takis Hadjigeorgiou, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Gilles Pargneaux, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Željana Zovko

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

47

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Javier Nart, Marietje Schaake, Mirja Vehkaperä

ECR

Bas Belder, Marek Jurek, Charles Tannock, Eleni Theocharous

PPE

Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Anders Sellström, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Željana Zovko

S&D

Nikos Androulakis, Victor Boştinaru, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Wajid Khan, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, David Martin, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Gilles Pargneaux, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Michel Reimon, Alyn Smith, Jordi Solé

4

-

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

NI

James Carver, Georgios Epitideios, Dobromir Sośnierz

5

0

GUE/NGL

Takis Hadjigeorgiou, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Helmut Scholz, Miguel Urbán Crespo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (22.11.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

(COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Eleni Theocharous

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-inizjattiva kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) huwa li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej. Huwa mistenni li r-Regolament il-ġdid propost għall-perjodu 2021-2027 se jissimplifika l-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. B’mod parallel, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE (inklużi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (“NDICI”) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej li tistabbilixxi l-finanzjament fil-forma ta’ Programm (“OCTP)) għandhom l-għan li jistabbilixxu reġoli ċari biex parti mir-riżorsi tagħhom jiġu trasferiti għall-programmi Interreg.

Ir-Rapporteur tal-Kumitat DEVE temmen li l-interess tal-Kumitat għall-Iżvilupp huwa li jiżgura li pajjiżi terzi u pajjiżi u territorji extra-Ewropej ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effettiv fil-programmi Interreg. L-isfidi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej għandhom jitqiesu bis-sħiħ fit-tfassil tal-programmi.

Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza l-kontribut li l-Interreg jista’ jkollha fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u fil-kisba tal-objettivi relatati mal-klima. Il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp għandha wkoll tiġi rispettata bis-sħiħ peress li l-kisba ta’ koerenza fil-politiki kollha tal-UE hija kruċjali għall-kisba tal-SDGs.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra l-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f’livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f’livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Il-prinċipji dwar il-governanza u s-sħubija f’diversi livelli jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, u jenħtieġ li jissaħħu l-approċċi bbażati fuq il-post kif ukoll il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-komponenti differenti tal-Interreg jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli kif deskritti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata f’Settembru 2015.

Ġustifikazzjoni

Il-kontribut tal-Interreg għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għandu jissemma fil-premessi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Jenħtieġ ukoll li l-Interreg tikkontribwixxi għall-kisba ta’ impenji internazzjonali oħra bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21). Billi tirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, l-Interreg se tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet dwar il-klima u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni b’appoġġ għall-objettivi klimatiċi.

Ġustifikazzjoni

Il-premessi għandhom jinkludu wkoll referenza għall-ftehim ta’ Pariġi peress li l-Interreg għandha tikkontribwixxi għall-objettivi tal-UE dwar it-tibdil fil-klima.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b’mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat f’żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE”23 (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b’mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat f’żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE”23 (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew marittimi.

_________________

_________________

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” - COM(2017) 534 final 20.9.2017.

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” - COM(2017) 534 final 20.9.2017.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex fl-interess tas-simplifikazzjoni u ta’ iżjed faċilità tal-użu għall-utent li l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri marittimi titpoġġa f’fergħa ġdida tal-Interreg.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta’ azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f’qafas ta’ kooperazzjoni marittima akbar, b’mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta’ sħubija u t-twaqqif ta’ sottoprogrammi u kumitati ta’ tmexxija speċifiċi.

(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta’ azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f’qafas ta’ kooperazzjoni marittima akbar, b’mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta’ sħubija u t-twaqqif ta’ sottoprogrammi u kumitati ta’ tmexxija speċifiċi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta’ kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi.

(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta’ kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji tal-programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi u ma’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej bl-aktar mod effettiv u sempliċi fid-dawl tal-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet partikolari tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta’ Interreg u n-nuqqas ta’ tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b’mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta’ koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta’ esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta’ żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”25, b’mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-“Inizjattiva Urbana Ewropea”. Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta’ Interreg u n-nuqqas ta’ tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b’mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta’ koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta’ esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta’ żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”25, b’mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija rinnovabbli, l-ekonomija ċirkolari, l-immodernizzar tal-industrija, il-biedja argoekoloġika jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-“Inizjattiva Urbana Ewropea”. Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej u pajjiżi terzi.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

25 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” - COM(2017) 376 final, 18.7.2017.

