Proċedura : 2018/2102(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0474/2018

Testi mressqa :

A8-0474/2018

Dibattiti :

PV 30/01/2019 - 25
CRE 30/01/2019 - 25

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2019 - 9.17
CRE 31/01/2019 - 9.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0062

RAPPORT     
PDF 776kWORD 88k
18.12.2018
PE 628.570v02-00 A8-0474/2018

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2018/2102(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Michel Reimon

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2018/2102(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 9, 11, 12, 39, 42, 101 sa 109, u 174 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 35, 37 u 38 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2018 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017 (COM(2017)0482) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikat bħala dokument ta' sostenn fl-istess data,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi,

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2014 bit-titolu ''Lejn kontroll aktar effettiv tal-fużjonijiet tal-UE'' (COM(2014)0449),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2017 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (COM(2017)0142) (id-Direttiva NEK+),

–  wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2016 dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C(2016)2946),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar ftehimiet ta' kooperazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni – it-triq 'il quddiem(1),

–  wara li kkunsidra r-regoli, il-linji gwida, id-deċiżjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-kompetizzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta' April 2018(2) u tal-14 ta' Frar 2017(3) dwar ir-rapporti annwali tal-2017 u tal-2016 dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' Lulju 2018 bit-titolu "Competition issues in the area of financial technology (FinTech)" (Kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni fil-qasam tat-teknoloġija finanzjarja (FinTech)), li ġie kkummissjonat mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kompetizzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub E-000344-16, E-002666-16 u E-002112-16,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2018 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2017 dwar l-inkjesta settorjali dwar il-kummerċ elettroniku (COM(2017)0229),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0474/2018),

A.  billi l-politika tal-kompetizzjoni issa ilha fis-seħħ għal aktar minn 60 sena u billi politika tal-kompetizzjoni tal-UE b'saħħitha u effettiva dejjem kienet bażi fundamentali tal-proġett Ewropew;

B.  billi l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa joħolqu kompetizzjoni inġusta, li taffettwa b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

C.  billi l-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa jdgħajfu d-distribuzzjoni ġusta tad-dħul mit-taxxa fl-Istati Membri, u għalhekk ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern;

D.  billi l-evitar qawwi tat-taxxa minn individwi u intrapriżi b'valur nett għoli ma jippenalizzax biss lill-kontribwenti ordinarji, il-finanzi pubbliċi u l-infiq soċjali, iżda jhedded ukoll il-governanza tajba, l-istabbiltà makroekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

E.  billi ċerti gvernijiet u ġurisdizzjonijiet, inkluż xi wħud fl-UE, speċjalizzaw jew involvew ruħhom fil-ħolqien ta' reġimi fiskali preferenzjali li jfixklu l-kompetizzjoni għall-benefiċċju ta' kumpaniji multinazzjonali u ta' individwi b'valur nett għoli, li fil-verità ma jkollhomx sustanza ekonomika f'dawn il-ġurisdizzjonijiet iżda huma sempliċement irrappreżentati minn kumpaniji tal-isem;

1.  Iqis li politika tal-kompetizzjoni bil-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha hija bażi fundamentali tal-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew u fattur ewlieni fl-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern; jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017 kif ukoll l-isforzi u l-attivitajiet tagħha biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-Unjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment dawk f'pożizzjoni dgħajfa tal-konsumatur; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tkompli tiżgura l-infurzar sħiħ tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, billi tagħti attenzjoni partikolari lid-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-SMEs, u biex tevita l-applikazzjoni mhux uniformi tagħhom fl-Istati Membri;

2.  Jilqa' u jkompli jħeġġeġ id-djalogu strutturat mal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni u l-isforzi tal-Kummissjoni biex iżżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tal-kumitat kompetenti tal-Parlament u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tiegħu; iqis li r-rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni huwa eżerċizzju indispensabbli f'termini ta' skrutinju demokratiku; ifakkar li fis-snin reċenti, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament kien involut fit-tfassil tal-qafas għar-regoli tal-kompetizzjoni, pereżempju fid-Direttiva NEK+ li ġiet proposta; jinnota li l-Parlament għandu jingħata setgħat ta' kodeċiżjoni biex ifassal il-qafas għar-regoli tal-kompetizzjoni u jiddispjaċih li d-dimensjoni demokratika ta' dan il-qasam tal-politika tal-Unjoni ma ġietx imsaħħa fl-emendi reċenti tat-Trattat; jitlob li t-trattati jiġu emendati kif xieraq;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-impatt dannuż potenzjali sinifikanti tal-fużjoni bejn Siemens u Alstom proposta fuq il-kompetittività tas-suq ferrovjarju Ewropew u l-effetti negattivi tagħha fuq l-utenti tal-ferroviji, li se jiffaċċjaw prezzijiet ogħla, inqas għażla u livelli aktar baxxi ta' servizzi, kwalità, u innovazzjoni; jinnota li l-fużjoni proposta probabbilment se tagħmel ħsara lis-swieq għal materjal fuq ir-roti b'veloċità qawwija, għal ferroviji tal-linji ewlenin u ferroviji metro, kif ukoll l-infrastruttura ferrovjarja kollha billi toħloq pożizzjoni dominanti fis-sinjalar fl-UE, u speċifikament fl-Istati Membri bħall-Belġju, id-Danimarka, in-Netherlands, ir-Rumanija, Spanja u r-Renju Unit;

4.  Jinnota li fl-2018 il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex jinħoloq Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP), li jkun fond ta' pensjoni privata; jenfasizza li din il-proposta leġiżlattiva fil-bidu kienet ispirata mill-kumpanija ewlenija korporattiva tas-servizzi finanzjarji tal-Istati Uniti BlackRock, li hija l-akbar maniġer tal-fondi tal-assi li bniet madwar żewġ terzi tal-imperu ta' USD6 triljun tagħha fuq il-pensjonijiet, u ġiet proposta mill-Kummissjoni wara sforzi sinifikanti ta' llobbjar minn BlackRock; jara wkoll evidenza akbar li l-maniġers il-kbar tal-assi bħal Black Rock ixekklu l-kompetizzjoni fis-swieq reali u fost il-korporattivi; jitlob li l-Kummissjoni teżerċita viġilanza partikolari fir-rigward tar-riskji ta' pożizzjoni dominanti fis-suq għal prodotti ta' pensjoni privata;

5.  Jenfasizza li l-konsumatur huwa l-benefiċjarju ewlieni ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq uniku Ewropew;

6.  Jilqa' l-investigazzjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet; jieħu nota pożittiva tal-fatt li l-Kummissjoni ma qisitx biss l-impatt tal-kartell bejn il-produtturi tat-trakkijiet kbar fuq il-prezzijiet tat-trakkijiet iżda ssanzjonat ukoll il-fatt li huma ħadmu flimkien biex idewmu l-introduzzjoni ta' trakkijiet aktar nodfa;

7.  Jissottolinja l-fatt li r-regoli tal-kompetizzjoni huma bbażati fuq it-Trattat u, kif stipulat fl-Artikolu 7 tat-TFUE, għandhom jitqiesu fid-dawl tal-valuri Ewropej usa' li jirfdu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-affarijiet soċjali, l-ekonomija tas-suq soċjali, l-istandards ambjentali, il-politika dwar il-klima u l-ħarsien tal-konsumaturi; jemmen li l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE għandha tindirizza d-distorsjonijiet tas-suq kollha, inklużi dawk li jinħolqu minn esternalitajiet soċjali u ambjentali negattivi;

8.  Jemmen li l-politika tal-kompetizzjoni għandha taġixxi bħala katalizzatur biex tgħin tippromwovi t-tranżizzjoni tal-enerġija madwar l-UE, tistimola l-integrazzjoni ekonomika u soċjali fl-Ewropa, tħeġġeġ attivitajiet agrikoli ekoloġikament sostenibbli u tillimita l-kapaċità tal-intrapriżi kbar tal-enerġija li jgħollu l-prezzijiet tal-provvista tal-enerġija;

9.  Jirrimarka li anke meta l-prodotti jew is-servizzi jiġu fornuti b'xejn, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali, il-konsumaturi xorta waħda jistgħu jesperjenzaw imġiba inġusta, bħal degradazzjoni fil-kwalità, fl-għażla u fl-innovazzjoni jew prattiki ta' estorsjoni; jemmen li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u l-infurzar għandhom ikopru wkoll firxa ta' aspetti li jmorru lil hinn mill-approċċi li jiffukaw fuq il-prezzijiet u għandhom iqisu kunsiderazzjonijiet usa' bħall-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi, anke fid-dawl tal-privatezza taċ-ċittadini;

10.  Jinnota l-bidliet enormi fis-swieq li jirriżultaw mill-iżvilupp teknoloġiku kontinwu, li jġibu magħhom kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol kruċjali tal-politika tal-kompetizzjoni fl-iżvilupp ulterjuri tas-suq uniku diġitali; jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal qafas li filwaqt li jippromwovi l-innovazzjoni tad-data u mudelli kummerċjali ġodda, jindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-ekonomija xprunata mid-data u tal-algoritmi; jissottolinja b'mod partikolari li diversi pjattaformi diġitali bil-kapaċità li jaċċessaw u jikkontrollaw il-flussi tad-data li dejjem qed jiżdiedu jistgħu jiġġeneraw ekonomiji ta' skala u esternalitajiet tan-netwerk konsiderevoli, u jistgħu jwasslu għal fallimenti tas-suq permezz ta' konċentrazzjoni eċċessiva u estrazzjoni ta' redditu minn saħħa abbużiva fis-suq; jilqa', f'dan il-kuntest, il-ħatra ta' konsulenti speċjali għall-Kummissarju li jiffukaw fuq l-isfidi futuri tad-diġitalizzazzjoni għall-politika tal-kompetizzjoni, u jistenna b'interess is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet għal azzjoni tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa għal approċċ komuni mifrux mal-UE kollha dwar dawn il-kwistjonijiet;

11.  Jissottolinja l-fatt li ta' spiss l-utenti ma jkunux konxji tal-punt sa fejn tkun qed tintuża d-data tagħhom u tiġi ttrasferita lil partijiet terzi għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika), tiżgura li l-kumpaniji diġitali jużaw id-data personali biss wara li l-abbonat jew l-utent ikkonċernat ikun ta l-kunsens espliċitu tiegħu, u li mingħajr dan il-kunsens, id-data ma tkunx tista' tiġi ttrasferita lil parti terza li magħha l-kumpanija jew il-pjattaforma jkollha ftehim; iqis, għalhekk, li s-swieq diġitali jeħtieġ li jiġu vvalutati minn perspettiva multidixxiplinarja, peress li mġiba antikompetittiva tista' tinvolvi ksur ta' oqsma oħra tal-liġi bħal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-konsumatur; jenfasizza li rispons ta' infurzar xieraq jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti differenti jaħdmu flimkien, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, tal-konsumatur u tal-protezzjoni tad-data kif issuġġerit mill-inizjattiva dwar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għal mekkaniżmu ta' koordinament(4);

