Proċedura : 2018/0050(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0005/2019

Testi mressqa :

A8-0005/2019

Dibattiti :

PV 03/04/2019 - 15
CRE 03/04/2019 - 15

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2019 - 10.7
CRE 17/01/2019 - 10.7
PV 04/04/2019 - 6.12
CRE 04/04/2019 - 6.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0344

RAPPORT     ***I
PDF 354kWORD 118k
10.1.2019
PE 622.269v01-00 A8-0005/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran

(COM(2018)0115 – C8-0104/2018 – 2018/0050(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Clara Eugenia Aguilera García

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran

(COM(2018)0115 – C8-0104/2018 – 2018/0050(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0115),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0104/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-pożizzjoni f'forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0005/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

(5)  L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jipprovdu kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli fit-tul. L-iskop huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali u soċjoekonomiku, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. Dan se jgħin ukoll biex is-suq tal-Unjoni jiġi pprovdut b'ikel ta' valur nutrittiv għoli, titnaqqas id-dipendenza tas-suq tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-ikel, jitħeġġeġ il-ħolqien dirett u indirett ta' impjiegi u ta' żvilupp ekonomiku fiż-żoni kostali, u jiġi żgurat livell ta' għajxien ġust għas-settur tas-sajd, inkluż is-settur tas-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira, kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, jenħtieġ li jiġu adottati għadd ta' miżuri ta' konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali, il-miżuri tekniċi u l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni tagħhom.

(6)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, jenħtieġ li jiġu adottati għadd ta' miżuri ta' konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali, il-miżuri tekniċi u l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni tagħhom. Madankollu, il-kisba mill-ġdid tal-istokkijiet tal-ħut ma tistax issir jekk ma jitnaqqasx l-impatt li dejjem qed jiżdied tat-tniġġis, li fil-biċċa l-kbira tiegħu joriġina mill-art, iżda li joriġina wkoll minn attivitajiet marittimi (trasport, idrokarburi, turiżmu, eċċ)

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jinkludi l-kisba mill-ġdid u ż-żamma tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda 'l fuq minn livelli li jkunu kapaċi jipproduċu MSY bħala għan espliċitu, fir-rigward tal-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, f'konformità mal-Artikolu 2, l-istokkijiet kollha jenħtieġ li gradwalment jilħqu l-livell tal-isfruttament kapaċi jilħaq ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 jekk ikun possibbli, jew l-aktar tard sal-2020. Filwaqt li jsiru sforzi biex din il-mira tintlaħaq, għandu jittieħed kont partikolari tal-impatt ekonomiku u soċjali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali jridu jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi. Bi qbil ma' dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li l-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament ikun fih għanijiet, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni, salvagwardji u miżuri tekniċi maħsuba biex jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet inċidentali.

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali jridu jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi. Bi qbil ma' dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li l-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament ikun fih għanijiet, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni, salvagwardji u miżuri tekniċi maħsuba biex jiġu evitati, imnaqqsa kemm jista' jkun il-qabdiet inċidentali, u jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "L-aqwa parir xjentifiku disponibbli" tirreferi għall-parir xjentifiku disponibbli għall-pubbliku li għandu l-appoġġ tal-iktar dejta u tal-iktar metodi xjentifiċi aġġornati u li nħareġ minn korp xjentifiku indipendenti rrikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell internazzjonali jew li ġie rrivedut minnu.

(8)  "L-Aqwa parir xjentifiku disponibbli" tirreferi għal parir xjentifiku disponibbli għall-pubbliku li għandu l-appoġġ tal-iktar dejta u tal-iktar metodi xjentifiċi aġġornati u li nħareġ jew li ġie evalwat bejn il-pari minn korp xjentifiku indipendenti li huwa rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell internazzjonali, bħall-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) jew il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Franza, l-Italja u Spanja adottaw pjanijiet ta' ġestjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006. Madankollu, il-pjanijiet mhumiex konsistenti ma' xulxin u ma jqisux l-irkaptu kollu li jintuża għas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ u l-firxa transżonali ta' ċerti stokkijiet u ta' ċerti flotot tas-sajd. Barra minn hekk, dawk il-pjanijiet ma kinux effettivi biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-PKS. L-Istati Membri u l-partijiet interessati esprimew appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjan pluriennali fil-livell tal-Unjoni għall-istokkijiet ikkonċernati.

(11)  Franza, l-Italja u Spanja adottaw pjanijiet ta' ġestjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006. Madankollu, il-pjanijiet mhumiex konsistenti ma' xulxin u ma jqisux l-irkaptu kollu li jintuża għas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ u l-firxa transżonali ta' ċerti stokkijiet u ta' ċerti flotot tas-sajd. Barra minn hekk, dawk il-pjanijiet ma kinux effettivi biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-PKS. L-Istati Membri u l-partijiet interessati esprimew appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjan pluriennali fil-livell tal-Unjoni għall-istokkijiet ikkonċernati. Il-pajjiżi jenħtieġ li jimplimentaw il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament b'mod konġunt sabiex jimmassimizzaw l-effikaċja tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-STECF wera li l-isfruttament ta' ħafna mill-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran jaqbeż bil-kbir il-livelli meħtieġa biex jinkiseb l-MSY.

(12)  L-STECF wera li l-isfruttament ta' ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran jaqbeż bil-kbir il-livelli meħtieġa biex jinkiseb l-MSY.

Ġustifikazzjoni

L-STECF għandu informazzjoni xjentifika dwar ċerti speċijiet li vvaluta; dan ma jikkostitwixxix il-maġġoranza tal-istokkijiet fil-Punent tal-Mediterran.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Minħabba l-importanza tas-sajd rikreattiv għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran, jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament ikopri wkoll dan it-tip ta' sajd. Meta t-tali sajd ikollu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet, jenħtieġ li l-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà ta' miżuri speċifiċi ta' ġestjoni.

(15)  Peress li s-sajd rikreattiv jista' jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ħut, jenħtieġ li l-pjan pluriennali jipprevedi qafas biex jiżgura li dan isir b'mod kompatibbli mal-objettivi ta' dak il-pjan. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru d-data dwar il-qabdiet tas-sajd rikreattiv. Meta t-tali sajd ikollu impatt sinifikanti fuq dawk ir-riżorsi, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi l-possibbiltà li tittieħed deċiżjoni dwar miżuri speċifiċi ta' ġestjoni li ma jagħmlux ħsara lis-settur tas-sajd professjonali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Jenħtieġ li l-ambitu ġeografiku tal-pjan pluriennali jissejjes fuq il-firxa ġeografika tal-istokkijiet kif indikata fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli. Jista' jkun li, fil-ġejjieni, jkun hemm bżonn tinbidel il-firxa ġeografika tal-istokkijiet stabbilita fil-pjan pluriennali minħabba titjib fl-informazzjoni xjentifika disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jaġġustaw il-firxa ġeografika tal-istokkijiet stabbilita fil-pjan pluriennali jekk il-parir xjentifiku juri li kien hemm bidla fil-firxa ġeografika tal-istokkijiet rilevanti.

(16)  Jenħtieġ li l-ambitu ġeografiku tal-pjan pluriennali jissejjes fuq il-firxa ġeografika tal-istokkijiet kif indikata fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli. Jista' jkun li, fil-ġejjieni, jkun hemm bżonn tinbidel il-firxa ġeografika tal-istokkijiet stabbilita fil-pjan pluriennali minħabba titjib fl-informazzjoni xjentifika disponibbli. Għalhekk il-Kummissjoni tista' tadotta proposta ġdida li taġġusta l-firxa ġeografika tal-istokkijiet stabbilita fil-pjan pluriennali jekk il-parir xjentifiku juri li kien hemm bidla fil-firxa ġeografika tal-istokkijiet rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 1(2) jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (stokkijiet u subżoni tal-GFCM) u l-Anness I jispeċifika liema gruppi ta' sforz huma inklużi fir-reġim tal-isforz tas-sajd. Iż-żewġ partijiet fihom elementi ewlenin tal-att leġiżlattiv u l-Parlament għandu jiġi kkonsultat qabel ma ssir kwalunkwe emenda, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament ikollu l-għan li jikkontribwixxi għall-kisba tal-PKS u, b'mod partikulari, li jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet fil-mira, li jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ li huma suġġetti għal daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni u li jiġi promoss livell ġust ta' għajxien għal dawk li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu s-sajd ta' mal-kosta u l-aspetti soċjoekonomiċi. Jenħtieġ li l-pjan jimplimenta wkoll l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Irid ikun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-għan li jintlaħaq status ambjentali tajjeb sal-2020 (bi qbil mad-Direttiva 2008/56/KE)28 u mal-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE29 u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE30.

(17)  Jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament ikollu l-għan li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS u, b'mod partikolari, li jinkisbu mill-ġdid u jinżammu l-istokkijiet tal-ħut 'il fuq mil-livelli ta' bijomassa li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY għall-istokkijiet fil-mira, li jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ li huma suġġetti għal daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, li jiżgura livell ġust ta' għajxien għal dawk li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu s-sajd ta' mal-kosta u l-aspetti soċjoekonomiċi. Jenħtieġ li l-pjan jimplimenta wkoll l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Irid ikun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-għan li jintlaħaq status ambjentali tajjeb sal-2020 (bi qbil mad-Direttiva 2008/56/KE) u mal-għanijiet tad-Direttiva 2008/56/KE28). u jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba ta' status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ispeċijiet u l-ħabitats kif jirrikjedu l-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/147/KE29 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE30

__________________

__________________

28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

29 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

29 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

30 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

30 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Ir-ristrutturar tal-flotta jista' jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u għat-twettiq tal-għanijiet tal-PKS. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi prevista l-possibbiltà li l-pajjiżi jfasslu pjanijiet ta' ristrutturar tal-flotot u tal-isforzi sabiex isaħħu s-selettività u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u għal din ir-raġuni jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-għajnuna għall-iskrappjar u l-modernizzazzjoni. Għal dan il-għan, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd jenħtieġ li jiġi emendat biex iqis dawn l-istrumenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  Il-fatt li dan ir-Regolament daħal fis-seħħ tard u n-natura dinamika tas-sajd imħallat jenħtieġ li jitqiesu fl-isforzi biex jintlaħqu l-miri ta' mortalità mis-sajd f'konformità mal-meded FMSY, filwaqt li jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jiġi korrett kwalunkwe żbilanċ fis-settur tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Minħabba is-sitwazzjoni kurrenti tal-istokkijiet u s-sottomissjoni tard ta' din il-proposta min-naħa tal-Kummissjoni, huwa impossibbli li jinkiseb l-MSY fl-istokkijiet kollha affettwati sa tmiem l-2020, mingħajr tnaqqis bla preċedent u katastrofiku fil-flotot tal-Punent tal-Mediterran.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri u sabiex jiġu skattati miżuri ta' rimedju meta jkun hemm bżonn, fost l-oħrajn meta l-livelli tal-istokkijiet jaqgħu taħt il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni. Jenħtieġ li l-miżuri ta' rimedju jinkludu miżuri ta' emerġenza skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni oħrajn.