25 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” - COM(2017) 376 final, 18.7.2017.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess sikur għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa relazzjoni privileġġata mal-pajjiżi tal-viċinat tagħha, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta’ prosperità u ta’ relazzjonijiet tajbin tal-viċinat, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament u l-NDICI għalhekk jenħtieġ li jappoġġaw l-aspetti interni u esterni tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti. Dawn l-inizjattivi huma strateġikament importanti u joffru oqfsa politiċi ta’ importanza għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u fosthom, ibbażati fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà reċiproka, sjieda u responsabbiltà kondiviżi.

(12) Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa relazzjoni privileġġata mal-pajjiżi tal-viċinat tagħha, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta’ prosperità u ta’ relazzjonijiet tajbin tal-viċinat, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament u l-NDICI għalhekk jenħtieġ li jappoġġaw l-aspetti interni u esterni tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti bl-objettiv primarju li jeqirdu l-faqar u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli. Dawn l-inizjattivi huma strateġikament importanti u joffru oqfsa politiċi ta’ importanza għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u fosthom, ibbażati fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà reċiproka, sjieda u responsabbiltà kondiviżi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  L-iżvilupp ta’ sinerġiji mal-azzjoni esterna u l-programmi ta’ żvilupp tal-Unjoni jenħtieġ ukoll li jgħinu biex jiġi żgurat impatt massimu filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kisba tal-koerenza fil-politiki kollha tal-UE hija kruċjali għall-kisba tal-SDGs.

Ġustifikazzjoni

Il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp hija obbligu previst fit-Trattat u għandha tissemma fil-premessi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista’ jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni mal-viċinat tagħhom, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”31.

(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista’ jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi terzi u pajjiżi u territorji extra-Ewropej, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”31.

__________________

__________________

31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, - COM(2017) 623 final, 24.10.2017.

31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, - COM(2017) 623 final, 24.10.2017.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej jipparteċipaw fil-programmi Interreg. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni effettivi tagħhom.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  L-Artikoli 198 sa 204 tal-Parti IV tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej jipprevedu li l-għan tal-assoċjazzjoni għandha tkun il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u li jiġu stabbiliti relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejniethom u l-Unjoni fit-totalità tagħha. F’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Preambolu tat-TFUE, din l-assoċjazzjoni għandha, prinċipalment, tippermetti t-titjib tal-interessi u tal-prosperità tal-abitanti ta' dawn il-pajjiżi u territorji sabiex tmexxihom għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali li jaspiraw għalih.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)  L-attivitajiet ffinanzjati taħt il-komponenti differenti jenħtieġ li jippromwovu u jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Id-dimensjoni tal-ġeneri jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponenti differenti tal-Interreg.

Ġustifikazzjoni

L-importanza tad-dimensjoni tal-ġeneri għandha tissaħħaħ fir-Regolament kollu.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg, wieħed biex jappoġġa l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b’mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, u ieħor biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni esterna bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għall-Interreg, wieħed biex jappoġġa l-objettiv speċifiku għall-Interreg tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b’mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, attur mhux statali u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, u l-ieħor biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni esterna bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali. il-qerda tal-faqar, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u r-reżiljenza.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Huwa xieraq li tiġi mħeġġa d-dixxiplina finanzjarja. Fl-istess ħin, arranġamenti għad-diżimpenn tal-impenji baġitarji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-programmi Interreg u l-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) rispettivament.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) rispettivament. L-Interreg għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli kif deskritti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata programmazzjoni effettiva inkluż fuq assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll ġestjoni finanzjarja tal-programmi skont il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (“programmi Interreg”) appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”).

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata programmazzjoni effettiva inkluż fuq assistenza teknika, implimentazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll ġestjoni finanzjarja tal-programmi skont il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (“programmi Interreg”) appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (PTEE): Pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjoni speċjali ma’ Stat Membru tal-Unjoni li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba’ Parti tat-TFUE u li huma elenkati fl-Anness II tiegħu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew

(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew marittimi li jmissu ma’ żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew marittimi li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta’ integrazzjoni territorjali (“il-komponent 2”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: “il-komponent 2A”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: “il-komponent 2B”);

(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u PTEE, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta’ integrazzjoni territorjali (“il-komponent 2”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: “il-komponent 2A”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: “il-komponent 2B”);

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom (“il-komponent 3”);

(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata b’mod partikolari l-integrazzjoni reġjonali tagħhom (“il-komponent 3”);

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni (“il-komponent 4”) bil-promozzjoni ta’:

(4)  il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni (“il-komponent 4”) bil-promozzjoni ta’ fost affarijiet oħra:

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a − parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iskambju ta’ esperjenzi, approċċi innovattivi u l-bini tal-kapaċità fir-rigward ta’:

(a)  l-iskambju ta’ esperjenzi, approċċi innovattivi, prattiki tajba u l-bini tal-kapaċità fir-rigward ta’:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b’kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

imħassar

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri kollha bejn l-Istati Membri u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Greenland;

(b)  PTEE;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2, NUTS 3 fil-każ ta’ PTEE, jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  3,2 % (jiġifieri, total ta’ EUR 270 100 000) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

(c)  5 % għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-ħtiġijiet u l-isfidi tar-reġjuni ultraperiferiċi, l-ammont disponibbli għall-komponent 3 għandu jiżdied.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta’ pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta’ pajjiż sieħeb jew ta’ PTEE għandha titwaqqaf jew titnaqqas l-allokazzjoni, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b’mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland;

(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b’mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew PTEE;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland.

