Proċedura : 2018/0180(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0483/2018

Testi mressqa :

A8-0483/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.17
CRE 26/03/2019 - 7.17

Testi adottati :

P8_TA(2019)0237

RAPPORT     ***I
PDF 932kWORD 80k
20.12.2018
PE 628.440v01-00 A8-0483/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv

(COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Neena Gill

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv

(COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0355),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0209/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew ta' …,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0483/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(1)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/1011 fir-rigward ta' parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Fil-25 ta' Settembru 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat qafas globali ġdid għall-iżvilupp sostenibbli: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli(4), li għandha fil-qalba tagħha l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli(5) torbot l-SDGs mal-qafas ta' politika tal-Unjoni biex ikun żġurat li l-azzjonijiet u inizjattivi ta' politika kollha tal-Unjoni, kemm fl-Unjoni kif ukoll fuq livell dinji, jieħu inkonsiderazzjoni mill-bidu nett l-SDGs. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Ġunju 2017(6) ikkonfermaw l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 b'mod sħiħ, koerenti, komprensiv, integrat u effikaċi, u f'kooperazzjoni mill-qrib ma' sħab u ma' partijiet ikkonċernati oħra.

(2)  Fl-2015, l-Unjoni kkonkludiet il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima(7). L-Artikolu 2(c) ta' dan il-Ftehim jistabbilixxi l-objettiv li tissaħħaħ ir-reazzjoni għat-tibdil fil-klima, fost mezzi oħra billi l-flussi finanzjarji jkunu konsistenti ma' triq lejn emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra u żvilupp reżiljenti għall-klima.

(2a)  Fit-8 ta' Ottubru 2018, il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) ippubblika rapport speċjali intitolat "Global Warming of 1.5°C" (Tisħin Globali ta' 1.5°C) (Rapport Speċjali tal-IPCC) li wissa dwar ir-riskji estremi li jintlaħaq tisħin globali ta' 2°C aktar mil-livelli preindustrijali u sejjaħ għal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5ºC, filwaqt li jinnota li dan jirrikjedi "bidliet rapidi, mifruxa u mingħajr preċedent fl-aspetti kollha tas-soċjetà".

(2b)  L-Unjoni għandha tippromwovi l-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-IPCC bħala l-input xjentifiku ewlieni fil-Konferenza ta' Katowice dwar it-Tibdil fil-Klima fil-Polonja f'Diċembru 2019, meta l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima ser jiġi rieżaminat.

(3)  Is-sostenibbiltà u t-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, aktar effiċjenti fir-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari huma ta' importanza ewlenija biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sostenibbiltà ilha ferm fil-qalba tal-proġett tal-Unjoni u t-Trattati tal-Unjoni jirrikonoxxu d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali tagħha. Iż-żmien huwa limitat sabiex il-kultura fis-settur finanzjarju tiġi ttrasformata f'waħda favur finanzi sostenibbli biex jiġi żgurat li ż-żieda fit-temperatura medja globali tibqa' ferm taħt 2ºC. Għaldaqstant, huwa essenzjali li l-investimenti fl-infrastruttura ġdida jkunu sostenibbli fit-tul.

(4)  F'Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan ta' Azzjoni tagħha "Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli"(8), li jistabbilixxi strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-finanzjament sostenibbli. Wieħed mill-objettivi ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni huwa li jirriorjenta l-flussi kapitali lejn l-investiment sostenibbli biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklużiv. Huwa kruċjali li aktar attenzjoni tingħata għal li jiġi limitat l-impatt tat-tibdil fil-klima billi d-diżastri kkawżati mill-imprevedibbiltà tal-kundizzjonijiet tat-temp żdiedu b'mod drammatiku.

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) appellat għal żieda fil-finanzjament tas-settur privat għan-nefqa ambjentali u relatata mal-klima, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti inċentivi u metodoloġiji li jistimulaw lill-kumpaniji biex ikejlu l-kostijiet ambjentali tan-negozju u l-qligħ tagħhom derivati​mill-użu ta' servizz ambjentali.

(6)  Il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fl-Unjoni teħtieġ l-użu ta' flussi ta' kapital lejn investimenti sostenibbli. Huwa importanti li jiġi sfruttat b'mod sħiħ il-potenzjal tas-suq intern għall-kisba ta' dawn l-għanijiet. F'dan il-kuntest, huwa kruċjali li jitneħħew l-ostakli għall-moviment effiċjenti ta' kapital lejn investimenti sostenibbli fis-suq intern u li jiġi evitat li ostakli mistennija bħal dawn jitfaċċaw.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) jistabbilixxi regoli uniformi għal parametri referenzjarji fl-Unjoni u jaħseb għal tipi differenti ta' parametri referenzjarji abbażi tal-karatteristiċi, il-vulnerabbiltajiet u r-riskji tagħhom. Għadd dejjem jiżdied ta' investituri jsegwi strateġiji ta' investiment b'livell baxx ta' karbonju u jirrikorri għal parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju biex iqabbel jew ikejjel il-prestazzjoni ta' portafolji ta' investiment. Il-parametri referenzjarji eżistenti għal livell baxx tal-karbonju huma tassew suxxettibbli għal greenwashing. Għaldaqstant, il-parametri referenzjarji finanzjarji għandhom ikunu ċari u trasparenti u allinjati mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, kif implimentati fid-dritt tal-Unjoni, bħala għodda essenzjali għall-investituri.

(8)  Varjetà wiesgħa ta' indiċijiet hija attwalment miġbura flimkien bħala indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju. Dawn l-indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju jintużaw bħala parametri referenzjarji għal portafolji ta' investiment u għal prodotti li jinbiegħu lil hinn mill-fruntieri. Il-kwalità u l-integrità tal-parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju jaffettwaw il-funzjonament effikaċi tas-suq intern f'varjetà wiesgħa ta' portafolji ta' investiment individwali u kollettivi. Ħafna indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju użati bħala miżuri ta' prestazzjoni għal portafolji ta' investiment, b'mod partikolari għal kontijiet ta' investiment segregati u għal skemi ta' investiment kollettivi, huma fornuti fi Stat Membru wieħed iżda jintużaw minn maniġers tal-assi u ta' portafolji fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-maniġers tal-assi u ta' portafolji ta' spiss jiħħeġġjaw ir-riskji tal-esponiment għall-karbonju tagħhom billi jużaw parametri referenzjarji prodotti fi Stati Membri oħra.

(9)  Tfaċċaw fis-suq kategoriji differenti ta' indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju bi gradi differenti ta' ambizzjoni. Filwaqt li xi parametri referenzjarji għandhom l-għan li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju ta' portafoll ta' investiment standard, oħrajn għandhom l-għan li jagħżlu biss komponenti li jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv ta' 2°C kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. Minkejja d-differenzi fl-għanijiet u fl-istrateġiji, bosta minn dawn il-parametri referenzjarji kollha huma ta' spiss promossi bħala parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju. Hemm riskji serji assoċjati ma' dawn it-tip ta' parametri referenzjarji billi x'aktarx li joħolqu konfużjoni fost l-investituri u jżidu l-probabbiltà ta' greenwashing.

