Proċedura : 2018/2151(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0479/2018

Testi mressqa :

A8-0479/2018

Dibattiti :

PV 16/01/2019 - 27
CRE 16/01/2019 - 27

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2019 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0036

RAPPORT     
PDF 620kWORD 70k
20.12.2018
PE 625.209v02-00 A8-0479/2018

dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI

(2018/2151(INI))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Georgi Pirinski

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI

(2018/2151(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2017 u r-Rapport Statistiku 2017 tal-BEI,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar is-Sostenibbiltà 2017, ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni fuq 3 Pilastri għall-Operazzjonijiet tal-BEI fi ħdan l-UE u r-Rapport dwar ir-Riżultati barra l-UE tal-Bank Ewropew tal-Investiment 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kumitat tal-Verifika għas-sena 2017,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-BEI fl-2017 u r-Rapport dwar il-Governanza Korporattiva 2017,

–  wara li kkunsidra d-"Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment(1)",

–  wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (CM) li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment",

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità tal-BEI u r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Grupp tal-BEI ta' Kontra l-Frodi,

–  wara li kkunsidra l-Pjan Operattiv tal-Grupp tal-BEI għall-2017-2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI u l-Protokoll Nru 28 tiegħu dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2015 – Rapport Annwali 2015(2), tas-6 ta' April 2018 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2016 – Rapport Annwali 2016(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013(4) u d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(6),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597), (SWD(2016)0297) u (SWD(2016)0298),

–  wara li kkunsidra l-awditjar ad hoc ta' Ernst & Young tat-8 ta' Novembru 2016 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 ("ir-Regolament dwar il-FEIS"),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-ġestjoni tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fl-2017 (COM(2018)345 final),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' evalwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI dwar l-evalwazzjoni tal-FEIS ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2018 dwar ir-Rapport Komprensiv għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-funzjonament tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) (COM(2018)0497),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku ta' Settembru 2016, bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Futur tal-finanzi tal-UE: ir-riforma ta' kif jopera l-baġit tal-UE minn Frar 2018 u dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 minn Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0479/2018),

A.  billi l-missjoni tal-BEI hija li jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni, l-iżvilupp bilanċjat u l-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Istati Membri billi jżid volumi sostanzjali ta' fondi fuq is-swieq kapitali u billi jislef dawn il-fondi b'termini favorevoli għal proġetti li jkomplu l-għanijiet ta' politika tal-UE;

B.  billi l-BEI huwa fil-qalba tal-isforzi ta' rkupru ekonomiku fil-livell tal-Unjoni, b'żewġ żidiet suċċessivi fil-kapital u permezz tar-rwol ċentrali tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa bil-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS);

C.  billi l-BEI għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir inklużiv, l-impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

D.  billi valutazzjoni regolari u dettaljata tal-ħtiġijiet f'diversi setturi hija essenzjali biex jiġu identifikati d-diskrepanzi u l-ostakli għall-investiment f'reġjuni differenti, iżda wkoll għall-identifikazzjoni ta' ġabra ta' opportunitajiet b'potenzjal għat-tkabbir u l-impjiegi, għal aktar kontribuzzjonijiet għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u l-kalibrazzjoni adegwata tan-natura u d-daqs tal-fallimenti tas-suq li jiddependu fuq l-esternalitajiet, il-ħtiġijiet tal-iżvilupp settorjali u territorjali eżistenti;

E.  billi r-rwol tal-BEI li jservi ta' lieva għall-fondi pubbliċi huwa essenzjali biex l-Unjoni tkun kapaċi twieġeb u tadatta għal xejriet u riskji ekonomiċi u ambjentali ġodda u inċertezzi ġeopolitiċi filwaqt li ttejjeb u ssaħħaħ is-sorveljanza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u l-ġestjoni tar-riskju prudenzjali;

F.  billi l-Grupp tal-BEI ra bidla ċara fin-natura, il-volum, il-profil tar-riskju u l-kumplessità tan-negozju tiegħu matul dawn l-aħħar snin taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ("FEIS"), b'tendenza lejn għadd dejjem akbar ta' operazzjonijiet iżgħar appoġġati mill-garanzija tal-UE taħt il-FEIS, kif ukoll minn żieda sinifikanti tal-mandati ġestiti f'isem il-Kummissjoni Ewropea u fl-għoti ta' servizzi ta' konsulenza;

G.  billi l-bażi kapitali tal-BEI, l-adegwatezza u l-kapaċità ta' self futur se jħossu l-impatt tal-Brexit;

H.  billi l-BEI għandu jagħti valur miżjud bl-ogħla livell ta' integrità, governanza tajba, u speċjalment fid-dawl tas-sejbiet tal-Ombudsman fid-"Deċiżjoni fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment(7)", l-ogħla livell ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont, kif ukoll jimxi skont l-Aħjar Prattika Bankarja applikabbli;

I.  billi l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' ħasil tal-flus, ta' finanzjament tat-terroriżmu u ta' prattiki dannużi tat-taxxa għandhom jibqgħu prijorità kostanti tal-BEI;

J.  billi fil-31 ta' Diċembru 2017, l-azzjonisti tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) kienu jinkludu l-BEI (58.5 %), l-Unjoni rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (29.7 %) u 32 istituzzjoni finanzjarja (11.8 %); billi l-maġġoranza tal-operazzjonijiet tal-FEI huma attwalment iffinanzjati taħt ftehimiet ta' Mandat speċifiċi ma' partijiet terzi;

Ir-rwol tal-BEI biex jiżgura investiment pubbliku strateġiku li jżid il-valur

1.  Jirrimarka li l-investiment pubbliku għadu meħtieġ sabiex jingħalqu d-diskrepanzi fl-investiment f'diversi setturi li jkunu għadhom taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi f'ħafna Stati Membri vulnerabbli u f'pajjiżi ta' koeżjoni biex dawn ikomplu jirkupraw mill-impatt tal-kriżi u biex tingħata spinta lit-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni fl-Unjoni fuq terminu twil u b'mod sostenibbli;

2.  Jinnota li t-total tal-kapital sottoskritt tal-BEI huwa ta' EUR 243 biljun; jinnota li l-azzjonisti tal-BEI jinkludu l-Istati Membri kollha u li, minbarra l-kapital imħallas, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom ukoll li jipprovdu kapital addizzjonali fuq talba; jindika li l-akbar erba' azzjonisti huma l-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit, b'kull wieħed minnhom responsabbli għal EUR 39.14 biljun u 16.11 % tat-total;