(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew PTEE.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b’riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta’ appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta’ operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

6.  Jekk pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE li jikkontribwixxi għal programm Interreg b’riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta’ appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta’ operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-għażliet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:

3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u t-titjib tal-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità bejn il-fruntieri;

(a)  it-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u t-titjib tal-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità bejn il-fruntieri, speċjalment għaż-żgħażagħ;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)   il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż permezz tat-titjib tal-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bejn il-fruntieri.

(e)   il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, ir-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż permezz tat-titjib tal-opportunitajiet indaqs, tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tal-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni bejn il-fruntieri, u appoġġ għall-komunitajiet emarġinati.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  it-tisħiħ ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f’reġjuni tal-fruntieri;

(ii)  it-tisħiħ ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f’reġjuni tal-fruntieri;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponent 1, 2 u 3: it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċiri tal-baħar;

(b)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponent 1, 2 u 3: it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati b’mod effettiv strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċiri tal-baħar;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta’ fiduċja reċiproka, b’mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta’ demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta’ riforma u ta’ tranżizzjonijiet demokratiċi;

(c)  fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta’ fiduċja reċiproka, b’mod partikolari billi jiġu mħeġġa azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta’ demokrazija sostenibbli u bil-promozzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u kif rikonoxxuti minnha, u bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi mhux statali, inklużi NGOs, Knejjes, Komunitajiet u Assoċjazzjonijiet Reliġjużi, grupp ta’ riflessjoni u gruppi soċjali oħra, u r-rwol tagħhom fir-reżiljenza, fil-konsolidazzjoni tal-paċi, fir-rikonċiljazzjoni, fil-proċessi ta’ riforma u ta’ tranżizzjonijiet demokratiċi u billi tiġi promossa l-governanza tajba inkluż il-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta’ Interreg estern “Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta’ Interreg estern “Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, b’rispett sħiħ għall-prinċipju tal-istat tad-dritt u, inkluża l-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b’ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista’ jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b’ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta jew indiretta.

1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b’ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista’ jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b’ġestjoni indiretta, wara li jkunu ġew ikkonsultati l-partijiet ikkonċernati, u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta jew indiretta.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi strateġija konġunta għall-kontribuzzjoni tal-programm biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-objettivi speċifiċi għal Interreg stipulati fl-Artikolu 14(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament u l-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu.

1.  Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi strateġija konġunta għall-kontribuzzjoni tal-programm biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-objettivi speċifiċi għal Interreg stipulati fl-Artikolu 14(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament u l-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu. L-istrateġija għandha turi b’mod espliċitu kif il-programm se jikkontribwixxi għall-kisba tal-SDGs.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – sottopunt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  diverġenzi fil-qafas istituzzjonali, legali u ta’ politika;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)  l-isfidi ambjentali;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  il-ħtiġijiet ta’ investiment konġunt u l-komplementarjetà ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ;

(ii)  il-ħtiġijiet ta’ investiment konġunt u l-komplementarjetà ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ u sinerġiji potenzjali li jridu jinkisbu;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat;

(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat u kif dawn jistgħu jiġu kkunsidrati fil-programm;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  l-indikaturi tal-outputs u l-indikaturi tar-riżultati mal-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(ii)  l-indikaturi intelliġenti u l-indikaturi tar-riżultati diżaggregati skont is-sessi mal-linji bażi, l-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  il-gruppi mira ewlenin;

(iii)  il-gruppi mira ewlenin u l-benefiċjarju finali tal-programm, inklużi l-gruppi l-aktar vulnerabbli;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 4 - punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  metodoloġija li tispjega kif il-programm se jikkontribwixxi għall-kisba tal-SDGs;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà għall-programm Interreg permezz tad-definizzjoni tal-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta’ kommunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni mill-midja soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti għal monitoraġġ u evalwazzjoni.