(10)  L-approċċi diverġenti għal metodoloġiji ta' parametri referenzjarji jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern billi l-utenti tal-parametri referenzjarji ma jkollhomx ċarezza dwar jekk indiċi partikolari b'livell baxx ta' karbonju huwiex parametru referenzjarju allinjat mal-objettiv 2 °C jew sempliċement parametru referenzjarju li għandu l-għan li jnaqqas l-impronta tal-karbonju ta' portafoll ta' investiment standard. Biex jindirizzaw talbiet potenzjalment illeġittimi minn amministraturi dwar in-natura b'livell baxx ta' karbonju tal-parametri referenzjarji tagħhom, l-Istati Membri jafu jadottaw regoli differenti biex jevitaw li tinħoloq konfużjoni fost l-investituri u ambigwità dwar l-iskop u l-livell ta' ambizzjoni li jirfdu l-kategoriji differenti tal-hekk imsejħa indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju użati bħala parametri referenzjarji għal portafoll ta' investiment b'livell baxx ta' karbonju.

(11)  Fin-nuqqas ta' qafas armonizzat biex jiżgura l-preċiżjoni u l-integrità tal-kategoriji prinċipali ta' parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju użati fil-portafolji ta' investiment individwali jew kollettivi, huwa probabbli li d-differenzi fl-approċċi tal-Istati Membri joħolqu ostakli għat-tħaddim bla xkiel tas-suq intern.

(12)  Għalhekk, biex jinżamm il-funzjonament xieraq tas-suq intern għall-benefiċċju tal-investitur aħħari, biex jitjiebu aktar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, u biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, huwa xieraq li r-Regolament (UE) 2016/1011 jiġi adattat biex jinħoloq qafas regolatorju minimu li jarmonizza u jintegra l-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi fil-livell tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, huwa ta' importanza partikolari li tali parametri referenzjarji ma għandhomx jagħmlu ħsara sinifikanti lil objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) oħra, b'mod partikolari meta definiti minn qafas għall-Unjoni fl-intier tagħha biex jiffaċilita investiment sostenibbli bbażat fuq indikaturi u kriterji armonizzati.

(13)  L-introduzzjoni ta' distinzjoni ċara bejn parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi u l-iżvilupp ta' standards minimi għal kull wieħed minnhom ser jgħinu biex jiffaċilitaw il-konsistenza tul il-parametri referenzjarji li jagħżlu li jippromwovu huma stess bħala tali. Il-parametru referenzjarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi għandu jkun iffukat fuq kumpaniji jew segmenti ta' suq speċifiku li diġà huma konformi mal-mira fit-tul ta' tisħin globali tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

(14)  Jenħtieġ li kull kumpanija li l-assi tagħha jintgħażlu bħala sottostanti f'parametru referenzjarju tat-tranżizzjoni klimatika jkollu pjan biex inaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju tiegħu fid-dawl ta' allinjament sħiħ mal-mira fit-tul ta' tisħin globali tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. Jenħtieġ li tali pjanijiet jiġu ppubblikati u jkunu kredibbli fis-sens li jirrappreżentaw impenn ġenwin għad-dekarbonizzazzjoni u jkunu f'biżżejjed dettall u teknikament fattibbli.

(15)  Varjetà ta' amministraturi ta' parametri referenzjarji jsostnu li l-parametri referenzjarji tagħhom isegwu objettivi ESG. L-utenti ta' ▌parametri referenzjarji madankollu mhux dejjem ikollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar sa liema punt il-metodoloġija ▌tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji tikkunsidra ▌l-fatturi ESG. L-informazzjoni eżistenti ħafna drabi tixxerred u ma tagħtix lok għat-tqabbil effikaċi għal skopijiet ta' investimenti transfruntiera. Biex tippermetti lill-atturi tas-suq jagħmlu għażliet informati tajjeb, jenħtieġ li l-amministraturi kollha tal-parametri referenzjarji jintalbu jiddivulgaw fid-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju jekk il-parametri referenzjarji tagħhom jew il-gruppi ta' parametri referenzjarji, isegwux objettivi ESG, u jekk l-amministratur tal-parametru referenzjarju joffrix tali parametri referenzjarji. Fir-rigward tal-parametri referenzjarji ta' ekwità u bonds sinifikanti, kif ukoll għall-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi, l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu jippubblika informazzjoni dettaljata dwar jekk u sa liema punt jiġi żgurat grad ġenerali ta' allinjament mal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u/jew li jinkisbu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tiddetermina l-fattibbiltà li l-parametri referenzjarji kollha jew gruppi ta' parametri referenzjarji jinkludu spjegazzjoni dettaljata dwar kif jiġi żgurat l-għan tal-emissjoni tal-karbonju u/jew il-kisba tal-miri tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

(16)  Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi jippubblikaw ugwalment il-metodoloġija tagħhom użata għall-kalkolu tagħhom. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiddeskrivi kif l-assi sottostanti kienu magħżula u ponderati u liema assi kienu esklużi u għal liema raġuni. ▌Biex jivvaluta kif il-parametru jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali, jenħtieġ li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jiddivulga kif l-iffrankar tal-karbonju u l-impronta tal-karbonju tal-assi sottostanti kienu mkejla, il-valuri rispettivi tagħhom, inkluża l-impronta tal-karbonju totali tal-parametru referenzjarju, u t-tip u s-sors ta' data użata. Sabiex il-maniġers tal-assi jkunu jistgħu jagħżlu l-aktar valur referenzjarju xieraq għall-istrateġija ta' investiment tagħhom, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispjegaw ir-raġuni wara l-parametri tal-metodoloġija tagħhom u jispjegaw kif il-parametru referenzjarju jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali ▌. Jenħtieġ li l-informazzjoni tinkludi wkoll dettalji dwar il-frekwenza tar-rieżamijiet u l-proċedura segwita.

(17a)  Huwa importanti li l-elementi ewlenin tal-metodi użati għat-tfassil ta' parametri referenzjarji għat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi jkollhom bażi soda fix-xjenza dwar il-klima. Dan ser jinkiseb regolarment permezz ta' konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, pereżempju, bl-użu ta' xenarju tal-klima u perkors tad-dekarbonizzazzjoni korrispondenti li jkun allinjat mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

(18)  Biex tiġi żgurata konformità kontinwa mal-objettiv għat-tnaqqis tat-tibdil fil-klima magħżul, jenħtieġ li l-amministraturi ta' parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi jirrieżaminaw regolarment il-metodoloġiji tagħhom u jinfurmaw lill-utenti dwar il-proċeduri applikabbli għal kull bidla materjali. Meta jintroduċu bidla materjali, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jiddivulgaw ir-raġunijiet għal din il-bidla u jispjegaw kif il-bidla hija konsistenti mal-objettivi tal-parametri referenzjarji inizjali.

(19)  Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u li jiġi żgurat livell xieraq ta' armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tispeċifika ▌ l-kontenut minimu tal-obbligi ta' divulgazzjoni li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi għandhom ikunu soġġetti għalihom, u biex tispeċifika l-istandards minimi għall-armonizzazzjoni tal-metodoloġija tal-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi, inklużi l-metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-karbonju ▌assoċjati mal-użu tal-assi sottostanti, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti u tal-Organizzazzjoni kif definit fil-punti (a) u (b) tal-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE(11) u l-ħidma tal-Grupp Espert Tekniku (TEG) dwar il-Finanzi Sostenibbli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet miftuħa u pubbliċi xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha fuq kull att delegat, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(20)  Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2016/1011 huwa emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) 2016/1011

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 huwa emendat kif ġej:

1.  fl-Artikolu 3(1), jiddaħħlu l-punti 23(a), 23(b) u 23(c) li ġejjin:

"(23a) "parametru referenzjarju tat-tranżizzjoni klimatika" tfisser parametru referenzjarju kklassifikat bħala Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE fejn l-assi sottostanti, għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta' dan il-paragrafu, jintgħażlu, jitqiesu jew jiġi esklużi sabiex il-portafoll tal-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun fuq trajettorja ta' dekarbonizzazzjoni u li huwa mibni skont l-istandards stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2). Dan il-parametru referenzjarju għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)  il-pjanijiet tal-emittenti tal-assi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet iridu jinkludu miri bbażati fuq iż-żmien li jistgħu jitkejlu, li jkunu robusti u bbażati fuq l-evidenza;

(ii)  il-kumpaniji responsabbli mill-assi sottostanti jeħtiġilhom jimplimentaw pjanijiet dettaljati għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li huma disaggregati sal-livell ta' sussidjarji operattivi individwali;

(iii)  l-emittenti tal-assi jeħtiġilhom jirrapportaw kull sena dwar il-progress li jkun sar lejn dawn il-miri;

(iv)  l-attivitajiet tal-assi sottostanti ma għandhomx jagħmlu ħsara sinifikanti lil objettivi ESG oħra.

