Proċedura : 2018/2002(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0481/2018

Testi mressqa :

A8-0481/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.26
CRE 04/04/2019 - 6.26

Testi adottati :

P8_TA(2019)0358

RAPPORT     
PDF 152kWORD 53k
20.12.2018
PE 618.076v02-00 A8-0481/2018

dwar it-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew

(2018/2002(INL))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sophia in 't Veld

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew

(2018/2002(INL))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) (COM(2017)0343),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni personali, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (C(2017)4393),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0481/2018),

A.  billi s-suq intern għal prodotti tal-pensjoni personali għadu frammentat ħafna, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżenzjonijiet mit-taxxa;

B.  billi l-istudju dwar il-fattibilità ta' Qafas Ewropew dwar il-Pensjoni Personali ta' Ġunju 2017 (FISMA/2015/146(02)/D) juri li l-inċentivi fiskali huma fundamentali biex jintuża l-PEPP;

C.  billi l-Istati Membri għandhom il-kompetenza esklużiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta;

D.  billi fis-suq intern il-fornituri u l-prodotti kollha għandhom jiġu trattati b'mod ugwali, irrispettivament min-nazzjonalità jew l-Istat Membru tal-oriġini;

1.  Jistieden lill-Kunsill, bil-ħsieb li jittejjeb l-użu tal-PEPP, biex jelabora proposti fir-rigward ta' inċentivi għal dawk li jfaddlu fil-PEPP;

2.  Jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati l-approċċi li ġejjin:

  –  li jiġu analizzati l-inċentivi fiskali eżistenti għall-prodotti ta' pensjoni personali u jiġu vvalutati l-kosti, l-effikaċja u l-effetti ridistributtivi tagħhom u fejn applikabbli jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi u l-effetti rigressivi;

  –  li jingħata ħelsien mit-taxxa lill-PEPP bħal dak mogħti lill-prodotti tal-pensjoni personali nazzjonali, anki f'każijiet fejn il-karatteristiki tal-PEPP ma jaqblux kompletament mal-kriterji nazzjonali kollha;

  –  li jingħata ħelsien mit-taxxa speċifiku lill-PEPP, li jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni, u li jiġi stabbilit fi ftehim tat-taxxa multilaterali bejn l-Istati Membri;

3.  Jenfasizza li t-taxxa hija kompetenza tal-Istati Membri, u li għalhekk kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata ħelsien speċjali mit-taxxa lill-PEPP tibqa' f'idejn kull Stat Membru;

4.  Ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-opportunità li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni msaħħa.;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

18

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pervenche Berès, Esther de Lange, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Herbert Dorfmann, Bas Eickhout, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Michel Reimon, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Christophe Hansen, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Csaba Sógor, Helga Stevens, Sabine Verheyen, Kristina Winberg


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck, Sophia in 't Veld

PPE

Herbert Dorfmann, Christophe Hansen, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Csaba Sógor, Romana Tomc, Sabine Verheyen

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Dietmar Köster, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Alex Mayer, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Jakob von Weizsäcker

18

-

ALDE

Caroline Nagtegaal

ECR

Amjad Bashir, Ashley Fox, Bernd Lucke, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

PPE

Esther de Lange

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Sven Giegold, Jean Lambert, Michel Reimon

1

0

S&D

Paul Tang

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Jannar 2019Avviż legali