Proċedura : 2018/0203(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0477/2018

Testi mressqa :

A8-0477/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0103

RAPPORT     ***I
PDF 245kWORD 87k
19.12.2018
PE 628.500v02-00 A8-0477/2018

dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali

(COM(2018)0378 – C8-0242/2018 – 2018/0203(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Emil Radev

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali

(COM(2018)0378 – C8-0242/2018 – 2018/0203(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0378),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0243/2018),

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0477/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, huwa meħtieġ li tkompli tittejjeb u titħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati fil-kumpilazzjoni tax-xhieda.

(1)  Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tal-iżvilupp ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja ċivili rregolat bil-prinċipju ta' fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi, huwa meħtieġ li tkompli tittejjeb u titħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati fl-Istati Membri fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" jenħtieġ li jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fis-sens strett tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, imma wkoll korpi jew awtoritajiet oħra li huma kompetenti skont il-liġi nazzjonali biex jieħdu x-xhieda skont dan ir-Regolament, bħal, pereżempju, awtoritajiet tal-infurzar jew nutara f'ċerti Stati Membri u f'sitwazzjonijiet speċifiċi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Huwa essenzjali li jkunu disponibbli mezzi effettivi għall-kisba, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni ta' evidenza u li jitqiesu b'mod debitu d-drittijiet tad-difiża u l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jitħeġġeġ l-użu tat-teknoloġija moderna.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni rapida tat-talbiet u l-komunikazzjonijiet, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna. Għalhekk, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambji tad-dokumenti kollha jenħtieġ li jitwettqu permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali.

(3)  Sabiex tiġi żgurata b'mod effikaċi t-trażmissjoni diretta u rapida tat-talbiet u l-komunikazzjonijiet, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, u f'dan ir-rigward għandu jitqies l-iżvilupp kostanti ta' tali teknoloġija. Għalhekk, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambji tad-dokumenti kollha jenħtieġ li jitwettqu permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Is-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema e-CODEX u ġestita mill-eu-LISA. Jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi adegwati għall-eu-LISA biex tkun tista' tiġi introdotta u tinżamm operattiva sistema bħal din, kif ukoll biex tipprovdi appoġġ tekniku f'każ ta' problemi fit-tħaddim tas-sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel tmiem l-2019, proposta għal Regolament dwar komunikazzjoni transkonfinali fi proċedimenti ġudizzjarji (e-CODEX). 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tax-xhieda diġitali, tali xhieda meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m'għandhiex tiġi miċħuda r-rikonoxximent bħala xhieda fi Stati Membri oħra biss minħabba n-natura diġitali tagħha.

(4)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tax-xhieda diġitali, tali xhieda meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m'għandhiex tiġi miċħuda r-rikonoxximent bħala xhieda fi Stati Membri oħra minħabba n-natura diġitali tagħha. Dak il-prinċipju għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-determinazzjoni, skont il-liġi nazzjonali, tal-livell ta' kwalità u l-valur tax-xhieda, irrispettivament min-natura diġitali u mhux diġitali tagħha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-proċeduri għat-teħid, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet proċedurali tal-partijiet, kif ukoll il-protezzjoni, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data personali u tal-privatezza, ikun protetti f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  It-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, b'mod partikolari l-vidjokonferenza, li hija mezz importanti biex tiġi ssimplifikata u aċċellerata l-kumpilazzjoni ta' xhieda, bħalissa mhux qed tintuża fil-potenzjal sħiħ tagħha. Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema' persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert, il-qorti għandha tieħu dik ix-xhieda direttament permezz ta' vidjokonferenza, jekk tkun disponibbli għall-qrati rispettivi, fejn tqis li l-użu ta' din it-teknoloġija hija xierqa minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

(6)  It-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, b'mod partikolari l-vidjokonferenza, li hija mezz importanti u dirett biex tiġi ssimplifikata u aċċellerata l-kumpilazzjoni ta' xhieda, bħalissa mhux qed tintuża fil-potenzjal sħiħ tagħha. Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema' persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert, il-qorti għandha tieħu dik ix-xhieda direttament permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod disponibbli għall-qrati rispettivi, sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, l-użu ta' tali teknoloġija ma jkunx ikkunsidrat xieraq għall-andament ekwu tal-proċedimenti. Ir-regoli dwar l-użu ta' tali mezzi ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu teknoloġikament newtrali u jkunu kompatibbli ma' soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni futuri. Fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, l-użu ta' tali teknoloġija jenħtieġ li jkun soġġett għall-kunsens tal-persuna li se tinstema'.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex jiffaċilitaw il-kumpilazzjoni ta' xhieda minn uffiċjali diplomatiċi jew aġenti konsulari, tali persuni jistgħu, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, jagħmlu kumpilazzjoni ta' xhieda mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel billi jisimgħu ċittadini tal-Istat Membru li jirrappreżentaw mingħajr kompulsjoni fil-kuntest ta' proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw.