3.  Jinnota li, skont l-istrateġija operattiva tiegħu, il-BEI għandu l-għan li jappoġġa l-objettivi strateġiċi Ewropej, bħat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u t-tkabbir ekonomiku fit-tul u l-ħolqien tal-impjiegi, jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs, jipproteġi l-ambjent u jrawwem it-tranżizzjoni tal-enerġija billi jiffinanzja l-adattament għall-klima u l-proġetti ta' mitigazzjoni, jindirizza l-kriżi tal-impjiegi li qiegħda tiffaċċja l-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-UE, jappoġġa proġetti ta' infrastruttura u jgħin fil-mitigazzjoni tal-kawżi tal-migrazzjoni;

4.  Iqis li l-BEI għandu rwol finanzjarju rilevanti, li jista' jġib riżultati konsiderevoli fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-Unjoni u jistieden lill-BEI jiffoka fuq l-investimenti li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u jsaħħu l-kompetittività u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li jappoġġaw il-politika ta' koeżjoni f'reġjuni inqas żviluppati;

5.  Jistieden lill-BEI jkompli jnaqqas id-diskrepanzi rikorrenti fl-investiment u l-fallimenti strutturali tas-suq li għadhom għaddejjin billi jfassil infiq olistiku u f'terminu medju, filwaqt li jiffaċilita l-kofinanzjament fil-livell nazzjonali u l-pjanijiet ta' investiment, inter alia, lejn ir-reġjuni u l-lokalitajiet tal-Unjoni li huma kkaratterizzati minn dħul baxx u li qed jiffaċċjaw aktar ostakli għall-investiment;

6.  Jisħaq li l-enfasi tal-prijoritajiet tal-BEI fil-Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 għandha tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal żvilupp intelliġenti u sostenibbli;

7.  Jissottolinja l-fatt li l-kundizzjonijiet tas-self tal-BEI għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tar-reġjuni periferiċi tal-UE permezz tal-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi; jappella lill-BEI jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-arranġamenti għall-għoti ta' assistenza teknika u għarfien espert finanzjarju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali qabel ma jiġu approvati l-proġetti, sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jiġu involuti, speċjalment dawk b'rata aktar baxxa ta' suċċess għall-approvazzjoni ta' proġetti;

8.  Iħeġġeġ lill-BEI jsawwar finanzjament jew għażliet ta' finanzjament sostenibbli u ambjent ta' investiment favorevoli li jirrifletti l-għanijiet politiċi u l-impenji tal-Unjoni, bil-ħsieb li jitrawmu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-innovazzjoni fl-Unjoni, kif ukoll tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali u ambjentali tal-investiment tal-BEI bit-tnaqqis tad-diskrepanza fl-investiment fis-settur soċjali u fir-rigward tas-sikurezza tal-infrastruttura; jistieden lill-BEI biex iqis, fil-każ ta' proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, ir-riskji rilevanti kollha tal-impatt ambjentali u biex jiffinanzja biss dawk li wrew valur miżjud veru għall-popolazzjoni lokali u mil-lat ambjentali, soċjali u ekonomiku; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ strett tar-riskji possibbli ta' korruzzjoni u frodi f'dan il-kuntest u li jitwettqu valutazzjonijiet ex ante u ex post bir-reqqa fir-rigward tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati;

9.  Iħeġġeġ lill-BEI jinforma kontinwament lill-partijiet ikkonċernati dwar il-potenzjalitajiet finanzjarji u jipprovdi servizzi ta' konsulenza adegwati meta jkun hemm bżonn minkejja li l-istrumenti tal-BEI huma mmexxija mid-domanda;

10.  Jisħaq li fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iridu jitfasslu arranġamenti dettaljati dwar l-obbligi kollha tar-Renju Unit lejn il-BEI sabiex jiġi żgurat li ma tiġix affettwata l-kapaċità tal-BEI li jilħaq l-objettivi tiegħu;

L-ixprunar tal-investiment f'oqsma strateġiċi ewlenin

11.  Jinnota li, skont ir-Rapport Finanzjarju tal-BEI għall-2017, is-self iffirmat tal-Bank għall-2017 ammonta għal EUR 69.9 biljun (EUR 62.6 biljun fi ħdan l-UE u EUR 7.3 biljun barra mill-UE) li huwa ammont aktar baxx meta mqabbel mal-aħħar 5 snin (2013–2016) minħabba li jaqa' taħt is-EUR 70 biljun, minkejja li jinsab fil-limitu ta' flessibilità ta' 10 % previst fil-Pjan Operattiv tal-BEI, u jinnota wkoll l-istabbiltà u l-kwalità tal-portafoll tas-self b'0.3 % f'kuntratti ta' self indeboliti meta mqabbla ma' dik tal-2016;

12.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija lill-BEI u li dan huwa normali fil-każ ta' istituzzjonijiet finanzjarji maħtura mill-Istati Membri biex jgħinu sabiex jintlaħqu l-miri pubbliċi; jindika, madankollu, li s-sitwazzjoni tirrikjedi l-aktar politiki responsabbli dwar il-kreditu sabiex il-fondi jintefqu b'mod effikaċi għall-Unjoni kollha, għall-Istati Membri tagħha u għall-interess pubbliku; jappella lill-BEI, li jopera fi ħdan mandat għall-iżvilupp, biex jiżgura konformità aħjar mal-għanijiet tal-politika ambjentali u soċjali tiegħu u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż fi proġetti kofinanzjati jew kontribuzzjonijiet għall-fondi ta' investiment u fondi ta' ekwità privata;

13.  Itenni t-tħassib tiegħu li nofs l-Istati Membri rċevew 80 % tal-investiment totali tal-BEI fl-UE filwaqt li l-14-il Stat Membru l-ieħor irċevew 10 % biss minn dan l-investiment; itenni wkoll li tliet Stati Membri individwalment irċevew 16 %, 15 % u 11 % rispettivament; jitlob lill-Bank jinkludi fir-rapportar tiegħu informazzjoni dwar l-investiment tiegħu f'reġjuni b'introjtu baxx u dawk b'introjtu għoli skont l-Istħarriġ ta' Investiment tiegħu stess (EIBIS) u fir-rigward tal-effett potenzjali biex jingħelbu l-lakuni u l-ostakoli għall-investiment f'reġjuni inqas favorevoli fl-UE;

14.  Jistieden lill-BEI biex jerġa' jeżamina l-estimi tiegħu ta' investimenti per capita u l-klassifikazzjoni tal-Istati Membri kif xieraq, peress li ċ-ċifri aġġornati jidhru li jindikaw gradazzjoni li ġeneralment tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni skont somom assoluti rċevuti mill-Istati Membri;