Sal-1 ta' Jannar 2022, il-fornituri ta' parametru referenzjarju fl-Unjoni għandhom ifittxu li jikkummerċjalizzaw parametru referenzjarju tat-tranżizzjoni klimatika wieħed jew aktar u dan il-parametru referenzjarju għandu jiġi regolat bħala parametru referenzjarju sinifikanti;

(23b) 'parametru referenzjarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi' tfisser parametru referenzjarju kklassifikat bħala parametru allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi u fejn l-assi sottostanti, għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta' dan il-paragrafu, jintgħażlu abbażi tal-fatt li l-emissjonijiet tal-karbonju tal-portafoll tal-parametru referenzjarju li jirriżulta jkunu allinjati mal-impenn ta' 1,5 C fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u li huwa mibni wkoll f'konformità mal-istandards minimi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2), u li fihom il-portafoll tal-assi sottostanti ma jiġix espost lill-kumpaniji involuti fi kwalunkwe waħda minn dawn l-attivitajiet ekonomiċi:

  l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni u l-ipproċessar tal-karburanti fossili;

  il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' impjanti tal-enerġija li jaħarqu karburanti fossili.

L-attivitajiet tal-assi sottostanti ma għandhomx jagħmlu ħsara sinifikanti lil objettivi ESG oħra.

Sal-1 ta' Jannar 2022 il-fornituri ta' parametru referenzjarju fl-Unjoni għandhom ifittxu li jikkummerċjalizzaw parametru referenzjarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi wieħed jew aktar u dan il-parametru referenzjarju għandu jiġi regolat bħala parametru referenzjarju sinifikanti;

(23c) "trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni": tfisser trajettorja li tista' titkejjel, ibbażata fuq ix-xjenza u marbuta biż-żmien biex jitnaqqas l-ambitu 1, 2 u 3 u l-emissjonijiet tal-karbonju għal allinjament mal-mira fit-tul ta' tisħin globali tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.";

2.  L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu l-punti (d) u (da) kif ġej:

"d spjegazzjoni dwar kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija stabbilita fil-punt (a) jirriflettu fatturi ambjentali, soċjali jew ta' governanza ("ESG") għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji ▌;

"(da) spjegazzjoni ta' kif il-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji jħallu impatt fuq il-klima, b'mod partikolari l-livell ta' allinjament tagħhom mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;";

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar il-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni msemmija fil-punti (d) u (da) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu kif ukoll il-format standard li għandu jintuża, u li taġġorna l-gwida tad-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju msemmija fl-Artikolu 27(2a) sabiex tinkludi referenzi għal kunsiderazzjonijiet tal-ESG u tas-sostenibbiltà.";

3.  fit-Titolu III, jiddaħħal il-Kapitolu 3a li ġej:

"Kapitolu 3a

Parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi

Artikolu 19a

Parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi

(1)  Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għandhom japplikaw sabiex ikun hemm, u jingħata kontribut għall-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika jew allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi, flimkien mar-rekwiżiti tat-Titoli II, III u IV jew bħala sostitut għalihom.

(2)  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 dwar parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi biex tispeċifika▌:

(a)  il-kriterji għall-għażla tal-assi sottostanti, inklużi, fejn applikabbli, il-kriterji tal-esklużjoni għall-assi;

(b)  il-kriterji u l-metodu għall-ponderazzjoni tal-assi sottostanti fil-parametru referenzjarju;

(c)  ▌il-kalkolu tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għall-parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika.";

3a.  Fl-Artikolu 21, l-aħħar subparagrafu tal-paragrafu (3) huwa emendat kif ġej:

"Sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina d-deċiżjoni tagħha li tobbliga lill-amministratur ikompli jippubblika l-parametru referenzjarju u tista', meta jkun meħtieġ, testendi l-perjodu ta' żmien b'perjodu xieraq li ma jaqbiżx 12-il xahar oħra. Il-perjodu massimu ta' amministrazzjoni obbligatorja ma għandux jeċċedi total ta' 36 xahar.";

3b.  Fl-Artikolu 23, l-aħħar subparagrafu tal-paragrafu (6) huwa emendat kif ġej:

"Il-perjodu massimu ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji taħt il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż ta' 36 xahar bħala total.";

4.  Fl-Artikolu 27, għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b u 2c li ġejjin:

"2a. Għal kull rekwiżit fil-paragrafu 2, dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju għandha tinkludi spjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza huma riflessi f'kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti u ppubblikati ▐. Għal dawk il-parametri referenzjarji jew gruppi ta' parametri referenzjarji, li ma jkunux qegħdin isegwu objettivi ESG, ikun biżżejjed li l-fornituri ta' parametru referenzjarju jiddikjaraw b'mod ċar, fid-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju, li ma jsegwux tali objettivi.

Meta ebda parametru referenzjarju skont il-punti 23a u 23b tal-Artikolu 3(1) ma jkun disponibbli fil-portafoll ta' dak il-fornitur individwali ta' parametru referenzjarju jew ma jkollhom ebda parametru referenzjarju li jsegwi jew iqis l-objettivi ESG, dan jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju. Fir-rigward tal-parametri referenzjarji ta' ekwità u bonds sinifikanti tiegħu, il-fornitur ta' parametru referenzjarju għandu jippubblika dikjarazzjoni dettaljata ta' parametru referenzjarju dwar jekk u sa liema punt jiġi żgurat grad ġenerali ta' allinjament mal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u/jew li jinkisbu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima skont ir-regoli ta' divulgazzjoni għall-prodotti finanzjarji fl-Artikolu 5(3) ta' [UP: daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà]. Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt, tivvaluta kif huwa possibbli li għall-parametri referenzjarji kollha jew għall-gruppi ta' parametri referenzjarji fid-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju tiġi inkluża spjegazzjoni dettaljata dwar kif jiġi żgurat l-għan tal-emissjoni tal-karbonju u/jew il-kisba tal-miri tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

Meta l-fornitur ta' parametru referenzjarju jagħmel disponibbli parametru referenzjarju skont il-punti 23a u 23b tal-Artikolu 3(1), id-dikjarazzjoni ta' parametru referenzjarju għal dak il-parametru referenzjarju għandu jkun fiha wkoll informazzjoni dwar il-livell ġenerali ta' allinjament mal-għan fit-tul dwar it-temperatura fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima sabiex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u sabiex jitkomplew sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tkun limitata għal 1.5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.

2b. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu bil-ħsieb li l-atturi tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu għażliet tassew informati u tiżgura l-fattibilità teknika ta' dan il-paragrafu.

Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tipprovdi valutazzjoni tal-impatt sabiex tiddeċiedi meta jidħol fis-seħħ l-att delegat, bil-għan li tipprovdi biżżejjed żmien biex l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jikkonformaw mal-paragrafu 2a. Dan l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021.

2c. Bl-evoluzzjoni rapida fit-teknoloġija tal-klima huwa essenzjali li l-Kummissjoni tintegra innovazzjonijiet ġodda. Għaldaqstant, sal-31 ta' Diċembru 2023 il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u ser tippubblika rapport fejn tanalizza l-impatt ta' dan ir-Regolament il-ġdid u ta' teknoloġija ġdida tal-klima bil-ħsieb li s-settur tal-parametri referenzjarji finanzjarji jiġi allinjat mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima hekk kif implimentati fid-dritt tal-Unjoni kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija*+. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva".

____________________________

*  Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013. (ĠU ...).'

+  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument (2016/0375(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta' qiegħ il-paġna.

4a.  L-Artikolu 49 jinbidel b'dan li ġej:

“1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 13(2a), 19(2a), 20(6), 24(2), 27(2), 33(7), 51(6) u 54(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal ▌perjodu ta' ħames snin minn ... [UP: data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-att emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi ulterjuri, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 13(2a), 19(2a), 20(6), 24(2), 27(2b), 33(7), 51(6) u 54(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 13(2a), 19(2a), 20(6), 24(2), 27(2b), 33(7), 51(6) u 54(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

4b.  Fl-Artikolu 51, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4a. Parametru referenzjarju eżistenti magħżul bħala kritiku minn att ta' implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament li ma jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament sal-1 ta' Jannar 2020 jista', jekk il-waqfien tiegħu jaffettwa l-istabbiltà finanzjarja, jintuża sal-31 ta' Diċembru 2021."

4c.  Fl-Artikolu 54, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"3a. Ladarba jkun daħal fis-seħħ qafas komprensiv u dettaljat għal investiment sostenibbli, li r-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli] huwa l-ewwel element importanti tiegħu, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport mingħajr dewmien żejjed dwar il-fattibbiltà li fir-Regolament (UE) 2016/1011 jiġu inklużi dispożizzjonijiet għal "parametru referenzjarju tas-sostenibbiltà" jew "parametru referenzjarju tal-ESG" fuq il-bażi tal-qafas għal investiment sostenibbli. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.";

5.  jiżdied it-test tal-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex fil-ġejjieni tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċertezza legali, huwa imperattiv li malli u meta jidħol fis-seħħ ir-regolament tal-UE dwar it-tassonomija, ikun hemm koerenza bejn iż-żewġ testi.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Il-Parlament Ewropew  Il-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS

Parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi

Il-metodoloġija għal referenzjarji parametri tat-tranżizzjoni klimatika

1.  B'rispett sħiħ għall-evoluzzjoni tal-indikaturi tas-sostenibbiltà u tal-metodi użati biex dawn jiġu mkejla, l-amministratur ta' parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju għandu jifformalizza, jiddokumenta, u jippubblika kull metodoloġija użata għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju li tiddeskrivi dan li ġej, filwaqt li jiżgura l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' għarfien u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kif definit fid-Direttiva UE 2016/943:

(a)    il-lista tal-assi sottostanti li jintużaw għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju;

(b)  il-kriterji u l-metodi kollha, inklużi l-għażla, l-esklużjoni u l-fatturi ta' ponderazzjoni, kejl u indikaturi użati fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju;

(c)  il-kriterji applikati biex jeskludu assi jew kumpaniji li huma assoċjati ma' livell ta' marka tal-karbonju jew livell ta' riżervi ta' fossili li huma inkompatibbli mal-inklużjoni fil-parametru referenzjarju;

(d)  il-kriterji u l-metodoloġija bbażata fuq ix-xjenza u l-kalkolu tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni assoċjati mal-assi sottostanti fil-portafoll tal-indiċi;

▌(h)  it-tip u s-sors ta' data tal-input u dwar kif jintużaw fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji biex tiġi ddeterminata l-għażla jew l-esklużjoni tal-assi sottostanti ▌, inkluż:

(i)  l-emissjonijiet iġġenerati minn sorsi li huma kkontrollati mill-impriża assoċjata mal-assi sottostanti;

(ii)  l-emissjonijiet mill-konsum ta' xiri ta' elettriku, fwar, jew sorsi oħra ta' enerġija ġġenerata upstream mill-kumpanija assoċjata mal-assi sottostanti;

(iii)  l-emissjonijiet li huma konsegwenza ta' operazzjonijiet ta' kumpanija jew ta' kwalunkwe assi sottostanti tagħha iżda li mhumiex ikkontrollati direttament mill-kumpanija u huma biss dawn il-kumpaniji li jidentifikaw tali emissjonijiet indiretti jew ta' "ambitu 3" li għandhom jitqiesu għall-inklużjoni, fid-dawl tad-disponibbiltà tad-data.;

(v)  jekk id-data tal-input tużax standards globali bħat-Task Force għad-Divulgazzjonijiet Finanzjarji Relatati mal-Klima fi ħdan il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja;

(i)  it-total tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-portafoll ta' indiċi u l-impatti stmati fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-istrateġija segwita mill-parametru referenzjarju;

(j)  ir-raġunijiet tal-adozzjoni ta' strateġija partikolari jew ta' objettiv partikolari fir-rigward tal-metodoloġija u spjegazzjoni għalfejn il-metodoloġija hija adatta għall-kalkolu tal-objettivi ambjentali tal-parametru referenzjarju.

Il-metodoloġija għal parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi

2.  L-amministratur ta' parametru referenzjarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi, flimkien mal-obbligi applikabbli għall-amministratur ta' parametru referenzjarju tat-tranżizzjoni klimatika, għandu jiżvela l-impatt ▌tal-karbonju ta' kull assi sottostanti inklużi fil-parametru referenzjarju u għandhom jispeċifikaw il-formula jew il-kalkolu li jintużaw biex jiddeterminaw jekk l-emissjonijiet humiex konformi mal-għan fit-tul dwar it-temperatura fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

Bidliet fil-metodoloġija

3.  L-amministraturi ta' parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi għandhom jadottaw u jippubblikaw lill-utenti proċeduri u r-raġunijiet għal kull bidla materjali proposta fil-metodoloġija tagħhom. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu konsistenti mal-għan prevalenti li l-kalkoli tal-parametru referenzjarju jaderixxu b'mod kontinwu mal-objettivi tat-tranżizzjoni klimatika jew allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi. Dawn il-proċeduri jipprevedu:

(a)  avviż bil-quddiem f'perjodu ta' żmien ċar li jagħti lill-utenti opportunità biżżejjed biex janalizzaw u jikkummentaw dwar l-impatt ta' dawn il-bidliet proposti, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kumplessivi tal-kalkolu tal-amministratur;

(b)  il-possibbiltà għall-utenti li jikkummentaw dwar dawk il-bidliet u għall-amministraturi biex iwieġbu għal dawk il-kummenti, filwaqt li dawk il-kummenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha tas-suq wara kull perjodu ta' konsultazzjoni, ħlief jekk il-kummentatur ikun talab il-kunfidenzjalità.

4.  L-amministraturi ta' parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika u allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi għandhom jeżaminaw regolarment, u tal-inqas kull sena, il-metodoloġiji tagħhom biex jiżguraw li dawn jirriflettu b'mod affidabbli l-objettivi ddikjarati u għandu jkollhom proċess fis-seħħ li jikkunsidra l-opinjonijiet kollha tal-utenti rilevanti.