(21)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri u sabiex jiġu skattati miżuri ta' rimedju meta jkun hemm bżonn, fost l-oħrajn meta l-livelli tal-istokkijiet jaqgħu taħt il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni. Jenħtieġ li l-miżuri ta' rimedju jinkludu miżuri ta' emerġenza skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni oħrajn, iżda wkoll għajnuna finanzjarja għas-sajjieda direttament milquta minn dawk il-miżuri.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex ikun żgurat aċċess trasparenti għas-sajd u l-kisba tal-mortalitajiet mis-sajd fil-mira, jenħtieġ li jiġi adottat reġim tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-Unjoni għax-xbieki tat-tkarkir, li huma l-irkaptu ewlieni li jintuża għas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran. Għal dak il-għan, jixraq li jiġu stabbiliti l-gruppi tal-isforz sabiex, ta' kull sena, il-Kunsill ikun jista' jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli, mogħti bħala għadd ta' jiem tas-sajd. Jenħtieġ li r-reġim tal-isforz ikun jinkludi wkoll irkaptu ieħor tas-sajd jekk dan ikun meħtieġ.

(23)  Sabiex ikun żgurat aċċess trasparenti għas-sajd u l-kisba tal-mortalitajiet mis-sajd fil-mira, l-Unjoni jenħtieġ li jkollha dejta b'saħħitha u statistika affidabbli, li fuq il-bażi tagħhom jenħtieġ li jiġi adottat reġim tal-isforz tas-sajd għax-xbieki tat-tkarkir, li huma l-irkaptu ewlieni li jintuża għas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran. Għal dak il-għan il-Kunsill jenħtieġ li jiddetermina l-isforz massimu permissibbli tas-sajd, espress f'għadd ta' jiem ta' sajd, fuq bażi annwali. Jenħtieġ li r-reġim tal-isforz ikun jinkludi wkoll irkaptu ieħor tas-sajd jekk dan ikun meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

L-isforzi tas-sajd ikunu ġestiti aħjar b'mod konġunt f'kull subżona ġeografika minħabba li l-kategoriji tat-tul proposti joħolqu differenzjazzjonijiet arbitrarji fi ħdan il-flotta. Ir-rapporteur tipproponi l-eliminazzjoni tal-gruppi ta' sforz.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Minħabba s-sitwazzjoni ta' tħassib tal-istokkijiet kważi kollha tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran, u sabiex jitnaqqsu l-livelli attwali għoljin ta' mortalità mis-sajd, jenħtieġ li r-reġim tal-isforz tas-sajd ikun jinvolvi tnaqqis sinifikanti fl-isforz tas-sajd fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-pjan previst f'dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li l-Kunsill iqis is-sajd rikreattiv meta l-parir xjentifiku juri li t-tali sajd għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd tal-istokkijiet ikkonċernati. Għal dak il-għan, permezz tar-reġim tal-isforz, il-Kunsill jista' jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet kummerċjali li jkunu jqisu l-volum tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv u/jew jadotta miżuri oħrajn li jillimitaw is-sajd rikreattiv.

(25)  Jenħtieġ li l-Kunsill iqis is-sajd rikreattiv meta l-parir xjentifiku juri li t-tali sajd għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd tal-istokkijiet ikkonċernati. Għal dak il-għan, permezz tar-reġim tal-isforz, il-Kunsill se jistabbilixxi opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet kummerċjali li jqisu l-volum tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv sabiex ma jiġix ipperikolat is-sajd kummerċjali/professjonali u/jew jadotta miżuri oħrajn li jillimitaw is-sajd rikreattiv, filwaqt li jitqies li tali miżuri jenħtieġ li qatt ma jkunu għad-detriment tal-attivitajiet professjonali tas-sajd.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-parir xjentifiku juri li r-reġim tal-isforz tas-sajd ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet jew il-miri tal-pjan previst f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri ta' ġestjoni bbażati fuq il-qabdiet totali permissibbli sabiex jikkumplimentaw lir-reġim tal-isforz.

(26)  Meta l-parir xjentifiku juri li r-reġim tal-isforz tas-sajd ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet jew il-miri tal-pjan previst f'dan ir-Regolament, fejn xieraq, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri tekniċi li jippermettu t-titjib tal-status tal-istokkijiet billi titnaqqas il-mortalità tas-sajd tal-ispeċijiet fil-mira, sabiex jikkomplementaw lir-reġim tal-isforz.

Ġustifikazzjoni

Miżuri ta' ġestjoni bbażati fuq il-qabdiet totali permissibbli (TACs) mhumiex adatti għall-Mediterran, minħabba d-diffikultà tagħhom fl-applikazzjoni ta' din il-miżura f'sajd l-għanijiet speċifiċi diversi u fejn l-istokkijiet huma kondiviżi ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE. Ikun preferibbli li jiġu applikati miżuri tekniċi li jippermettu t-titjib tal-istatus tal-istokkijiet billi titnaqqas il-mortalità mis-sajd tal-ispeċijiet fil-mira, fejn xieraq

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta' ġestjoni fil-livell reġjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu skema ta' ġestjoni konġunta li tinvolvi l-Kunsilli Konsultattivi, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-istituzzjonijiet/l-awtoritajiet kompetenti sabiex jissaħħaħ id-djalogu u l-impenn tal-partijiet.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Sabiex jitħarsu ż-żoni ta' tkabbir tal-ħut u l-ħabitats sensittivi u sabiex jiġi ssalvagwardjat is-sajd fuq skala żgħira, jenħtieġ li ż-żona ta' mal-kosta tkun irriżervata b'mod regolari għas-sajd iktar selettiv. Għalhekk jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament jistabbilixxi għeluq ta' tliet xhur kull sena għall-bastimenti tat-tkarkir li jistadu fl-isobat ta' 100 metru.

(28)  Sabiex jitħarsu ż-żoni ta' tkabbir tal-ħut u l-ħabitats sensittivi u sabiex jiġi ssalvagwardjat is-sajd fuq skala żgħira, jenħtieġ li ż-żona ta' mal-kosta tkun irriżervata b'mod regolari għas-sajd iktar selettiv. Għalhekk jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament jistabbilixxi għeluq ta' tliet xhur kull sena għall-bastimenti tat-tkarkir li jistadu fl-isobat ta' 100 metru fuq il-bażi ta' kull każ għalih, fejn meħtieġ u ġustifikat bix-xjenza, permezz ta' reġjonalizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta biex jiġi stabbilit għeluq għall-bastimenti tat-tkarkir fl-isobat ta' 100 m mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju tista', f'xi każijiet, tkun miżura sproporzjonata u mhux ġustifikata, mhux ibbażata fuq ix-xjenza. F'ħafna żoni, il-blata kontinentali tintemm ħesrem, u tilħaq fond kbir fi ftit mili biss, u dan jagħmilha impossibbli għal bastimenti tat-tkarkir li jistadu lil hinn minn din iż-żona. Il-miżura proposta taffettwa profondament mhux biss il-bastimenti tat-tkarkir, iżda wkoll is-setturi li jiddependu fuq ix-xbieki tat-tkarkir, bħall-portijiet, l-irkanti u l-industriji anċillari.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Barra minn hekk, għandhom jittieħdu miżuri oħra ta' konservazzjoni għall-ispeċi ta' ħut tal-qiegħ. B'mod partikulari, skont il-parir xjentifiku, jixraq li jkun hemm għeluq addizzjonali f'żoni bi ġlejjeb kbar ta' ħut riproduttiv sabiex jitħares il-merluzz adult li diġà sarlu dannu kbir.

(29)  Barra minn hekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri oħra ta' konservazzjoni għall-ispeċi ta' ħut tal-qiegħ. B'mod partikulari, skont il-parir xjentifiku, jixraq li jkun hemm għeluq addizzjonali f'żoni bi ġlejjeb kbar ta' ħut riproduttiv sabiex jitħares il-merluzz adult li diġà sarlu dannu kbir u żoni b'konċentrazzjoni għolja ta' ħut li għadu qed jikber, mingħajr preġudizzju għal kumpens ġust għas-sajjieda affettwati minn dawn il-perjodi ta' għeluq.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li l-approċċ ta' prekawzjoni japplika għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji u għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ li dwarhom ma hemmx biżżejjed dejta disponibbli. Jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta l-parir xjentifiku juri li hemm bżonn ta' miżuri ta' rimedju.

(30)  Jenħtieġ li l-approċċ ta' prekawzjoni japplika għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji u għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ li dwarhom ma hemmx biżżejjed dejta disponibbli. Jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta l-parir xjentifiku juri li hemm bżonn ta' miżuri ta' rimedju, sakemm is-sajjieda milquta minn dawk il-miżuri jingħataw kumpens ġust.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Sabiex jiġu protetti speċijiet sensittivi u ħabitats mhedda u milquta minn attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ, il-pjan għandu jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni għall-attivitajiet tas-sajd rilevanti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Sabiex tingħata ċertezza legali, jixraq li jiġi ċċarat li l-miżuri ta' waqfien temporanju li ġew adottati sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-pjan previst f'dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu bħala miżuri li huma eliġibbli għall-appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.