15.  Jinnota barra minn hekk li, skont ir-Rapport Annwali tal-FEI għall-2017, fl-2017 il-FEI ffirma tranżazzjonijiet li jammontaw għal EUR 9.3 biljun, meta mqabbel ma' EUR 9.45 biljun fl-2016, li kellhom effett ta' lieva fuq il-EUR 35.4 biljun ta' finanzjament biex jiġu appoġġati l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fl-Ewropa;

16.  Jieħu nota tal-finanzjament tal-Grupp tal-BEI kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE fl-2017 b'appoġġ għall-għanijiet tal-politika pubblika tiegħu, li ammontaw rispettivament għal (i) EUR 13.8 biljun għall-innovazzjoni u l-ħiliet, (ii) EUR 18-il biljun għall-infrastruttura, (iii) EUR 16.7 biljun għall-proġetti relatati mal-ambjent u (iv) EUR 29.6 biljun għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja; jissottolinja l-fatt li minħabba l-impatt u l-importanza tagħhom għall-ekonomiji l-investimenti kemm lokali kif ukoll nazzjonali, fl-SMEs, fi start-ups, fir-riċerka, fl-innovazzjoni, fl-ekonomija diġitali u fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma essenzjali għall-irkupru ekonomiku fl-UE u għall-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità;

17.  Jinnota li fl-2017 il-volum ta' self tal-BEI fl-Unjoni ammonta għal EUR 18.24 biljun għall-objettiv orizzontali ta' koeżjoni ekonomika u soċjali u l-Bank laħaq 29.6 % mill-investiment fil-mira ta' 30 % għal dan l-objettiv;

18.  Jinnota li l-BEI impenja 25 % tal-finanzjament totali tiegħu għal proġetti relatati mat-tibdil fil-klima, impenn li sal-2020 jitla' għal 35 %; jindika li din it-tendenza għandha tiġi vvalutata b'mod pożittiv filwaqt li jinnota li l-proġetti appoġġati għandhom ikunu effettivi mhux biss fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima iżda wkoll minn perspettiva finanzjarja;

19.  Jinnota li fl-Unjoni, EUR 16.58 biljun kienu ddedikati għall-objettiv orizzontali tal-azzjoni klimatika li permezz tiegħu l-BEI kkontribwixxa għall-allinjament mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u mal-iżvilupp sostenibbli globali; iħeġġeġ lill-BEI jżomm livell għoli ta' ambizzjoni f'dak il-qasam;

20.  Jilqa' l-impenn tal-BEI li jallinja l-operazzjonijiet tiegħu mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 sal-2020; fid-dawl tar-Rapport IPPC riċenti, jistieden lill-BEI biex jirrevedi l-istrateġija klimatika tiegħu sabiex jallinjaha mal-perkors tat-tisħin globali ta' 1,5°C;

21.  Iħeġġeġ lill-BEI biex isaħħaħ il-preżenza u l-attivitajiet tiegħu fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, billi huma strateġikament importanti għall-UE u jirrimarka li t-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kreditu u investiment fir-reġjun huwa kruċjali;

22.  Jinnota r-reviżjoni kontinwa tal-Kriterji dwar is-Self għall-Enerġija tal-BEI; jistenna li din ir-reviżjoni tkun allinjata mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015; itenni t-talba lill-BEI biex jagħti prijorità lis-self tiegħu lil RES deċentralizzati fuq skala żgħira u effiċjenti fl-enerġija u biex jippreżenta pjan ambizzjuż biex iwaqqaf il-finanzjament tal-proġetti tal-karburanti fossili; jistieden lill-BEI jimmira li jsir mexxej tal-azzjoni klimatika u jżid l-investiment fis-settur tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza tal-enerġija, kif ukoll li jikkunsidra dak l-għan bħala prijorità fir-reviżjoni tal-kriterji tiegħu ta' self tal-enerġija;

23.  Jilqa', f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-BEI fil-ħruġ ta' bonds ta' sensibilizzazzjoni dwar il-klima (jew EUR 4.29 biljun meta mqabbel ma' EUR 3.8 biljun fl-2016), li jikkorrispondu għall-involviment tal-azzjoni klimatika tal-bank biex jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira b'impatti lokali u reġjonali msaħħa;

24.  Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jkompli jsaħħaħ ir-rwol tiegħu biex jgħin ħalli jinkiseb żvilupp sostenibbli u li l-azzjoni klimatika għandha tiffoka prinċipalment fuq it-trasport u l-produzzjoni ta' enerġija nadifa, fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija (għat-tisħin, it-trasport u l-produzzjoni), fuq il-produzzjoni industrijali nadifa u fuq il-biedja sostenibbli u t-trattament u l-provvista tal-ilma, u fuq it-tranżizzjoni ambjentali b'mod ġenerali;

25.  Ifakkar li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u għalhekk jappella lill-BEI biex inaqqas id-distakkta' nuqqas ta' aċċess tal-SMEs għall-kreditu billi jtejjeb il-programmi eżistenti, bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u billi jżid il-finanzjament allokat lilhom; jappella għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' politika aktar proattivi għall-SMEs u l-mikrointrapriżi fir-rigward tal-banek intermedjarji li jiżborżaw il-fondi tal-BEI;

26.  Jindika li l-BEI, meta jipprovdi appoġġ lill-kumpaniji tal-UE barra mill-pajjiż, għandu jqis kif xieraq l-istrateġija kummerċjali tal-UE, inkluż il-kummerċ ħieles, is-servizzi u l-ftehimiet ta' investiment eżistenti u futuri; jindika li, f'dak il-kuntest, il-BEI għandu jqis b'mod partikolari r-rekwiżiti tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej;

27.  Jindika li parti mill-attività globali tas-self tal-BEI hija ddedikata għall-operazzjonijiet barra mill-Unjoni; jinnota li jrid ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib u komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta' self estern tal-BEI u l-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE;

28.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-BEI biex jikkontribwixxi għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u biex jindirizza l-isfidi globali relatati mal-migrazzjoni; inkluż bit-tnedija ta' bonds ta' għarfien dwar is-sostenibbiltà biex jiġi ffinanzjat is-17-il għan ta' żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

Il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI

29.  Jinnota b'sodisfazzjon il-konklużjoni tal-Kumitat tal-Verifika li d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji adottati mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank fil-31 ta' Diċembru 2017 u tar-riżultati tal-operazzjonijiet u tal-flussi tal-flus tiegħu għall-2017 f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