12.  Jistieden lill-Kummissjoni torganizza seduta ta' smigħ mal-kumpaniji tat-teknoloġija billi tistieden lis-CEOs ta' Google, Facebook u Apple sabiex tiddiskuti b'mod partikolari kif id-data personali tal-konsumaturi tinġabar u tintuża minn pajjiżi terzi; jinsab imħasseb dwar il-fatt l-utenti, ir-regolaturi u xi drabi anke l-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet u dawk li jirreklamaw mhumiex konxji tal-estent tal-fluss ta' data minn smartphones lejn gruppi ta' reklamar diġitali u partijiet terzi oħra; jinnota li d-data li tinġabar minn partijiet terzi permezz ta' apps tal-ismartphone tista' tinkludi kwalunkwe ħaġa minn informazzjoni dwar il-profil bħall-età u l-ġeneru għal dettalji tal-post, inkluża data dwar torrijiet tal-mowbajls jew routers tal-Wifi fil-qrib, u informazzjoni dwar kwalunkwe applikazzjoni oħra fuq mowbajl; jemmen li l-UE għandha tagħti s-setgħa lill-individwi biex jifhmu l-kwistjonijiet ta' monopolju u ta' konċentrazzjoni li jikkonċernaw dawn il-kumpaniji tal-intraċċar;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tiġġudika l-kontroll tad-data meħtieġa għall-ħolqien u l-forniment ta' servizzi bħala indikatur għall-eżistenza tas-saħħa fis-suq, inkluż taħt il-gwida tagħha dwar l-Artikolu 102 tat-TFUE, u biex tirrikjedi interoperabbiltà bejn il-pjattaformi online u l-fornituri tan-netwerks soċjali; jirrimarka wkoll l-evoluzzjoni tal-algoritmi ta' awtotagħlim u tal-intelliġenza artifiċjali, b'mod partikolari meta jingħataw lil kumpaniji minn partijiet terzi, u l-impatt tagħha fuq in-natura tal-attività tal-kartell; jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar dawn il-kwistjonijiet fir-rapport annwali li jmiss tagħha dwar il-politika tal-kompetizzjoni;

14.  Iqis li huwa importanti li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv tal-Unjoni mfassla biex jiżguraw li l-konsumaturi affettwati minn prattiki antikompetittivi jirċievu kumpens xieraq;

15.  Iqis li huwa meħtieġ li jiġi ggarantit id-dritt għal portabbiltà transkonfinali sabiex jiġi evitat li l-limitazzjonijiet eżistenti għal dan id-dritt jiġu stabbiliti bħala prattiki tas-suq leġittimi; iqis li huwa importanti li jitneħħew ir-restrizzjonijiet abbużivi u mhux iġġustifikati imposti abbażi ta' raġunijiet ġeografiċi li jipprovdu livelli inkonsistenti tal-allegata protezzjoni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

16.  Iqis li l-limiti ġuriżdizzjonali li jistabbilixxu l-punt ta' tluq għal rieżami ta' fużjoni tal-UE, li huma bbażati fuq il-fatturat tal-entitajiet destinatarji u dawk akkwirenti, mhumiex dejjem xierqa għall-ekonomija diġitali, li fiha l-valur ta' spiss jiġi rrappreżentat min-numru ta' viżitaturi fuq sit web, għal finijiet ta' reklamar; jissuġġerixxi li dawn il-limiti jiġu riveduti u adattati sabiex jinkludu, fost l-oħrajn, fatturi bħall-għadd ta' konsumaturi affettwati mill-fużjonijiet u l-valur tat-tranżazzjonijiet relatati;

17.  Jissottolinja l-fatt li l-ostakoli għad-dħul f'xi oqsma tal-ekonomija diġitali qed isiru dejjem aktar insuperabbli, peress li aktar ma titkompla l-imġiba inġusta, aktar ma jkun diffiċli li wieħed imur lura għall-effetti antikompetittivi tagħha; iqis li l-miżuri interim jistgħu jkunu għodda siewja biex jiġi żgurat li ma jsirx dannu lill-kompetizzjoni waqt li tkun għaddejja investigazzjoni; jafferma, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tagħmel użu effettiv minn miżuri interim, filwaqt li tiżgura li jkun hemm proċess xieraq u d-dritt ta' difiża tal-impriżi li jkunu qed jiġu investigati; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex twettaq analiżi ta' jekk hemmx mezzi biex tiġi ssimplifikata l-adozzjoni ta' miżuri interim fi żmien sentejn mid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NEK+; jirrakkomanda f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni titgħallem mill-aħjar prattiki f'ġurisdizzjonijiet oħra;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi aktar ambizzjużi biex telimina l-ostakoli illegali għall-kompetizzjoni online, sabiex jiġi żgurat xiri online mingħajr ostakoli fi ħdan l-UE, jiġu mmonitorjati l-limiti fuq il-prezzijiet f'setturi bħall-pjattaformi online għall-akkomodazzjoni u t-turiżmu u jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess transkonfinali għal firxa wiesgħa ta' oġġetti u servizzi online bi prezzijiet kompetittivi; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea twettaq inkjesta settorjali dwar is-suq tar-reklamar sabiex ikun hemm fehim aħjar tad-dinamika tar-reklamar online u jiġu identifikati l-prattiki antikompetittivi li jeħtieġ li jiġu indirizzati skont l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni kif għamlu xi awtoritajiet nazzjonali;

19.  Jissottolinja l-fatt li d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija moderna twassal għal bidliet fil-loġika ekonomika tradizzjonali; jenfasizza għalhekk li kwalunkwe sistema għat-tassazzjoni trid tqis il-fatt li d-diġitalizzazzjoni hija r-realtà normali ġdida għall-partijiet kollha tal-ekonomija tagħna; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' regoli dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali; jenfasizza li t-tassazzjoni diġitali trid tindirizza l-asimmetriji bejn l-ekonomija tradizzjonali u l-prattiki ekonomiċi ġodda bbażati fuq id-diġitalizzazzjoni u tevita li xxekkel id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni jew toħloq ostakoli artifiċjali fl-ekonomija; jissottolinja l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet internazzjonali u approċċi komuni għat-tassazzjoni fl-ekonomija diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha fil-fora internazzjonali, jiġifieri fl-OECD, biex jintlaħaq tali ftehim;

20.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-taxxa fuq is-servizzi diġitali bħala miżura kruċjali li tiżgura li s-settur diġitali jħallas is-sehem ġust tiegħu ta' taxxi sakemm tiġi adottata soluzzjoni permanenti li se tippermetti l-intaxxar tal-profitti fejn jinħoloq il-valur;

21.  Itenni li l-kompetizzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni hija essenzjali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-investiment fin-netwerks u li għandhom jiġu mħeġġa prezzijiet affordabbli u għażla fis-servizzi għall-konsumaturi; iqis li t-telefonati li jsiru fi ħdan l-UE għadhom jirrappreżentaw piż sinifikanti għan-negozji u l-klijenti u li l-passi lejn it-twaqqif tat-tariffi tal-konsumaturi għal roaming fl-UE mhumiex biżżejjed jekk is-suq uniku għandu jissaħħaħ aktar; jirrikonoxxi l-fatt li jridu jinħolqu inċentivi biex it-telefonati li jsiru fi ħdan l-UE jsiru konformi mat-telefonati lokali billi jiġu ffaċilitati l-investimenti f'netwerk kompletament Ewropew jew kondiviż; huwa tal-fehma li l-politiki għandhom jiffavorixxu investimenti effiċjenti f'netwerks ġodda, filwaqt li jqisu l-impatt fuq il-konsumaturi u permezz ta' dan jipprevjenu wkoll distakki diġitali ġodda bejn familji b'introjtu għoli u baxx; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-broadband billi jiġi promoss livell għoli ta' kompetizzjoni u tiżgura livell għoli ta' konnettività fl-UE u l-iskjerament rapidu tal-5G madwar l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-kompetittività globali tal-Unjoni u jiġu attirati l-investimenti; jemmen li fit-twettiq tal-kompitu t'hawn fuq, huwa importanti li l-politika tal-kompetizzjoni tqis l-ispeċifiċitajiet tal-iskjerament tal-broadband f'żoni rurali sabiex taqdi l-interess pubbliku u treġġa' lura t-tendenza lejn iż-żieda fid-disparitajiet teknoloġiċi bejn iż-żoni rurali u urbani fir-rigward tal-aċċess;

22.  Huwa tal-fehma li l-kontijiet kurrenti u ta' tfaddil ma għandhomx jiġġeneraw kummissjonijiet għall-utenti sakemm dawn ma jkunux marbuta ma' servizzi speċifiċi;

23.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-antitrust tal-Kummissjoni biex Google tiġi mmultata EUR 4.34 biljun għal prattiki illegali dwar l-apparati mobbli Android bil-għan li tissaħħaħ id-dominanza tal-magna tat-tiftix ta' Google; jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2019 tikkonkludi l-każ tal-antitrust ta' Google Shopping li tnieda f'Novembru 2010, tmien snin ilu; ifakkar lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-investigazzjoni tat-trattament ta' Google fir-riżultati tat-tiftix tagħha ta' servizzi tat-tiftix oħra speċjalizzati ta' Google, inklużi l-kwistjonijiet relatati mat-tiftix lokali li Yelp qajjem fl-aħħar ilment tiegħu; jirrakkomanda li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jirrifletti dwar it-tul tal-każijiet tal-antitrust diġitali u dwar l-aktar għodda xierqa biex dawn jiġu indirizzati; jitlob lill-Kummissjoni b'mod partikolari sabiex tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi skadenzi għall-każijiet tal-antitrust, kif tagħmel fil-każijiet ta' fużjoni;

24.  Itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni tqis ukoll id-diżaggregazzjoni strutturali sħiħa tal-monopolji tat-teknoloġija diġitali bħala soluzzjoni possibbli biex tkun tista' tiġi rrestawrata l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ekwi fi ħdan is-suq diġitali Ewropew;

25.  Jenfasizza li l-effettività tal-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni tiddependi fuq it-tfassil u l-ittestjar ta' rimedji xierqa; jenfasizza li r-rimedji li jirrigwardaw il-konsumatur huma importanti biex tiġi rrestawrata l-kompetittività f'suq billi l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet informati u jindirizzaw il-preġudizzji status quo; huwa tal-opinjoni li, meta l-Kummissjoni Ewropea tfassal rimedji tal-imġiba, hija għandha tinkorpora l-ekonomiji ta' mġiba bħala dixxiplina ta' sostenn kif għamlu xi awtoritajiet nazzjonali fis-snin reċenti;