(7)  Sabiex jiffaċilitaw il-kumpilazzjoni ta' xhieda minn persunal diplomatiku jew aġenti konsulari, tali persuni jistgħu, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fejn huma akkreditati, jagħmlu kumpilazzjoni ta' xhieda fil-bini tal-misssjoni diplomatika jew il-konsulat tagħhom, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel billi jisimgħu ċittadini tal-Istat Membru li jirrappreżentaw għall-proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw, dejjem jekk il-persuna li se tinstema' tikkoopera b'mod volontarju fit-teħid tax-xhieda.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f'konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u li jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif imnaqqax fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar tad-data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament isir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Id-data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-ħolqien ta' qafas legali li jiżgura t-trażmissjoni rapida ta' talbiet u komunikazzjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-kumpilazzjoni ta' xhieda, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(8)  Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-ħolqien ta' qafas legali simplifikat li jiżgura t-trażmissjoni diretta, effettiva u rapida ta' talbiet u komunikazzjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-kumpilazzjoni ta' xhieda, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 8a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċedimenti ġudizzjarji billi jissimplifika u jintegra l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-proċedimenti transkonfinali, filwaqt li fl-istess ħin jgħin inaqqas id-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. Barra minn hekk, aktar ċertezza legali, flimkien ma' proċeduri aktar sempliċi, integrati u diġitalizzati jistgħu jħeġġu lill-individwi u n-negozji biex jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntieri, sabiex b'hekk jagħtu spinta lill-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u għalhekk lill-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard fl-Annessi jew biex isiru bidliet tekniċi għal dawk il-formoli, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(11)  Sabiex tiddefinixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata u sabiex jiġu stabbiliti l-istandards u rekwiżiti tekniċi minimi għall-użu tal-vidjokonferenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Tali atti delegati jenħtieġ jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, u jenħtieġ jiżguraw li s-sessjoni ta' vidjokonferenzi tiggarantixxi komunikazzjoni ta' kwalità għolja u interazzjoni f'ħin reali. Barra min hekk, sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard fl-Annessi jew biex isiru bidliet tekniċi għal dawk il-formoli, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 1 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" għandu jfisser kull awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru li hija kompetenti għat-twettiq tal-kumpilazzjoni ta' xhieda skont dan ir-Regolament.;

4.  F'dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" għandu jfisser kull awtorità fi Stat Membru li hija kompetenti, abbażi tal-liġijiet ta' dak l-Istat Membru għat-twettiq tal-kumpilazzjoni ta' xhieda skont dan ir-Regolament. ;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  It-talbiet u l-komunikazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu trażmessi permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi minn infrastruttura ta' komunikazzjoni li tippermetti l-iskambju transkonfinali sigur u affidabbli bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali.

1.  It-talbiet u l-komunikazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu trażmessi permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi minn infrastruttura ta' komunikazzjoni u li tippermetti l-iskambju transkonfinali sigur u affidabbli ta' informazzjoni, anki f'ħin reali, bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali b'rispett sħiħ dovut għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Din is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq e-CODEX.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta' servizzi fiduċjarji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/201420 għandu japplika għat-talbiet u komunikazzjonijiet trasmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/201420 għandu japplika għat-talbiet u komunikazzjonijiet trasmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1.