30.  Itenni, madankollu, it-talba tiegħu dwar ir-rapport annwali tal-BEI u jitlob li l-BEI jippreżenta rapport tal-attività annwali aktar komprensiv, dettaljat u armonizzat u jtejjeb b'mod sinifikanti l-preżentazzjoni tal-informazzjoni billi jinkludi tqassim dettaljat u affidabbli tal-investimenti approvati, iffirmati u mħallsa għal sena partikolari u s-sorsi ta' finanzjament involuti (riżorsi proprji, FEIS, programmi tal-UE ġestiti b'mod ċentrali, eċċ), kif ukoll informazzjoni dwar il-benefiċjarji (l-Istati Membri, is-settur pubbliku jew privat, intermedjarji jew riċevituri diretti), is-setturi appoġġati, u r-riżultati ta' evalwazzjonijiet ex post;

31.  Jieħu nota tal-volum ta' attivitajiet speċjali ġodda ffirmati mill-Bank fl-2017, li jikkorrispondu għal proġetti bi profil ta' riskju ogħla, b'ammont ta' EUR 18-il biljun (2016: EUR 13.1 biljun) li minnhom EUR 2.7 biljun kienu jaqgħu bħala riskju proprju tal-BEI u l-EUR 15.3 biljun li jifdal kienu koperti mill-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-portafoll;

32.  Jieħu nota tar-riżultati rrappurtati ta' 26 proġett mitmum fl-2017 barra mill-UE, li għalihom il-valutazzjoni permezz ta' qafas ta' kejl tar-riżultati (REM) għal interventi esterni tippermetti l-valutazzjoni tar-riżultati mhux biss kif mistennija, iżda kif miksuba; josserva, madankollu, li fir-rigward tal-attivitajiet fi ħdan l-UE, l-informazzjoni hija ppreżentata esklussivament fuq l-impatt potenzjali u r-riżultati mistennija tal-operazzjonijiet ġodda ffirmati fl-2017 abbażi tal-għodda tal-valutazzjoni bi tliet pilastri (3PA); itenni t-talba tiegħu lill-Bank biex jinkludi informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba minn proġetti kkompletati fl-UE u biex jadatta t-3PA jekk ikun meħtieġ għal dan il-għan;

33.  Jemmen li hemm bżonn li jiġu approfonditi l-kriterji tal-verifika tal-livell ta' addizzjonalità tal-BEI biex jiġi orjentat aħjar il-finanzjament tiegħu, biex jiġi evitat irduppjar tal-objettivi u biex jinstabu s-sinerġiji kollha possibbli kull fejn ikun possibbli;

34.  Iħeġġeġ it-trawwim tal-kultura tal-prestazzjoni fi ħdan il-BEI b'titjib gradwali b'mod partikolari biex jiġu limitati l-indikaturi ta' prestazzjoni trasversali dwar l-impatt tal-operazzjonijiet ewlenin tal-BEI;

35.  Jistieden lill-BEI jressaq b'mod regolari provi tas-sostenibbiltà tal-eżiti, tal-impatti u tar-riżultati b'indikaturi rilevanti u aġġornati; jemmen li t-titjib tal-adegwatezza u r-rilevanza tal-indikaturi fit-tabella ta' valutazzjoni huma kruċjali mhux biss biex jintwera sens ta' portata tar-riżultati u tal-impatt, iżda biex jinstabu modi biex isir intervent li jkun dejjem aktar effettiv;

36.  Huwa tal-fehma li, lil hinn mil-livell effettiv ta' investiment, għandha ssir ħidma fuq id-durabilità, jiġifieri fuq il-kapaċità ta' proġett li jżomm il-benefiċċji tiegħu fit-tul taħt forma ambjentali, finanzjarja, ekonomika jew soċjali (diretta jew le) wara li l-proġett ikun tlesta;

37.  Jilqa' l-adozzjoni tal-BEI tal-politika ta' esklużjoni approvata f'Diċembru 2017 u jitlob li dak l-istrument jintuża b'mod rigoruż sabiex jiġu esklużi mill-finanzjament tal-BEI l-klijenti involuti fi prattiki korrotti jew frodi;

Żvilupp tal-FEIS

38.  Jinnota li, sa tmiem l-2017, il-grupp tal-BEI (il-BEI u l-FEI) iffirma 606 operazzjoni taħt il-FEIS għal finanzjament totali ta' EUR 37.4 biljun u li dawn l-operazzjonijiet huma mistennija li jimmobilizzaw investimenti ta' EUR 207.3 biljun fit-28 Stati Membri u fost l-objettivi kollha stabbiliti fir-Regolament tal-FEIS bid-distribuzzjoni li ġejja għas-setturi ewlenin: 30 % għall-SMEs, 24 % għar-RŻI, 21 % għas-settur tal-enerġija, 10 % għaż-żona diġitali, 8 % għat-trasport, 4 % għall-infrastruttura soċjali u 4 % għall-ambjent u l-effiċjenza tar-riżorsi; iħeġġeġ lill-BEI biex jimminimizza l-investimenti tiegħu f'setturi u proġetti li jużaw ħafna karbonju u biex iżid is-sehem tiegħu ta' investimenti għat-titjib tal-ambjenti u l-effiċjenza tar-riżorsi;

39.  Jinnota li mill-31 ta' Diċembru 2017, taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni (IIW), il-BEI kien iffirma 278 operazzjoni għal finanzjament totali ta' EUR 27.4 biljun, li huma mistennija li jimmobilizzaw investimenti ta' EUR 131.4 biljun f'27 Stat Membru, kif ukoll li taħt it-Tieqa għall-SMEs (SMEW), il-FEI kien iffirma operazzjonijiet ma' 305 intermedjarju finanzjarju għal total ta' finanzjament tal-FEI ta' kważi EUR 10 biljun, li huma mistennija li jimmobilizzaw investiment ta' EUR 76 biljun fit-28 Stat Membru tal-UE; josserva li, sa tmiem l-2017, total ta' 135,785 kumpanija kienu diġà rċevew finanzjament mill-FEIS appoġġati taħt l-SMEW u nħolqu jew ġew appoġġati 1.5 miljun impjieg;