26.  Jinnota li l-President tal-Kummissjoni impenja ruħu li jressaq proposti biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fiskali bejn l-Istati Membri permezz ta' obbligu li jwieġbu talbiet fi grupp dwar kwistjonijiet ta' taxxa, sabiex Stat Membru wieħed ikun jista' jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-oħrajn ikunu jistgħu jipproċedu kontra dawk li jevadu t-taxxa fuq livell transfruntier, u anke li jagħmel proposti dwar ir-riforma fit-taxxa skont l-Artikolu 116 tat-TFUE, li jinvolvu kodeċiżjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq intern;

27.  Jirrikonoxxi l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-Lussemburgu ta lil Engie benefiċċji tat-taxxa mhux dovuti ta' madwar EUR 120 miljun, u li l-proċedura ta' rkupru għadha għaddejja; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Gvern tal-Lussemburgu ddeċieda li jappella d-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

28.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager, dwar l-investigazzjoni li tikkonċerna għajnuna mill-Istat lil McDonalds, li stqarret li n-nontassazzjoni ta' ċerti profitti ta' McDonalds fil-Lussemburgu ma tikkostitwixxux għajnuna mill-Istat illegali; huwa tal-fehma li r-regolament attwali tal-UE mhux adegwat biex jiġġieled in-nontassazzjoni doppja b'mod effettiv u biex iwaqqaf il-ġirja lejn l-aktar livell baxx fir-rigward tal-livelli tat-taxxa korporattiva;

29.  Jindika li f'żewġ każijiet reċenti, minkejja l-konklużjonijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) li r-riżoluzzjoni ma setgħetx tiġi ġġustifikata fuq il-bażi tal-interess pubbliku, il-Kummissjoni approvat l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi li se ttaffi t-tfixkil ekonomiku fuq livell reġjonali, u b'hekk uriet żewġ interpretazzjonijiet distinti ta' interess pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni teżamina d-diskrepanzi bejn ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna għal-likwidazzjoni u r-reġim tar-riżoluzzjoni skont id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD) u wara dan li tirrevedi l-Komunikazzjoni Bankarja tagħha tal-2013 kif xieraq;

30.  Josserva li għadd ta' studji(5) wrew l-ispiża soċjali moħbija u naqqsu l-kompetizzjoni tal-prodott li tikkorrispondi għal livelli ogħla ta' konċentrazzjoni ta' sjieda orizzontali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tqis li tirrevedi r-Regolament dwar il-fużjoni f'dan is-sens u tipprovdi linji gwida dwar l-użu tal-Artikolu 101 u 102 tat-TFUE f'tali każijiet;

31.  Jinnota li fin-nuqqas ta' għodod ta' riżoluzzjoni setgħet kienet meħtieġa għajnuna temporanja mill-Istat lis-settur finanzjarju għall-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja globali iżda li madankollu issa trid tkun skrutinizzata u trid titneħħa; jiddispjaċih dwar in-natura insuffiċjenti ta' dan l-iskrutinju; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex teżamina jekk, minn mindu bdiet il-kriżi, l-istituzzjonijiet bankarji bbenefikawx minn sussidji impliċiti u minn għajnuna mill-Istat permezz tal-għoti ta' appoġġ ta' likwidità minn banek ċentrali; ifakkar fl-impenn meħud mill-Kummissarju Vestager fid-djalogu strutturat mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fil-21 ta' Novembru 2017 biex issir riflessjoni dwar distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-Programm ta' Xiri mis-Settur Korporattiv tal-BĊE u biex jingħata rapport bi tweġiba kwalitattiva; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-kunċett tas-selettività fl-għajnuna mill-Istat huwa kriterju essenzjali li jeħtieġ li jiġi investigat bir-reqqa u jinnota wkoll l-Artikolu 4(3) tat-TUE, li jinkludi l-hekk imsejjaħ prinċipju ta' lealtà;

32.  Iqis li hija prijorità li jiġi żgurat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu strettament u imparzjalment segwiti meta jiġu indirizzati kriżijiet bankarji fil-futur, sabiex il-kontribwenti jkunu protetti kontra l-piż ta' salvataġġ tal-banek;

33.  Jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni ta' għodda ta' informaturi anonimi, li tippermetti r-rapportar ta' kartelli, jew tipi oħra ta' prattiki antikompetittivi illegali, sabiex b'hekk tiżdied il-probabbiltà li dawn jiġu identifikati u jitħarrku; jinnota ċ-ċifri pożittivi wara l-ewwel xhur ta' użu;

34.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li konċentrazzjoni dejjem tikber fis-settur finanzjarju tista' tnaqqas il-grad ta' kompetizzjoni fis-settur, u jinsab imħasseb ukoll dwar in-nuqqas ta' suq intern ġenwin fil-qasam bankarju u l-frammentazzjoni kontinwa fis-swieq nazzjonali;

35.  Jenfasizza li l-Ewropa teħtieġ qafas armonizzat b'saħħtu dwar ir-rapportar u t-tassazzjoni korporattiva għall-kumpaniji multinazzjonali, b'rapportar pubbliku għal kull pajjiż u bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK); ifakkar li, minbarra t-tnaqqis fl-ispejjeż għaż-żewġ ditti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri, l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri ssolvi l-kwistjoni ta' pprezzar tat-trasferimenti u tiżgura kompetizzjoni aktar ġusta fi ħdan is-suq uniku;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tevalwa l-miżuri tat-taxxa dannużi fl-Istati Membri fis-Semestru Ewropew, u tivvaluta bis-sħiħ id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti kollaterali fuq ġurisdizzjonijiet oħra;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli u saħansitra tespandi l-isforzi tagħha fir-rigward tal-investigazzjonijiet dwar l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti tas-suq għad-detriment tal-konsumaturi fl-UE; jitlob li, fl-istess ħin, il-Kummissjoni timmonitorja monopolji tal-gvern eżistenti u l-legalità ta' offerti ta' konċessjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni;

38.  Jissottolinja l-effett distortiv li l-għajnuna mill-Istat jista' jkollha fuq il-funzjonament tas-suq intern; ifakkar fir-rekwiżiti stretti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE; jinnota li ħafna mid-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' antitrust u ta' għajnuna mill-Istat jittieħdu fil-livell nazzjonali; jemmen għalhekk li l-Kummissjoni għandha timmonitorja u tieħu miżuri sabiex tiżgura miżuri ta' politika konsistenti fi ħdan is-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tniedi pjan direzzjonali għal għajnuna mill-Istat immirata aħjar; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-aspetti differenti tad-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat, kif muri fl-Avviż tagħha dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE; jinnota b'mod partikolari l-isforzi biex jiġu ċċarati l-kunċetti ta' "impriża" u "attività eknomika"; josserva madankollu li l-ħolqien ta' distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi jibqa' diffiċli; jinnota wkoll li huwa r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura l-interpretazzjoni xierqa tat-Trattat; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti attenzjoni partikolari lit-twassil tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI) inklużi l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, meta tapplika r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fil-kuntest tal-appoġġ mill-Istat iddedikat għal reġjuni iżolati, remoti jew periferiċi fl-Unjoni; jissottolinja li meta tiġi applikata l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu promossi s-servizzi ta' interess ġenerali, l-għan għandu jkun li din tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u għaċ-ċittadini, minflok li ssaħħaħ l-interessi personali;

39.  Jissottolinja l-fatt li t-tassazzjoni għadha primarjament kompetenza nazzjonali minħabba l-limitu tal-unanimità fil-Kunsill u li l-għażla tal-politika tiddependi għalhekk fuq il-perspettiva u l-orjentazzjoni politiċi tal-gvernijiet u tal-parlamenti nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri; jinnota madankollu li l-istrument ta' tassazzjoni jista' jintuża biex jagħti għajnuna mill-Istat impliċita lill-kumpaniji, li jista' joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq intern; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki tat-taxxa nazzjonali ma jfixklux il-kompetizzjoni ġusta u b'hekk li l-politika tat-taxxa u tal-kompetizzjoni tiġi applikata b'mod konsistenti fi ħdan is-suq intern; jilqa' l-fatt li t-Task Force dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa ssir korp permanenti; jitlob li t-Task Force tkun mgħammra biżżejjed f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani u mal-għodod ta' investigazzjoni; jitlob sitwazzjoni attwali ċara fl-investigazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta' tali kwistjonijiet, inkluż l-għadd ta' każijiet li qed jiġu investigati;

jenfasizza li, fi ħdan is-suq intern, il-parteċipanti u d-ditti ġodda, inklużi l-SMEs, li ma jużawx prattiki fiskali aggressivi jiġu ppenalizzati; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinvestiga fil-fond il-prattiki antikompetittivi bħalma huma vantaġġi selettivi tat-taxxa u reġimi deċiżjonali dwar qligħ eċċessiv; jilqa' b'mod partikolari l-gwida pprovduta fl-avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat li jkopri d-deċiżjonijiet tat-taxxa; jistieden lill-Istati Membri jabbandunaw il-prattiki ta' kompetizzjoni inġusti bbażati fuq inċentivi tat-taxxa inġusti; jitlob lill-Kunsill jadotta l-proposta dwar il-BKKTK; jiddispjaċih dwar il-fatt li skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, it-taxxi mhux imħallsa rkuprati mill-benefiċjarji ta' għajnuna tat-taxxa illegali jiġu rritornati lura fil-pajjiż li jkun ipprovda l-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni biex issib soluzzjoni għal din il-problema;

jenfasizza li n-negozjati sussegwenti mar-Renju Unit għandhom jinkludu r-rispett ta' kompetizzjoni ġusta u garanzija li r-Renju Unit ma jkunx jista' jagħti għajnuna mill-Istat fil-forma ta' ftehimiet tat-taxxa li jintlaħqu privatament miż-żewġ naħat;