(37)  Sabiex tingħata ċertezza legali, jixraq li jiġi ċċarat li l-miżuri ta' waqfien temporanju, jew miżuri ta' waqfien permanenti taħt il-pjan ta' ristrutturazzjoni, li ġew adottati sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-pjan previst f'dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu bħala miżuri li huma eliġibbli għall-appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 .

_________________

_________________

32 Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

32 Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fis-subżona 1 tal-GFCM;

(a)  Il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fis-subżoni 1, 5 u 6 tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM);

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta' paragrafi jagħmilha aktar faċli biex wieħed jifhem il-lista tal-ispeċijiet.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fis-subżona 5 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fis-subżona 6 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fis-subżona 1 tal-GFCM;

(d)  il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fis-subżoni 1, 5, 6, 9, 10 u 11 tal-GFCM;

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta' paragrafi jagħmilha aktar faċli biex wieħed jifhem il-lista tal-ispeċijiet.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fis-subżona 5 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fis-subżona 6 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) mifrux fis-subżoni 9, 10 u 11 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-gamblu aħmar il-kbir (Aristaeomorpha foliacea) fis-subżona 9 tal-GFCM;

(h)  il-gamblu aħmar il-kbir (Aristaeomorpha foliacea) fis-subżoni 9, 10 u 11 tal-GFCM;

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta' paragrafi jagħmilha aktar faċli biex wieħed jifhem il-lista tal-ispeċijiet.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-gamblu aħmar il-kbir (Aristaeomorpha foliacea) fis-subżona 10 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  il-gamblu aħmar il-kbir (Aristaeomorpha foliacea) fis-subżona 11 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-merluzz (Merluccius merluccius) mifrux fis-subżoni 1, 5, 6 u 7 tal-GFCM;

(k)  il-merluzz (Merluccius merluccius) fis-subżoni 1, 5, 6, 7, 9, 10 u 11 tal-GFCM;

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta' paragrafi jagħmilha aktar faċli biex wieħed jifhem il-lista tal-ispeċijiet.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  il-merluzz (Merluccius merluccius) mifrux fis-subżoni 9, 10 u 11 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  l-iskampu (Nephrops norvegicus) fis-subżona 5 tal-GFCM;

(m)  l-iskampu (Nephrops norvegicus) fis-subżoni 5, 6, 9 u 11 tal-GFCM;

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta' paragrafi jagħmilha aktar faċli biex wieħed jifhem il-lista tal-ispeċijiet.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  l-iskampu (Nephrops norvegicus) fis-subżona 6 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  l-iskampu (Nephrops norvegicus) fis-subżona 9 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)  l-iskampu (Nephrops norvegicus) fis-subżona 11 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt q

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżona 1 tal-GFCM;

(q)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżoni 1, 5, 6, 7, 9 u 10 tal-GFCM;

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-għadd ta' paragrafi jagħmilha aktar faċli biex wieħed jifhem il-lista tal-ispeċijiet.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżona 5 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżona 6 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt t

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(t)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżona 7 tal-GFCM;

imħassar

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt u

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(u)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżona 9 tal-GFCM; kif ukoll

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżona 10 tal-GFCM.

imħassar

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 2 - punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va)  it-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżona 11 tal-GFCM;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji li jinqabdu fil-Punent tal-Mediterran waqt is-sajd għall-istokkijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. Huwa għandu japplika wkoll għal kull stokk tal-ħut tal-qiegħ ieħor li jinqabad fil-Punent tal-Mediterran u li dwaru ma hemmx biżżejjed dejta disponibbli.

3.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji li jinqabdu fil-Punent tal-Mediterran waqt is-sajd għall-istokkijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u għandu jkollu l-għan li jiżgura li l-isfruttament ta' dawk l-istokkijiet jerġa' jikseb u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda, li jistgħu jinstadu f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Huwa għandu japplika wkoll għal kull stokk tal-ħut tal-qiegħ ieħor li jinqabad fil-Punent tal-Mediterran u li dwaru ma hemmx biżżejjed dejta disponibbli.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll id-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Mediterran għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet li għalihom japplika l-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

5.  Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Mediterran għall-istokkijiet ta' dawk l-ispeċijiet li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u li jinqabdu fl-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "medda tal-FMSY" tfisser medda ta' valuri mogħtija fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli, u b'mod partikulari fil-parir xjentifiku mogħti mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-"STECF"), fejn il-livelli kollha ta' mortalità mis-sajd f'dik il-medda jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli ("MSY") fit-tul b'xejra partikulari tas-sajd u bil-kundizzjonijiet ambjentali medji eżistenti mingħajr ma jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proċess ta' riproduzzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati. Din hija mfassla biex tagħti tnaqqis ta' mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY. Hija limitata sabiex il-probabbiltà li l-istokk jaqa' taħt il-punt ta' referenza ta' limitu (il-BLIM) ma tkunx ta' iktar minn 5 %;

(2)  "medda tal-FMSY" tfisser medda ta' valuri mogħtija fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli, fejn il-livelli kollha ta' mortalità mis-sajd f'dik il-medda jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli ("MSY") fit-tul b'xejra partikulari tas-sajd u bil-kundizzjonijiet ambjentali medji eżistenti mingħajr ma jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proċess ta' riproduzzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati. Din hija mfassla biex tagħti tnaqqis ta' mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY. Hija limitata sabiex il-probabbiltà li l-istokk jaqa' taħt il-punt ta' referenza ta' limitu (il-BLIM) ma tkunx ta' iktar minn 5 %;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), l-espressjoni "b'mod partikolari" għandha titneħħa, peress li parir xjentifiku indipendenti ieħor rikonoxxut bħala tali fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali għandu jitqies ukoll, bħal dak ipprovdut mill-Kumitat Konsultattiv (SAC) tal-GFSM.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "valur tal-punt tal-FMSY" tfisser il-valur tal-istima tal-mortalità mis-sajd li, b'xejra partikulari tas-sajd u bil-kundizzjonijiet ambjentali attwali, iwassal għar-rendiment massimu sostenibbli fit-tul;

(3)  "FMSY" tfisser il-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li b'mudell tas-sajd partikolari u bil-kundizzjonijiet ambjentali attwali jagħti r-rendiment massimu fuq terminu ta' żmien twil.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "BLIM" tfisser il-punt ta' referenza ta' limitu, mogħti bħala bijomassa tal-istokk riproduttiv u mogħti fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikulari f'dak tal-STECF, li taħtu l-kapaċità riproduttiva tista' tonqos;

(8)  "BLIM" tfisser il-punt ta' referenza ta' limitu, espress bħala bijomassa tal-istokk riproduttiv u mogħti fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli li taħtu l-kapaċità riproduttiva tista' tonqos;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), l-espressjoni "b'mod partikolari" għandha titneħħa, peress li parir xjentifiku indipendenti ieħor rikonoxxut bħala tali fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali għandu jitqies ukoll, bħal dak ipprovdut mill-Kumitat Konsultattiv (SAC) tal-GFSM.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "BPA" tfisser il-punt ta' referenza ta' prekawzjoni, mogħti bħala bijomassa tal-istokk riproduttiv u mogħti fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikulari f'dak tal-STECF, li jiżgura li l-probabbiltà li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv taqa' taħt il-BLIM tkun ta' inqas minn 5 %;

(9)  "BPA" tfisser il-punt ta' referenza ta' prekawzjoni, espress bħala bijomassa tal-istokk riproduttiv u mogħti fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli, li jiżgura li l-probabbiltà li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv taqa' taħt il-BLIM tkun ta' inqas minn 5 %;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), l-espressjoni "b'mod partikolari" għandha titneħħa, peress li parir xjentifiku indipendenti ieħor rikonoxxut bħala tali fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali għandu jitqies ukoll, bħal dak ipprovdut mill-Kumitat Konsultattiv (SAC) tal-GFSM.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  "Sajd rikreattiv" tfisser kwalunkwe attività tas-sajd magħmula minn bastiment ta' kwalunkwe tip, b'buq ta' tul ta' 2,5 metri jew iżjed, indipendentement mill-mezzi ta' propulsjoni, maħsub għall-isport jew għal raġunijiet ta' divertiment, u li mhux involut fil-kummerċ;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  "ġestjoni konġunta" tfisser il-proċess ta' ġestjoni tar-riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi tal-PKS li fihom l-amministrazzjonijiet kompetenti, is-sajjieda lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-istituzzjonijiet ta' riċerka u xi drabi azjendi tas-sajd oħra u partijiet oħra kkonċernati tar-riżorsi kostali, kull wieħed minnhom b'responsabbiltajiet u drittijiet speċifiċi, jaqsmu s-setgħa għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta' attività tas-sajd.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  "l-aqwa parir xjentifiku disponibbli" tfisser parir xjentifiku disponibbli pubblikament li huwa appoġġjat mid-dejta u l-metodi xjentifiċi l-aktar aġġornati li nħareġ jew li ġie evalwat mill-pari u rieżaminat minn korp xjentifiku indipendenti tal-Unjoni jew internazzjonali li huwa rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell internazzjonali, bħall-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) jew il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd kif imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari billi japplika l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa' jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY.