_________________

_________________

20 Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn it-talbiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw "siġilli elettroniċi kkwalifikati" u "firem elettroniċi kkwalifikati", kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.  Fejn it-talbiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw "siġilli elettroniċi kkwalifikati" u "firem elettroniċi kkwalifikati", kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm ikun żgurat bis-sħiħ li l-persuni involuti jkunu kisbu għarfien ta' tali dokumenti kmieni biżżejjed u b'mod leġittimu.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 6 – paragrafu 3a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata. Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistema tiggarantixxi skambju effettiv, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (KE) 2002/58.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk it-trażmissjoni skont il-paragrafu 1 mhix possibbli minħabba tfixkil mhux previst u eċċezzjonali tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew fejn tali trasmissjoni mhix possibbli f'każijiet eċċezzjonali oħrajn, it-trażmissjoni għandha ssir bl-iktar mezzi mgħaġġla possibbli, li l-Istat Membru mitlub ikun indika li jista' jaċċetta.

4.  Jekk it-trażmissjoni skont il-paragrafu 1 mhix possibbli minħabba tfixkil mhux previst u eċċezzjonali tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew fejn tali trasmissjoni mhix possibbli f'każijiet eċċezzjonali oħrajn, it-trażmissjoni għandha ssir bl-iktar mezzi mgħaġġla possibbli li l-Istat Membru mitlub ikun indika li huma aċċettabbli.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumpilazzjoni diretta ta' xhieda permezz ta' vidjokonferenza

Kumpilazzjoni diretta ta' xhieda permezz ta' teknoloġija ta' kommunikazzjoni mill-bogħod

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema' persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert u l-qorti ma titlobx lill-qorti kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 1(1)(a), il-qorti għandha tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda direttament skont l-Artikolu 17 permezz ta' vidjokonferenza, jekk tkun disponibbli għall-qrati rispettivi, fejn tqis li l-użu ta' din it-teknoloġija hija xierqa minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

1.  Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema' persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert u l-qorti ma titlobx lill-qorti kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 1(1)(a), il-qorti għandha tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda direttament skont l-Artikolu 17 permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod, jekk tkun disponibbli għall-qrati rispettivi, sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, l-użu ta' din it-teknoloġija ma jitqiesx xieraq għall-andament ekwu tal-proċedimenti.

 

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti, l-użu ta' vidjokonferenza jew ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod, għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-persuna li se tinstema'.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikoli 17a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn issir talba għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta' vidjokonferenza, is-smigħ għandu jsir fil-bini ta' qorti. Il-qorti rikjedenti u l-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) jew il-qorti li fil-bini tagħha għandha tinżamm is-seduta għandha taqbel dwar l-arranġamenti prattiċi għall-vidjokonferenza.

2.  Fejn issir talba għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod, is-smigħ għandu jsir fil-bini ta' qorti. Il-qorti rikjedenti u l-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) jew il-qorti li fil-bini tagħha għandha tinżamm is-seduta għandha taqbel dwar l-arranġamenti prattiċi għall-vidjokonferenza. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mal-istandards tekniċi minimi u r-rekwiżiti għall-użu tal-vidjokonferenza li huma ddefiniti skont il-paragrafu 3a .

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Kwalunkwe sistema elettronika għall-kumpilazzjoni ta' xhieda għandha tiżgura li s-segretezza professjonali u l-privileġġ professjonali legali huma protetti.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – paragrafu 3 – sentenza introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn ix-xhieda tittieħed bil-vidjokonferenza:

3.  Fejn ix-xhieda tittieħed bil-vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija ta' komunikazzjoni oħra disponibbli:

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk ikun meħtieġ, fuq talba tal-qorti rikjedenti, il-persuna li se tinstema' jew l-imħallef fl-Istat Membru rikjest li jipparteċipa fis-seduta, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) għandhom jiżguraw li l-persuna li se tinstema' jew l-imħallef ikun assistit minn interpretu. ;

(b)  jekk ikun meħtieġ, fuq talba tal-qorti rikjedenti, il-persuna li se tinstema' jew l-imħallef fl-Istat Membru rikjest li jipparteċipa fis-seduta, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) għandhom jiżguraw li l-persuna li se tinstema' jew l-imħallef ikun assistit minn interpretu kwalifikat. ;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tissumplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istandards u r-rekwiżiti minimi għall-użu ta' vidjokonferenza.