(1)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)

  ĠU C […], […], p. […].

(3)

  ĠU C , , p. .

(4)

  ĠU L 282, 19.10.2016, pp. 4-18.

(5)

  COM(2016) 739 final.

(6)

  CO EUR 17, CONCL. 5.

(7)

  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(8)

  COM(2018) 97 final.

(9)

  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(10)

  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(11)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (22.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u parametri referenzjarji ta’ impatt pożittiv b’rabta mal-karbonju

(COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-integrazzjoni ta' indikaturi ta' sostenibbiltà fil-metodoloġija ta' parametri referenzjarji, u dwar parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jistabbilixxi regoli uniformi għal parametri referenzjarji fl-Unjoni u jaħseb għal tipi differenti ta' parametri referenzjarji. Għadd dejjem jiżdied ta' investituri jsegwi strateġiji ta' investiment b'livell baxx ta' karbonju u jirrikorri għal parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju biex iqabbel jew ikejjel il-prestazzjoni ta' portafolji ta' investiment.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jistabbilixxi regoli uniformi għal parametri referenzjarji fl-Unjoni u jaħseb għal tipi differenti ta' parametri referenzjarji. Għadd dejjem jiżdied ta' investituri jsegwu strateġiji ta' investiment sostenibbli u jirrikorri għal parametri referenzjarji biex iqabblu jew ikejlu l-prestazzjoni ta' portafolji ta' investiment.

__________________

__________________

30 Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

30 Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Varjetà wiesgħa ta' indiċijiet hija attwalment miġbura flimkien bħala indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju. Dawn l-indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju jintużaw bħala parametri referenzjarji għal portafolji ta' investiment u għal prodotti li jinbiegħu lil hinn mill-fruntieri. Il-kwalità u l-integrità tal-parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju jaffettwaw il-funzjonament effettiv tas-suq intern f'varjetà wiesgħa ta' portafolji ta' investiment individwali u kollettivi. Ħafna indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju użati bħala miżuri ta' prestazzjoni għal portafolji ta' investiment, b'mod partikolari għal kontijiet ta' investiment seggregati u għal skemi ta' investiment kollettivi, huma fornuti fi Stat Membru wieħed iżda jintużaw minn maniġers tal-assi u ta' portafolji fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-maniġers tal-assi u ta' portafolji ta' spiss jiħħeġġjaw ir-riskji tal-esponiment għall-karbonju tagħhom billi jużaw parametri referenzjarji prodotti fi Stati Membri oħra.

(8)  Varjetà wiesgħa ta' indiċijiet huma attwalment miġbura flimkien bħala indiċijiet ta' livell baxx ta' karbonju jew ta' sostenibbiltà. Dawn l-indiċijiet jintużaw bħala parametri referenzjarji għal portafolji ta' investiment u għal prodotti li jinbiegħu lil hinn mill-fruntieri. Il-kwalità u l-integrità tal-parametri referenzjarji jaffettwaw il-funzjonament effettiv tas-suq intern f'varjetà wiesgħa ta' portafolji ta' investiment individwali u kollettivi. Ħafna indiċijiet ta' livell baxx ta' karbonju u ta' sostenibbiltà użati bħala miżuri ta' prestazzjoni għal portafolji ta' investiment, b'mod partikolari għal kontijiet ta' investiment seggregati u għal skemi ta' investiment kollettivi, huma fornuti fi Stat Membru wieħed iżda jintużaw minn maniġers tal-assi u ta' portafolji fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-maniġers tal-assi u ta' portafolji ta' spiss jiħħeġġjaw ir-riskji tal-esponiment għall-karbonju u r-riskji ambjentali tagħhom billi jużaw parametri referenzjarji prodotti fi Stati Membri oħra.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Tfaċċaw fis-suq kategoriji differenti ta' indiċijiet b'livell baxx ta' karbonju bi gradi differenti ta' ambizzjoni. Filwaqt li xi parametri referenzjarji għandhom l-għan li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju ta' portafoll ta' investiment standard, oħrajn għandhom l-għan li jagħżlu biss komponenti li jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv ta' 2°C kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. Minkejja d-differenzi fl-għanijiet u fl-istrateġiji kollha, dawn il-parametri referenzjarji kollha huma ta' spiss promossi bħala parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju.

(9)  Tfaċċaw fis-suq kategoriji differenti ta' indiċijiet ta' sostenibbiltà bi gradi differenti ta' ambizzjoni. Minkejja d-differenzi fl-għanijiet u fl-istrateġiji kollha, dawn il-parametri referenzjarji kollha huma ta' spiss promossi bħala parametri referenzjarji ta' sostenibbiltà.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Kif ikkonkluda l-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, il-parametri referenzjarji jeħtieġ li jiġu allinjati aħjar mas-sostenibbiltà u jirriflettu l-esponiment tagħhom għal riskji ta' sostenibbiltà. L-investituri jeħtieġu informazzjoni komparabbli u olistika fir-rigward tar-riskji ambjentali u tal-impatt sabiex jivvalutaw il-portafolji tagħhom lil hinn mill-esponiment għall-karbonju. Enfasi limitata fuq l-esponiment għall-karbonju jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi billi tirriderieġi l-flussi tal-investimenti lejn miri li jġorru riskji ambjentali oħrajn. Għalhekk, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jenħtieġ li jikkunsidraw u jiddivulgaw sa liema punt il-kunsiderazzjonijiet ta' sostenibbiltà (ambjentali, soċjali u ta' governanza) huma riflessi fil-metodoloġija ta' parametru referenzjarju.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Għaldaqstant, l-amministraturi kollha tal-parametri referenzjarji jenħtieġ li jinkorporaw indikaturi ewlenin tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fil-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji tagħhom li, flimkien mal-emissjonijiet tas-CO2, ikopru emissjonijiet oħrajn, l-impatt fuq il-bijodiversità, il-produzzjoni tal-iskart u l-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-materja prima, l-ilma, u l-art, kif stabbilit fil-qafas ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari, il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari u fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar "l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari".

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)  Kif propost mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jenħtieġ li tinkludi referenzi għal objettivi u kunsiderazzjonijiet ta' sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ta' governanza ("ESG") fil-gwida tagħha dwar id-"Dikjarazzjoni tal-Parametru Referenzjarju". L-ESMA, flimkien mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), jenħtieġ li tiżviluppa gwida għall-amministraturi tal-parametri referenzjarji sabiex jintegraw indikaturi tal-ekonomija ċirkolari fil-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Fin-nuqqas ta' qafas armonizzat biex jiżgura l-preċiżjoni u l-integrità tal-kategoriji prinċipali ta' parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju użati fil-portafolji ta' investiment individwali jew kollettivi, huwa probabbli li d-differenzi fl-approċċi tal-Istati Membri joħolqu ostakoli għat-tħaddim bla xkiel tas-suq intern.

(11)  Fin-nuqqas ta' qafas armonizzat biex jiżgura l-preċiżjoni u l-integrità ta' parametri referenzjarji użati fil-portafolji ta' investiment individwali jew kollettivi, huwa probabbli li d-differenzi fl-approċċi tal-Istati Membri joħolqu ostakoli għat-tħaddim bla xkiel tas-suq intern.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għalhekk, biex jinżamm il-funzjonament xieraq tas-suq intern, biex jitjiebu aktar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, u biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, huwa xieraq li r-Regolament (UE) 2016/1011 jiġi adattat biex jinħoloq qafas regolatorju għal parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju fil-livell tal-Unjoni.