(i)  l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà għall-programm Interreg permezz tad-definizzjoni tal-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta’ kommunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni mill-midja soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti għal monitoraġġ u evalwazzjoni. Kull meta programm Interreg ikun kofinanzjat minn strumenti finanzjarji esterni oħra, l-istrateġija ta’ viżibbiltà għandha tirrispetta r-rekwiżiti ta’ viżibbiltà previsti f’dawk l-istrumenti.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  Qafas tal-ġestjoni tar-riskju, li għandu jinkludi r-riskji potenzjali li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-programm u l-kisba tar-riżultati kif ukoll il-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta’ finanzjament (“FEŻR” u “OCTP Greenland”);

(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta’ finanzjament (“FEŻR” u “OCTP”);

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija għandhom jistabbilixxu u japplikaw kriterji u proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti, li jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE.

Għall-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija għandhom jistabbilixxu u japplikaw kriterji u proċeduri li huma pubbliċi, oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti, jiżguraw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli u l-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) tat-TFUE.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kriterji u l-proċeduri għandhom jiżguraw il-prijoritizzazzjoni ta’ operazzjonijiet li għandhom jintgħażlu bil-ħsieb li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni biex jitwettqu l-objettivi tal-programm Interreg u biex tiġi implimentata d-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-operazzjonijiet taħt il-programmi ta’ Interreg, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) u (4).

Il-kriterji u l-proċeduri għandhom jiżguraw il-prijoritizzazzjoni ta’ operazzjonijiet li għandhom jintgħażlu bil-ħsieb li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni biex jitwettqu l-objettivi tal-programm Interreg, tiġi implimentata d-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-operazzjonijiet fl-ambitu tal-programmi Interreg, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) u (4) u għall-kisba tal-SDGs.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jipprovdu kontribut effettiv għall-kisba tal-għanijiet u l-miri tal-Aġenda 2030;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula ma jkunux f’kunflitt mal-istrateġiji korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 10(1) jew stabbiliti għal wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni;

(b)  jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula mhux biss ma jkunux f’kunflitt mal-istrateġiji korrispondenti stabbiliti fl-Artikolu 10(1) jew stabbiliti għal wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, iżda wkoll li huma jkunu komplementari għall-istrateġiji li magħhom joħolqu sinerġiji pożittivi;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba’ dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tnejn mill-erba’ dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta’ proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom.

Il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta’ proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż 20 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ tal-anqas darba f’sena u għandu jirrevedi il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fit-twettiq tal-objettivi tiegħu.

5.  Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ tal-anqas darbtejn f’sena u għandu jirrevedi il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fit-twettiq tal-objettivi tiegħu.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u t-twettiq tal-għanijiet u l-miri tal-programm Interreg;

(a)  il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u t-twettiq tal-istadji importanti u l-miri tal-programm Interreg, inkluż il-kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Aġenda 2030;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti.

(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti, u jipproponi kwalunkwe miżura ta’ appoġġ jekk meħtieġ.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità ta’ ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta’ kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

1.  L-awtorità ta’ ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta’ kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, is-sostenibbiltà tar-riżultati u l-valur miżjud tal-UE tal-programm, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Kull meta programm Interreg ikun kofinanzjat minn strumenti finanzjarji esterni oħra, il-programm għandu jiżgura l-viżibbiltà ta’ dawk il-fondi f’konformità mal-istrumenti rilevanti.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  2021: 1%;

(a)  2021: 2%;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  2022: 1%;

(b)  2022: 2%;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  2023: 1%;

(c)  2023: 2%;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  2024: 1%;

(d)  2024: 1,5%;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 50a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 50a

 

Diżimpenji

 

B’deroga mill-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ġdid] il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm Interreg li ma kienx intuża għal prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 49 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament sas-26 ta' Diċembru tat-tielet sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026. 

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f’xi pajjiżi terzi jew pajjiż sħab parteċipanti jew, f’dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni.

2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz, pajjiż sħab jew PTEE parteċipanti, jew f’dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

Referenzi

COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

11.6.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eleni Theocharous

10.8.2018

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mireille D’Ornano, Enrique Guerrero Salom, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Thierry Cornillet, Stefan Gehrold, Bernd Lucke, Adam Szejnfeld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ana Miranda

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Thierry Cornillet, Mirja Vehkaperä

ECR

Bernd Lucke, Eleni Theocharous

EFDD

Mireille D'Ornano

GUE/NGL

Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey

PPE

Stefan Gehrold, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Adam Szejnfeld, Joachim Zeller, Željana Zovko

S&D

Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Elly Schlein

VERTS/ALE

Ana Miranda

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (21.11.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

(COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Arndt Kohn

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi u trasparenti għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