 

Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sessjoni ta' vidjokonferenza tiggarantixxi komunikazzjoni ta' kwalità għolja u interazzjoni f'ħin reali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll, fir-rigward tat-trażmissjoni tal-informazzjoni, livell għoli ta' sigurtà u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (KE) 2002/58.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17a – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-qorti għandha tinnotifika lill-persuna li se tinstema', il-partijiet, inklużi r-rappreżentanti legali rispettivi tagħhom, bid-data, il-ħin u l-post tas-seduta, u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom għandhom jiġu pprovduti, mill-qorti rilevanti, bi struzzjonijiet dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dokumenti jew materjal ieħor matul is-seduta permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17b – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumpliazzjoni ta' xhieda minn uffiċjali diplomatiċi jew aġenti konsulari

Kumpliazzjoni ta' xhieda minn persunal diplomatiku jew aġenti konsulari

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 17b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Uffiċjali diplomatiċi jew aġenti konsulari ta' Stat Membru jistgħu, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, jagħmlu kumpilazzjoni ta' xhieda mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel skont l-Artikolu 17(1), billi jisimgħu ċittadini ta' Stat Membru li jirrappreżentaw mingħajr kompulsjoni fil-kuntest ta' proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw.";

Persunal diplomatiku jew aġenti konsulari ta' Stat Membru jistgħu, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fejn huma akkreditati, jagħmlu kumpilazzjoni ta' xhieda fil-bini tal-missjoni diplomatika jew il-konsulat tagħhom, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel skont l-Artikolu 17(1), billi jisimgħu ċittadini ta' Stat Membru li jirrappreżentaw fil-kuntest ta' proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw.; Tali kumpilazzjoni tista' ssir biss bil-kooperazzjoni volontarja tal-persuna li se tinstema'. Il-kumpilazzjoni ta' xhieda għandha ssir bis-superviżjoni tal-qorti rikjedenti, skont il-liġi nazzjonali tagħha.";

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 18a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Xhieda diġitali meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m'għandhiex tiċċaħħad mill-kwalità ta' xhieda fi Stati Membri oħra biss minħabba n-natura diġitali tagħha."; ;

In-natura diġitali tax-xhieda meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m'għandhiex tintuża bħala raġuni biex tinċaħad il-kwalità ta' xhieda fi Stati Membri oħra . Il-kwistjoni dwar jekk ix-xhieda hijiex ta' natura diġitali jew le m'għandhiex tkun fattur fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalità u l-valur ta' tali xhieda. ´;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Taqsima 6a (ġdida) – Artikolu 18b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  it-Taqsima 6 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 18:

 

Taqsima 6a

 

L-ipproċessar ta' data personali

 

Artikolu 18b

 

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jsir fl-ambitu ta' dan ir-Regolament , inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Kull skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti fil-livell ta' Unjoni għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Id-data personali li ma tkunx rilevanti għat-trattament ta' każ speċifiku għandha titħassar minnufih.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(2) għandha tingħata llil-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien mid-...[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3a), fl-Artikolu 17a(3a) u fl-Artikolu 19(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 19(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3a), fl-Artikolu 17a(3a) u fl-Artikolu 19(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun fis-seħħ.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 20 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3a), Artikolu 17a(3a) jew l-Artikolu 19(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 22a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn [sentejn mid-data ta' dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament.

1.  Sa mhux aktar tard minn [sena mid-data ta' dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1206/2001

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel [ħames snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1.  Mhux aktar tard minn [erba' snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, akkumpanjata, fejn huwa xieraq, minn proposta leġiżlattiva.


NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest tal-proposta

Fost il-kompiti tal-UE hemm dak li jiġi żviluppat spazju Ewropew ta' ġustizzja f'materji ċivili bbażat fuq il-prinċipji ta' fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi. L-ispazju tal-ġustizzja jirrikjedi kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-fruntieri. Għal dan il-għan, u biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-UE adottat leġiżlazzjoni dwar in-notifika transfruntiera ta' dokumenti ġudizzjarji u dwar il-kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni ta' xhieda. Dawn l-istrumenti huma kruċjali fir-regolamentazzjoni tal-assistenza ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali bejn l-Istati Membri. L-għan komuni tagħhom huwa li jipprovdu qafas effiċjenti għall-koperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera. Dawn ħadu post is-sistema internazzjonali preċedenti li hija aktar ikkumplikata tal-Konvenzjonijiet ta' The Hague bejn l-Istati Membri.