1.  Il-pjan għandu jkun ibbażat fuq reġim tal-isforz tas-sajd li jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd kif imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari billi japplika l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa' jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. Kif previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-rati ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandhom jinkisbu malajr kemm jista' jkun u fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020, għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament, u għandhom jinżammu minn dakinhar 'il quddiem. Fil-kuntest tal-objettivi ta' dan il-pjan, għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sostenibbiltà soċjoekonomika, b'mod partikolari l-impatt fuq il-komunitajiet ikkonċernati.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pjan għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u, b'mod partikolari, mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/147/KE u fl-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

3.  Il-pjan għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, u b'mod partikolari fuq ħabitats vulnerabbli u speċijiet protetti, inklużi l-mammiferi u r-rettili tal-baħar u t-tjur tal-baħar, kif ukoll il-qbid inċidentali. Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u, b'mod partikolari, mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/147/KE u fl-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-miżuri li jittieħdu fil-kuntest tal-pjan għandhom jittieħdu abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli. Meta ma jkunx hemm biżżejjed dejta disponibbli, għandu jipprova jintlaħaq livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

5.  Il-miżuri li jittieħdu fil-kuntest tal-pjan għandhom jittieħdu abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mortalità mis-sajd fil-mira skont il-meded tal-FMSY iddefiniti fl-Artikolu 2 għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrimentali sal-2020 għall-istokkijiet ikkonċernati u, wara dak iż-żmien, għandha tinżamm fil-meded tal-FMSY.

1.  Il-mortalità mis-sajd fil-mira skont il-meded tal-FMSY iddefiniti fl-Artikolu 2 għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020, għall-istokkijiet ikkonċernati u, wara dak iż-żmien, għandha tinżamm fil-meded tal-FMSY. Waqt li jsiru sforzi biex din il-miri tintlaħaq, għandu jittieħed kont partikolari tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-kalendarju propost, f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-meded tal-FMSY għandhom jintalbu abbażi ta' dan il-pjan, b'mod partikulari mingħand l-STECF.

2.  Il-meded tal-FMSY għandhom jintalbu minn korp xjentifiku indipendenti rikonoxxut bħala tali fil-livell tal-Unjoni u l-livell internazzjonali, b'mod partikulari l-STECF jew l-SAC tal-GFCM.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), l-espressjoni "b'mod partikolari" għandha titneħħa, peress li parir xjentifiku indipendenti ieħor rikonoxxut bħala tali fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali għandu jitqies ukoll, bħal dak ipprovdut mill-Kumitat Konsultattiv (SAC) tal-GFSM.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kunsill jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd, huwa għandu jagħmel dan għall-istokkijiet kollha kkonċernati, fil-medda tal-FMSY li tkun disponibbli dak iż-żmien għall-iktar stokk vulnerabbli.

3.  Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kunsill jistabbilixxi l-miżuri tal-isforz tas-sajd, huwa għandu jistabbilixxi dawk il-miżuri għat-total tal-istokkijiet kollha kkonċernati, fil-medda tal-FMSY li tkun disponibbli dak iż-żmien għall-iktar stokk vulnerabbli.

Ġustifikazzjoni

Miżuri ta' ġestjoni bbażati fuq il-qabdiet totali permissibbli (TACs) mhumiex adatti għall-Mediterran, minħabba d-diffikultà tagħhom fl-applikazzjoni ta' din il-miżura f'sajd b'għanijiet speċifiċi diversi u fejn l-istokkijiet huma kondiviżi ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE. Ikun preferibbli li jiġu applikati miżuri tekniċi li jippermettu t-titjib tal-istat tal-istokk billi titnaqqas il-mortalità mis-sajd tal-ispeċijiet fil-mira, fejn xieraq.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu stabbiliti f'livelli li huma iktar baxxi mill-meded tal-FMSY.

4.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 3, l-isforzi tas-sajd jistgħu jiġu stabbiliti f'livelli li huma iktar baxxi mill-meded tal-FMSY. L-impatt soċjali u ekonomiku fuq il-flotot ikkonċernati għandu jitqies b'mod partikolari, f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013.

 

(jekk din l-emenda ta' kompromess tiġi adottata, it-terminu "opportunitajiet tas-sajd" jinbidel bit-terminu "sforz tas-sajd" fit-test kollu, u, b'konsegwenza ta' dan, bidla tkun meħtieġa fi tmiem il-premessa 22 biex jitħassar il-kliem "u/jew il-qabdiet".)

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu stabbiliti f'livelli li huma ogħla mill-medda tal-FMSY li tkun disponibbli dak iż-żmien għall-iktar stokk vulnerabbli, dejjem jekk il-livell tal-istokkijiet kollha kkonċernati jkun ogħla mill-BPA:

5.  B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-isforz tas-sajd jista' jiġi stabbilit 'il fuq mill-medda tal-FMSY disponibbli dak iż-żmien għall-iktar stokk vulnerabbli, dejjem jekk il-livell tal-istokkijiet kollha kkonċernati jkun ogħla mill-BPA:

(a)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

(a)  jekk, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, ikun meħtieġ għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ ta' sajd imħallat;

(b)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti; jew

(b)  jekk, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil stokk ikkawżat mid dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti; jew

(c)  sabiex il-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 20 %.

(c)  sabiex il-varjazzjonijiet fl-isforz tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 10 %, u sa 30 % tal-isforz kumulattiv fl-ewwel tliet snin tal-pjan.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-punt ta' referenza ta' prekawzjoni (il-BPA), għandhom jiġu adottati miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f'livelli li jkunu konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset u tkun inġiebet fil-medda tal-FMSY għall-istokk l-iktar vulnerabbli, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa.

1.  Meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-punt ta' referenza ta' prekawzjoni (il-BPA), għandhom jiġu adottati miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikulari, l-isforz tas-sajd jista' jiġi stabbilit f'livelli li ma jaqbżux ir-rata ta' sfruttament konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli u konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset u tkun inġiebet fil-medda tal-FMSY għall-istokk l-iktar vulnerabbli, f'subżona ġeografika (GSA), filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-punt ta' referenza ta' limitu (il-BLIM), għandhom jittieħdu iktar miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), dawk il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis ix-xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd.

2.  Meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-punt ta' referenza ta' limitu (il-BLIM), għandhom jittieħdu iktar miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, b'deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), dawk il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis xieraq tal-miżuri tal-isforz tas-sajd, sakemm is-sajjieda affettwati minn dawk il-miżuri jingħataw kumpens ġust.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-miżuri msemmijin f'dan l-Artikolu għandhom jingħażlu b'mod li jkun adattat għan-natura, għas-serjetà, għat-tul ta' żmien u għar-repetizzjoni tas-sitwazzjoni fejn il-bijomassa tal-istokk riproduttiv tkun taħt il-livelli msemmijin fl-Artikolu 5.

4.  Il-miżuri msemmijin f'dan l-Artikolu għandhom jingħażlu b'mod li jkun adattat għan-natura, għas-serjetà, għat-tul ta' żmien u għar-repetizzjoni tas-sitwazzjoni fejn il-bijomassa tal-istokk riproduttiv tkun taħt il-livelli msemmijin fl-Artikolu 5, u dawk il-miżuri għandhom ikunu kundizzjonali għal kumpens ġust għas-sajjieda affettwati mill-applikazzjoni tagħhom.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu japplika reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti kollha li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir fiż-żoni ddefiniti fl-Anness I li jidħlu fil-kategoriji tat-tul tal-bastimenti ddefiniti f'dak l-Anness.

1.  Għandu japplika reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti kollha li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir fis-Subżoni Ġeografiċi (GSA), u l-kategoriji tat-tul tal-bastimenti definiti fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex temenda l-Anness I bil-għan li tinkludi intervalli tal-profondità għall-istokkijiet ikkonċernati minn dan ir-Regolament. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss wara li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 17 ikun sar disponibbli għal kull waħda mill-ħames snin preċedenti.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull sena, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli skont il-parir xjentifiku għal kull grupp ta' sforz u għal kull Stat Membru.

2.  Kull tliet snin, f'konformità mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli kull sena, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal kull grupp ta' sforz u Stat Membru.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Skont il-parir xjentifiku, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-pjan, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għandu jkun ħafna inqas mill-valur ta' referenza previst fil-paragrafu 4.

3.  Għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-pjan, minbarra għall-GSAs li fihom l-isforz diġà jkun tnaqqas b'iktar minn 20 % matul il-perjodu ta' valur ta' referenza previst fl-Artikolu 4, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għandu jitnaqqas b'iktar minn 10 % minn dak il-valur ta' referenza, f'konformità mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli dwar l-istat tal-istokkijiet.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għall-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-valur ta' referenza għandu jiġi kkalkulat għal kull grupp ta' sforz bħala l-isforz medju, mogħti bħala l-għadd ta' jiem tas-sajd bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Diċembru 2017, u għandu jqis biss il-bastimenti li kienu qed jistadu b'mod attiv matul dak il-perjodu;

(a)  għall-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-valur ta' referenza għandu jiġi kkalkulat għal kull GSA bħala l-isforz massimu kkonfermat espress bħala l-għadd ta' jiem tas-sajd bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2017, u għandu jqis biss il-bastimenti attivi matul dak il-perjodu;

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' referenza ġie estiż sabiex il-figuri miksuba jkunu aktar rappreżentattivi. L-għadd tal-jiem ta' sforz tas-sajd annwali għandu jkun ibbażat fuq l-għadd massimu ta' jiem ikkonfermati (bl-użu tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), il-ġurnali ta' abbord, eċċ.), filwaqt li jitqies li fis-snin li għaddew is-settur naqqas volontarjament l-għadd tal-jiem tas-sajd. Dan jippenalizza lil dawk li għażlu li jimmaniġġjaw żoni tas-sajd b'mod aktar responsabbli.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-parir xjentifiku juri li qed isiru qabdiet sinifikanti ta' stokk partikulari bl-użu ta' rkaptu minbarra x-xbieki tat-tkarkir, għandhom jiġu stabbiliti livelli tal-isforz tas-sajd għat-tali rkaptu speċifiku abbażi ta' dak il-parir xjentifiku.

5.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri żieda ta' iktar minn 10 % fil-qabdiet ta' stokk partikulari bl-użu ta' rkaptu minbarra x-xbieki tat-tkarkir, għandhom jiġu stabbiliti livelli tal-isforz tas-sajd għat-tali rkaptu speċifiku abbażi ta' dak il-parir xjentifiku.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-parir xjentifiku juri li s-sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikulari, il-Kunsill jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd sabiex jiġi evitat li tinqabeż il-mira kollha tal-mortalità mis-sajd.