40.  Jissottolinja l-konċentrazzjoni estensiva tal-katina tal-provvista tal-ikel, fejn għadd ta' kumpaniji jiffurmaw oligopolju fuq is-suq globali taż-żrieragħ u tal-pestiċidi, għad-detriment tal-konsumaturi, il-bdiewa, l-ambjent u l-bijodiversità bl-istess mod; jindika li tali struttura se tagħmel lill-bdiewa saħansitra aktar dipendenti mil-lat teknoloġiku u ekonomiku fuq ftit pjattaformi b'one-stop-shop globalment integrati, jipproduċu diversità limitata ta' żrieragħ, jagħtu direzzjoni ġdida lit-tendenzi fl-innovazzjoni lil hinn mill-adozzjoni ta' mudell ta' produzzjoni li jirrispetta l-ambjent u l-bijodiversità u fl-aħħar mill-aħħar, minħabba tnaqqis fil-kompetizzjoni, jiġġeneraw inqas innovazzjoni u kwalità aktar baxxa tal-prodotti finali; Jistieden lill-Kummissjoni, meta jitqies it-tnaqqis fl-introjtu agrikolu, b'mod partikolari fost il-bdiewa żgħar, biex tidderieġi l-intervent tagħhom biex ikun jista' jkun hemm dħul diċenti għal produtturi agrikoli, speċjalment in-negozji żgħar u medji;

41.  Jikkunsidra li kontroll aktar eżawrjenti mill-Kummissjoni dwar l-użu tal-privattivi fil-qasam agrikolu huwa indispensabbli; jinnota li l-abbuż tal-privattivi jimponi domanda produttiva fuq bdiewa li jillimitaw l-għażliet tas-suq tagħhom, ifaqqar id-diversità bijoloġika tal-uċuħ tar-raba' u jfixkel il-kompetizzjoni kif ukoll jillimita l-innovazzjoni; jinnota li l-miżuri li ġew irrakkomandati se jħeġġu l-iżvilupp ta' mudell agroindustrijali li jrawwem it-tranżizzjoni lejn biedja organika u ekoloġikament sostenibbli;

42.  Jilqa' inizjattivi bħall-qafas ta' Bliet Intelliġenti, li jistimola l-insedjamenti biex isiru aktar aġili, jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi tagħhom u jieħdu sehem b'mod aktar attiv fil-kompetizzjoni tas-suq uniku kif ukoll itejbu l-attraenza tagħhom u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti rurali;

43.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tat-teknoloġija ta' katina ta' blokok għas-servizzi finanzjarji; iwissi madankollu li l-użu ta' din it-teknoloġija għall-ġbir ta' fondi jrid jiġi rregolat sabiex jiġu evitati dumping eċċessiv fil-konfront tas-swieq finanzjarji rregolati, riskji għall-investituri u riskji ta' ħasil tal-flus; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tipproponi qafas regolatorju għal offerti inizjali tal-muniti​(ICOs);

44.  Jesprimi tħassib dwar l-approvazzjoni reċenti tal-fużjoni ta' Bayer u Monsanto mill-Kummissjoni u r-rikonoxximent tagħha li fl-għanijiet ta' deċiżjoni tagħha inkorporati fit-TFUE, hija injorat b'mod partikolari s-sikurezza alimentari, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent u l-klima;

45.  Jemmen li huwa importanti li tittieħed azzjoni kontra l-kumpaniji involuti fis-setturi tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-katina tal-produzzjoni agrikola li jxekklu s-suq agrikolu għad-detriment tal-introjtu tal-irziezet u l-prezzijiet tal-konsumaturi;

46.  Jilqa' l-approċċ li ħadet il-Kummissjoni meta vvalutat il-fużjonijiet orizzontali biex tiffoka dejjem aktar fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni, b'mod partikolari f'fużjonijiet li jinvolvu swieq li jagħmlu użu intensiv mir-R&Ż, u jinnota li l-fużjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-perspettiva tas-suq intern kollu; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tressaq rieżami tar-Regolament tal-UE dwar il-Fużjoni u tanalizza sa liema punt hija għandha tingħata s-setgħa, bħalma għandhom bħalissa ċerti Stati Membri, biex tadotta miżuri għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku Ewropew u d-drittijiet u l-prinċipji tat-TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluża l-protezzjoni ambjentali;

47.  Itenni l-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li Google abbużat mid-dominanza tas-suq tagħha bħala magna tat-tiftix billi tat vantaġġ illegali lill-prodotti tagħha; jenfasizza li hija meħtieġa separazzjoni strutturali kompluta bejn is-servizzi ta' tiftix ġenerali u speċjalizzati tal-kumpanija sabiex jintemm dan l-abbuż;

48.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tinterpeta l-Artikolu 101 tat-TFUE bħala li jqis l-għanijiet differenti tat-Tratatti; jissottolinja, madankollu, li l-interpetazzjoni limitata tal-Artikolu 101 tat-TFUE mil-linji gwida orizzontali tal-Kummissjoni tqieset dejjem aktar bħala ostakolu għall-kollaboazzjoni ta' atturi tas-suq iżgħar biex jiġu adottati standards ambjentali u soċjali ogħla; jemmen li l-Kummissjoni għandha toħloq ċertezza legali dwar il-kundizzjonijiet li bihom l-arranġamenti kollettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tagħhom li jsiru tul il-katina tal-provvista tal-ikel għall-fini tas-sostenibbiltà u ta' standards tax-xogħol ġusti, jiġu vvalutati skont id-dritt tal-kompetizzjoni, u tħeġġeġ tali inizjattivi fi ħdan il-politika tal-kompetizzjoni; jenfasizza li tali approċċ ma għandux ixekkel il-produzzjoni ta' oġġetti bi prezz aktar baxx, speċjalment f'setturi fejn il-konsumaturi huma aktar sensittivi għall-prezz; jenfasizza wkoll l-importanza tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jiġifieri li l-limitazzjoni tal-kompetizzjoni ma tistax tmur oltre minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-interess ġenerali;

49.  Jenfasizza l-għanijiet u l-miri maqbula b'mod komuni tal-unjoni tal-enerġija u jinnota speċifikament id-dimensjoni tas-sigurtà, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, is-solidarjetà u l-fiduċja; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li s-swieq tal-enerġija Ewropej ikunu mibnija fuq l-istat tad-dritt, il-kompetizzjoni, id-diversità tas-sorsi tal-enerġija u l-fornituri, il-prevedibbiltà u t-trasparenza u li kwalunkwe operatur tas-suq, stabbilit fl-Unjoni jew f'pajjiż terz, ma jitħalliex juża pożizzjoni dominanti għad-detriment tal-kompetituri u tal-konsumaturi; jitlob, f'dan ir-rigward, skrutinju akbar ta' tali operaturi tas-suq u, fejn meħtieġ, l-impożizzjoni ta' miżuri u obbligi kontrihom; jinnota, b'mod partikolari, li l-istrateġija użata minn ċerti kumpaniji tal-enerġija ta' tqassim tas-suq tal-gass tal-UE u b'estensjoni li potenzjalment tikser ir-regoli tal-antitrust tal-UE, jeħtieġ li tiġi indirizzata kif xieraq; jirrikonoxxi wkoll li l-impenji legalment vinkolanti meħuda mill-Istati Membri bħala parti mill-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima mhux se jitwettqu mingħajr miżuri konkreti tal-istat li jippromwovu u joħolqu inċentivi għall-enerġija rinnovabbli u li jippermettu l-produzzjoni u l-użu tagħha; jieħu nota tar-reviżjoni li jmiss tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat u l-enerġija, li mhux se jkomplu jeskludu tnejn mis-setturi li jibbenefikaw l-aktar minn sussidji statali, l-enerġija nukleari u l-estrazzjoni tal-fjuwils fossili, u li jipprevedu aktar flessibbiltà għall-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-konsumaturi; jenfasizza l-importanza li l-unjoni tal-enerġija tiġi kkompletata permezz tal-integrazzjoni tas-swieq, l-aktar billi jsir investiment f'interkonnetturi fejn ikun meħtieġ u abbażi tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-potenzjal kummerċjali, u billi tiżdied il-kapaċità negozjabbli fl-interkonnessjonijiet eżistenti; jenfasizza, għalhekk, li kwalunkwe approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-mekkaniżmi ta' kapaċità trid tkun soġġetta għal test tan-neċessità strett inkluż billi jiġu eżaminati miżuri alternattivi, b'mod partikolari użu aktar effiċjenti ta' interkonnetturi eżistenti; jissottolinja li l-mekkaniżmi ta' kapaċità spiss jirrappreżentaw spejjeż konsiderevoli għall-konsumaturi u jiffunzjonaw bħala "sussidju moħbi", filwaqt li jappoġġjaw impjanti tal-enerġija li ma jrendux qligħ u li jniġġsu, u dan joħloq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-iskemi ma jkunux miftuħa għall-aktar assi li jniġġsu meta tiġi approvata kwalunkwe għajnuna mill-Istat li tingħata lilhom;

50.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' trasparenza akbar meta jkunu qed jiġu previsti l-isħubiji pubbliċi-privati, sabiex tiġi eliminata l-possibbiltà li dawn jintużaw mis-sħab tas-settur privat sabiex jiżguraw vantaġġi kompetittivi fuq il-kompetituri tagħhom;

51.  Jilqa' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prattiki tal-ipprezzar għall-mediċini li jsalvaw il-ħajjiet, b'mod partikolari fil-każ li jinvolvi l-Aspen;

52.  Jenfasizza l-importanza li jingħataw l-istess drittijiet lit-trasportaturi tal-ajru kollha meta jtiru lejn jew mill-UE; jirrikonoxxi b'dispjaċir li dan mhux dejjem ikun il-każ għal-linji tal-ajru tal-UE li joperaw barra mill-UE li huma soġġetti għal prattiki inġusti li jaffettaw il-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-prattiki antikompetittivi li jdgħajfu wkoll il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi; jenfasizza mill-ġdid l-importanza li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-UE u t-rasportaturi tal-ajru tal-pajjiżi terzi;

53.  Jenfasizza l-importanza ta' settur tat-trasport kompetittiv; jinnota li s-suq uniku fit-trasport għad irid jiġi kkomplementat, filwaqt li s-settur ferrovjarju huwa l-aktar settur ifframmentat; jilqa' l-passi li ħadet il-Kummissjoni biex trawwem l-ikkompletar u operazzjoni mtejba fis-suq intern għat-trasport tal-passiġġieri bit-triq;

54.  Jafferma mill-ġdid li proġetti ġodda ta' infrastruttura, inklużi dawk li jgħaqqdu Stat Membru ma' pajjiż terz, iridu jkunu s-suġġett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-aktar fir-rigward tar-regoli dwar id-diżaggregazzjoni u l-formazzjoni tal-prezzijiet tas-suq;

55.  Jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' riżorsi finanzjarji u umani xierqa fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni u fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll tal-IT u tal-kompetenza diġitali meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi imposti minn ekonomija xprunata mid-data u bbażata fuq l-algoritmi; jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-qasam propost tal-kompetizzjoni tal-programm tas-suq uniku skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 (QFP);

