Proċedura : 2018/0139(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0006/2019

Testi mressqa :

A8-0006/2019

Dibattiti :

PV 18/04/2019 - 4
CRE 18/04/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.14

Testi adottati :

P8_TA(2019)0434

RAPPORT     ***I
PDF 261kWORD 103k
16.1.2019
PE 628.380v02-00 A8-0006/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ambjent għal Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE

(COM(2018)0278 – C8-0193/2018 – 2018/0139(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Deirdre Clune

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ambjent għal Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE

(COM(2018)0278 – C8-0193/2018 – 2018/0139(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0278),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0193/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta'…1

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ta' ...2

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0006/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

————————————————

1 ĠU C ... (Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

2. ĠU C ... (Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.)

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 titlob lill-Istati Membri jaċċettaw li josservaw obbligi ta' rapportar għall-vapuri li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Unjoni f'format elettroniku, u li jiżguraw it-trażmissjoni tagħhom permezz ta' single window sabiex jiffaċilitaw it-trasport marittimu.

(1)  Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 titlob lill-Istati Membri jaċċettaw li josservaw obbligi ta' rapportar għall-vapuri li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Unjoni f'format elettroniku, u li jiżguraw it-trażmissjoni tagħhom permezz ta' single window sabiex jiffaċilitaw u jrendu aktar effiċjenti t-trasport marittimu.

_________________

_________________

9 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/65/UE tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1).

9 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/65/UE tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 a)  Billi kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill spiss appellaw għal aktar interoperabbiltà u flussi ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni aktar komprensivi u faċli għall-utent biex jgħinu liċ-ċittadini u lin-negozji jagħmlu użu sħiħ mis-suq intern u jsaħħu l-għodod tas-suq intern sabiex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozji meta dawn iwettqu attivitajiet transfruntiera.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan ir-Regolament huwa intiż sabiex jiffaċilita t-trażmissjoni ta' informazzjoni. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tibdilx is-sustanza tal-obbligi ta' rapportar, u jenħtieġ li ma taffettwax il-ħażna u l-ipproċessar ta' informazzjoni sussegwenti fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali.

(3)  L-għan ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-forniment tal-informazzjoni dwar il-merkanzija meħtieġa kemm mill-awtoritajiet marittimi kif ukoll mill-awtoritajiet doganali u għall-konformità mal-formalitajiet ta' rappurtar l-oħra meħtieġa mid-Direttiva 2010/65/UE; Dan ir-Regolament huwa intiż sabiex jiffaċilita t-trażmissjoni ta' informazzjoni bejn il-fornituri tad-data dwar il-vapuri, l-awtoritajiet rilevanti li jkopru l-port tal-waqfa, u Stati Membri oħra, filwaqt li jikkonforma mal-GDPR. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tibdilx is-sustanza tal-obbligi ta' rapportar, u jenħtieġ li ma taffettwax il-ħażna u l-ipproċessar ta' informazzjoni sussegwenti fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Dan ir-Regolament huwa intiż sabiex jarmonizza l-elementi varji tad-data billi jiżgura li l-istess settijiet ta' data jistgħu jiġu rrappurtati lil kull awtorità rilevanti bl-istess mod, u b'hekk itejjeb aktar l-effiċjenza tat-trasport marittimu, jiffavorixxi d-diġitalizzazzjoni u jiffaċilita l-kummerċ.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Is-Single Windows Nazzjonali eżistenti f'kull Stat Membru jenħtieġ li jinżammu bħala bażi għall-ambjent għas-Single Window Marittima Ewropea (“EMSWe”). Is-Single Windows Nazzjonali jenħtieġ li jikkostitwixxu punt tad-dħul komprensiv ta' rapportar għall-operaturi tat-trasport marittimu, li jservu għall-ġbir ta' data mid-dikjaranti, u għad-distribuzzjoni ta' data lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha.