40.  Itenni li l-investiment attwali mobilizzat mill-FEIS jista' jitkejjel biss fi tmiem il-perjodu ta' investiment filwaqt li jitqies li l-effett multiplikatur globali stmat ta' 606 tranżazzjoni approvati u ffirmati taħt il-FEIS fi tmiem l-2017 huwa ta' 13.53x, kemxejn inqas mis-suppożizzjoni u l-mira inizjali ta' 15x meta tnieda l-FEIS; jinnota li l-informazzjoni dwar kif il-multiplikaturi tal-parametru referenzjarju ġew derivati bħalissa hija mifruxa fost is-servizzi kollha tal-BEI u jirrakkomanda li din l-informazzjoni kollha tinġabar f'dokument għalih waħdu;

41.  Josserva li ma saret l-ebda talba għal garanziji fuq il-baġit tal-Unjoni minħabba operazzjonijiet ta' inadempjenza;

42.  Jinnota li l-limiti ta' konċentrazzjoni ġeografika indikattivi stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS, li jesiġu li fi tmiem il-perjodu ta' investiment, is-sehem tal-investiment tal-IIW (f'termini ta' operazzjonijiet iffirmati) fi kwalunkwe tliet Stati Membri flimkien ma jaqbiżx il-45 % tal-portafoll totali tal-FEIS, ma ġewx rispettati peress li sal-31 ta' Diċembru 2017 it-tliet Stati Membri bl-ogħla volum ta' firem (Franza, l-Italja u Spanja) ammontaw għal madwar 47 % tal-volum iffirmat; jirrimarka li għad hemm lok għal titjib fit-twessigħ tad-distribuzzjoni territorjali tal-fondi tal-FEIS filwaqt li jiġu disseminati wkoll b'mod usa' l-opportunitajiet ta' investiment tiegħu;

43.  Jieħu nota tal-evalwazzjoni tal-FEIS u tas-sejbiet tagħha li l-operazzjonijiet ta' attività speċjali tal-FEIS u dawk mhux tal-FEIS għandhom profil tar-riskju simili, kif ukoll li l-kombinazzjoni bejn il-FEIS u l-FSIE u l-għotjiet tas-CEF tibqa' limitata filwaqt li hemm riskju li l-FEIS jeskludi l-istrumenti finanzjarji tal-FSIE; jistenna li n-nuqqasijiet u r-riskji identifikati mill-evalwazzjoni tal-FEIS jitneħħew mal-implimentazzjoni tal-FEIS 2.0;

44.  Jilqa' t-titjib fit-trasparenza bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-kumitat ta' investiment tal-FEIS u d-dokumenti adottati mill-Bord ta' Tmexxija flimkien mal-minuti tal-laqgħat;

45.  Iħeġġeġ sinerġija aħjar bejn il-FEIS u l-banek promozzjonali nazzjonali peress li l-koordinazzjoni mal-NPBs hija sforz rikorrenti li jista' jikkontribwixxi għall-effikaċja tal-FEIS;

Id-Drittijiet tal-Bniedem

46.  Jistieden lill-BEI jistabbilixxi Strateġija għad-Drittijiet tal-Bniedem u jtejjeb id-diliġenza dovuta tiegħu fil-livell tal-proġett biex jidentifika u jindirizza r-riskji relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha tiegħu u tul il-ħajja tal-proġetti tiegħu; jistieden ukoll lill-BEI biex iwaqqaf mekkaniżmu effettiv li bih id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu javżaw lill-bank b'mod sigur dwar l-ambjent li qed jiddeterjora jew ir-riskji ta' kunflitt u tpattija;

It-tisħiħ tat-trasparenza u r-responsabbiltà fil-governanza u l-attivitajiet korporattivi tal-BEI

47.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Kumitat tal-Verifika fir-Rapport Annwali tiegħu lill-Bord tal-Gvernaturi għas-sena finanzjarja 2017 rigward:

a)  l-importanza li jiġu żgurati s-saħħa finanzjarja u s-sostenibbiltà tal-BEI fuq terminu twil u li tinżamm il-klassifikazzjoni AAA tiegħu f'ambjent ta' inċertezza ġeopolitika, ta' politika ekonomika, ta' żviluppi regolatorji u makroekonomiċi inċerti;

b)  il-ħtieġa li jsir rieżami u titjib tal-ambjent ta' Kontroll Intern u ta' Ġestjoni tar-Riskju tal-Grupp tal-BEI fid-dawl tad-daqs li qed jinbidel u l-kumplessità li qed tevolvi tal-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI;

c)  il-ħtieġa li tinkiseb l-implimentazzjoni sħiħa tal-aħjar prattiki bankarji inkluż f'oqsma fejn għad hemm lakuni ta' konformità mifruxa;

d)  il-ħtieġa li titwettaq analiżi komprensiva u li mbagħad tiġġedded l-approvazzjoni tal-kreditu u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-BEI, peress li l-proċess ta' evalwazzjoni u ta' approvazzjoni tas-self u l-ambjent ta' kontroll rispettiv ma jidhirx li kapaċi jlaħħqu mal-ħtiġijiet attwali tan-negozju u din hi evidenza ta' pressjoni fuq is-servizzi;

48.  Jikkondividi bis-sħiħ id-dispjaċir tal-Kumitat tal-Verifika li l-BEI għadu ma għamilx progress biex jindirizza t-tħassib espress fi tliet snin konsekuttivi (2015, 2016 u 2017) dwar il-kombinament eżistenti ta' responsabbiltajiet bejn ċerti membri tal-Kumitat ta' Tmexxija; jaqbel bis-sħiħ u jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Verifika li l-Membri kollha tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI għandhom ikunu jistgħu jaġixxu b'mod oġġettiv, kritiku u indipendenti, u li l-kombinazzjonijiet mhux ortodossi ta' responsabilitajiet, bħar-responsabilità għas-sorveljanza kemm tal-ewwel kif ukoll tat-tieni linja ta' attivitajiet ta' difiża, għandhom jieqfu;

49.  Jitlob lill-BEI, f'dan ir-rigward, biex iqis b'mod serju din ir-rakkomandazzjoni u biex jiżgura diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livell tal-Kumitat ta' Tmexxija; jilqa' r-riforma mibdija biex tinbidel l-istruttura ta' governanza tal-BEI;

50.  Jistieden lill-BEI jagħlaq id-diskrepanzi eżistenti fil-qafas tal-aħjar prattika bankarja applikabbli u jistenna li dan il-qafas isir kompletament operattiv fl-2008 peress li l-implimentazzjoni tiegħu titqies bħala prekundizzjoni biex jiġu ppreservati s-saħħa u l-istabbiltà finanzjarja tal-BEI;