(12)  Għalhekk, biex jinżamm il-funzjonament xieraq tas-suq intern, biex jitjiebu aktar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, u biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, huwa xieraq li r-Regolament (UE) 2016/1011 jiġi adattat biex jinħoloq qafas regolatorju biex fil-metodoloġiji tal-parametri referenzjarji jiġu integrati indikaturi tal-ekonomija ċirkolari fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiġi introdotta distinzjoni ċara bejn parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv. Filwaqt li l-assi sottostanti f'ekonomija b'parametru referenzjarju b'livell baxx ta' karbonju għandhom jintgħażlu bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju ta' portafoll ta' indiċi meta mqabbla mal-indiċi prinċipali, indiċi b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv għandu jikkonsisti biss minn komponenti li l-iffrankar tal-emissjonijiet tagħhom jaqbeż l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom.

(13)  Filwaqt li jeħtieġ li jiġu integrati indikaturi tal-ekonomija ċirkolari għall-metodoloġiji kollha tal-parametri referenzjarji, jenħtieġ li tiġi introdotta kategorija ta' parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv. L-assi sottostanti f'parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv jenħtieġ li jikkonsistu biss minn komponenti li l-impatt nett tagħhom abbażi ta' indikaturi armonizzati tal-ekonomija ċirkolari jkun pożittiv.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li kull kumpanija li l-assi tagħha jintgħażlu bħala sottostanti f'parametru referenzjarju b'impatt pożittiv tiffranka ħafna iżjed emissjonijiet tal-karbonju milli tipproduċi, biex b'hekk ikollha impatt pożittiv fuq l-ambjent. Għalhekk, il-maniġers tal-assi u tal-portafolji li jsostnu li jsegwu strateġija ta' investiment kompatibbli mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, jenħtieġ li jużaw parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv.

(14)  Jenħtieġ li kull kumpanija li l-assi tagħha jintgħażlu bħala sottostanti f'parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv ikollha impatt pożittiv nett fuq l-ambjent. Għalhekk, il-maniġers tal-assi u tal-portafolji li jsostnu li jsegwu strateġija ta' investiment sostenibbli jenħtieġ li jużaw parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Varjetà ta' amministraturi ta' parametri referenzjarji jsostnu li l-parametri referenzjarji tagħhom isegwu objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza (environmental, social and governance objectives, "ESG"). L-utenti ta' dawn il-parametri referenzjarji madankollu mhux dejjem ikollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar sa liema punt il-metodoloġija ta' dawn l-amministraturi tal-parametri referenzjarji tikkunsidra dawn l-objettivi ESG. L-informazzjoni eżistenti ħafna drabi tixxerred u ma tagħtix lok għat-tqabbil effettiv għal skopijiet ta' investimenti transfruntiera. Biex tippermetti lill-atturi tas-suq jagħmlu għażliet informati tajjeb, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jintalbu jiddivulgaw kif il-metodoloġija tagħhom tqis il-fatturi ESG għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji ppreżentata bħala li ssegwi l-objettivi ESG. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi ddivulgata wkoll fid-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju. Jenħtieġ li l-amministraturi ta' parametri referenzjarji li ma jippromwovux jew ma jqisux l-objettivi ESG, ma jkunux suġġetti għal dan l-obbligu ta' divulgazzjoni.

(15)  L-utenti tal-parametri referenzjarji mhux dejjem ikollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar sa liema punt il-metodoloġija tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji tikkunsidra r-riskji u l-impatt tal-ESG. L-informazzjoni eżistenti ħafna drabi tixxerred u ma tagħtix lok għat-tqabbil effettiv għal skopijiet ta' investimenti transfruntiera. Biex tippermetti lill-atturi tas-suq jagħmlu għażliet informati tajjeb, jenħtieġ li l-amministraturi kollha tal-parametri referenzjarji jintalbu jiddivulgaw kif il-metodoloġija tagħhom tinkorpora indikaturi tal-ekonomija ċirkolari għal kull parametru referenzjarju. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi ddivulgata fid-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-amministraturi ta' parametri referenzjarji b'livelli baxxi ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv jippubblikaw ugwalment il-metodoloġija tagħhom użata għall-kalkolu tagħhom. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiddeskrivi kif l-assi sottostanti kienu magħżula u ponderati u liema assi kienu esklużi u għal liema raġuni. Jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispeċifikaw ukoll kif il-parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju jvarjaw mill-indiċi prinċipali sottostanti, b'mod partikolari f'termini ta' ponderazzjoni applikabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq u l-prestazzjoni finanzjarja tal-assi sottostanti. Biex jivvaluta kif il-parametru referenzjarju jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali, jenħtieġ li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jiddivulga kif l-iffrankar tal-karbonju u l-impronta tal-karbonju tal-assi sottostanti kienu mkejla, il-valuri rispettivi tagħhom, inkluża l-impronta tal-karbonju totali tal-parametru referenzjarju, u t-tip u s-sors ta' data użata. Sabiex il-maniġers tal-assi jkunu jistgħu jagħżlu l-aktar valur referenzjarju xieraq għall-istrateġija ta' investiment tagħhom, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispjegaw ir-raġuni wara l-parametri tal-metodoloġija tagħhom u jispjegaw kif il-parametru referenzjarju jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali, inkluż l-impatt tiegħu fuq it-taffija tat-tibdil fil-klima. Jenħtieġ li l-informazzjoni tinkludi wkoll dettalji dwar il-frekwenza tar-rieżamijiet u l-proċedura segwita.

(16)  Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv jippubblikaw ugwalment il-metodoloġija tagħhom użata għall-kalkolu tagħhom. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiddeskrivi kif l-assi sottostanti kienu magħżula u ponderati u liema assi kienu esklużi u għal liema raġuni. Jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispeċifikaw ukoll kif il-parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv ivarjaw mill-indiċi prinċipali sottostanti, b'mod partikolari f'termini ta' ponderazzjoni applikabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq u l-prestazzjoni finanzjarja tal-assi sottostanti. Biex jivvaluta kif il-parametru referenzjarju jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali, jenħtieġ li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jiddivulga kif l-impatt u r-riskji ambjentali tal-assi sottostanti kienu mkejla, il-valuri rispettivi tagħhom, inkluża l-impronta ambjentali totali tal-parametru referenzjarju, u t-tip u s-sors ta' data użata. Sabiex il-maniġers tal-assi jkunu jistgħu jagħżlu l-aktar valur referenzjarju xieraq għall-istrateġija ta' investiment tagħhom, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispjegaw ir-raġuni wara l-parametri tal-metodoloġija tagħhom u jispjegaw kif il-parametru referenzjarju jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali. Jenħtieġ li l-informazzjoni tinkludi wkoll dettalji dwar il-frekwenza tar-rieżamijiet u l-proċedura segwita.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-amministratur ta' parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv, jiddivulga l-impatt ta' karbonju b'impatt pożittiv ta' kull assi sottostanti inkluż f'dawn il-parametri referenzjarji, filwaqt li jispeċifika l-metodu użat biex jiddetermina jekk l-iffrankar tal-emissjonijiet jaqbiżx l-impronta tal-karbonju tal-assi tal-investiment.

(17)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-amministratur ta' parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv, jiddivulga l-impatt ambjentali pożittiv ta' kull assi sottostanti inkluż f'dawn il-parametri referenzjarji, filwaqt li jispeċifika l-metodu użat biex jiddetermina jekk l-impatt ambjentali nett huwiex pożittiv.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Biex tiġi żgurata konformità kontinwa mal-objettiv għat-tnaqqis tat-tibdil fil-klima magħżul, jenħtieġ li l-amministraturi ta' parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv jirrieżaminaw regolarment il-metodoloġiji tagħhom u jinfurmaw lill-utenti dwar il-proċeduri applikabbli għal kull bidla materjali. Meta jintroduċu bidla materjali, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jiddivulgaw ir-raġunijiet għal din il-bidla u jispjegaw kif il-bidla hija konsistenti mal-objettivi tal-parametri referenzjarji inizjali.

(18)  Biex tiġi żgurata l-preċiżjoni tal-informazzjoni lill-investituri, jenħtieġ li l-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv jirrieżaminaw regolarment il-metodoloġiji tagħhom u jinfurmaw lill-utenti dwar il-proċeduri applikabbli għal kull bidla materjali. Meta jintroduċu bidla materjali, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jiddivulgaw ir-raġunijiet għal din il-bidla u jispjegaw kif il-bidla hija konsistenti mal-objettivi tal-parametri referenzjarji inizjali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u li jiġi żgurat livell xieraq ta' armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tispeċifika aktar il-kontenut minimu tal-obbligi ta' divulgazzjoni li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jqisu l-objettivi ESG għandhom ikunu suġġetti għalihom, u biex tispeċifika l-istandards minimi għall-armonizzazzjoni tal-metodoloġija tal-parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv, inklużi l-metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-iffrankar tal-karbonju assoċjati mal-użu tal-assi sottostanti, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti u tal-Organizzazzjoni kif definit fil-punti (a) u (b) tal-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE31. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(19)  Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u li jiġi żgurat livell xieraq ta' armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tispeċifika aktar il-kontenut minimu tal-obbligi ta' divulgazzjoni li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jenħtieġ li jkunu suġġetti għalihom, u biex tispeċifika l-istandards minimi għall-armonizzazzjoni tal-integrazzjoni ta' indikaturi tal-ekonomija ċirkolari fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji, inkluż il-metodu għall-kalkolu tal-impatt ambjentali nett assoċjat mal-użu tal-assi sottostanti, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti u tal-Organizzazzjoni kif definit fil-punti (a) u (b) tal-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE31 u tal-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari stabbiliti fil-Pjattaforma ta' Monitoraġġ għall-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni u fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

__________________

31 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).

31 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a)  'parametru referenzjarju b' livell baxx ta' karbonju' tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti, għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta' dan il-paragrafu, jintgħażlu sabiex il-portafoll tal-parametru referenzjarju li jirriżulta jkollu inqas emissjonijiet ta' karbonju meta mqabbel mal-assi li jinkludu parametru referenzjarju standard ponderat għall-kapital u li huwa mibni skont l-istandards stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2);

(23a)  "parametru referenzjarju ta' impatt ambjentali pożittiv" tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti, għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta' dan il-paragrafu, jintgħażlu abbażi tal-impronta ambjentali netta pożittiva tagħhom u li huwa mibni skont l-istandards stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2);

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23b)  ‘parametru referenzjarju b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv' tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti, għall-finijiet tal-punt 1(b)(ii) ta' dan il-paragrafu, jintgħażlu fuq il-bażi li l-iffrankar ta' emissjonijiet ta' karbonju tagħhom jaqbeż l-impronta ta' karbonju tal-assi u li huwa mibni skont l-istandards stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19a(2).";

imħassar

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  spjegazzjoni dwar kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija stabbilita fil-punt (a) jirriflettu fatturi ambjentali, soċjali jew ta' governanza ("ESG") għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji li jsegwu jew iqisu l-objettivi ESG;

(d)  spjegazzjoni dwar kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija stabbilita fil-punt (a) jirriflettu fatturi ambjentali, soċjali jew ta' governanza ("ESG"), inklużi indikaturi tal-ekonomija ċirkolari, bħall-emissjonijiet CO2, emissjonijiet oħrajn, l-impatt fuq il-bijodiversità, il-produzzjoni tal-iskart u l-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-materja prima, l-ilma, u l-art, kif stabbilit mill-qafas ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni għall-ekonomija ċirkolari;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt b

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 13 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar il-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1.

2a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar il-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, u li taġġorna l-gwida dwar id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju msemmija fl-Artikolu 27(2a) sabiex tinkludi referenzi għar-riskji tal-ESG u l-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2016/1011

Titolu III – kapitolu 3a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv

Parametri referenzjarji ta' impatt ambjentali pożittiv

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 19a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għandhom japplikaw sabiex ikun hemm, u jingħata kontribut għall-parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv, flimkien mar-rekwiżiti tat-Titoli II, III u IV jew bħala sostitut għalihom.

1.  Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għandhom japplikaw sabiex ikun hemm, u jingħata kontribut għall-parametri referenzjarji ta' impatt ambjentali pożittiv, flimkien mar-rekwiżiti tat-Titoli II, III u IV jew bħala sostitut għalihom.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 19a – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar l-istandards minimi għal parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv, inklużi:

(2)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar l-istandards minimi għal parametri referenzjarji ta' impatt ambjentali pożittiv f'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi kif implimentat fid-dritt tal-Unjoni, inklużi:

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 19a – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-iffrankar tal-karbonju assoċjat mal-assi sottostanti.

(c)  il-metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-karbonju, emissjonijiet oħrajn, l-impatt fuq il-bijodiversità, il-produzzjoni tal-iskart u l-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-materja prima, l-ilma, u l-art, assoċjati mal-assi sottostanti.;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 27 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Għal kull rekwiżit fil-paragrafu 2, stqarrija ta' parametru referenzjarju għandha tinkludi spjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza huma riflessi għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti u ppubblikati li jsegwu jew iqisu l-objettivi ESG.

2a.  Għal kull rekwiżit fil-paragrafu 2, stqarrija ta' parametru referenzjarju għandha tinkludi spjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza huma riflessi għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti u ppubblikati.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) 2016/1011

Artikolu 27 – paragrafu 2b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a.

2b.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tispeċifika aktar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a, u li taġġorna l-gwida dwar id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju sabiex tinkludi referenzi għall-kunsiderazzjonijiet tal-ESG u ta' sostenibbiltà.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I - subintestatura 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv

Parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I - subintestatura 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-metodoloġija għal parametri referenzjarji ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju

Il-metodoloġija għal parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-amministratur ta' parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju għandu jifformalizza, jiddokumenta, u jippubblika kull metodoloġija użata għall-kalkolu ta' parametri referenzjarji ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, li jiddeskrivi dan li ġej:

1.  L-amministratur ta' parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv għandu jifformalizza, jiddokumenta, u jippubblika kull metodoloġija użata għall-kalkolu ta' indikaturi tal-ekonomija ċirkolari, u jiddeskrivi dan li ġej

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-lista ta' assi sottostanti li jintużaw għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;

(a)  il-lista ta' assi sottostanti li jintużaw għall-kalkolu tal-impatt pożittiv nett;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kriterji applikati biex jeskludu assi jew kumpaniji li huma assoċjati ma' livell ta' marka tal-karbonju jew livell ta' riżervi ta' fossili li huma inkompatibbli mal-inklużjoni ta' referenza ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;

(c)  il-kriterji applikati biex jeskludu assi jew kumpaniji li qed ikollhom impatt ambjentali nett negattiv u għalhekk huma inkompatibbli mal-inklużjoni fil-parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kriterji u l-metodi ta' kif il-parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u miżuri ta' ffrankar tal-karbonju assoċjat mal-assi sottostanti fil-portafoll tal-indiċi;