6.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri li s-sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikolari, il-Kunsill għandu jillimita s-sajd rikreattiv meta jistabbilixxi l-isforz tas-sajd sabiex jiġi evitat li tinqabeż il-mira kollha tal-mortalità mis-sajd, mingħajr ma jitnaqqsu l-opportunitajiet tas-sajd tas-sajjieda professjonali. L-Istati Membri jistgħu jinkludu s-sajd rikreattiv fi pjanijiet ta' ġestjoni nazzjonali speċifiċi biex jiżguraw il-ġbir, il-monitoraġġ u l-kontroll effettivi ta' ċerti attivitajiet tas-sajd.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

imħassar

Qabdiet totali permissibbli

 

Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri li r-reġim tal-isforz tas-sajd mhuwiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet jew il-miri stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, il-Kunsill għandu jadotta miżuri kumplimentari ta' ġestjoni bbażati fuq il-qabdiet totali permissibbli.

 

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta' reġim komuni ta' TACs u reġim ta' kwota fil-Mediterran jista' jwassal għal bosta diffikultajiet ta' implimentazzjoni tiegħu u jikkawża problemi ġodda fil-monitoraġġ ta' speċijiet bi kwota limitati (choke species), peress li l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona jkunu mħalltin. Sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kunċett tal-ġestjoni tal-isforz, fuq il-bażi ta' dan il-pjan pluriennali, il-miżuri ta' ġestjoni għandhom ikunu kkonċentrati u l-possibbiltà li dan it-tip ta' miżuri jiġi propost fil-futur għandha tibqa' miftuħa.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust fost is-segmenti tal-flotta, filwaqt li jqisu s-sajd tradizzjonali u artiġjanali; u

(b)  iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust fil-flotta, filwaqt li jikkunsidraw s-sajd tradizzjonali u artiġjanali; u

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta Stat Membru jippermetti lil bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jistad bix-xbieki tat-tkarkir, huwa għandu jiżgura li t-tali sajd ikun limitat għal mhux aktar minn 12-il siegħa għal kull jum tas-sajd, għal ħamest ijiem tas-sajd fil-ġimgħa jew għal perjodi ekwivalenti.

3.  Meta Stat Membru jippermetti lil bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jistad bix-xbieki tat-tkarkir, huwa għandu jiżgura li t-tali sajd ikun limitat għal mhux aktar minn 12-il siegħa għal kull jum tas-sajd, għal ħamest ijiem tas-sajd fil-ġimgħa jew għal perjodi ekwivalenti. F'każijiet debitament ġustifikati, fejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament jimplikaw żieda fis-sigħat tal-ivvjaġġar, għandu jkun possibbli massimu ta' 18-il  siegħa għal kull jum tas-sajd, soġġett għal awtorizzazzjoni speċifika minn qabel mill-Istat Membru.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-pjan, il-kapaċità kollha li tikkorrispondi mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin skont il-paragrafu 4, mogħtija f'tunnellaġġ gross u f'kilowatts, ma tiżdiedx.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-pjan, il-kapaċità kollha li tikkorrispondi mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin skont il-paragrafu 4, mogħtija f'tunnellaġġ gross u f'kilowatts, ma tiżdiedx. Għandu jkun permess skambju ta' kapaċità bejn iż-żoni differenti ta' ġestjoni, jekk it-titjib fl-istatus tar-riżorsi jippermetti dan.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni għandha tħalli miftuħa l-possibbiltà ta' skambju ta' kapaċità bejn iż-żoni ta' ġestjoni differenti (GSA), f'każ li t-titjib fl-istat tar-riżorsi jippermetti dan (li jissodisfa l-kriterji diġà stabbiliti fir-regolamenti dwar il-limiti massimi tal-kapaċità globali). L-iskambju tal-kapaċità jrid jirrispetta dejjem il-limiti massimi totali allokati lil kull Stat Membru.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ġbir effettiv tad-dejta li jippermetti li jiġi vvalutat l-impatt tas-sajd rikreattiv fuq l-istokkijiet koperti minn dan il-Pjan.

Ġustifikazzjoni

Dejta dwar is-sajd rikreattiv hija meħtieġa biex jiġi vvalutat l-impatt ta' dan tal-aħħar fuq il-popolazzjonijiet.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Bil-għan li jitjieb l-istat tal-istokkijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu reġim ta' ġestjoni konġunta sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan, f'konformità mal-ispeċifiċitajiet lokali ta' attività tas-sajd.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minbarra dak li hu previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, għandu jkun ipprojbit l-użu tax-xbieki tat-tkarkir fil-Punent tal-Mediterran fl-isobat ta' 100 metru mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

1.  Minbarra dak li hu previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, għandu jkun ipprojbit l-użu tax-xbieki tat-tkarkir fil-Punent tal-Mediterran fl-isobat ta' mill-inqas 100 metru mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Settembru ta' kull sena, fejn meħtieġ u ġġustifikat mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, jistgħu jsiru derogi minn dawk id-dispożizzjonijiet skont il-varjazzjoni fl-isobat f'termini ta' distanza mill-kosta, il-karatteristiċi speċifiċi tal-kosta fil-baċir ikkonċernat, u l-karatteristiċi tal-flotot li joperaw hemmhekk.

Ġustifikazzjoni

Projbizzjoni, li permezz tagħha x-xbieki tat-tkarkir ma jistgħux jintużaw fl-isobat ta' 100 metru mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju, għandha titqies bħala inaċċettabbli jekk il-varjazzjoni fl-isobat, f'termini ta' distanza mill-kosta GSA, ma titqiesx. Fatturi oħra li qed jiġu injorati huma l-karatteristiċi speċifiċi tal-kosti fil-baċir ikkonċernat u l-karatteristiċi tal-flotta fir-rigward ta' liċenzji ta' trasport bil-baħar u tagħmir tekniku għall-ispeċijiet fil-mira li l-bastimenti jaqbdu.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien sentejn minn meta jiġi adottat dan ir-Regolament u abbażi tal-parir xjentifiku, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu żoni magħluqin għas-sajd oħrajn meta jkun hemm evidenza li fihom hemm konċentrazzjoni għolja ta' ħut li għadu qed jikber jew li dawn iservu ta' żoni ta' riproduzzjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, b'mod partikulari għall-istokkijiet ikkonċernati.

2.  Fi żmien sentejn minn meta jiġi adottat dan ir-Regolament u abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, jekk iż-żoni magħluqin stabbiliti jkunu taw prova ta' insuffiċjenza f'termini ta' rkupru tal-istokkijiet, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu żoni magħluqin għas-sajd oħrajn meta jkun hemm evidenza li fihom hemm konċentrazzjonijiet għoljin ta' ħut li għadu qed jikber, ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni u żoni ta' riproduzzjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, b'mod partikolari għall-istokkijiet ikkonċernati.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-bastimenti ta' diversi Stati Membri jkunu se jintlaqtu miż-żoni magħluqin għas-sajd imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, u abbażi tal-parir xjentifiku, li jistabbilixxu ż-żoni magħluqin għas-sajd ikkonċernati.

3.  Meta l-bastimenti ta' diversi Stati Membri jkunu se jintlaqtu miż-żoni magħluqin għas-sajd imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, u abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, li jistabbilixxu ż-żoni magħluqin għas-sajd ikkonċernati.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri tekniċi ta' konservazzjoni oħrajn

Miżuri ta' konservazzjoni speċifiċi

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tax-xebh ta' dan l-artikolu mal-Artikolu 8 tal-pjan pluriennali tal-Baħar tat-Tramuntana, iż-żewġ testi għandhom jiġu allinjati.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni li ġejjin:

1.  Jekk l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jkun li jeħtieġ li jiġu applikati miżuri korrettivi għall-konservazzjoni ta' kwalunkwe stokk ta' ħut tal-qiegħ imsemmi fl-Artikolu 1 (2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament billi jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni għall-attivitajiet tas-sajd li jisfruttaw l-istokkijiet ta' ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran:

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk ma jkunx hemm rakkomandazzjoni konġunta kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) u wara li jgħaddu l-iskadenzi applikabbli stabbiliti f'dak l-Artikolu, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament billi tadotta l-miżuri mniżżlin fil-paragrafu 1 meta l-parir xjentifiku juri li hemm bżonn ta' azzjoni speċifika biex ikun żgurat li l-ġestjoni tal-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament issir skont l-Artikolu 3.

imħassar

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet tal-Punent tal-Mediterran li għalihom japplika l-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament billi tadotta miżuri ddettaljati dwar dak l-obbligu kif previst fl-Artikolu 15(5)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet tal-Punent tal-Mediterran li għalihom japplika l-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għall-qabdiet inċidentali ta' speċijiet pelaġiċi f'żoni tas-sajd li jisfruttaw l-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) li għalihom japplika l-obbligu ta' ħatt l-art, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament billi tadotta miżuri ddettaljati dwar dak l-obbligu kif previst fl-Artikolu 15(5)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fid-dawl tan-natura kondiviża tal-istokkijiet u fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sħubijiet reġjonali ma' pajjiżi terzi barra mill-UE taħt l-awspiċi tal-GFCM, sabiex jiżguraw l-effikaċja tal-pjanijiet ta' ġestjoni reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun possibbli li jkun hemm kooperazzjoni, fil-qafas tal-GFCM, ma' pajjiżi terzi li magħhom l-istokkijiet koperti minn dan il-Pjan huma kondiviżi, sabiex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tas-sajd.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-parir xjentifiku juri li kien hemm bidla fil-firxa ġeografika tal-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta ż-żoni speċifikati fl-Artikolu 1(2) u fl-Anness I sabiex titqies dik il-bidla.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 1(2) jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (stokkijiet u subżoni tal-GFCM) u l-Anness I jispeċifika liema gruppi ta' sforz huma inklużi fir-reġim tal-isforz tas-sajd. Iż-żewġ partijiet fihom elementi ewlenin tal-att leġiżlattiv u l-Parlament għandu jiġi kkonsultat qabel ma ssir kwalunkwe emenda, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-parir xjentifiku juri li hemm bżonn tiġi emendata l-lista tal-istokkijiet stabbilita fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista' tressaq proposta biex tiġi emendata dik il-lista.