_________________

_________________

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Jenħtieġ li l-mira futura tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) tqis biżżejjed u, meta neċessarju, tforni appoġġ finanzjarju lir-reġjuni li l-aktar se jintlaqtu mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk li jsiru reġjuni tal-fruntiera (bi fruntiera marittima u fuq l-art);

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg, wieħed biex jappoġġa l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b'mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, u ieħor biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni esterna bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid objettiv speċifiku għal Interreg, biex jappoġġa l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġuridika u amministrattiva, b'mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar

Ġustifikazzjoni

Avolja dan l-objettiv huwa importanti, huwa diffiċli li jkun konformi mal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni li fuqha huwa bbażat il-programm Interreg u jenħtieġ li jitħassar għall-ġieħ tal-politika ta' koeżjoni. Dan l-objettiv addizzjonali jista' jagħti impressjoni żbaljata tal-aspettattivi minn Interreg f'dan il-qasam. Barra minn hekk, il-fondi u l-linji baġitarji l-oħra fil-QFP diġà jindirizzaw il-firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet elenkati fl-ambitu ta' dan l-objettiv.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid].

(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jinżammu sempliċi u ċari biex tkun evitata regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv addizzjonali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b'mod prattiku.

(25)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu li jirriżultaw l-aktar adatti biex ikejlu l-progress lejn l-għanijiet tal-programm tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi użati f'dan il-programm b'mod prattiku.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Fuq il-bażi tal-esperjenza matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jenħtieġ li titkompla s-sistema li introduċiet ġerarkija ċara tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa filwaqt li jinżamm il-prinċipju tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbilit fil-livell tal-Unjoni jew għall-programm Interreg fl-intier tiegħu sabiex jiġu evitati l-kuntradizzjonijiet jew l-inkonsistenzi kollha possibbli bejn Regolamenti differenti jew bejn Regolamenti u regoli nazzjonali. Regoli addizzjonali adottati minn Stat Membru wieħed li jkunu japplikaw biss għall-benefiċjarji f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu strett. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/201433 adottat għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jiġu integrati f'dan ir-Regolament.

(26)  Fuq il-bażi tal-esperjenza matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jenħtieġ li titkompla s-sistema li introduċiet ġerarkija ċara tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa filwaqt li jinżamm il-prinċipju tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbilit fil-livell tal-Unjoni jew għall-programm Interreg fl-intier tiegħu sabiex jiġu evitati l-kuntradizzjonijiet jew l-inkonsistenzi kollha possibbli bejn Regolamenti differenti jew bejn Regolamenti u regoli nazzjonali. Regoli addizzjonali adottati minn Stat Membru wieħed li jkunu japplikaw biss għall-benefiċjarji f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu evitati. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/201433 adottat għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jiġu integrati f'dan ir-Regolament.

_________________

_________________

33 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).

33 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikat u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu semplifikati u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B'mod partikolari, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.

(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B'mod partikolari, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista' tiġi implimentata b'ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b'ġestjoni indiretta.

(32)  Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista' tiġi implimentata b'ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b'ġestjoni indiretta.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, meta applikabbli, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

6.  Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament; fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) jew il-qafas strateġiku ta' programmazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tiegħu skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

L-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 6 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6 %;

(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 7 %;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jiltaqa' tal-anqas darba f'sena u għandu jirrevedi il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fit-twettiq tal-objettivi tiegħu.

5.  Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jiltaqa' tal-anqas darba f'sena u għandu jirrevedi l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fit-twettiq tal-objettivi tiegħu u jifformula rakkomandazzjonijiet meta neċessarju.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg għandha tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg għandha tkun miftiehma b'mod miftuħ u trasparenti mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rieżami jista' jiġi organizzat mill-Kummissjoni bl-għan li tiġi eżaminata l-prestazzjoni tal-programmi Interreg.

Ir-rieżami għandu jiġi organizzat mill-Kummissjoni bl-għan li tiġi eżaminata l-prestazzjoni tal-programmi Interreg.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eżitu tar-rieżami għandu jiġi rreġistrat f'minuti miftehma.

3.  Ir-riżultati tar-rieżami għandhom jiġu rreġistrati f'minuti miftiehma u ppubblikati fis-sit web tal-programm rieżaminat. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riżultati tar-rieżami bil-miltub, tippubblika valutazzjoni tal-prestazzjoni u tikkomunika tali valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru ta' kull sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-trażmissjoni tad-data għandha ssir permezz tas-sistemi ta' rapportar tad-data eżistenti dment li jkunu taw prova tal-affidabbiltà tagħhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti.

Ġustifikazzjoni

L-installazzjoni tas-sistemi ta' rapportar tad-data l-ġodda matul il-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti kienet diffiċli minħabba n-nuqqas ta' istruzzjonijiet u linji gwida fil-bidu u dan għamel neċessarju li jsiru adattamenti ripetuti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.