(4)  Is-Single Windows Nazzjonali eżistenti f'kull Stat Membru jenħtieġ li jinżammu bħala bażi għall-ambjent għas-Single Window Marittima Ewropea (“EMSWe”). Is-Single Windows Nazzjonali jenħtieġ li jikkostitwixxu punt tad-dħul komprensiv ta' rapportar għall-operaturi tat-trasport marittimu, li jservu għall-ġbir ta' data mid-dikjaranti, u għad-distribuzzjoni ta' data lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha. Jenħtieġ li tiġi żviluppata dimensjoni ta' governanza, b'bażi legali ċara, għal kull Single Window Nazzjonali sabiex ikollhom il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet li jiġbru, jaħżnu u jiddistribwixxu d-data lill-awtoritajiet rilevanti, u sabiex kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tasal skont dan ir-Regolament issir disponibbli għas-Single Windows Nazzjonali tagħhom permezz tas-sistema SafeSeaNet b'mod konformi mal-Artikolu 22a tad-Direttiva 2002/59/KE;

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-kanali ta' rapportar u l-fornituri ta' servizzi eżistenti jistgħu jinżammu jekk isiru talbiet addizzjonali għal data f'ċirkostanzi straordinarji. Din il-flessibbiltà għandha titħalla mhux biss f'idejn l-Istati Membri, iżda wkoll f'idejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, peress li huma responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskji involuti fl-iżdoganar tal-vapur, il-merkanzija tiegħu, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ tiegħu, jekk dawn ikunu abbord.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-interfaċċi front-end ta' dawn is-Single Windows Nazzjonali, fuq in-naħa tad-dikjaranti, jenħtieġ li jkunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, sabiex ikun iffaċilitat ir-rapportar u jitnaqqas iktar il-piż amministrattiv. Din l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tinkiseb bl-applikazzjoni f'kull Single Window Nazzjonali ta' softwer ta' interfaċċa komuni għal skambju ta' informazzjoni minn sistema għal sistema żviluppat fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ir-responsabbiltà biex jintegraw u jiġġestixxu dan il-modulu ta' interfaċċa u jaġġornaw is-softwer b'mod regolari u f'waqtu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa l-modulu u tipprovdi l-aġġornamenti meta meħtieġa.

(5)  L-interfaċċi front-end ta' dawn is-Single Windows Nazzjonali, fuq in-naħa tad-dikjaranti, jenħtieġ li jkunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, sabiex ikun iffaċilitat ir-rapportar u jitnaqqas iktar il-piż amministrattiv. Din l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tinkiseb bl-applikazzjoni f'kull Single Window Nazzjonali ta' softwer ta' interfaċċa komuni għal skambju ta' informazzjoni minn sistema għal sistema żviluppat fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ir-responsabbiltà biex jintegraw u jiġġestixxu din l-interfaċċa, li għandha tkun teknoloġikament newtrali sabiex ma timpedixxix l-innovazzjoni, u biex jaġġornaw is-softwer b'mod regolari u f'waqtu meta l-verżjonijiet il-ġodda jiġu provduti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa l-interfaċċa u tipprovdi aġġornamenti meta jkun meħtieġ, peress li l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali huwa mmexxi mis-suq, li bħalissa għaddej b'mod rapidu u kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika malajr tista' ssir antikwata fid-dawl ta' żviluppi ġodda.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-mezzi ta' rapportar eżistenti provduti mill-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi eżistenti bħas-Sistemi tal-Komunità tal-Port u kanali oħra ta' rapportar minn sistema għal sistema jenħtieġ li jinżammu bħala punti ta' dħul fakultattivi għar-rapportar, peress li dawn is-sistemi qed jaħdmu sew u joffru mezzi personalizzati għall-operaturi marittimi biex jissodisfaw il-formalitajiet ta' rappurtar tagħhom li jistgħu jkunu aktar adatti għal ċerti ambjenti, apparti mill-fatt li jirrappreżentaw investiment sostanzjali minn ħafna partijiet interessati.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Teknoloġiji diġitali ġodda emerġenti jippreżentaw opportunitajiet dejjem iktar biex iżidu l-effiċjenza tas-settur tat-trasferiment marittimu u jitnaqqas il-piż amministrattiv. Sabiex il-benefiċċji ta' dawn it-teknoloġiji l-ġodda jagħtu l-frott kmieni kemm jista' jkun, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li temenda, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri tal-ambjent tar-rapportar armonizzat. Meta dan ir-Regolament ikun rivedut, jenħtieġ li jkunu kkunsidrati wkoll teknoloġiji ġodda.