56.  Jissottolinja li meta tieħu deċiżjonijiet dwar il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni jeħtiġilha tqis is-suq intern bħala suq uniku, u mhux bħala għadd ta' swieq lokali jew nazzjonali indipendenti;

57.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-infurzar effettiv tal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni u l-prevenzjoni ta' inkonsistenzi fir-rimedji u l-eżiti tal-azzjonijiet ta' infurzar; jemmen f'dan ir-rigward li l-aħjar mod biex jittejbu r-regoli u l-prattiki tal-kompetizzjoni madwar id-dinja huwa billi jitwettqu diskussjonijiet ġusti u trasparenti; jappoġġja l-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni, tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u fejn applikabbli dawk reġjonali fin-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni;

58.  Jilqa' d-Direttiva NEK+ li se ttejjeb b'mod sinifikanti l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE madwar l-Unjoni billi tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom l-għodod, ir-riżorsi u s-salvagwardji meħtieġa għall-indipendenza, inkluż proċess trasparenti għall-elezzjoni jew il-ħatra tat-tmexxija tagħhom, filwaqt li tagħtihom is-setgħa biex jimponu multi dissważivi għall-ksur tal-kompetizzjoni; japprezza l-għajnuna bikrija tal-Kummissjoni mogħtija lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe ftehim kummerċjali futur jipprovdi kundizzjonijiet ekwi, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat; jisħaq li l-għajnuna mill-Istat għandha tingħata biss f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati li huma rregolati mil-liġi, biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq, filwaqt li jiġu previsti eċċezzjonijiet u ġustifikazzjonijiet relatati mal-ksib tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; ifakkar li peress li l-kumpaniji qed isiru globali, l-istess iridu jagħmlu dawk li jinfurzaw il-kompetizzjoni, mhux l-inqas minħabba li l-firxa tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) u l-ħolqien ta' ekonomija diġitali wasslu għal konċentrazzjoni eċċessiva ta' swieq u poteri f'ċerti setturi; jemmen li r-regoli globali dwar il-kompetizzjoni u l-ogħla livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, anke fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni matul proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, huma prekundizzjoni għall-iżvilupp globali tal-kummerċ ġust;

60.  Ifakkar li l-ftehimiet ta' kummerċ u investiment internazzjonali għandu jkollhom kapitlu speċifiku u b'saħħtu dwar il-kompetizzjoni;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex turi l-ambizzjoni li tiftaħ is-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u żżid l-aċċess tal-kumpaniji Ewropej għal sħubijiet pubbliċi-privati f'pajjiżi terzi; iqis li huwa meħtieġ li jitnaqqsu l-asimetriji fl-aċċess għal kuntratti ta' akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, jiġifieri l-Istati Uniti u ċ-Ċina; jistieden lis-sħab kummerċjali kollha tal-UE jippermettu aċċess nondiskriminatorju għan-negozji u għall-ħaddiema Ewropej fis-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom; jilqa' d-diskussjoni mġedda dwar l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali, li jistabbilixxi r-reċiproċità meħtieġa f'każijiet fejn is-sħab kummerċjali jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist tagħhom, u jistieden lill-Kunsill Ewropew jadottaha malajr; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni fil-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi permezz ta' sħubiji kummerċjali bilaterali; ifakkar li l-kumpaniji li joperaw f'kundizzjonijiet mhux tas-suq u xprunati minn kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi jistgħu prattikament jegħlbu lil kull kompetitur fl-offerti Ewropej għall-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-offerti għall-akkwist pubbliku, u twaqqaf lin-negozji Ewropej u lill-ħaddiema milli jbatu mill-kompetizzjoni inġusta li ġejja minn kumpaniji orkestrati mill-Istat;

62.  Jirrimarka li l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, anke permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fil-livell globali li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji, u li din il-ġlieda hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija kummerċjali tal-UE; jenfasizza li d-dokument ta' riflessjoni dwar il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni jiddikjara li l-Unjoni jeħtiġilha tieħu passi biex tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni; jilqa' l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-politiki tal-kompetizzjoni fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Ġappun u fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada; jiddispjaċih, madankollu, li dawn id-dispożizzjonijiet għadhom limitati fl-ambitu u ma jipprevedux infurzar effettiv u soluzzjoni għat-tilwim; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li jiġu inkorporati dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li tiġi infurzata l-implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jiġu garantiti regoli ġusti;

63.  Jilqa' l-proposta għall-istabbiliment ta' qafas Ewropew għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani; iqis li hu strument utli għall-protezzjoni tan-negozju Ewropew ta' interess strateġiku minn prattiki kummerċjali inġusti li jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà u lill-ordni pubbliku, u għall-ħarsien tar-rispett għall-prinċipji ġusti tal-kompetizzjoni fl-UE;

64.  Jenfasizza l-importanza tal-istrument kontra s-sussidju fl-indirizzar tal-kompetizzjoni globali inġusta, u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwi b'regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li fl-2017 ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal darb'oħra ħolqot l-ogħla għadd ta' ostakli kummerċjali li kienu għadhom kif ġew kostitwiti għan-negozji u l-ħaddiema Ewropej u kienet involuta fil-maġġoranza tal-każijiet Ewropej kontra s-sussidju;

65.  Jinsab imħasseb dwar il-politika doganali tal-Istati Uniti u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività tan-negozji Ewropej; jisħaq li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tibbilanċja mill-ġdid il-kummerċ mal-Istati Uniti għandhom ikunu sodi, iżda bilanċjati, proporzjonati u kompatibbli mad-WTO;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta, inkluż billi tiġġieled kontra l-użu mhux ġustifikat tal-ostakli tariffarji u s-sussidji, fis-suq globali permezz ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha ma' pajjiżi oħra f'fora bħad-WTO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), il-G20 u l-Bank Dinji; ifakkar fil-ħidma li twettqet fid-WTO bejn l-1996 u l-2004 dwar l-interazzjoni bejn il-politika kummerċjali u l-politika tal-kompetizzjoni, u jiddispjaċih li din il-kwistjoni ma kinitx parti mill-programm ta' ħidma tad-WTO minn dakinhar 'l hawn; jisħaq li dispożizzjonijiet fil-ftehimiet tad-WTO bħall-Artikolu IX tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jipprovdu bażi għal aktar kooperazzjoni fost il-membri tad-WTO dwar kwistjonijiet ta' kompetizzjoni; jitlob, għalhekk, li jsir progress ġdid fit-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO lejn il-garanzija ta' kompetizzjoni internazzjonali ġusta;

67.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li d-WTO allegatament mhijiex kapaċi tindirizza l-ekonomiji mhux tas-suq u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mis-sussidji u mill-intervent mill-Istat, minkejja li jemmen ħafna fir-rwol fundamentali tad-WTO; jilqa' l-azzjoni tripartitika tal-Istati Uniti, tal-Ġappun u tal-UE biex jirriformawha skont dan;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tagħha għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-UE sabiex tippermettilhom jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom f'każ ta' prattiki kummerċjali inġusti, jiġifieri d-dumping u s-sussidjar minn pajjiżi li mhumiex fl-UE; jirrikonoxxi f'dan il-kuntest l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet ta' profil għoli kontra kumpaniji magħrufa sew, iżda jisħaq ukoll fuq l-importanza kbira li tkun garantita kompetizzjoni ġusta fil-każ tal-SMEs;

69.  Jisħaq li l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli ta' ftehimiet kummerċjali hija importanti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiżi sħab u għall-protezzjoni tan-negozji Ewropej minn kompetizzjoni inġusta; jilqa' l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali fir-riforma tal-miżuri antisussidji u antidumping.

70.  Jirrimarka li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE mhux qed tikseb ir-riżultati mixtieqa għaliex, filwaqt li hija applikata bl-għan li tiddefendi l-kompetizzjoni ġusta bejn l-atturi kollha fis-suq intern, b'enfasi speċjali fuq l-interessi tal-konsumaturi, ir-realtà hija li minħabba l-inugwaljanzi fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel, il-produtturi agrikoli jħabbtu wiċċhom ma' grad ta' pressjoni inaċċettabbli; iqis li l-interessi kemm tal-konsumaturi u tal-produtturi agrikoli għandhom jitqiegħdu fuq l-istess livell;

71.  Huwa tal-fehma li l-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet agrikoli jagħmlu lill-organizzazzjonijiet kollettivi essenzjali biex isaħħu l-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-katina alimentari u jippermettu l-ilħuq tal-objettivi tal-PAK, kif definiti skont l-Artikolu 39 tat-TFUE, u li l-attivitajiet kollettivi mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom — inklużi l-ippjanar tal-produzzjoni, in-negozjar tal-bejgħ u l-arranġamenti kuntrattwali — iridu għalhekk jiġu kkunsidrati bħala li huma kompatibbli mal-Artikolu 101 tat-TFUE; jenfasizza li l-fatt li l-bdiewa jinġiebu flimkien f'organizzazzjonijiet tal-produtturi jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista;

72.  Iqis li l-mudell tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxi forma ta' ġestjoni settorjali ta' suċċess, peress li jipprovdi struttura għall-atturi kollha fis-settur u jorganizza skambji bejniethom, irrappreżentati b'mod ġust fl-istruttura tiegħu, billi jagħmilha possibbli li tiġi trażmessa informazzjoni ekonomika u teknika, tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq u jiġu distribwiti aħjar ir-riskji u l-benefiċċji; iqis li mudelli differenti u strutturati sew ta' kooperazzjoni, bħal dik preżenti, għandhom jiġu ffaċilitati mill-PAK biex isir eħfef il-ħolqien ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-livell Ewropew;

73.  Iqis li, f'konformità mat-tendenza attwali, il-kompetenzi tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jeħtieġ li jissaħħu aktar sabiex is-setgħa ta' negozjar tkun tista' tiġi bbilanċjata mas-setgħa ta' negozjar tal-bejjiegħa bl-imnut fil-katina tal-provvista tal-ikel; iqis li l-kofinanzjament tal-UE għat-twaqqif u t-tħaddim ta' dawn l-organizzazzjonijiet għandu jiżdied;

74.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-applikazzjoni ta' strumenti ta' mmaniġġjar kollettiv tas-suq fil-każ ta' kriżi, bl-użu ta' għodod li ma jeħtiġux fondi pubbliċi, bħall-irtirar tal-prodott imwettaq permezz ta' ftehimiet fost l-operaturi tal-katina alimentari; jirrimarka li tali miżura tista' tiġi applikata mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali nfushom;