2.  Meta l-parir xjentifiku juri li hemm bżonn tiġi emendata l-lista tal-istokkijiet stabbilita fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati, tista' tressaq proposta biex tiġi emendata dik il-lista.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet tar-rapport annwali previst fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-indikaturi kwantifikabbli għandhom jinkludu l-istimi annwali tal-F jew tal-FMSY u tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għall-istokkijiet ikkonċernati u, meta jkun possibbli, għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji. Ma' dawn jistgħu jiżdiedu indikaturi oħrajn abbażi tal-parir xjentifiku.

1.  Għall-finijiet tar-rapport annwali previst fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-indikaturi kwantifikabbli għandhom jinkludu l-istimi annwali tal-F jew tal-FMSY u tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għall-istokkijiet ikkonċernati, indikaturi soċjoekonomiċi u, meta jkun possibbli, għall-istokkijiet tal-qabdiet aċċessorji. Ma' dawn jistgħu jiżdiedu indikaturi oħrajn abbażi tal-parir xjentifiku.

Ġustifikazzjoni

Il-PKS hija bbażata fuq aspetti bijoloġiċi tal-attivitajiet tas-sajd imma tipprevedi wkoll is-sinerġija mal-aspetti soċjoekonomiċi tal-attivitajiet tas-sajd.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-pjan u l-impatt tiegħu fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-pjan u l-impatt tiegħu fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13, 14 u 16 għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b'rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm dak il-perjodu. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' ħames snin, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għat-tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13, 14 u 16 għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b'rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm dak il-perjodu. Id-delega tas-setgħa tista' tiġi estiża għal perjodi ta' ħames snin jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu dan b'mod konġunt.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 11, 12, 13, 14 u 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 11, 12, 13, 14 u 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien tliet xhur minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għandu jipprevedi miżuri ta' appoġġ għal miżuri ta' waqfien permanenti, sakemm Stat Membru jista' jagħti prova li l-attivitajiet tas-segment tal-flotta mhuwiex f'konformità mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dak is-segment, f'konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 508/2014, permezz ta' deroga mill-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Kapitolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

MIŻURI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

Ġustifikazzjoni

Miżuri ta' ġestjoni bbażati fuq il-qabdiet totali permissibbli (TACs) mhumiex adatti għall-Mediterran, minħabba d-diffikultà tagħhom fl-applikazzjoni ta' din il-miżura f'attivitajiet tas-sajd b'għanijiet speċifiċi diversi u fejn l-istokkijiet huma kondiviżi ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE. Ikun preferibbli li jiġu applikati miżuri tekniċi li jippermettu t-titjib tal-istat tal-istokkijiet billi titnaqqas il-mortalità mis-sajd tal-ispeċijiet fil-mira, fejn xieraq.

(1)

ĠU C 367, 10.10.2018, p. 103.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond u kuntest

Il-Punent tal-Mediterran huwa wieħed mis-subreġjuni fil-Mediterran l-aktar żviluppati. Jirrappreżenta madwar 31 % tal-ħatt l-art totali f'din iż-żona (jiġifieri EUR 1,35 biljun minn total ta' EUR 4,76 biljun) u madwar 19 % tal-flotta tas-sajd Mediterranja ddikjarata b'mod uffiċjali.

Hemm domanda għolja għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Mediterran. Fil-Punent tal-Mediterran jinsab għadd kbir ta' speċijiet ta' ħut u krustaċji.

L-ispeċijiet ewlenin maqbuda fih huma l-merluzz, it-trilja tal-ħama, diversi speċijiet ta' gambli u l-awwista.

L-irkaptu prinċipali użat għall-qbid ta' speċijiet ta' ħut tal-qiegħ huwa x-xibka tat-tkarkir, iżda l-irkaptu bħal pariti, għeżula, nases u konzijiet ukoll jintużaw spiss.

Bħalissa, is-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran huwa ġestit permezz ta' pjanijiet ta' ġestjoni nazzjonali adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (ir-Regolament dwar il-Baħar Mediterran). Spanja, Franza u l-Italja adottaw pjanijiet ta' ġestjoni taħt dan ir-Regolament li wrew li mhumiex effettivi biex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) wera li l-isfruttament ta' ċerti stokkijiet ta' ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran jaqbeż sew il-livelli meħtieġa biex jinkiseb rendiment massimu sostenibbli (MSY): iktar minn 80 % tal-istokkijiet evalwati huma sfruttati żżejjed f'dan is-subreġjun. Barra minn hekk, il-bijomassa ta' xi wħud minn dawn l-istokkijiet tinsab qrib il-punt ta' referenza ta' limitu, li juri li hemm probabbiltà kbira li dawk l-istokkijiet jiġu eżawriti.

Għalhekk, il-Kumitat jemmen li għandu jitfassal pjan pluriennali għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' stokkijiet ta' ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.

Il-proposta tipprevedi:

• miri kwantifikabbli ta' mortalità mis-sajd li għandhom jintlaħqu sa mhux aktar tard mill-2020 billi l-istokkijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jiġu ġestiti skont ir-rendiment massimu sostenibbli, u billi tiġi żgurata flessibbiltà għas-sajd imħallat;

• l-introduzzjoni, għal kull stokk, ta' livell kritiku ta' referenza ta' konservazzjoni, fejn l-istokk ikun f'periklu serju li jiġi eżawrit u l-introduzzjoni ta' punt ta' referenza ta' prekawzjoni bħala marġni ta' sikurezza;

• miżuri ta' salvagwardja li jippermettu li l-istokk jerġa' jinbena f'każ li jaqa' taħt il-livelli ta' referenza ta' prekawzjoni jew il-livelli ta' referenza kritiċi;

• l-introduzzjoni ta' reġim tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-UE għax-xbieki tat-tkarkir kollha li jistadu fiż-żoni elenkati fl-Anness I għall-kategoriji tat-tul għas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir kif definiti f'dak l-Anness;

• projbizzjoni fuq ix-xbieki tat-tkarkir li joperaw taħt il-livell ta' fond ta' 100 m isobat bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Lulju ta' kull sena biex jiġu protetti żoni ta' tnissil u ħabitats sensittivi u jiġi ppreservat is-sajd artiġjanali billi ż-żona kostali tiġi allokata għal attivitajiet tas-sajd aktar selettivi;

• dispożizzjonijiet dwar ir-reġjonalizzazzjoni, skont il-bżonn, biex itawlu u/jew jimmodifikaw l-eżenzjonijiet għal speċijiet b'rati għoljin ta' sopravvivenza u eżenzjonijiet de minimis; l-istabbiliment ta' kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri bil-għan li jiġu adottati r-regoli xierqa; ħatt l-art u miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni, inklużi miżuri tekniċi, għal ċerti stokkijiet;

• monitoraġġ xjentifiku biex jiġi vvalutat il-progress lejn rendiment massimu sostenibbli għall-stokkijiet sottostanti għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ u, fejn possibbli, għal stokkijiet ta' qabdiet aċċessorji.

Fehmiet tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi fl-iżvilupp ta' pjanijiet pluriennali għal ġestjoni reġjonali tas-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd imwettqa s'issa, iżda tqis li l-ispeċifiċitajiet tal-Punent tal-Mediterran għandhom jiġu integrati f'din il-proposta għal pjan ta' ġestjoni pluriennali.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur ressqet emendi għall-proposta sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-riżorsi skont ir-realtajiet soċjoekonomiċi tal-flotot, adattament tal-ġestjoni tal-isforz tas-sajd kif xieraq, inkluża l-ġestjoni konġunta bħala mezz possibbli għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Punent tal-Mediterran.

Sostenibbiltà soċjoekonomika

L-Artikolu 2 tar-Regolament 1380/2013 jistabbilixxi li l-għanijiet tal-PAK ikopru kemm is-sostenibbiltà ambjentali kif ukoll is-sostenibbiltà soċjoekonomika.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi miżuri li għandhom jiżguraw li r-riżorsi jiġu kkonservati u li l-istokkijiet ikunu sostenibbiltà mil-lat ambjentali. Madankollu, sabiex tinkiseb kemm sostenibbiltà soċjoekonomika kif ukoll sostenibbiltà ambjentali, ir-rapporteur ipproponiet xi modifiki sabiex jintlaħaq bilanċ u jitnaqqas l-impatt fuq it-territorji.

Għalhekk, f'każijiet fejn it-tnaqqis fl-isforz jikkomprometti irriversibbilment il-vijabbiltà ta' kumpanija tas-sajd, kemm għall-benefiċċju tal-sidien tal-vapuri u tal-baħħara u l-ekwipaġġ, ir-rapporteur issuġġeriet li l-Istati Membri għandhom imorru lil hinn minn miżuri ta' waqfien temporanju u jieħdu passi biex jikkumpensaw għall-waqfien permanenti tal-bastimenti affettwati mill-miżuri ta' tnaqqis tal-isforz tas-sajd f'dan il-pjan.

Rigward iż-żoni magħluqa, ir-rapporteur hija tal-fehma li trid tingħata ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-projbizzjoni fuq il-bastimenti tat-tkarkir f'isobat ta' 100 metru fis-subżoni ġeografiċi fejn huwa impossibbli li tiġi applikata l-projbizzjoni minħabba t-topografija ta' qiegħ il-baħar u/jew l-impatt soċjoekonomiku prodott minn din il-miżura. Minħabba d-differenzi maġġuri fl-estensjoni tal-blata kontinentali tul il-kosta tal-Punent tal-Mediterran, din il-miżura tipproduċi effett inugwali, inġust u sproporzjonati fuq il-flotot tar-reġjun. Il-flotot lokali adottaw għal karatteristiċi taż-żoni tas-sajd tagħhom; għalhekk, tnaqqis eċċessiv ta' dawn iż-żoni ibbażat biss fuq kriterji ġeografiċi jew topografiċi jista' jikkawża ħsara soċjoekonomika irriversibbli lis-settur tas-sajd.