51.  Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Kumitat tal-Verifika li l-espansjoni rapida tal-attivitajiet tal-BEI u l-kapaċità relatata mal-implimentazzjoni tal-FEIS, ta' mandati ġestiti f'isem partijiet terzi u l-għoti ta' servizzi ta' konsulenza mhux bilfors kienu akkumpanjati minn adattamenti rilevanti fl-istruttura jew fil-proċessi tan-negozju; jinnota li fl-2017 il-Kumitat tal-Verifika jżomm ħamsa mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mill-2015 u l-2016 relatati mal-kontroll intern u l-ambjent tar-riskju; jistieden lill-BEI jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet bħala kwistjoni ta' prijorità u jiżgura li l-proċessi interni, iċ-ċibersigurtà u l-ġestjoni tar-riskji jissodisfaw talbiet u sfidi ġodda u li qed jiżdiedu għall-Grupp tal-BEI;

52.  Iqis li l-BEI għandu jżid it-trasparenza tiegħu, mhux biss lejn il-Parlament Ewropew iżda wkoll lejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jemmen li huwa ġust li r-rappreżentanti demokratiċi għandu jkollhom aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-BEI;

53.  Iqis li hemm lok għal titjib fit-trasparenza kemm fil-livell tal-korpi governattivi kif ukoll fil-livell operattiv; itenni l-ħtieġa li jiġu żvelati sistematikament skedi 3PA u REM; jitlob li tiġi żvelata wkoll informazzjoni mhux kunfidenzjali mill-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Bord tal-Gvernaturi; japprezza l-fatt li l-BEI fl-2017 beda jippubblika l-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI, id-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tad-direttur u ċerta informazzjoni dwar il-proġetti, fosthom il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali;

54.  Itenni li t-trasparenza, diliġenza dovuta b'saħħitha u l-kontroll fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE mhux biss iwasslu għat-tisħiħ tar-responsabbiltà u tar-responsabbiltà korporattiva ġenerali tal-BEI, b'ħarsa ġenerali ċara lejn it-tip ta' intermedjarji finanzjarji u benefiċjarji finali abbażi ta' diliġenza dovuta bir-reqqa u politika ta' "Kun af il-Klijenti Tiegħek", iżda jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-effikaċja u s-sostenibbiltà ġenerali tal-proġetti ffinanzjati;

55.  Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jestendi l-informazzjoni ppubblikata għall-proġetti implimentati permezz ta' intermedjarji billi jinkludi informazzjoni dwar proġetti finali li jistgħu jippermettu l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-investimenti tiegħu;

56.  Ifakkar li l-proċess ta' governanza għandu jqis aħjar ir-riżultati tad-djalogu jew tal-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew ta' interess jew tħassib speċifiku mill-atturi lokali u reġjonali bil-għan li jippermetti teħid ta' deċiżjonijiet demokratiku aktar informat u leġittimu;

57.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet stabbiliti fir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li skonthom ġew skoperti difetti serji rigward il-Fond Ewropew tal-Investiment: il-Qorti tal-Awdituri tindika irregolarità regolatorja fejn l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri kienu obbligati jivverifikaw l-inizjattivi tal-SMEs iżda ma kellhomx id-dritt, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, li jwettqu verifiki fuq il-post;

58.  Fit-30 investiment eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri, l-intermedjarji finanzjarji kienu approvaw self lil ħames riċevituri mingħajr ma kkonfermaw l-istatus ta' SME tagħhom; dawn il-proġetti ma kinux meqjusa eliġibbli mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, filwaqt li erba' selfiet oħra ttieħdu mill-benefiċjarji jew parzjalment jew kollha kemm huma għal attivitajiet mhux eliġibbli;

59.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-problemi mikxufa mill-Qorti tal-Awdituri, fit-teorija, ġew solvuti bir-Regolament Finanzjarju emendat; jistieden lill-BEI biex ikopri kwistjonijiet marbuta mad-difetti regolatorji fir-rapport annwali tiegħu li jmiss u jiżgura li r-Regolament Finanzjarju emendat jippermetti lill-awtoritajiet tal-verifika tal-Istati Membri jwettqu verifiki anke fil-livell tal-benefiċjarju finali;

60.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Approċċ Interim għall-politika tal-BEI lejn ġurisdizzjonijiet regolati b'mod dgħajjef, mhux trasparenti u mhux kooperattivi (NCJ), adottati mill-Bord tad-Diretturi f'Jannar 2017, iżda jistenna li dan għandu jwassal għar-reviżjoni ta' din il-politika sabiex titjieb id-diliġenza dovuta tal-BEI fis-self estern tiegħu fil-qafas rivedut tal-grupp tal-BEI AML-CFT;

61.  Jistieden lill-BEI jwettaq diliġenza dovuta korporattiva u ta' integrità xierqa biex jidentifika s-sidien benefiċjarji veri tal-klijenti u l-operazzjonijiet kollha tiegħu kif ukoll ta' kumpaniji li fihom isir investiment aħħari meta jkunu involuti investimenti tal-BEI fil-fondi ta' ekwità; jistieden lill-BEI biex jiżvela, fuq is-sit web tiegħu stess, data dwar is-sjieda benefiċjarja relatata mal-klijenti tiegħu sabiex iżid il-viżibbiltà tal-operazzjonijiet tiegħu u jgħin biex jiġu evitati każijiet ta' korruzzjoni u kunflitti ta' interess;

62.  Jistieden lill-BEI, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fil-25 ta' Mejju 2018 dwar id-dispożizzjoni standard tal-UE dwar il-governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa għal ftehimiet ma' pajjiżi terzi, biex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-finanzjament tal-BEI u l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa; jemmen li l-BEI għandu jikkontribwixxi aktar għall-iżvilupp tal-aħjar prattiki għal tassazzjoni ġusta billi jiġġieled kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; jistieden lill-BEI jadotta politika ta' tassazzjoni responsabbli li tiżgura li l-BEI ma jiffinanzjax klijenti involuti fi skemi ta' evitar tat-taxxa u ta' evażjoni tat-taxxa jew li joperaw permezz ta' rifuġji fiskali; jitlob lill-BEI jinkludi dispożizzjoni u klawżoli standard dwar governanza tajba fil-kuntratti tiegħu mal-intermedjarji finanzjarji kollha magħżula;

63.  Jenfasizza li l-Mandat ta' Self Estern rivedut tal-BEI jagħmilha ċara li l-lista sewda tal-UE hija vinkolanti għall-Bank, u li l-operazzjonijiet tal-BEI ma għandhomx jappoġġaw proġetti li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