(6)  Teknoloġiji diġitali ġodda emerġenti jippreżentaw dejjem iktar opportunitajiet biex tiżdied l-effiċjenza tas-settur tat-trasport marittimu u jitnaqqas il-piż amministrattiv. Sabiex il-benefiċċji ta' dawn it-teknoloġiji l-ġodda jagħtu l-frott kmieni kemm jista' jkun, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li temenda, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri tal-ambjent tar-rapportar armonizzat. Jenħtieġ li dan jippermetti flessibbiltà għal atturi fis-suq biex jiżviluppaw teknoloġiji diġitali ġodda u meta dan ir-Regolament ikun rivedut, jenħtieġ li jkunu kkunsidrati wkoll teknoloġiji ġodda.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex ikun jista' jitħaddem l-EMSWe, huwa neċessarju li jkun stabbilit sett ta' data EMSWe komprensiv li jkopri l-elementi kollha ta' informazzjoni li jistgħu jintalbu minn awtoritajiet nazzjonali jew operaturi tal-port għal raġunijiet amministrattivi jew operazzjonali, meta vapur jagħmel waqfa f'port. Peress li l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar ivarja minn Stat Membru għal ieħor, Single Window Nazzjonali fi Stat Membru partikolari jenħtieġ li tkun imfassla biex taċċetta sett ta' data EMSWe mingħajr emendi, u biex ma tagħtix kas informazzjoni li mhijiex rilevanti għal dak l-Istat Membru.

(9)  Sabiex ikun jista' jitħaddem l-EMSWe, huwa neċessarju li jkun stabbilit sett ta' data EMSWe komprensiv li jkopri l-elementi kollha ta' informazzjoni li jistgħu jintalbu minn awtoritajiet nazzjonali jew operaturi tal-port għal raġunijiet amministrattivi jew operazzjonali, meta vapur jagħmel waqfa f'port. Peress li l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar ivarja minn Stat Membru għal ieħor, Single Window Nazzjonali fi Stat Membru partikolari jenħtieġ li tkun imfassla biex taċċetta sett ta' data EMSWe mingħajr emendi, u biex ma tagħtix kas informazzjoni li mhijiex rilevanti għal dak l-Istat Membru. Dan jenħtieġ li jkun rifless fl-iżvilupp ta' dimensjoni ta' governanza stabbilita għas-Single Windows Nazzjonali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tagħhom. Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament huwa l-faċilitazzjoni tal-kummerċ permezz tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tad-data, jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tiddefinixxi sett ta' data dettaljat, tqis, u tipparteċipa b'mod attiv fil-livell tal-IMO fl-iżvilupp ta' mudell ta' data ta' referenza indipendenti u ta' kwalità għolja.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex ittejjeb l-effiċjenza tat-trasport marittimu u tillimita d-duplikazzjoni ta' informazzjoni li għandha tkun pprovduta għal raġunijiet operazzjonali meta vapur jagħmel waqfa f'port, l-informazzjoni pprovduta mid-dikjarant lis-Single Windows Nazzjonali jenħtieġ li tkun ukoll skambjata ma' ċerti entitajiet oħra, bħal operaturi ta' port jew ta' terminal.

(14)  Sabiex ittejjeb l-effiċjenza tat-trasport marittimu u tillimita d-duplikazzjoni ta' informazzjoni li għandha tkun pprovduta għal raġunijiet operazzjonali meta vapur jagħmel waqfa f'port, l-informazzjoni pprovduta mid-dikjarant lis-Single Window Nazzjonali jenħtieġ li tkun ukoll skambjata ma' ċerti entitajiet oħra, bħal operaturi ta' port jew ta' terminal, meta dan ikun awtorizzat u filwaqt li jitqiesu l-bżonn li jiġu rispettati l-kunfidenzjalità, l-elementi kummerċjali sensittivi u restrizzjonijiet legali.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Sabiex jiġu armonizzati kompletament ir-rekwiżiti ta' rapportar, jenħtieġ li tiġi stabbilita aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet marittimi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tinġabar informazzjoni biex tingħata għal din l-evalwazzjoni, u li ssir evalwazzjoni dwar kemm il-leġiżlazzjoni qed tilħaq l-għanijiet tagħha.