Adattament tar-reġim tal-isforz tas-sajd

Ir-rapporteur tqis li l-isforz tas-sajd jiġi ġestit aħjar b'mod konġunt f'kull subżona ġeografika għaliex il-kategoriji tat-tul propost joħolqu differenzjazzjonijiet fi ħdan il-flotta. Għalhekk, il-kategoriji tat-tul għandhom jitneħħew, peress li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-flotta tat-tkarkir hija bejn  12 u 24 metru. F'termini prattiċi, ma jkunx hemm dik id-differenzjazzjoni.

Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis "sinifikanti" tal-isforz tas-sajd matul l-ewwel sena tal-pjan, li l-proposta tal-Kummissjoni tonqos milli tikkwantifika u li jkollu effett katastrofiku jekk jiġi applikat litteralment, jeħtieġ li jiġi speċifikat. Ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-isforz tas-sajd jitnaqqas b'10 % fl-ewwel sena, ħlief għall-GSAs fejn diġà sar tnaqqis ta' aktar minn 20 % tal-isforz tas-sajd. Ir-riforma tal-PKS tal-2002 introduċiet miżuri biex tikkumbatti s-sajd żejjed u ttejjeb il-konservazzjoni u tippromwovi sfruttament sostenibbli tar-riżorsi, inkluż għall-ewwel darba, konċentrazzjoni fit-tul fuq il-ġestjoni tal-istokkijiet. Mir-riforma tal-PKS tal-2013 l-UE ħadet l-impenn li tikseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 fl-istokkijiet fejn dan kien possibbli, u mhux aktar tard mill-2020. Ċerti territorji tal-UE għamlu sforz konsiderevoli fit-tnaqqis tal-flotot bil-għan li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-PKS, u, fl-interess ta' dak li hu ġust, il-proposta għal tnaqqis sostanzjali fil-flotot trid tqis tali sforzi.

Barra minn hekk, biex l-isforzi mis-settur tas-sajd jiġu kkonċentrati ħalli jkun hemm reġim effettiv u responsabbli tal-isforz tas-sajd, ir-rapporteur issuġġeriet li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu reġim komuni TAC u l-kwoti fil-Mediterran jitneħħew. Reġim ta' dan it-tip jista' jikkawża bosta diffikultajiet fl-implimentazzjoni tiegħu u jwassal għall-ħolqien ta' problemi ġodda ta' monitoraġġ ta' speċi bi kwota limitata (choke species), fost l-oħrajn, peress li l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona huma mħallta. Sabiex tiġi evitata distorsjoni tar-reġim tal-isforz, fuq il-bażi ta' dan il-pjan pluriennali, ir-rapporteur ipproponiet li l-miżuri ta' ġestjoni jkunu kkonċentrati u li titħalla l-possibbiltà li dan it-tip ieħor ta' miżuri jkun jista' jiġi propost fil-futur.

Ġestjoni konġunta

L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) tiddefinixxi l-ġestjoni konġunta bħala l-proċess tal-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd li fih il-gvernijiet jaqsmu l-awtorità tagħhom mal-komunità lokali ta' utenti u kull parti tingħata responsabbiltà u drittijiet relatati mal-informazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-ġestjoni tar-riżorsi. B'mod speċifiku, il-komunità tal-utenti lokali hija magħmula mis-settur tas-sajd u partijiet oħra kkonċernati bħall-NGOs u l-istituzzjonijiet xjentifiċi, kif ukoll partijiet ikkonċernati lokali oħra.

Ħafna attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ tal-Punent tal-Mediterran huma f'livell lokali jew sopralokali u għalhekk approċċ parteċipattiv – bl-involviment effettiv tas-settur tas-sajd, l-amministrazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra, bħall-komunità xjentifika – jiżgura li miżuri ta' ġestjoni jirriflettu r-realtà tas-sajd fiż-żona. L-għoti tas-setgħa lill-partijiet ikkonċernati fil-ġestjoni tal-pjan fil-livell tat-territorju marittimu, għalhekk, jiżgura l-involviment sħiħ tagħhom, u jagħmilha aktar faċli għalihom li jaċċettaw u japplikaw il-miżuri ta' ġestjoni.

Ir-rapporteur kienet impressjonata ħafna bl-esperjenzi ta' ġestjoni konġunta li nġabet għall-attenzjoni tagħha u għalhekk tissuġġerixxi li l-Istati Membri, fuq bażi volontarja, jintroduċu reġimi ta' ġestjoni konġunta, meta jqisu li jkun xieraq, sabiex il-pjan ikun jista' jiġi adattat biex jirrifletti r-realtajiet tas-sajd lokali viċin kemm jista' jkun.

19.9.2018

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI

tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran

(COM(2018)0115 – C8-0104/2018 – 2018/0050(COD))

Għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: Adina-Ioana Vălean

EMENDA

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jippreżenta lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jinkludi l-kisba mill-ġdid u ż-żamma tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda 'l fuq minn livelli li jkunu kapaċi jipproduċu MSY bħala għan espliċitu, fir-rigward tal-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar. Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 2(2) tiegħu, ir-rata ta' sfruttament korrispondenti kellha tintlaħaq sal-2015 fejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha, u jenħtieġ li tinżamm minn dakinhar 'il quddiem.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali jridu jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi. Bi qbil ma' dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li l-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament ikun fih għanijiet, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni, salvagwardji u miżuri tekniċi maħsuba biex jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet inċidentali.

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali jridu jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi. Bi qbil ma' dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li l-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament ikun fih għanijiet, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni, salvagwardji u miżuri tekniċi maħsuba biex jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet inċidentali u jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-STECF wera li l-isfruttament ta' ħafna mill-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran jaqbeż bil-kbir il-livelli meħtieġa biex jinkiseb l-MSY.

(12)  L-STECF wera li l-isfruttament ta' ħafna mill-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran jaqbeż bil-kbir il-livelli meħtieġa biex jinkiseb l-MSY, u li dan l-isfruttament żejjed iġib miegħu riskju bijoloġiku għoli li dawn l-istokkijiet jiġu eżawriti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Minħabba l-importanza tas-sajd rikreattiv għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran, jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament ikopri wkoll dan it-tip ta' sajd. Meta t-tali sajd ikollu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet, jenħtieġ li l-pjan pluriennali previst f'dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà ta' miżuri speċifiċi ta' ġestjoni.

(15)  Peress li s-sajd rikreattiv jista' jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ħut, jenħtieġ li l-pjan pluriennali jipprevedi qafas biex jiżgura li dan isir b'mod kompatibbli mal-objettivi ta' dak il-pjan. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru d-data dwar il-qabdiet tas-sajd rikreattiv. Meta dan it-tip ta' sajd ikollu impatt sinifikanti fuq dawk ir-riżorsi, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi l-possibbiltà li tittieħed deċiżjoni dwar miżuri speċifiċi ta' ġestjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament ikollu l-għan li jikkontribwixxi għall-kisba tal-PKS u, b'mod partikulari, li jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet fil-mira, li jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ li huma suġġetti għal daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni u li jiġi promoss livell ġust ta' għajxien għal dawk li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu s-sajd ta' mal-kosta u l-aspetti soċjoekonomiċi. Jenħtieġ li l-pjan jimplimenta wkoll l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Irid ikun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-għan li jintlaħaq status ambjentali tajjeb sal-2020 (bi qbil mad-Direttiva 2008/56/KE28) u mal-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE29 u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE30.

  Jenħtieġ li l-pjan previst f'dan ir-Regolament ikollu l-għan li jikkontribwixxi għall-kisba tal-PKS u, b'mod partikolari, li jerġgħu jinkisbu u jinżammu l-istokkijiet tal-ħut 'il fuq mil-livelli ta' bijomassa li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY għall-istokkijiet fil-mira, li jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ li huma soġġetti għal daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni u li jiġi promoss livell ġust ta' għajxien għal dawk li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu s-sajd ta' mal-kosta u l-aspetti soċjoekonomiċi. Jenħtieġ ukoll li jimplimenta approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd billi jnaqqas, u kull meta jkun possibbli, jelimina l-effetti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fl-ambjent tal-baħar. Dak il-pjan jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll biex jinkiseb status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE28, u biex jinkiseb status ta' konservazzjoni favorevoli għal ħabitats u speċijiet kif jirrikjedu d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KE30 rispettivament.

_________________

_________________

28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

29 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

29 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

30 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

30 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Jixraq li l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY tiġi stabbilita bħala meded ta' valuri li huma konsistenti mal-kisba tal-MSY (jiġifieri FMSY). Dawk il-meded, ibbażati fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, huma meħtieġa sabiex ikun hemm biżżejjed flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqies is-sajd imħallat. Abbażi ta' dan il-pjan, huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta' mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY. Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda tal-FMSY huwa limitat bil-għan li l-probabbiltà li l-istokk jaqa' taħt il-punt ta' referenza ta' limitu tal-bijomassa (il-BLIM) ma tkunx ta' iktar minn 5 %.