64.  Jinnota li fi tmiem l-2017, il-BEI kellu 136 każ ta' frodi taħt investigazzjoni, it-tliet tipi prinċipali ta' allegazzjonijiet ikunu frodi bi 53.7 %, korruzzjoni b'25.5 % u kollużjoni b'10.7 %;

65.  Jinnota li l-fondi tal-BEI ntużaw minn kumpaniji involuti fl-Iskandlu tal-Emissjonijiet, speċifikament Volkswagen, u li għaldaqstant jaf intużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet mhux etiċi u illegali;

66.  Jinnota li n-numru ta' ilmenti ġodda ammissibbli żdied minn 84 fl-2016 għal ammont rekord ġdid ta' 102 fl-2017 u li 173 ilment ġew ittrattati fl-2017; jieħu nota li 38 mill-ilmenti li waslu fl-2017 huma relatati biss ma' żewġ proġetti ta' investiment tal-BEI: il-Pipeline Trans-Adrijatiku u l-Mombasa Port Access Road fil-Kenja;

67.  Jinnota r-reviżjoni tal-politika tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI u l-inklużjoni tal-eżempji mogħtija mill-Ombudsman Ewropew għad-definizzjoni ta' amministrazzjoni ħażina, li tinkludi forom ta' amministrazzjoni ħażina jew falluta bħal irregolaritajiet amministrattivi, diskriminazzjoni illegali, rifjuti mhux ġustifikati ta' informazzjoni, abbuż ta' poter u dewmien bla bżonn, madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-bqija tal-eżitu tar-reviżjoni;

68.  Jiddispjaċih li l-BEI ma ħax inkunsiderazzjoni t-tħassib tal-Parlament fir-rigward tar-reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI espress fil-paragrafu 86 tar-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-Rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2016; jinsab imħasseb ħafna li l-Mekkaniżmu tal-Ilmenti approvat u rivedut joħloq riskju serju għall-indipendenza tiegħu u għat-trasparenza tal-investigazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu; jistieden lill-BEI jiżgura li l-Kap tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI jkun kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-ammissibbiltà u l-eliġibbiltà tal-ilment, indipendentement mis-servizzi l-oħra tal-BEI, u li l-proċeduri ta' reklutaġġ għall-Kap tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (CM) isiru aktar trasparenti;

69.  Jieħu nota tad-Deċiżjoni tal-Ombudsman fil-kawżż 1316/2016 TN (imsemmi hawn fuq) dwar allegazzjonijiet fil-politika ta' trasparenza tal-BEI mit-23 ta' Mejju 2018 u jistieden lill-Bank jimplimenta t-titjib issuġġerit mill-Ombudsman dwar it-tneħħija tal-preżunzjoni ta' nuqqas ta' divulgazzjoni relatata ma' dokumenti miġbura u ġġenerati matul l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-awditi, kif ukoll l-abbozzar mill-ġdid ta' dispożizzjonijiet rilevanti tal-politika ta' Trasparenza tiegħu relatata ma' self intermedjat u skadenzi biex jiġu ttrattati t-talbiet għall-informazzjoni;

70.  Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu pprovduti regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess u għal kriterji ċari, stretti u trasparenti għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' influwenza jew ta' nuqqas ta' oġġettività fil-mekkaniżmu ta' attribuzzjoni ta' self; itenni l-fatt li l-BEI jrid jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta malajr kemm jista' jkun sabiex jiżgura li l-Viċi Presidenti ma jkunux inkarigati mill-operazzjonijiet li jseħħu fl-Istati Membri tad-domiċilju tagħhom, peress li dan jipperikola l-indipendenza tal-istituzzjoni; jistieden lill-BEI, f'dan ir-rigward, jipprevjeni b'mod aħjar il-kunflitti ta' interess fil-korpi governattivi tiegħu u kwistjonijiet potenzjali ta' "revolving door", biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu malajr kemm jista' jkun;

71.  Jistenna li l-politika ta' protezzjoni tal-informaturi tal-BEI, li bħalissa qed tiġi riveduta, tkun ambizzjuża u tipprovdi standards għoljin; iħeġġeġ lill-BEI biex jinkludi f'dik ir-reviżjoni kemm informaturi interni kif ukoll esterni u biex jistabbilixxi proċeduri ċari u definiti sew, skedi ta' żmien u linji gwida sabiex jipprovdi lill-informaturi bl-aħjar gwida u jipproteġihom minn kwalunkwe ritaljazzjoni possibbli;

Skrutinju tal-Parlament Ewropew

72.  Jappoġġa l-pożizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-Qorti għandha tingħata mandat biex tivverifika l-operazzjonijiet kollha tal-BEI inklużi dawk fejn il-BEI juża fondi tal-baġit mhux tal-UE għall-operazzjonijiet tiegħu;

73.  Jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu biex jorganizza sessjoni ta' ħidma/seduta ta' smigħ annwali dwar attivitajiet u kontroll tal-operazzjonijiet tal-BEI li jipprovdu lill-Parlament b'informazzjoni rilevanti addizzjonali biex jappoġġa l-ħidma tiegħu dwar l-iskrutinju tal-BEI u l-operazzjonijiet tiegħu;

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament

74.  Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu, b'mod speċjali fir-rigward:

a)  tal-impatt tal-attivitajiet ta' self tiegħu u r-riżultati miksuba;

b)  tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, speċjalment tal-membri tal-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS u l-Bord tad-Diretturi tal-BEI u l-integrazzjoni ta' regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess fil-Kodiċi ta' Kondotta rilevanti u speċjalment ta' dak tal-Bord ta' Tmexxija u tal-Bord tad-Diretturi;

c)  tat-trasparenza u l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sistema ta' kuntrattar u ta' sottokuntrattar fir-rigward ta' intermedjarji u riċevituri finali dwar il-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa, il-frodi u l-korruzzjoni;

75.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/en/95520

(2)

Testi adottati, P8_TA(2017)0138

(3)

Testi adottati, P8_TA(2018)0198.

(4)

ĠU L 280, 27.10.2011, p.1.

(5)

ĠU L 135, 8.5.2014, p.1.

(6)

ĠU L 169, 1.7.2015, p.1.