1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], li jirriżulta li jkunu l-aktar adatti biex ikejlu l-progress lejn l-għanijiet tal-programm tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.  Meta neċessarju u f'każijiet debitament ġustifikati mill-awtorità ta' ġestjoni, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom jintużaw flimkien mal-indikaturi li ntgħażlu f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan l-artikolu.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riżultati f'konformità mal-indikaturi, bir-rapportar kemm tal-progress kif ukoll tan-nuqqasijiet u billi tiġi żgurata rabta ċara bejn l-infiq u l-prestazzjoni;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv. Il-frekwenza tal-evalwazzjonijiet li tkun iddeterminata fil-pjan ta' evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 hawn taħt ma għandhiex tkun ogħla minn darba fis-sena.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 100 000;

(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 25 000;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A3 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;

(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A2 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-ispiża totali tagħhom taċċedi EUR 10 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u jinvolvu l-Kummissjoni u lill-awtorità ta' ġestjoni responsabbli f'ħin xieraq.

(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-ispiża totali tagħhom teċċedi EUR 5 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u jinvolvu l-Kummissjoni u lill-awtorità ta' ġestjoni responsabbli f'ħin xieraq.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għal fondi għal proġett żgħir u strumenti ta' finanzjament, il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 4.

5.  Għal fondi għal proġett żgħir u strumenti ta' finanzjament, il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) u (d) tal-paragrafu 4.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 38 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ispejjeż tal-persunal għandhom jikkonsistu fi spejjeż ta' impjieg gross tal-persunal impjegat mis-sieħeb Interreg f'waħda mill-modalitajiet li ġejjin:

1.  Suġġett għall-konfomità mal-leġiżlazzjoni u mad-drittijiet tal-Unjoni fil-qasam tax-xogħol, l-ispejjeż tal-persunal għandhom jikkonsistu fi spejjeż ta' impjieg gross tal-persunal impjegat mis-sieħeb Interreg f'waħda mill-modalitajiet li ġejjin:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi t-tip ta' data u l-kriterji li fuq il-bażi tagħhom il-kampjuni għall-operazzjonijiet ta' awditjar huma ffurmati kif ukoll il-metodoloġija għall-estrapolazzjoni tar-rata ta' żball f'Anness li għandha tiġi adottata permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

Referenzi

COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Arndt Kohn

10.7.2018

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Marian-Jean Marinescu, Julia Pitera, Richard Sulík

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

ECR

Richard Sulík

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

PPE

Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, Julia Pitera, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Caterina Chinnici, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

0

-

 

 

2

0

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (16.10.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

(COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marlene Mizzi

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), anki fl-oqsma tal-kultura u l-kreattività b'enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-bniedem bħala faċilitaturi ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, filwaqt li jqis ukoll b'mod xieraq il-programmi ta' taħriġ li jistgħu jeħtieġu finanzjament addizzjonali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.

(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni, fosthom id-differenzi kulturali u l-ostakli lingwistiċi, identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, peress li dawn jistgħu jfixklu l-integrazzjoni, jirrestrinġu l-interazzjoni u jnaqqsu l-opportunitajiet għall-persuni u n-negozji fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, u jenħtieġ li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.

__________________

__________________

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017) 534 final).

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017) 534 final).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi.

(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi sabiex jiġu stabbiliti rabtiet b'saħħithom u sostenibbli bbażati fuq il-kooperazzjoni u l-fehim reċiproku;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b'mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta' koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta' esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta' żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”25, b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-“Inizjattiva Urbana Ewropea”. Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi.

(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b'mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta' koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta' esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT") stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta' żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli"25, b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija, il-kultura, il-wirt kulturali, is-settur kulturali u kreattivi, il-qasam agroalimentari, it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-bniedem u l-preservazzjoni u t-tixrid tal-wirt kulturali komuni. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-"Inizjattiva Urbana Ewropea". Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

25 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli" - COM(2017) 376 final, 18.7.2017.

25 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli" - COM(2017) 376 final, 18.7.2017.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji IPA biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni, jiżviluppaw sistemi edukattivi inklużivi u sostenibbli bl-għan li jipprovdu aktar opportunitajiet ta' kwalità aħjar liż-żgħażagħ, permezz ta' politiki orizzontali dwar iż-żgħażagħ. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxi, fil-qafas ta' Interreg, għall-objettivi speċifiċi skont l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni. Madankollu, il-lista ta' objettivi speċifiċi fil-qafas tal-objettivi tematiċi differenti jenħtieġ li tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' Interreg, billi tipprovdi għal objettivi speċifiċi addizzjonali fil-qafas tal-objettiv tal-politika “Ewropa aktar soċjali permezz tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” sabiex tippermetti interventi tat-tip FSE.