(24)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tinġabar informazzjoni biex tingħata għal din l-evalwazzjoni, u li ssir l-evalwazzjoni dwar kemm il-leġiżlazzjoni qed tilħaq l-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tevalwa wkoll l-opportunità li tistabbilixxi sistema ta' rapportar Ewropea verament ċentralizzata u armonizzata permezz tal-istabbiliment ta' interfaċċa ċentrali ta' rapportar .

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  "vapur" tfisser bastiment tat-tbaħħir ta' kull tip li jopera fl-ambjent tal-baħar li huwa soġġett għal formalità ta' rapportar relatata mal-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  "Single Window" tfisser ambjent għall-ġbir, it-tixrid u l-iskambju ta' informazzjoni ta' rapportar minn bastimenti f'forma elettronika b'struttura ta' data, regoli u ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess strutturati u definiti b'mod konġunt, inkluż interfaċċa ta' rapportar armonizzata u interfaċċa grafika tal-utent, flimkien mal-links għas-sistemi u l-bażijiet ta' data tal-awtoritajiet rilevanti b'mod konformi mar-rekwiżiti legali internazzjonali, nazzjonali u lokali rilevanti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  "awtorità rilevanti" tfisser awtorità nazzjonali jew lokali li tkun involuta fl-iżdoganar ta' vapuri li jaslu fi jew jitilqu minn port jew li għandha drittijiet legali biex taċċessa l-informazzjoni miġbura mis-Single Window Nazzjonali;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  "interfaċċa grafika tal-utent (GUI)" tfisser interfaċċa tal-web għat-trażmissjoni ta' data bidirezzjonali mill-utent għal sistema lejn single window u tinkludi paġni web u funzjonalitajiet aromizzati li jiżguraw fluss ta' navigazzjoni komuni u esperjenza komuni ta' upload għal dikjarant li jissodisfa l-obbligi ta' rappurtar fl-ambitu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament irrispettivament minn fejn tiġi użata l-GUI;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  "interfaċċa tal-punt ta' aċċess komuni" tfisser punt ta' arkivjar fakultattiv jew volontarju għal dikjaranti għal fini ta' roaming ta' data minn sistema għal sistema għall-interfaċċi ta' rappurtar armonizzati tas-single windows rispettivi, żviluppat bħala funzjonalità miżjuda tal-interfaċċi ta' rappurtar armonizzati u li jiffaċilitaw skambji bidirezzjonali ta' informazzjoni bejn id-dikjaranti u l-awtoritajiet rilevanti li se jaċċessawha permezz tas-single window tagħhom stess.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  "speċifikazzjoni teknika" tfisser speċifikazzjoni teknika kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1025/2012.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)  "standard" tfisser speċifikazzjoni teknika, adottata minn korp ta' standardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja, u li hija waħda mill-varjazzjonijiet definiti fil-punti (1)(a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  "awtoritajiet doganali" tfisser l-awtoritajiet iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  "trażmissjoni elettronika tad-data" tfisser il-proċess li bih tiġi trażmessa informazzjoni kodifikata b'mod diġitali, bl-użu ta' format strutturat li jista' jiġi rivedut u li jista' jintuża direttament għall-ħżin u l-ipproċessar bil-kompjuters.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi elementi ta' data fis-sett ta' data EMSWe, abbażi tal-obbligi ta' rapportar li jinsabu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fi żmien mhux iktar minn sitt xhur mid-data tad-dħul ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet ta' leġiżlazzjoni nazzjonali u obbligi ta' rapportar korrispondenti, li għandhom elementi ta' data li jridu jiġu inklużi fis-sett ta' data EMSWe. Huma għandhom jidentifikaw b'mod preċiż dawk l-elementi ta' data. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li tintroduċi jew temenda element ta' data fis-sett ta' data EMSWe abbażi ta' dawk in-notifiki.