Il-kooperazzjoni tajba bejn il-qrati hija neċessarja wkoll għall-funzjonament xieraq tas-suq intern. Fl-2018, madwar 3,4 miljun proċedura tal-qorti ċivili u kummerċjali fl-UE għandhom implikazzjonijiet transfruntiera. F'ħafna proċeduri bħal dawn, hemm il-ħtieġa li x-xhieda tinkiseb minn Stat Membru ieħor; ir-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta' Xhieda jipprovdi għodod li jaffċilitaw l-aċċess għal dik ix-xhieda.

Ir-Regolament jistabbilixxi sistema madwar l-UE għat-trażmissjoni diretta u rapida ta' talbiet għall-kumpilazzjoni u għall-eżekuzzjoni ta' xhieda bejn il-qrati u jistabbilixxi regoli preċiżi fir-rigward tal-forma u l-kontenut ta' dawn it-talbiet. B'mod partikolari, dan tejjeb il-Konvenzjoni ta' The Hague rilevanti billi daħħal fis-seħħ sistema moderna u effiċjenti ta' relazzjonijiet diretti bejn il-qrati (it-trażmissjoni tat-talbiet u r-ritrażmissjoni tax-xhieda meħuda). Dan jippermetti wkoll il-kumpilazzjoni diretta ta' xhieda mill-qrati fl-Istati Membri l-oħra.

Opinjoni tar-Rapporteur:

Ir-Rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija f'waqtha u tikkostitwixxi rispons tajjeb għall-eżerċizzju REFIT. Huwa importanti li l-qrati tal-Istati Membri jingħataw l-opportunità li jagħmlu użu mit-teknoloġija moderna sabiex ikun hemm aċċess aħjar u aktar rapidu għall-ġustizzja . Dan mhuwiex possibbli mingħajr l-adattament meħtieġ tar-regoli li jirregolaw il-kumpilazzjoni tax-xhieda, speċjalment f'każijiet transfruntiera. Ir-regolament attwali jipprovdi biss miżuri addizzjonali għal dawk disponibbli fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Għalhekk, sabiex il-qrati tal-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġija l-ġdida tal-komunikazzjoni mill-bogħod, jista' jkun meħtieġ li r-regolament emendat jiġi kkomplimentat b'reviżjoni tar-regoli applikabbli wkoll fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri.

Għandhom isiru għadd ta' kjarifiki fil-Proposta tal-Kummissjoni. Fir-rigward tad-definizzjoni ta' qorti, għandu jiġi ċċarat li din hija regola għar-rikonoxximent reċiproku tar-regoli fl-Istati Membri li l-entitajiet tagħhom huma kompetenti li jieħdu x-xhieda.

Barra minn hekk, ir-regolament għandu jkun teknoloġikament newtrali. Għal dan il-għan, il-kunċett ta' teknoloġija ta' komunikazzjoni mill-bogħod għandu jintuża minflok il-vidjokonferenza biss. Għandu jiġi ċċarat ukoll li kwalunkwe teknoloġija ta' komunikazzjoni mill-bogħod użata, għandha tiżgura l-applikazzjoni tas-segretezza professjonali u l-privileġġ professjonali legali.

Fir-rigward tar-regola proposta li tippermetti l-kumpilazzjoni ta' xhieda mill-persunal diplomatiku, ikun prudenti li din tiġi allinjata mal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1961 dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi. Dan il-persunal għandu jkun jista' jieħu xhieda biss fl-Istat Membru fejn ikun akkreditat u fil-bini tal-missjoni diplomatika jew tal-konsulat tal-pajjiż tiegħu.

Ir-Rapporteur jemmen li matul il-kumpilazzjoni ta' xhieda l-persuna li se tinstema', il-partijiet u l-avukati tagħhom għandhom ikunu infurmati kif xieraq dwar il-kundizzjonijiet kollha għall-parteċipazzjoni f'vidjokonferenza jew teknoloġija ta' komunikazzjoni mill-bogħod oħra, kif ukoll dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita biex tiġi ppreżentata x-xhieda.

Fil-qasam tal-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji ta' komunikazzjoni, ir-Rapporteur jemmen li l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali huma importanti ħafna.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali

Referenzi

COM(2018)0378 – C8-0242/2018 – 2018/0203(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Emil Radev

24.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2018

20.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Luis de Grandes Pascual, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Data tat-tressiq

19.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Daniel Buda, Luis de Grandes Pascual, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Jannar 2019Avviż legali