(17)  Il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxi, fil-qafas ta' Interreg, għall-objettivi speċifiċi skont l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni. Madankollu, il-lista ta' objettivi speċifiċi fil-qafas tal-objettivi tematiċi differenti jenħtieġ li tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' Interreg, billi tipprovdi għal objettivi speċifiċi addizzjonali fil-qafas tal-objettiv tal-politika "Ewropa aktar soċjali permezz tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" sabiex tippermetti interventi tat-tip FSE, b'enfasi partikolari fuq l-aċċess għall-edukazzjoni, il-ħolqien ta' aktar opportunitajiet ta' kwalità aħjar għaż-żgħażagħ u l-integrazzjoni kulturali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg, wieħed biex jappoġġa l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b'mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, u ieħor biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni esterna bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg, wieħed biex jappoġġa l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b'mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, u ieħor biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni esterna bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li ilhom implimentati mill-ħolqien ta' Interreg, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera”32, dawn il-fondi għal proġetti żgħar għandhom rwol importanti fil-bini ta' fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur miżjud kbir Ewropew u jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri u jintegraw iż-żoni tal-fruntieri u ċ-ċittadini tagħhom. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

(23)  Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li ilhom implimentati mill-ħolqien ta' Interreg, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera"32, dawn il-fondi għal proġetti żgħar għandhom rwol importanti fil-bini ta' fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur miżjud kbir Ewropew u jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri u jintegraw iż-żoni tal-fruntieri u ċ-ċittadini tagħhom. Jenħtieġ li jiffavorixxu b'mod partikolari inizjattivi transfruntiera kulturali, artistiċi u orjentati għaċ-ċittadini. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

_________________

_________________

32 L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera” tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

32 L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera" tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-titjib tal-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja bejn il-fruntieri bil-ħsieb li tiżdied il-kisba edukattiva u l-livelli fil-ħiliet tagħha kif rikonoxxuta lil hinn mill-fruntieri;

(b)  it-titjib tal-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja bejn il-fruntieri bil-ħsieb li jiżdiedu l-kisba edukattiva, il-mobbiltà taż-żgħażagħ u tar-riċerkaturi u t-tisħiħ tal-ħiliet lingwistiċi u ħiliet u kompetenzi oħra tal-bniedem;

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-promozzjoni u l-appoġġ tal-ħolqien ta' sħubijiet transfruntiera bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, kulturali, artistiċi, kreattivi, awdjoviżivi u tar-riċerka sabiex ikunu promossi l-komprensjoni reċiproka u d-djalogu fir-reġjuni tal-fruntiera, jissaħħu d-diversità lingwistika u r-rwol tal-politiki edukattivi u kulturali u l-politiki fis-setturi kulturali, kreattivi, artistiċi u awdjoviżivi bħala muturi tal-innovazzjoni soċjali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  it-titjib tal-aċċess għall-kultura u s-servizzi kulturali transfruntiera;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati, ħiliet u kompetenzi sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi bejn il-fruntieri;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż permezz tat-titjib tal-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bejn il-fruntieri.

(e)  il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, anke tal-migranti, u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż permezz tat-titjib tal-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-livell transfruntier.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  it-titjib tal-aċċess għal servizzi kulturali u infrastrutturi sportivi u l-promozzjoni tal-mobbiltà tal-artisti u l-iskambji kulturali, li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni u t-tixrid tal-wirt kulturali komuni u għall-ġlieda kontra l-preġudizzji u l-isterjotipi differenti u ġeneralment persistenti, iżidu l-integrazzjoni soċjali u jindirizzaw l-ostakli soċjali u lingwistiċi;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta' fiduċja reċiproka, b'mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta' demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta' riforma u ta' tranżizzjonijiet demokratiċi;

(c)  fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, flimkien minn dak indikat fil-punti (a) u (b): il-bini ta' fiduċja reċiproka, b'mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali u esperjenzi tal-mobbiltà taż-żgħażagħ, bit-tisħiħ ta' demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta' riforma u ta' tranżizzjonijiet demokratiċi;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern “Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà”, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.

5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti, il-medjazzjoni interkulturali u l-faċilitazzjoni lingwistika;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 4 - punt b - punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(i)  id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali, demografiċi u territorjali;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – sottopunt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  l-ispeċifiċitajiet u l-ostakli kulturali, edukattivi u lingwistiċi ġodda;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta tkun qed tivvaluta kull programm Interreg, il-Kummissjoni għandha tqis l-effett pożittiv globali tal-programm fuq is-soċjetà u l-komunitajiet lokali, b'enfasi partikolari fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u l-inklużività, id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) taħt il-punt (b) tal-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jista' jkun implimentat fil-programmi Interreg, dment li l-gruppi ta' azzjoni lokali rilevanti huma komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom ebda grupp wieħed ta' interess ma jikkontrolla t-teħid tad-deċiżjonijiet, u tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, li wieħed minnhom huwa Stat Membru.

