Proċedura : 2018/0281(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0472/2018

Testi mressqa :

A8-0472/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 12.5

Testi adottati :

P8_TA(2019)0018

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 690kWORD 50k
18.12.2018
PE 627.692v01-00 A8-0472/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam

(10882/2018 – C8-0496/2018 – 2018/0281(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Iuliu Winkler

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam

(10882/2018 – C8-0496/2018 – 2018/0281(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10882/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (10883/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0496/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0472/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


NOTA SPJEGATTIVA

Din hija proposta biex jiġi konkluż il-ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jiġi implimentat ir-rapport tal-bord tad-WTO tad-19 ta' April 2017 fil-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO, Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji fuq Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam, imressqa miċ-Ċina kontra l-UE. L-UE hija obbligata li tikkonforma mas-sejbiet tal-bord.

B'mod partikolari, il-bord sab li fl-allokazzjoni tal-kwantitajiet fi ħdan il-kwoti tariffarji lill-pajjiżi fornituri skont ir-regoli tad-WTO, f'dan il-każ, l-UE kellha tikkunsidra bħala "fattur speċjali" iż-żieda fil-kapaċità taċ-Ċina li tesporta prodotti tal-pollam lejn l-UE wara l-illaxkar tal-miżuri sanitarji f'Lulju 2008. Dan l-obbligu jirriżulta mill-Artikolu XIII tal-GATT "Amministrazzjoni mhux diskriminatorja ta' restrizzjonijiet kwantitattivi", b'mod partikolari l-Artikolu XIII:2 li jiddisponi: "Fl-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' kwalunkwe prodott, il-partijiet kontraenti għandhom jippruvaw jaslu għal distribuzzjoni tal-kummerċ ta' dan il-prodott li toqrob kemm jista' għal dik li, fin-nuqqas ta' dawn ir-restrizzjonijiet, id-diversi partijiet kontraenti jkollhom id-dritt jistennew u għandhom josservaw [...]". Din id-dispożizzjoni telenka wkoll il-kundizzjonijiet li jridu jiġu osservati, fost oħrajn, f'punt (d) "fatturi speċjali li setgħu affettwaw jew li jista' jkunu qegħdin jaffettwaw il-kummerċ fil-prodott".

F'dan il-każ, l-UE kienet żiedet it-tariffi tagħha wara żidiet fl-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam f'żewġ eżerċizzji separati ta' modifika skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT. L-UE nnegozjat kumpens mal-Brażil u mat-Tajlandja, li kull wieħed kellu interess prinċipali u/jew interess ta' forniment sostanzjali, abbażi tal-istatistiċi tal-importazzjoni għall-perjodu rappreżentattiv rilevanti ta' tliet snin. L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE dak iż-żmien kienu ineżistenti, peress li ċ-Ċina ma setgħetx tesporta laħam tal-pollam lejn l-UE minħabba restrizzjonijiet sanitarji. Madankollu, statistiċi kummerċjali sussegwenti wrew li wara l-illaxkar tal-miżuri sanitarji, l-importazzjonijiet ta' xi prodotti tal-laħam tal-pollam imsajjar miċ-Ċina żdiedu b'mod sostanzjali. B'hekk il-bord ikkonkluda li fis-sottoallokazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-pajjiżi fornituri, l-UE kellha titratta liċ-Ċina bħala pajjiż fornitur u kellha tqis dawn l-esportazzjonijiet Ċiniżi (il-bord irrifjuta t-talbiet taċ-Ċina fir-rigward ta' prodotti oħra fejn ma kienx hemm importazzjonijiet).

B'mod ġenerali, id-deċiżjoni tal-bord kienet rassiguranti mill-perspettiva tal-UE peress li hija kkonfermat li, b'mod ġenerali, l-UE aġixxiet b'mod konsistenti f'konformità mal-obbligi tagħha tad-WTO meta aġġustat it-tariffi għal-laħam tal-pollam skont l-Artikolu XXVII tal-GATT tal-1994 u meta tat kumpens tal-kwota tariffarja lis-sħab tagħha.

Il-perjodu ta' żmien raġonevoli għall-implimentazzjoni tar-rapport tal-bord skont ir-regoli tad-WTO beda fid-19 ta' April 2017. Minn dakinhar, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim maċ-Ċina sabiex tinstab soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku (il-Kunsill adotta direttivi ta' negozjati fit-12 ta' Marzu 2018).

Il-ftehim propost jagħti l-kwoti tariffarji li ġejjin:

•  kwota tariffarja ta' 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (laħam tal-papra, tal-wiżż u tal-farawni pproċessat, imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam) b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha, b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota;

•  kwota tariffarja ta' 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (laħam tal-papra, tal-wiżż u tal-farawni pproċessat, imsajjar, li fih inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam) b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha, b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota;

•  u kwota tariffarja erga omnes ta' 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219 (tat-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, imsajjar, li jkun fih inqas minn 57 % tal-piż tal-laħam jew ġewwieni tal-laħam tal-pollam), b'rata ta' dazju ta' 8 % fi ħdan il-kwota.

L-UE hija taħt pressjoni ta' żmien biex tikkonkludi dan il-ftehim sabiex tikkonforma mar-rapport tal-bord tad-WTO. Ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim. L-UE għandha tikkonkludi dan il-ftehim malajr kemm jista' jkun sabiex tikkonferma, għal darb'oħra permezz ta' azzjoni speċifika, l-impenn b'saħħtu u sostnut tal-UE lejn il-multilateraliżmu permezz tad-WTO u, b'mod partikolari, lejn il-mekkaniżmu l-aktar effiċjenti tad-WTO - is-sistema tas-soluzzjoni tat-tilwim.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO, Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam

Referenzi

10882/2018 – C8-0496/2018 – COM(2018)05182018/0281(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

3.12.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

10.12.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Iuliu Winkler

29.8.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Sajjad Karim, Seán Kelly, Gabriel Mato, Georg Mayer, Ralph Packet, Johannes Cornelis van Baalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paloma López Bermejo, Javier Nart, Anders Sellström, Miguel Urbán Crespo, Marco Zullo

Data tat-tressiq

18.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Johannes Cornelis van Baalen, Elsi Katainen, Javier Nart, Marietje Schaake

ECR

Sajjad Karim, Ralph Packet, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin, Marco Zullo

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Helmut Scholz, Miguel Urbán Crespo

NI

David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christophe Hansen, Seán Kelly, Gabriel Mato, Sorin Moisă, Franck Proust, Tokia Saïfi, Anders Sellström, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

2

-

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

2

0

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2019Avviż legali