(d)  il-kriterji u l-metodi ta' kif il-parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv ikejjel l-impatt ambjentali assoċjat mal-assi sottostanti fil-portafoll tal-indiċi;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-indiċi ta' devjazzjoni bejn il-parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-indiċi prinċipali;

(e)  l-indiċi ta' devjazzjoni bejn il-parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv u l-indiċi prinċipali;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-ponderazzjoni mill-ġdid pożittiv ta' assi ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fil-parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju meta mqabbla mal-indiċi prinċipali u l-ispjegazzjoni ta' għalfejn dan il-ponderazzjoni mill-ġdid huwa meħtieġ biex jirrifletti l-objettivi magħżulin ta' parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;

(f)  il-ponderazzjoni mill-ġdid pożittiva ta' assi ta' impatt ambjentali pożittiv fil-parametru referenzjarju meta mqabbla mal-indiċi prinċipali u l-ispjegazzjoni ta' għalfejn din il-ponderazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa biex tirrifletti l-objettivi magħżulin ta' parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-proporzjon bejn il-valur tas-suq tas-sigurtajiet li huma fil-parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-valur tas-suq tat-titoli fl-indiċi prinċipali;

(g)  il-proporzjon bejn il-valur tas-suq tas-sigurtajiet li huma fil-parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv u l-valur tas-suq tat-titoli fl-indiċi prinċipali;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt h – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-tip u s-sors ta' data tal-input użati għall-għażla ta' assi jew il-kumpaniji eliġibbli għall-parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, inklużi:

(h)  it-tip u s-sors ta' data tal-input użati għall-għażla ta' assi jew il-kumpaniji eliġibbli għall-parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv, inklużi:

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt h – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va)  l-impatt ibbażat fuq indikaturi oħrajn tal-ekonoija ċirkolari, kif stabbilit fil-qafas tal-monitoraġġ tal-Kummissjoni għall-ekonomija ċirkolari u fil-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari, inklużi l-impatt fuq il-bijodiversità, il-produzzjoni tal-iskart u l-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-materja prima, l-ilma, u l-art.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  it-total tal-esponiment tal-impronta tal-karbonju tal-portafoll ta' indiċi u l-impatti stmati fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-istrateġija ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju segwita mill-parametru referenzjarju;

(i)  l-impatt ambjentali nett totali tal-portafoll ta' indiċi u l-impatt stmat fuq l-ambjent tal-istrateġija segwita mill-parametru referenzjarju;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  ir-raġunijiet tal-adozzjoni ta' strateġija partikolari jew ta' objettiv partikolari fir-rigward tal-metodoloġija ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u spjegazzjoni għalfejn il-metodoloġija hija adatta għall-kalkolu tal-objettivi marbuta ma' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju tal-parametru referenzjarju;

(j)  ir-raġunijiet tal-adozzjoni ta' strateġija ambjentali partikolari jew ta' objettiv ta' sostenibbiltà partikolari fir-rigward tal-metodoloġija u spjegazzjoni għalfejn il-metodoloġija hija adatta għall-kalkolu tal-objettivi tal-impatt ambjentali u ta' sostenibbiltà tal-parametru referenzjarju;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Anness I – subintestatura 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-metodoloġija għal parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv b'rabta mal-karbonju

Il-metodoloġija ulterjuri għal parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-amministratur ta' parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv b'rabta mal-karbonju, flimkien mal-obbligi applikabbli għall-amministratur ta' parametru referenzjarju ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, għandhom jiżvelaw l-impatt pożittiv tal-karbonju ta' kull assi sottostanti inklużi fil-parametru referenzjarju u għandhom jispeċifikaw il-formula jew il-kalkolu li jintużaw biex jiddeterminaw jekk it-tnaqqis ta' emissjonijiet jaqbiżx l-impronta ta' karbonju tal-kumpanija jew tal-attività ta' investiment ("il-proporzjon ta' impatt pożittiv b'rabta mal-karbonju").

2.  L-amministratur ta' parametru referenzjarju ta' impatt pożittiv, flimkien mal-obbligi ddikjarati hawn fuq, għandu jiżvela l-impatt ambjentali pożittiv ta' kull assi sottostanti inklużi fil-parametru referenzjarju u għandu jispeċifika l-formula jew il-kalkolu li jintużaw biex jiddeterminaw l-impatt nett.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u ta' impatt pożittiv b'rabta mal-karbonjui għandhom jadottaw u jippubblikaw lill-utenti proċeduri u r-raġunijiet għal kull bidla materjali proposta fil-metodoloġija tagħhom. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu konsistenti mal-għan prevalenti li l-kalkoli tal-parametru referenzjarju jaderixxu b'mod kontinwu mal-objettivi ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jew ta' impatt pożittiv b'rabta mal-karbonju. Dawn il-proċeduri jipprevedu:

3.  L-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv għandhom jadottaw u jippubblikaw lill-utenti proċeduri u r-raġunijiet għal kull bidla materjali proposta fil-metodoloġija tagħhom. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu konsistenti mal-għan prevalenti li l-kalkoli tal-parametru referenzjarju jaderixxu b'mod kontinwu mal-objettivi ta' impatt pożittiv nett. Dawn il-proċeduri jipprevedu:

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u ta' impatt pożittiv b'rabta mal-karbonju għandhom jeżaminaw regolarment il-metodoloġiji tagħhom biex jiżguraw li dawn jirriflettu b'mod affidabbli l-objettivi ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u ta' impatt pożittiv b'rabta mal-karbonju u għandu jkollhom proċess fis-seħħ li jikkunsidra l-opinjonijiet tal-utenti rilevanti.

4.  L-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' impatt pożittiv għandhom jeżaminaw regolarment il-metodoloġiji tagħhom biex jiżguraw li dawn jirriflettu b'mod affidabbli l-objettivi ddikjarati u għandu jkollhom proċess fis-seħħ li jikkunsidra l-opinjonijiet tal-utenti rilevanti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv

Referenzi

COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

21.6.2018

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

18

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Nicola Caputo, Michel Dantin, Martin Häusling, Gesine Meissner, Tilly Metz, Ulrike Müller, Sirpa Pietikäinen, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Innocenzo Leontini, Olle Ludvigsson, Ana Miranda

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Frédérique Ries

NI

Zoltán Balczó

PPE

Innocenzo Leontini, Sirpa Pietikäinen

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Mercedes Bresso, Nicola Caputo, Nessa Childers, Seb Dance, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Tilly Metz, Ana Miranda

18

-

ECR

Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Julia Reid

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Michel Dantin, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Esther Herranz García, Giovanni La Via, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Adina-Ioana Vălean

3

0

ECR

Mark Demesmaeker, John Procter

EFDD

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Parametri referenzjarji ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u parametri referenzjarji ta’ impatt pożittiv b’rabta mal-karbonju

Referenzi

COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2018

ITRE

5.7.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

18.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Neena Gill

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.10.2018

19.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Ana Miranda, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Dariusz Rosati, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Mady Delvaux, Manuel dos Santos, Ramón Jáuregui Atondo, Syed Kamall, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

20.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

42

+

ALDE

Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Syed Kamall, Bernd Lucke, Ralph Packet, Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Matt Carthy, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Dariusz Rosati, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Manuel dos Santos, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Ana Miranda, Molly Scott Cato

1

-

ENF

Marco Zanni

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2019Avviż legali