L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità ("CLLD") taħt il-punt (b) tal-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jista' jkun implimentat fil-programmi Interreg, dment li l-gruppi ta' azzjoni lokali rilevanti huma komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li fihom ebda grupp wieħed ta' interess ma jikkontrolla t-teħid tad-deċiżjonijiet, u tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, li wieħed minnhom huwa Stat Membru. Il-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jirrappreżentaw il-gruppi soċjoekonomiċi u l-gruppi tal-età kollha inklużi l-minoranzi, il-persuni b'diżabbiltà u dawk b'inqas opportunitajiet.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għal programmi Interreg b'allokazzjoni totali anqas minn EUR 30 000 000, l-ammont meħtieġ għall-għajnuna teknika espress f'EUR u tal-perċentwali li jirriżulta għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm Interreg ikkonċernat.

4.  Għal programmi Interreg b'allokazzjoni totali anqas minn EUR 30 000 000, l-ammont meħtieġ għall-għajnuna teknika għandu jiġi espress f'EUR u l-perċentwali li jirriżulta għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm Interreg ikkonċernat.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta l-pjan ta' evalwazzjoni lill-kumitat ta' monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-approvazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta l-pjan ta' evalwazzjoni lill-kumitat ta' monitoraġġ mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-approvazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm Interreg, ikun hemm sit web fejn informazzjoni dwar kull programm Interreg taħt ir-responsabbiltà tagħha hija disponibbli, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u t-twettiq tal-programm.

2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm Interreg, ikun hemm sit web fejn informazzjoni dwar kull programm Interreg taħt ir-responsabbiltà tagħha hija disponibbli. L-informazzjoni pprovduta f'dak is-sit web għandha tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 56 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk l-implimentazzjoni ta' operazzjoni teħtieġ l-akkwist ta' kuntratti ta' servizzi, provvisti jew xogħlijiet minn benefiċjarju, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1.  Jekk l-implimentazzjoni ta' operazzjoni teħtieġ l-akkwist ta' servizzi, kuntratti ta' provvisti jew kuntratti ta' xogħlijiet jew it-tnejn minn benefiċjarju, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  meta l-benefiċjarju huwa awtorità kontraenti jew entità kontraenti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-proċeduri ta' akkwist, huwa għandu japplika liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati b'konnessjoni mal-liġi tal-Unjoni;

(a)  meta l-benefiċjarju jkun awtorità kontraenti jew entità kontraenti skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, huwa għandu japplika l-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati b'konnessjoni mal-liġi tal-Unjoni;

 

__________________

 

1aId-Direttiva 2014/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, (ĠU L94, 28.3.2014, p. 96).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għal-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

Referenzi

COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marlene Mizzi

3.7.2018

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Svetoslav Hristov Malinov, Rupert Matthews, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Martina Michels, Marlene Mizzi

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Martina Michels

PPE

Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Damian Drăghici, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Marlene Mizzi, Luigi Morgano, Julie Ward

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

1

-

ENF

Dominique Bilde

3

0

ECR

Rupert Matthews, Morten Messerschmidt

EFDD

Isabella Adinolfi

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

Referenzi

COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

11.6.2018

DEVE

11.6.2018

BUDG

11.6.2018

CONT

5.7.2018

 

EMPL

11.6.2018

ENVI

11.6.2018

ITRE

11.6.2018

TRAN

11.6.2018

 

PECH

5.7.2018

CULT

11.6.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

28.6.2018

EMPL

14.6.2018

ENVI

21.6.2018

ITRE

19.6.2018

 

TRAN

20.6.2018

PECH

11.7.2018

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

5.7.2018

AFET

5.7.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Pascal Arimont

20.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

3.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Aleksander Gabelic, Krzysztof Hetman, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Raffaele Fitto, John Howarth, Tonino Picula, Maurice Ponga, Bronis Ropė, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georgios Kyrtsos

Data tat-tressiq

18.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Raffaele Fitto, Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski

EFDD

Rosa D'Amato

PPE

Pascal Arimont, Daniel Buda, Krzysztof Hetman, Georgios Kyrtsos, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Maurice Ponga

S&D

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Aleksander Gabelic, John Howarth, Constanze Krehl, Tonino Picula, Liliana Rodrigues

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Davor Škrlec

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali