Proċedura : 2018/0298(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0004/2019

Testi mressqa :

A8-0004/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 19.2

Testi adottati :

P8_TA(2019)0190

RAPPORT     ***I
PDF 193kWORD 75k
10.1.2019
PE 629.544v01-00 A8-0004/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018)0567 – C8-0384/2018 – 2018/0298(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Isabella De Monte

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018)0567 – C8-0384/2018 – 2018/0298(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0567),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0384/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0004/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 391/2009

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri li jkunu awtorizzawhom skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/15/KE, fuq bażi regolari u tal-anqas kull sentejn, biex jiġi vverifikat li dawn jissodisfaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament u jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I. Il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru jew l-Istati Membri li jkunu awtorizzawhom skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/15/KE, fuq bażi regolari u tal-anqas kull sentejn, biex jiġi vverifikat li dawn jissodisfaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament u jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I. Il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-valutazzjoni billi tistabbilixxi programm ta' sorveljanza li jista' jintuża mill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.1070(28) u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

1.  Is-sitwazzjoni kurrenti

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li, mit-30 ta' Marzu 2019, id-dritt primarju u sekondarju kollu tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit. Ir-Renju Unit imbagħad isir "pajjiż terz".

Konsegwentement, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport marittimu mhix se tibqa' tapplika għar-Renju Unit. Wieħed mill-oqsma tad-dritt tal-Unjoni li se jkun affettwat huwa r-rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi għall-ispezzjoni u l-perizji tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri ("Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti").

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 jirrikjedi organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u l-perizji tal-bastimenti rikonoxxuti fil-livell tal-UE mill-Kummissjoni li jiġu vvalutati tal-anqas kull sentejn mill-Kummissjoni flimkien mal-Istat Membru li jkun ressaq it-talba inizjali għal rikonoxximent tal-organizzazzjoni (Stat Membru "sponsor").

Barra minn hekk, mill-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament jirriżulta li, biex ikomplu jgawdu r-rikonoxximent tal-UE, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jridu jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament. Dan jiġi vverifikat permezz ta' rivalutazzjoni kontinwa mwettqa mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru "sponsor" skont l-Artikolu 8(1).

Mal-ħruġ tiegħu mill-Unjoni, ir-Renju Unit mhux ser jibqa' f'pożizzjoni li jipparteċipa fil-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament għal dawk l-organizzazzjonijiet li għalihom ir-Renju Unit jaġixxi bħala Stat Membru "sponsor". Għaldaqstant, il-validità kontinwa tar-rikonoxximent għal dawn l-organizzazzjonijiet fil-livell tal-UE tista' tiġi ddubitata u ma tistax tiġi kkjarifikata b'ċertezza legali suffiċjenti skont id-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament.

It-telf potenzjali tal-organizzazzjonijiet tar-rikonoxximent tal-UE minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit jista' jkollu konsegwenzi avversi fuq il-kompetittività u l-attraenza tal-bnadar tal-Istati Membri tal-UE-27 li awtorizzaw dawn l-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti biex jaġixxu f'isimhom għall-finijiet tat-twettiq tal-ispezzjonijiet, tal-istħarriġ u ċ-ċertifikazzjoni statutorji tal-bastimenti. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma affettwati, bħalissa għandhom ftehimiet ta' awtorizzazzjoni mal-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE-27 u wara l-ħruġ tar-Renju Unit mhux se jkunu jistgħu jużaw dawn l-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti għall-flotta bil-bandiera tagħhom. Fl-istess ħin, is-sidien tal-bastimenti li jużaw ukoll dawn l-organizzazzjonijiet għall-finijiet ta' klassifikazzjoni se jiffaċċjaw id-dilemma fejn jew ibiddlu l-bandiera tal-bastimenti tagħhom għal bandiera mhux tal-UE jew jirriskjaw li jiksru l-kuntratti privati kurrenti tagħhom għall-klassifikazzjoni tal-bastimenti tagħhom mal-organizzazzjonijiet rilevanti.

2.  Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni se temenda l-Artikolu 8(1) tar-Regolament billi tissostitwixxi r-rekwiżit kurrenti, li skontu, l-Istat Membru "sponsor" biss għandu jipparteċipa fil-proċess ta' valutazzjoni regolari mwettaq mill-Kummissjoni, u dan jitwettaq billi tintroduċi l-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru li awtorizza waħda mill-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti. Din tippermetti l-valutazzjoni li trid titwettaq mill-Kummissjoni flimkien ma' kwalunkwe Stat Membru li jkun awtorizza l-organizzazzjoni rikonoxxuta rilevanti biex taġixxi f'ismu għall-finijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/15/KE, u mhux l-Istat Membru "sponsor" biss.

3.  Proposti tar-rapporteur tagħkom

Ir-rapporteur tagħkom tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u temmen li din se ssolvi l-inċertezza legali maħluqa fil-qasam ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti minħabba l-irtirar tar-Renju Unit, tissalvagwardja l-kontinwità tan-negozju għas-sidien affettwati u l-kompetittività tal-bnadar tal-Istati Membri tal-UE-27 li jaħdmu mal-organizzazzjonijiet affettwati.

Għaldaqstant, ir-rapporteur tipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata mingħajr emendi.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0567 – C8-0384/2018 – 2018/0298(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.8.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

10.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Isabella De Monte

23.10.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.12.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Marek Plura, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Andrey Novakov, Sergei Stanishev, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

10.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Rosa D'Amato

ENF

Georg Mayer, Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Marek Plura, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Sergei Stanishev, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Michael Cramer, Pascal Durand, Keith Taylor

0

-

 

 

2

0

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Jannar 2019Avviż legali