75.  Iqis li d-dħul ta' prodotti fis-suq Ewropew minn pajjiżi terzi li ma jirrispettawx l-istess standards soċjali, sanitarji u ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta għall-produtturi Ewropej; jitlob, għalhekk, il-protezzjoni ta' setturi vulnerabbli u l-applikazzjoni b'mod sistematiku tal-prinċipji ta' reċiproċità u konformità f'dak li jikkonċerna prodotti agrikoli fin-negozjati kummerċjali attwali kif ukoll f'dawk futuri; jistieden lill-Kummissjoni tintegra dan l-aspett fin-negozjati tal-Brexit;

76.  Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern tal-UE għandu jkun bil-kundizzjoni tal-konformità mar-istandards dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent; jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta, tippromwovi l-ekwivalenza tal-miżuri u l-kontrolli bejn il-pajjiżi terzi u l-UE fil-qasam tal-istandards ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel; jinnota li l-ogħla standards ta' benessri ambjentali u tal-annimali jistgħu jfissru spejjeż ogħla u għalhekk li t-tnaqqis tal-istandards jista' jirriżulta f'imġiba antikompetittiva; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tesplora modi kif testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni biex tipprevjeni tali dumping fi ħdan is-suq uniku u minn importazzjonijiet fis-suq uniku;

77.  Jirrimarka li d-diżastri klimatiċi, li jaffettwaw lill-bdiewa, għandhom impatt fuq is-suq u jdgħajfu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel; ifakkar li r-regoli tal-antidumping tal-UE(6) li japplikaw, fost l-oħrajn, għas-settur agrikolu, iqisu li d-dumping ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta; jitlob li jitqiesu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jitolbu soċjetà sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex filwaqt li tqis il-funzjonament tas-suq uniku u l-benefiċċji għas-soċjetà kollha kemm hi, tippermetti eżenzjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni, kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment, fil-kuntest ta' inizjattivi ta' sostenibbiltà;

78.  Jinsisti li l-kunċett ta' "prezz ġust" ma għandux jitqies bħala l-inqas prezz possibbli għall-konsumatur, iżda minflok irid ikun raġonevoli u jippermetti r-remunerazzjoni ġusta tal-partijiet kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel; jenfasizza li l-konsumaturi għandhom interessi oħra minbarra l-prezzijiet baxxi, inklużi l-benessri tal-annimali, is-sostenibbiltà ambjentali, l-iżvilupp rurali u inizjattivi biex jitnaqqas l-użu tal-antibijotiċi u r-reżistenza antimikrobika, eċċ.; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jqisu t-talba tal-konsumaturi għal produzzjoni tal-ikel sostenibbli, li tirrikjedi li jitqies aktar il-valur ta' "beni pubbliċi" fl-ipprezzar tal-ikel; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tħares lil hinn mill-iktar denominatur komuni baxx ta' "ikel irħis"; iqis li l-ispejjeż tal-produzzjoni jridu jitqiesu bis-sħiħ meta jkun qed jintlaħaq qbil dwar il-prezzijiet f'kuntratti bejn il-bejjiegħa bl-imnut/il-proċessuri u l-produtturi bl-intenzjoni li jiġu żgurati prezzijiet li jkopru mill-inqas l-ispejjeż;

79.  Jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus joħloq proċedura li skontha grupp ta' bdiewa jista' jitlob opinjoni mhux vinkolanti mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' azzjoni kollettiva mad-deroga ġenerali mir-regoli tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament dwar l-OKS Unika; jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Swieq Agrikoli, tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga agrikola ġenerali u t-trikkib tagħha mad-derogi previsti taħt l-Artikoli 149 u 152, u b'hekk tiddefinixxi l-eċċezzjonijiet b'mod aktar preċiż, sabiex kwalunkwe sospensjoni meħtieġa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE ssir applikabbli u li tista' tinkiseb;

80.  Jirrimarka li l-limitu massimu individwali għal għajnuna de minimis fis-settur agrikolu ġie rduppjat fl-2013 (minn EUR 7 500 għal EUR 15 000) sabiex tiġi indirizzata ż-żieda f'daqqa fil-kriżijiet klimatiċi, tas-saħħa u ekonomiċi; jirrimarka li, fl-istess ħin, il-limitu massimu nazzjonali de minimis ġie aġġustat marġinalment biss (minn 0.75 % għal 1 % tal-valur tal-produzzjoni agrikola nazzjonali), li naqqas is-setgħa tal-istati li jgħinu lill-azjendi agrikoli f'diffikultà; jappoġġa, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw aktar flessibbiltà permezz tar-regoli agrikoli de minimis;

81.  Jilqa' l-iżviluppi dovuti għar-Regolament Omnibus, li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika, li jippermettu deroga temporanja mid-dritt tal-kompetizzjoni; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni tiċċara l-applikazzjoni tal-Artikoli 219 u 222 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013 fir-rigward tat-teħid ta' passi f'każ ta' disturbi fis-suq u ta' żbilanċi severi fis-suq, minħabba li l-inċertezza legali li teżisti bħalissa fiż-żewġ Artikoli tfisser li ħadd ma qed japplikahom minħabba l-biża' li jonqos milli jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri;

82.  Ifakkar li seħħ ristrutturar sinifikanti orizzontali u vertikali, li wassal għal aktar konsolidazzjoni fis-setturi diġà kkonċentrati taż-żerriegħa, l-agrokimika, il-fertilizzanti, il-ġenetika tal-annimali u s-setturi l-makkinarju tal-azjendi agrikoli, kif ukoll fl-ipproċessar u fil-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, f'dan il-kuntest u wara l-akkwist ta' Monsanto mill-grupp Bayer, li flimkien jikkontrollaw madwar 24 % tas-suq globali tal-pestiċidi u 29 % tas-suq globali taż-żrieragħ, li l-interessi tal-bdiewa, taċ-ċittadini u tal-ambjent tal-UE jkunu protetti, billi tivvaluta b'mod komprensiv u olistiku l-impatt, fil-livell tal-azjendi agrikoli, ta' fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet ta' fornituri tal-inputs agrikoli, inklużi produtturi ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, sabiex il-bdiewa jkun jista' jkollhom aċċess għal prodotti innovattivi ta' kwalità aħjar, b'inqas impatt ambjentali u bi prezzijiet kompetittivi; jenfasizza li dawn il-fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet jistgħu potenzjalment jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni fil-qasam tal-aċċess għal prodotti essenzjali għall-bdiewa; huwa tal-fehma li l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni għaż-żrieragħ u għall-materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti għal użu minuri għandhom jiġu ffaċilitati u jsiru aktar flessibbli.

83.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u fejn applikabbli dawk reġjonali tal-Istati Membri, u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.

(1)

ĠU C 93, 24.3.2017, p. 71.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2018)0187.

(3)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 78.

(4)

"Privacy and competitiveness in the age of big data: The interplay between data protection, competition law and consumer protection in the Digital Economy" (Il-privatezza u l-kompetittività fl-era tal-big data: L-interazzjoni bejn il-protezzjoni tad-data, id-dritt tal-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumaturi fl-Ekonomija Diġitali), opinjoni preliminari tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Marzu 2014, https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/14-03-26_competitition_law_big_data_en.pdf

(5)

Common Ownership by Institutional Investors and its Impact on Competition (Sjieda Komuni mill-Investituri Istituzzjonali u l-Impatt tagħha fuq il-Kompetizzjoni), OECD, 5-6 ta' Diċembru 2017.

(6)

COM(2013)0192.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI (11.10.2018 )

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2018/2102(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Adam Szejnfeld

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe ftehim kummerċjali futur jipprovdi kundizzjonijiet ekwi, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat; jisħaq li l-għajnuna mill-Istat għandha tingħata biss f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati li huma rregolati mil-liġi, biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq, filwaqt li jiġu previsti eċċezzjonijiet u ġustifikazzjonijiet relatati mal-ksib tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; ifakkar li peress li l-kumpaniji qed isiru globali, l-istess iridu jagħmlu dawk li jinfurzaw il-kompetizzjoni, mhux l-inqas minħabba li l-firxa tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) u l-ħolqien ta' ekonomija diġitali wasslu għal konċentrazzjoni eċċessiva ta' swieq u poteri f'ċerti setturi; jemmen li r-regoli globali dwar il-kompetizzjoni u l-ogħla livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, anke fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni matul proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, huma prekundizzjoni għall-iżvilupp globali tal-kummerċ ġust;

2.  Ifakkar li l-ftehimiet ta' kummerċ u investiment internazzjonali għandu jkollhom kapitlu speċifiku u b'saħħtu dwar il-kompetizzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex turi l-ambizzjoni li tiftaħ is-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u żżid l-aċċess tal-kumpaniji Ewropej għal sħubijiet pubbliċi-privati f'pajjiżi terzi; iqis li huwa meħtieġ li jitnaqqsu l-asimetriji fl-aċċess għal kuntratti ta' akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, jiġifieri l-Istati Uniti u ċ-Ċina; jistieden lis-sħab kummerċjali kollha tal-UE jippermettu aċċess nondiskriminatorju għan-negozji u għall-ħaddiema Ewropej fis-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom; jilqa' d-diskussjoni mġedda dwar l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali, li jistabbilixxi r-reċiproċità meħtieġa f'każijiet fejn is-sħab kummerċjali jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist tagħhom, u jistieden lill-Kunsill Ewropew jadottaha malajr; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni fil-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi permezz ta' sħubiji kummerċjali bilaterali; ifakkar li l-kumpaniji li joperaw f'kundizzjonijiet mhux tas-suq u xprunati minn kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi jistgħu prattikament jegħlbu lil kull kompetitur fl-offerti Ewropej għall-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-offerti għall-akkwist pubbliku, u twaqqaf lin-negozji Ewropej u lill-ħaddiema milli jbatu mill-kompetizzjoni inġusta li ġejja minn kumpaniji orkestrati mill-Istat;

4.  Jirrimarka li l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, anke permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fil-livell globali li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji, u li din il-ġlieda hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija kummerċjali tal-UE; jenfasizza li d-dokument ta' riflessjoni dwar il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni jiddikjara li l-Unjoni jeħtiġilha tieħu passi biex tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni; jilqa' l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-politiki tal-kompetizzjoni fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Ġappun u fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada; jiddispjaċih, madankollu, li dawn id-dispożizzjonijiet għadhom limitati fl-ambitu u ma jipprevedux infurzar effettiv u soluzzjoni għat-tilwim; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li jiġu inkorporati dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li tiġi infurzata l-implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jiġu garantiti regoli ġusti;

5.  Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni globali dwar l-infurzar tal-kompetizzjoni; iħeġġeġ l-involviment attiv tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni fin-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni;