18)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ikun xieraq li tiġi stabbilita l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li tintlaħaq u tinżamm, iżda ma tiġix superata, ir-rata ta' sfruttament tal-MSY, bħala meded ta' valuri li huma konsistenti mal-kisba tal-MSY (jiġifieri FMSY). Dawk ir-rati jenħtieġ li jinkisbu malajr kemm jista' jkun u, fuq bażi progressiva u inkrementali sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha li dan ir-Regolament japplika għalihom, u jinżammu minn hawn 'il quddiem. Dawk il-meded, ibbażati fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, huma meħtieġa sabiex ikun hemm biżżejjed flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqies is-sajd imħallat. Abbażi ta' dan il-pjan, huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta' mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY. Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda tal-FMSY huwa limitat bil-għan li l-probabbiltà li l-istokk jaqa' taħt il-punt ta' referenza ta' limitu tal-bijomassa (il-BLIM) ma tkunx ta' iktar minn 5 %.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għall-finijiet tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd, jenħtieġ li jkun hemm meded tal-FMSY għall-“użu normali” u meded iktar flessibbli tal-FMSY għall-użu f'każ li l-istokkijiet ikkonċernati jkunu fi stat tajjeb. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jiġu stabbiliti fil-meded iktar flessibbli biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rabta mas-sajd imħallat, biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti, jew sabiex jiġu llimitati l-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd minn sena għall-oħra.

imħassar

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Sabiex jiġu protetti speċijiet sensittivi, partikolarment dawk li jinsabu f'periklu kritiku minħabba l-impatti tas-sajd, jenħtieġ li miżuri ta' ġestjoni jiġu applikati għall-attivitajiet tas-sajd. Għalhekk, il-pjan previst f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni li jinkludu modifiki ta' rkaptu tal-bastimenti, modifiki tal-attivitajiet tal-bastimenti, u modifiki tal-bastimenti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibqa' tingħata s-setgħa, fi pjan pluriennali, li tistabbilixxi żoni protetti sensittivi għall-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut, f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-miżuri maħsuba biex inaqqsu kemm jista' jkun l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, partikolarment il-qabdiet inċidentali ta' speċijiet protetti, fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Punent tal-Baħar Mediterran għall-attivitajiet kollha tas-sajd f'dawk l-ibħra.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd kif imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari billi japplika l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa' jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY.

1.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd kif imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari billi japplika l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa' jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. Ir-rati ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandhom jinkisbu malajr kemm jista' jkun u fuq bażi progressiva u inkrementali sa mhux aktar tard mill-2020, għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament, u għandhom jinżammu minn dakinhar 'il quddiem.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pjan għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u, b'mod partikolari, mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/147/KE u fl-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

3.  Il-pjan għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, u b'mod partikolari l-ħabitats vulnerabbli u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi, ir-rettili u t-tjur tal-baħar. Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u, b'mod partikolari, mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/147/KE u fl-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħra li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b'mod proporzjonali mar-rwol li s-sajd kellu fl-issodisfar tagħhom.

(b)  li jikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħra li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b'mod proporzjonali mar-rwol li s-sajd għandu fl-issodisfar tagħhom u jiżgura li l-impatti negattivi tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar jitnaqqsu kemm jista' jkun, b'mod partikolari fir-rigward ta' ħabitats vulnerabbli u speċijiet protetti, inklużi l-mammiferi, ir-rettili u t-tjur tal-baħar.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu stabbiliti f'livelli li huma ogħla mill-medda tal-FMSY.

imħassar

(a) jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

 

(b) jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti; jew

 

(c) sabiex il-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 20 %.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-punt ta' referenza ta' prekawzjoni (il-BPA), għandhom jiġu adottati miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f'livelli li jkunu konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset u tkun inġiebet fil-medda tal-FMSY għall-istokk l-iktar vulnerabbli, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa.

1.  Meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-punt ta' referenza ta' prekawzjoni (il-BPA), għandhom jiġu adottati miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dawk li kapaċi jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, b'deroga mill-Artikolu 4(3) u (5), l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f'livelli li ma jaqbżux ir-rata ta' sfruttament konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli u konsistenti mal-mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset u tkun inġiebet fil-medda tal-FMSY għall-istokk l-iktar vulnerabbli, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull sena, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli skont il-parir xjentifiku għal kull grupp ta' sforz u għal kull Stat Membru.

2.  Kull sena, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli għal kull Stat Membru.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Skont il-parir xjentifiku, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-pjan, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għandu jkun ħafna inqas mill-valur ta' referenza previst fil-paragrafu 4.

3.  Skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-pjan, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għandu jkun ħafna inqas mill-valur ta' referenza previst fil-paragrafu 4.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-parir xjentifiku juri li qed isiru qabdiet sinifikanti ta' stokk partikulari bl-użu ta' rkaptu minbarra x-xbieki tat-tkarkir, għandhom jiġu stabbiliti livelli tal-isforz tas-sajd għat-tali rkaptu speċifiku abbażi ta' dak il-parir xjentifiku.

5.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri li qed isiru qabdiet sinifikanti ta' stokk partikolari bl-użu ta' rkaptu minbarra x-xbieki tat-tkarkir, għandhom jiġu stabbiliti livelli tal-isforz tas-sajd għat-tali rkaptu speċifiku abbażi ta' dak il-parir xjentifiku.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-parir xjentifiku juri li s-sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikolari, il-Kunsill jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd sabiex jiġi evitat li tinqabeż il-mira kollha tal-mortalità mis-sajd.

6.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri li s-sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikulari, il-Kunsill jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd sabiex jiġi evitat li tinqabeż il-mira kollha tal-mortalità mis-sajd.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minbarra dak li hu previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, għandu jkun ipprojbit l-użu tax-xbieki tat-tkarkir fil-Punent tal-Mediterran fl-isobat ta' 100 metru mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

1.  Minbarra dak li hu previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, għandu jkun ipprojbit l-użu tax-xbieki tat-tkarkir fil-Punent tal-Mediterran fl-isobat ta' mill-inqas 100 metru mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien sentejn minn meta jiġi adottat dan ir-Regolament u abbażi tal-parir xjentifiku, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu żoni magħluqin għas-sajd oħrajn meta jkun hemm evidenza li fihom hemm konċentrazzjoni għolja ta' ħut li għadu qed jikber jew li dawn iservu ta' żoni ta' riproduzzjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, b'mod partikulari għall-istokkijiet ikkonċernati.

2.  Fi żmien sentejn minn meta jiġi adottat dan ir-Regolament u abbażi tal-parir xjentifiku, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu żoni magħluqin għas-sajd oħrajn meta jkun hemm evidenza li fihom hemm konċentrazzjonijiet għoljin ta' ħut li għadu qed jikber, ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni u żoni ta' riproduzzjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, b'mod partikolari għall-istokkijiet ikkonċernati.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Ġestjoni tal-qbid inċidentali ta' speċijiet protetti

 

1. Għall-ġestjoni ta' tjur tal-baħar protetti li jiġu affettwati mis-sajd fil-Punent tal-Baħar Mediterran, għandhom jiġu adottati miżuri ta' ġestjoni għall-bastimenti tas-sajd bil-konz kollha, inklużi l-applikazzjoni ta' tagħmir għat-tnaffir abbord il-bastimenti, it-tfigħ tax-xbieki matul il-lejl, u ż-żieda tar-rata ta' nżul tas-snanar.

 

2. Meta l-Istati Membri ma jimplimentawx miżuri ta' ġestjoni biex jipproteġu l-ispeċijiet u l-ħabitats fil-Punent tal-Baħar Mediterran, li fuqhom is-sajd għandu impatt, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 18, u tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta miżuri ta' ġestjoni dettaljati.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżuri li jispeċifikaw il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikulari d-daqs tal-malja, id-daqs tas-sunnara, l-għadd ta' snanar, it-tifsila tal-irkaptu, il-ħxuna tal-ħarir, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta' tagħmir addizzjonali biex tittejjeb is-selettività;

(a)  miżuri li jispeċifikaw il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikolari d-daqs tal-malja, id-daqs tas-sunnara, l-għadd ta' snanar, it-tifsila tal-irkaptu, il-ħxuna tal-ħarir, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta' tagħmir addizzjonali biex tittejjeb is-selettività, sabiex jitnaqqas il-qbid mhux mixtieq u jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistema;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  miżuri li jillimitaw l-użu tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikulari ż-żmien li l-irkaptu jagħmel fl-ilma u l-fond li fih jintuża l-irkaptu, sabiex tittejjeb is-selettività;

(b)  miżuri li jillimitaw l-użu tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikolari ż-żmien li l-irkaptu jagħmel fl-ilma u l-fond li fih jintuża l-irkaptu, jew l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi, sabiex tittejjeb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa u jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistema;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  miżuri li jipprojbixxu s-sajd f'ċerti żoni jew f'ċerti perjodi taż-żmien jew li jillimitaw is-sajd f'dawk iż-żoni jew f'dawk il-perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv u l-ħut li għadu qed jikber jew il-ħut ta' daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira;

(c)  miżuri li jipprojbixxu s-sajd f'ċerti żoni jew f'ċerti perjodi taż-żmien jew li jillimitaw is-sajd f'dawk iż-żoni jew f'dawk il-perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv u l-ħut li għadu qed jikber jew il-ħut ta' daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira u sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistema;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  miżuri li jipprojbixxu s-sajd f'ċerti żoni jew f'ċerti perjodi taż-żmien jew li jillimitaw is-sajd f'dawk iż-żoni jew f'dawk il-perjodi sabiex jiġu protetti l-ekosistemi u l-ispeċijiet vulnerabbli;

  miżuri li jipprojbixxu s-sajd f'ċerti żoni jew f'ċerti perjodi taż-żmien jew li jillimitaw is-sajd f'dawk iż-żoni jew f'dawk il-perjodi sabiex jiġu protetti l-ekosistemi u l-ispeċijiet vulnerabbli u sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistema;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-pjan u l-impatt tiegħu fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-pjan u l-impatt tiegħu fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran

Referenzi

COM(2018)0115 – C8-0104/2018 – 2018/0050(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

15.3.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.3.2018

REGI

15.3.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

REGI

27.3.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Clara Eugenia Aguilera García

22.3.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.3.2018

21.6.2018

24.9.2018

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, David Coburn, Diane Dodds, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Ole Christensen, Rosa D’Amato, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tilly Metz

Data tat-tressiq

10.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ECR

Peter van Dalen, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

EFDD

David Coburn, Rosa D'Amato

NI

Diane Dodds

PPE

Norbert Erdős, Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, José Blanco López, Renata Briano, Ole Christensen, Ricardo Serrão Santos

5

-

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

EFDD

Sylvie Goddyn

VERTS/ALE

Marco Affronte, Tilly Metz

1

0

S&D

Isabelle Thomas

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Jannar 2019Avviż legali