(7)

https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/en/95520


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (23.11.2018)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar ir-rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI

(2018/2151(INI))

Rapporteur għal opinjoni: William (Il-Konti ta') Dartmouth

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li, skont l-istrateġija operattiva tiegħu, il-BEI għandu l-għan li jappoġġa l-objettivi strateġiċi Ewropej, bħat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u t-tkabbir ekonomiku fit-tul u l-ħolqien tal-impjiegi, jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs, jipproteġi l-ambjent u jrawwem it-tranżizzjoni tal-enerġija billi jiffinanzja l-adattament għall-klima u l-proġetti ta' mitigazzjoni, jindirizza l-kriżi tal-impjiegi li qiegħda tiffaċċja l-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-UE, jappoġġa proġetti ta' infrastruttura u jgħin fil-mitigazzjoni tal-kawżi tal-migrazzjoni;

2.  Jissottolinja l-fatt li l-kundizzjonijiet tas-self tal-BEI għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tar-reġjuni periferiċi tal-UE permezz tal-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi; jappella lill-BEI jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-arranġamenti għall-għoti ta' assistenza teknika u għarfien espert finanzjarju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali qabel ma jiġu approvati l-proġetti, sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jiġu involuti, speċjalment dawk b'rata aktar baxxa ta' suċċess għall-approvazzjoni ta' proġetti;

3.  Jinnota li t-total tal-kapital sottoskritt tal-BEI huwa ta' EUR 243 biljun; jinnota li l-azzjonisti tal-BEI jinkludu l-Istati Membri kollha u li, minbarra l-kapital imħallas, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom ukoll li jipprovdu kapital addizzjonali fuq talba; jindika li l-akbar erba' azzjonisti huma l-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit, b'kull wieħed minnhom responsabbli għal EUR 39.14 biljun u 16.11 % tat-total;

4.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija lill-BEI u li dan huwa normali fil-każ ta' istituzzjonijiet finanzjarji maħtura mill-Istati Membri biex jgħinu sabiex jintlaħqu l-miri pubbliċi; jindika, madankollu, li s-sitwazzjoni tirrikjedi l-aktar politiki responsabbli dwar il-kreditu sabiex il-fondi jintefqu b'mod effikaċi għall-Unjoni kollha, għall-Istati Membri tagħha u għall-interess pubbliku; jappella lill-BEI, li jopera fi ħdan mandat għall-iżvilupp, biex jiżgura konformità aħjar mal-għanijiet tal-politika ambjentali u soċjali tiegħu u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż fi proġetti kofinanzjati jew kontribuzzjonijiet għall-fondi ta' investiment u fondi ta' ekwità privata;

5.  Jisħaq li l-enfasi tal-prijoritajiet tal-BEI fil-Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 għandha tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal żvilupp intelliġenti u sostenibbli;

6.  Jindika li parti mill-attività globali tas-self tal-BEI hija ddedikata għall-operazzjonijiet barra mill-Unjoni; jinnota li jrid ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib u komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta' self estern tal-BEI u l-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE;

7.  Jindika li l-BEI, meta jipprovdi appoġġ lill-kumpaniji tal-UE barra mill-pajjiż, għandu jqis b'mod dovut l-istrateġija kummerċjali tal-UE, inkluż il-kummerċ ħieles, is-servizzi u l-ftehimiet ta' investiment eżistenti u futuri; jindika li, f'dak il-kuntest, il-BEI għandu jqis b'mod partikolari r-rekwiżiti tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej;

8.  Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm analiżi u aġġustament, jekk meħtieġ, tal-proporzjon bejn ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-kompiti tal-BEI fi ħdan l-Unjoni Ewropea (90 %) u dawk ir-riżorsi li jimplimentaw l-objettivi tiegħu f'aktar minn 150 pajjiż terz (10 %);

9.  Jinnota li l-BEI impenja 25 % tal-finanzjament totali tiegħu għal proġetti relatati mat-tibdil fil-klima, impenn li sal-2020 jitla' għal 35 %; jindika li din it-tendenza għandha tiġi vvalutata b'mod pożittiv filwaqt li jinnota li l-proġetti appoġġati għandhom jkunu effettivi mhux biss fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima iżda wkoll minn perspettiva finanzjarja;

10.  Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jkompli jsaħħaħ ir-rwol tiegħu fejn jgħin biex jinkiseb żvilupp sostenibbli u li l-azzjoni klimatika għandha tiffoka prinċipalment fuq it-trasport u l-produzzjoni ta' enerġija nadifa, fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija (għat-tisħin, it-trasport u l-produzzjoni), fuq il-produzzjoni industrijali nadifa u fuq il-biedja sostenibbli u t-trattament u l-provvista tal-ilma, u fuq it-tranżizzjoni ambjentali b'mod ġenerali;

11.  Jinnota li l-fondi tal-BEI ntużaw minn kumpaniji involuti fl-Iskandlu tal-Emissjonijiet, speċifikament Volkswagen, u li għaldaqstant jaf intużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet mhux etiċi u illegali;

12.  Iqis li l-BEI għandu jżid it-trasparenza tiegħu, mhux biss permezz tal-Parlament Ewropew iżda wkoll permezz tal-awtoritajiet tal-Istati Membri; jemmen li huwa ġust li r-rappreżentanti demokratiċi għandu jkollhom aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-BEI;

13.  Jisħaq li fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iridu jitfasslu arranġamenti dettaljati dwar l-obbligi kollha tar-Renju Unit lejn il-BEI sabiex jiġi żgurat li ma tiġix affettwata l-kapaċità tal-BEI li jilħaq l-objettivi tiegħu;

14.  Ifakkar li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u għalhekk jappella lill-BEI biex jindirizza l-fatt li l-SMEs għandhom nuqqas ta' aċċess għall-kreditu billi jtejjeb il-programmi eżistenti, bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u billi jżid il-finanzjament allokat lilhom; jappella għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' politika aktar proattivi għall-SMEs u l-mikrointrapriżi fir-rigward tal-banek intermedjarji li jiżborżaw il-fondi tal-BEI.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

9

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, William (Il-Konti ta') Dartmouth, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Rupert Matthews

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

EFDD

Tiziana Beghin, William (Il-Konti ta') Dartmouth

NI

David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Christophe Hansen, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Nicola Danti, Karin Kadenbach, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Joachim Schuster

9

-

ALDE

Nadja Hirsch, Elsi Katainen, Marietje Schaake

ECR

David Campbell Bannerman, Emma McClarkin, Rupert Matthews, Joachim Starbatty

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

5

0

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Jonathan Bullock, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Benedek Jávor, Marian-Jean Marinescu, Péter Niedermüller, Wim van de Camp

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Henna Virkkunen


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

PPE

Wim van de Camp, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen

S&D

Inés Ayala Sender, Caterina Chinnici, Arndt Kohn, Péter Niedermüller, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Benedek Jávor, Bart Staes

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

1

0

ECR

Ryszard Czarnecki

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Jannar 2019Avviż legali