6.  Jilqa' l-proposta għall-istabbiliment ta' qafas Ewropew għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani; iqis li hu strument utli għall-protezzjoni tan-negozju Ewropew ta' interess strateġiku minn prattiki kummerċjali inġusti li jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà u lill-ordni pubbliku, u għall-ħarsien tar-rispett għall-prinċipji ġusti tal-kompetizzjoni fl-UE;

7.  Jenfasizza l-importanza tal-istrument kontra s-sussidju fl-indirizzar tal-kompetizzjoni globali inġusta, u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwi b'regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li fl-2017 ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal darb'oħra ħolqot l-ogħla għadd ta' ostakli kummerċjali li kienu għadhom kif ġew kostitwiti għan-negozji u l-ħaddiema Ewropej u kienet involuta fil-maġġoranza tal-każijiet Ewropej kontra s-sussidju;

8.  Jinsab imħasseb dwar il-politika doganali tal-Istati Uniti u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività tan-negozji Ewropej; jisħaq li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tibbilanċja mill-ġdid il-kummerċ mal-Istati Uniti għandhom ikunu sodi, iżda bilanċjati, proporzjonati u kompatibbli mad-WTO;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta, inkluż billi tiġġieled kontra l-użu mhux ġustifikat tal-ostakli tariffarji u s-sussidji, fis-suq globali permezz ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha ma' pajjiżi oħra f'fora bħad-WTO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), il-G20 u l-Bank Dinji; ifakkar fil-ħidma li twettqet fid-WTO bejn l-1996 u l-2004 dwar l-interazzjoni bejn il-politika kummerċjali u l-politika tal-kompetizzjoni, u jiddispjaċih li din il-kwistjoni ma kinitx parti mill-programm ta' ħidma tad-WTO minn dakinhar 'l hawn; jisħaq li dispożizzjonijiet fil-ftehimiet tad-WTO bħall-Artikolu IX tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jipprovdu bażi għal aktar kooperazzjoni fost il-membri tad-WTO dwar kwistjonijiet ta' kompetizzjoni; jitlob, għalhekk, li jsir progress ġdid fit-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO lejn il-garanzija ta' kompetizzjoni internazzjonali ġusta;

10.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li d-WTO allegatament mhijiex kapaċi tindirizza l-ekonomiji mhux tas-suq u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mis-sussidji u mill-intervent mill-Istat, minkejja li jemmen ħafna fir-rwol fundamentali tad-WTO; jilqa' l-azzjoni tripartitika tal-Istati Uniti, tal-Ġappun u tal-UE biex jirriformawha skont dan;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tagħha għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-UE sabiex tippermettilhom jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom f'każ ta' prattiki kummerċjali inġusti, jiġifieri d-dumping u s-sussidjar minn pajjiżi li mhumiex fl-UE; jirrikonoxxi f'dan il-kuntest l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet ta' profil għoli kontra kumpaniji magħrufa sew, iżda jisħaq ukoll fuq l-importanza kbira li tkun garantita kompetizzjoni ġusta fil-każ tal-SMEs;

12.  Jisħaq li l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli ta' ftehimiet kummerċjali hija importanti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiżi sħab u għall-protezzjoni tan-negozji Ewropej minn kompetizzjoni inġusta; jilqa' l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali fir-riforma tal-miżuri antisussidji u antidumping.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, William (The Earl of) Dartmouth, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sander Loones, Fernando Ruas, Paul Rübig, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Czesław Hoc, Stanisław Ożóg, Jozo Radoš, Anders Sellström

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Elsi Katainen, Jozo Radoš

ECR

Czesław Hoc, Sander Loones, Stanisław Ożóg, Jan Zahradil

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Christophe Hansen, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Paul Rübig, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Anders Sellström, Adam Szejnfeld

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

5

-

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

3

0

ENF

France Jamet

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (23.11.2018 )

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2018/2102(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Angélique Delahaye

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE huwa mfassal għas-setturi sekondarji u terzjarji;

B.  billi l-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddikjara li r-regoli dwar il-kompetizzjoni japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli biss sa fejn ikun iddeterminat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, minħabba l-karatteristiċi u l-importanza uniċi tas-settur agrikolu; billi f'Jannar 2016, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta' esperti (it-Task Force għas-Swieq Agrikoli jew l-AMTF) bil-għan li tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari; billi, fir-rapport finali tagħha ta' Novembru 2016, lßAMTF għamlet suġġerimenti, fost l-oħrajn, dwar kif tista' ssaħħaħ it-trasparenza tas-suq, kif jistgħu jittejbu r-relazzjonijiet kuntrattwali fi ħdan il-katina u jiġu żviluppati possibilitajiet legali għall-organizzazzjoni ta' azzjoni kollettiva mill-bdiewa; billi, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi naturali u strutturali tal-agrikoltura, mill-1962, il-leġiżlatur Ewropew b'mod konsistenti ddefenda l-prinċipju tal-għoti ta' status speċjali lis-settur agrikolu fl-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, peress li dan id-dritt ma jistax jiġi applikat għal dan is-settur ekonomiku bl-istess mod bħal setturi oħra;

C.  billi t-TFUE u l-ġurisprudenza tal-UE jagħtu prijorità lill-politika agrikola komuni (PAK) fuq id-dritt tal-kompetizzjoni;

D.  billi l-Artikolu 39 tat-TFUE jagħti lill-PAK l-għan li tiżgura livell ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola u għal dawk fiż-żoni rurali tal-Ewropa, b'mod partikolari billi tagħti spinta lid-dħul individwali tal-persuni li jaħdmu fl-agrikoltura, u tistabbilizza s-swieq u tissalvagwardja l-provvisti;

E.  billi l-PAK futura bl-istess mod għandu jkollha l-għan li trawwem settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà alimentari, isaħħaħ il-kura ambjentali u l-azzjoni klimatika u jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u l-klima, kif ukoll isaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali;

F.  billi r-riforma tal-PAK tal-2013, ir-reviżjoni Omnibus u l-proposti tal-Kummissjoni tal-2018 għandhom l-għan li jsaħħu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel;

G.  billi l-objettivi speċifiċi tad-direttiva dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju‑għal‑negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ifittxu li jżommu l-istabbiltà tas-suq, iżidu d-dħul tal-produtturi agrikoli u jtejbu l-kompetittività agrikola; billi l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel minn negozju għal negozju hija pass vitali fir-riekwilibriju tas-setgħa fi ħdan il-katina u l-kisba ta' trasparenza fir-relazzjoni bejn ix-xerrej u l-fornitur u fil-kisba ta' katina tal-provvista tal-ikel aktar sostenibbli u kompetittiva għall-benefiċċju tal-bdiewa, tal-konsumaturi u tal-ambjent;

H.  billi kien hemm tendenza li l-prezzijiet tal-inputs agrikoli jiżdiedu b'mod konsistenti matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin(1), filwaqt li staġnaw il-prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola, li l-bdiewa jirċievu għall-prodotti tagħhom;

I.  billi l-"eċċezzjoni agrikola" saret aktar rilevanti fil-kuntest ta' PAK orjentata lejn is-suq u l-globalizzazzjoni dejjem akbar tas-swieq agrikoli, u għandha tkompli titqies fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-monitoraġġ tal-konformità magħhom mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni;

J.  billi l-komponent agrikolu tar-regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-Regolament Omnibus) huwa pass importanti 'l quddiem għall-PAK, peress li jistipula deroga espliċita mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

K.  billi t-talba magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża Président de l'Autorité de la concurrence v Association des producteurs venurs d'indivja (APVE) u Oħrajn turi li l-produtturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jeħtieġu aktar ċertezza legali fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tagħhom(2), b'mod partikolari peress li dan is-settur huwa kkaratterizzat minn provvista frammentata ħafna, domanda kkonċentrata u diffikultajiet fil-kontroll tal-provvista u t-tbassir tad-domanda; billi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-produtturi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi hija ta' importanza kruċjali biex tiċċara d-derogi impliċiti marbuta mal-ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

1.  Jirrimarka li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE mhux qed tikseb ir-riżultati mixtieqa għaliex, filwaqt li hija applikata bl-għan li tiddefendi l-kompetizzjoni ġusta bejn l-atturi kollha fis-suq intern, b'enfasi speċjali fuq l-interessi tal-konsumaturi, ir-realtà hija li minħabba l-inugwaljanzi fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel, il-produtturi agrikoli jħabbtu wiċċhom ma' grad ta' pressjoni inaċċettabbli; iqis li l-interessi kemm tal-konsumaturi u tal-produtturi agrikoli għandhom jitqiegħdu fuq l-istess livell;

2.  Huwa tal-fehma li l-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet agrikoli jagħmlu lill-organizzazzjonijiet kollettivi essenzjali biex isaħħu l-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-katina alimentari u jippermettu l-ilħuq tal-objettivi tal-PAK, kif definiti skont l-Artikolu 39 tat-TFUE, u li l-attivitajiet kollettivi mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom — inklużi l-ippjanar tal-produzzjoni, in-negozjar tal-bejgħ u l-arranġamenti kuntrattwali — għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala li huma kompatibbli mal-Artikolu 101 tat-TFUE; jenfasizza li l-fatt li l-bdiewa jinġiebu flimkien f'organizzazzjonijiet tal-produtturi jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista;

3.  Iqis li l-mudell tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxi forma ta' ġestjoni settorjali ta' suċċess, peress li jipprovdi struttura għall-atturi kollha fis-settur u jorganizza skambji bejniethom, irrappreżentati b'mod ġust fl-istruttura tiegħu, billi jagħmilha possibbli li tiġi trażmessa informazzjoni ekonomika u teknika, tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq u jiġu distribwiti aħjar ir-riskji u l-benefiċċji; iqis li mudelli differenti u strutturati sew ta' kooperazzjoni, bħal dik preżenti, għandhom jiġu ffaċilitati mill-PAK biex isir eħfef il-ħolqien ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-livell Ewropew;

4.  Iqis li, f'konformità mat-tendenza attwali, il-kompetenzi tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandom jissaħħu ulterjorment sabiex is-setgħa tal-bdiewa biex jinnegozjaw tkun ibbilanċjata mas-setgħa ta' negozjar tal-bejjiegħa bl-imnut fil-katina tal-provvista tal-ikel; iqis li l-kofinanzjament tal-UE għat-twaqqif u t-tħaddim ta' dawn l-organizzazzjonijiet għandu jiżdied;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-applikazzjoni ta' strumenti ta' mmaniġġjar kollettiv tas-suq fil-każ ta' kriżi, bl-użu ta' għodod li ma jeħtiġux fondi pubbliċi, bħall-irtirar tal-prodott imwettaq permezz ta' ftehimiet fost l-operaturi tal-katina alimentari; jirrimarka li tali miżura tista' tiġi applikata mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali nfushom;

6.  Iqis li d-dħul ta' prodotti fis-suq Ewropew minn pajjiżi terzi li ma jirrispettawx l-istess standards soċjali, sanitarji u ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta għall-produtturi Ewropej; jitlob, għalhekk, il-protezzjoni ta' setturi vulnerabbli u l-applikazzjoni b'mod sistematiku tal-prinċipji ta' reċiproċità u konformità f'dak li jikkonċerna prodotti agrikoli fin-negozjati kummerċjali attwali kif ukoll f'dawk futuri; jistieden lill-Kummissjoni tintegra dan l-aspett fin-negozjati tal-Brexit;

7.  Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern tal-UE għandu jkun bil-kundizzjoni tal-konformità mar-istandards dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent; jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta, tippromwovi l-ekwivalenza tal-miżuri u l-kontrolli bejn il-pajjiżi terzi u l-UE fil-qasam tal-istandards ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel; jinnota li l-ogħla standards ta' benessri ambjentali u tal-annimali jistgħu jfissru spejjeż ogħla u għalhekk li t-tnaqqis tal-istandards jista' jirriżulta f'imġiba antikompetittiva; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tesplora modi kif testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni biex tipprevjeni tali dumping fi ħdan is-suq uniku u minn importazzjonijiet fis-suq uniku;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-effett fuq il-bdiewa, minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji fraġli tagħhom u r-rwol fundamentali tagħhom fis-soċjetà tagħna, tad-distorsjonijiet tas-suq li jirriżultaw mill-ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, peress li s-swieq agrikoli huma kkaratterizzati minn volatilità kbira fil-prezzijiet agrikoli, li taggrava l-pożizzjoni dgħajfa tal-bdiewa fil-katina alimentari;

9.  Jirrimarka li d-diżastri klimatiċi, li jaffettwaw lill-bdiewa, għandhom impatt fuq is-suq u jdgħajfu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel; ifakkar li r-regoli tal-antidumping tal-UE(3) li japplikaw, fost l-oħrajn, għas-settur agrikolu, iqisu li d-dumping ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta; jitlob li jitqiesu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jitolbu soċjetà sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex filwaqt li tqis il-funzjonament tas-suq uniku u l-benefiċċji għas-soċjetà kollha kemm hi, tippermetti eżenzjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni, kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment, fil-kuntest ta' inizjattivi ta' sostenibbiltà;

10.  Jinsisti li l-kunċett ta' "prezz ġust" m'għandux jitqies bħala l-inqas prezz possibbli għall-konsumatur, iżda minflok għandu jkun raġonevoli u jippermetti r-remunerazzjoni ġusta tal-partijiet kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel; jenfasizza li l-konsumaturi għandhom interessi oħra minbarra l-prezzijiet baxxi, inklużi l-benessri tal-annimali, is-sostenibbiltà ambjentali, l-iżvilupp rurali u inizjattivi biex jitnaqqas l-użu tal-antibijotiċi u r-reżistenza antimikrobika, eċċ.; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jqisu t-talba tal-konsumaturi għal produzzjoni tal-ikel sostenibbli, li tirrikjedi li jitqies aktar il-valur ta' "beni pubbliċi" fl-ipprezzar tal-ikel; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tħares lil hinn mill-iktar denominatur komuni baxx ta' "ikel irħis"; iqis li l-ispejjeż tal-produzzjoni għandhom jitqiesu bis-sħiħ meta jkun qed jintlaħaq qbil dwar il-prezzijiet f'kuntratti bejn il-bejjiegħa bl-imnut/il-proċessuri u l-produtturi bl-intenzjoni li jiġu żgurati prezzijiet li jkopru mill-inqas l-ispejjeż;

11.  Itenni l-proposta li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (Regolament dwar l-OKS Unika) li jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' miżuri ta' kontroll tal-provvista għal ġobnijiet b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DPO) jew b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) (Artikolu 150), għal prieżet b'DPO jew IĠP (Artikolu 172) u għal inbejjed (Artikolu 167) għandhom jiġu estiżi għal prodotti oħra ta' kwalità tad-ditta sabiex ikun aktar faċli li l-provvista tiġi adattata għad-domanda;

12.  Jenfasizza li, sabiex jiġu esklużi interpretazzjonijiet restrittivi, il-kunċett ta' "suq rilevanti" fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni jrid jiġi definit mill-ġdid u għandu jkun ifisser is-settur kollu kkonċernat;

13.  Jenfasizza li l-limitu propost fuq il-pagamenti diretti jista' jaffettwa serjament il-kompetittività tal-azjendi agrikoli ta' daqs medju;

14.  Jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus joħloq proċedura li skontha grupp ta' bdiewa jista' jitlob opinjoni mhux vinkolanti mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' azzjoni kollettiva mad-deroga ġenerali mir-regoli tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament dwar l-OKS Unika; jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Swieq Agrikoli, tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga agrikola ġenerali u t-trikkib tagħha mad-derogi previsti taħt l-Artikoli 149 u 152, u b'hekk tiddefinixxi l-eċċezzjonijiet b'mod aktar preċiż, sabiex kwalunkwe sospensjoni meħtieġa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE ssir applikabbli u li tista' tinkiseb;

15.  Jirrimarka li l-limitu massimu individwali għal għajnuna de minimis fis-settur agrikolu ġie rduppjat fl-2013 (minn EUR 7 500 għal EUR 15 000) sabiex tiġi indirizzata ż-żieda f'daqqa fil-kriżijiet klimatiċi, tas-saħħa u ekonomiċi; jirrimarka li, fl-istess ħin, il-limitu massimu nazzjonali de minimis ġie aġġustat marġinalment biss (minn 0.75 % għal 1 % tal-valur tal-produzzjoni agrikola nazzjonali), li naqqas is-setgħa tal-istati li jgħinu lill-azjendi agrikoli f'diffikultà; jappoġġa, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw aktar flessibbiltà permezz tar-regoli agrikoli de minimis;

16.  Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li tagħti lill-Istati Membri aktar flessibbiltà billi tillaxka r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat fis-settur agrikolu fi sforz biex tinkoraġġixxi lill-bdiewa biex volontarjament jagħmlu tfaddil ta' prekawzjoni, sabiex ilaħħqu aħjar maż-żieda fir-riskji għall-klima u s-saħħa u għall-ekonomija;

17.  Jilqa' l-iżviluppi dovuti għar-Regolament Omnibus, li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika, li jippermettu deroga temporanja mid-dritt tal-kompetizzjoni; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni tiċċara l-applikazzjoni tal-Artikoli 219 u 222 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013 fir-rigward tat-teħid ta' passi f'każ ta' disturbi fis-suq u ta' żbilanċi severi fis-suq, minħabba li l-inċertezza legali li teżisti bħalissa fiż-żewġ Artikoli tfisser li ħadd ma qed japplikahom minħabba l-biża' li jonqos milli jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri;

18.  Jenfasizza li, matul perjodi ta' żbilanċi severi fis-suq, meta s-settur agrikolu huwa f'riskju u ċ-ċittadini kollha huma affettwati mill-ħsara potenzjali għall-provvista tal-ikel bażiku, PAK orjentata lejn is-suq għandha tappoġġa lill-bdiewa u tagħti eżenzjonijiet addizzjonali, limitati fiż-żmien u għal kollox ġustifikati mir-regoli tal-kompetizzjoni għal ftehimiet u deċiżjonijiet bejn il-bdiewa, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li għandu jkun possibbli li l-Artikolu 164 tar-Regolament dwar l-OKS jestendi r-regoli ta' ftehimiet jew deċiżjonijiet meħuda fi ħdan organizzazzjonijiet agrikoli rikonoxxuti skont l-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS;

19.  Ifakkar li seħħ ristrutturar sinifikanti orizzontali u vertikali, li wassal għal aktar konsolidazzjoni fis-setturi diġà kkonċentrati taż-żerriegħa, l-agrokimika, il-fertilizzanti, il-ġenetika tal-annimali u s-setturi l-makkinarju tal-azjendi agrikoli, kif ukoll fl-ipproċessar u fil-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, f'dan il-kuntest u wara l-akkwist ta' Monsanto mill-grupp Bayer, li flimkien jikkontrollaw madwar 24 % tas-suq globali tal-pestiċidi u 29 % tas-suq globali taż-żrieragħ, li l-interessi tal-bdiewa, taċ-ċittadini u tal-ambjent tal-UE jkunu protetti, billi tivvaluta b'mod komprensiv u olistiku l-impatt, fil-livell tal-azjendi agrikoli, ta' fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet ta' fornituri tal-inputs agrikoli, inklużi produtturi ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, sabiex il-bdiewa jkun jista' jkollhom aċċess għal prodotti innovattivi ta' kwalità aħjar, b'inqas impatt ambjentali u bi prezzijiet kompetittivi; jenfasizza li dawn il-fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet jistgħu potenzjalment jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni fil-qasam tal-aċċess għal prodotti essenzjali għall-bdiewa; huwa tal-fehma li l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni għaż-żrieragħ u għall-materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti għal użu minuri għandhom jiġu ffaċilitati u jsiru aktar flessibbli.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Nicola Caputo, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Marc Tarabella

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angélique Delahaye, Maria Heubuch, Anthea McIntyre, John Procter, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg, Monika Vana

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

31

+

ALDE

Jan Huitema, Ulrike Müller

ECR

Anthea McIntyre, James Nicholson, Stanisław Ożóg, John Procter

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

PPE

Daniel Buda, Michel Dantin, Angélique Delahaye, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer‑Pierik

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Karine Gloanec Maurin, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Marc Tarabella

Verts/ALE

Maria Heubuch, Monika Vana

0

-

3

0

EFDD

Giulia Moi

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Data tal-Eurostat dwar l-indiċijiet tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli (apri_pi); ara wkoll il-premessa B tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-19 ta' Jannar 2012 dwar il-katina ta' forniment tal-prodotti agrikoli: struttura u implikazzjonijiet (ĠU C 227 E/3, 6.8.2013).

(2)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Novembru 2017, Président de la concurrence vs Association des producteurs venurs d'indivja (APVE) u Oħrajn, C-671/15 , ECLI:EU:C:2017:860.

(3)

COM(2013)0192.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Brian Hayes, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Mady Delvaux, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Barbara Lochbihler, Jarosław Wałęsa


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Wolf Klinz, Lieve Wierinck

ECR

Syed Kamall, Bernd Lucke, Ralph Packet

EFDD

Bernard Monot

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Jarosław Wałęsa

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Philippe Lamberts, Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Molly Scott Cato

2

-

GUE/NGL

Miguel Viegas

PPE

Werner Langen

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Jannar 2019Avviż legali