3.  Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi elementi ta' data fis-sett ta' data EMSWe jew temenda dawk eżistenti, abbażi tal-obbligi ta' rapportar li jinsabu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fi żmien mhux iktar minn sitt xhur mid-data tad-dħul ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet ta' leġiżlazzjoni nazzjonali u obbligi ta' rapportar korrispondenti, li għandhom elementi ta' data li jridu jiġu inklużi fis-sett ta' data EMSWe. Huma għandhom jidentifikaw b'mod preċiż dawk l-elementi ta' data. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li tintroduċi jew temenda element ta' data fis-sett ta' data EMSWe abbażi ta' dawk in-notifiki.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Meta tistabbilixxi sett ta' data EMSWe, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżvilupp tal-mudell ta' data ta' referenza indipendenti tal-OMI.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn Stat Membru jkun beħsiebu jintroduċi jew jemenda obbligu ta' rapportar, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, li jkun jinvolvi l-forniment ta' informazzjoni oħra minbarra dik inkluża fis-sett ta' data EMSWe, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni. F'din in-notifika, l-Istat Membru għandu jidentifika b'mod preċiż l-informazzjoni li mhijiex koperta bis-sett ta' data EMSWe, u għandu jindika l-perjodu ta' żmien maħsub għall-applikazzjoni tal-obbligu ta' rapportar inkwistjoni.

1.  Fejn Stat Membru jew awtorità rilevanti minn Stat Membru jkunu beħsiebhom jintroduċu jew jemendaw obbligu ta' rapportar, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, li jkun jinvolvi l-forniment ta' informazzjoni oħra minbarra dik inkluża fis-sett ta' data EMSWe, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni. F'din in-notifika, l-Istat Membru għandu jidentifika b'mod preċiż l-informazzjoni li mhijiex koperta bis-sett ta' data EMSWe, u għandu jindika l-perjodu ta' żmien maħsub għall-applikazzjoni tal-obbligu ta' rapportar inkwistjoni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Stat Membru ma għandux jintroduċi rekwiżiti ta' rapportar ġodda, ħlief f'ċirkostanzi debitament iġġustifikati, sakemm dan ma jkunx ġie approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(2) u r-rekwiżit ta' rappurtar il-ġdid inkorporat fl-interfaċċi ta' rapportar. Il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta' rekwiżit ta' rappurtar ġdid fi żmien 90 jum wara li tasal in-notifika mill-Istat Membru.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar ġodda taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 18, biex tiddefinixxi meta ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala eċċezzjonali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Single Window Nazzjonali, fejn, skont dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tar-rapportar għandha tingħata darba, permezz ta' u skont is-sett ta' data EMSWe, sabiex din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Single Window Nazzjonali, fejn, skont dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tar-rapportar għandha tingħata darba, b'mod konformi mal-Artikolu 7(2), permezz tas-sett ta' data EMSWe, u f'konformità miegħu, sabiex din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu, skont dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, jiżviluppaw Single Window kondiviża ma' Stat Membru wieħed jew aktar sabiex itejbu l-interoperabbiltà u l-interkonnessjoni bejn l-Istati Membri.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi żviluppata dimensjoni ta' governanza, b'bażi legali ċara, biex kull Single Window Nazzjonali jkollha l-kompetenzi meħtieġa biex tiġbor, taħżen u tiddistribwixxxi b'mod effiċjenti d-data lill-awtoritajiet rilevanti sabiex kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tasal skont dan ir-Regolament issir disponibbli lis-Single Windows Nazzjonali oħra permezz tas-sistema SafeSeaNet b'mod konformi mal-Artikolu 22a tad-Direttiva 2002/59/KE;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taġġorna modulu ta' interfaċċa ta' rapportar armonizzat għas-Single Windows Nazzjonali. Dan il-modulu għandu jinkludi l-possibbiltà li tkun skambjata informazzjoni bejn is-sistema ta' informazzjoni użata mid-dikjarant u s-Single Window Nazzjonali.

2.  Sa [data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jaġġornaw interfaċċa ta' rapportar armonizzata u teknoloġikament newtrali għas-Single Windows Nazzjonali. Dik l-interfaċċa tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni bejn is-sistema ta' informazzjoni użata mid-dikjarant u s-Single Window Nazzjonali u tqis, b'mod xieraq, il-mod ta' kif l-utenti jistgħu jfasslu jew jipprogrammaw is-sistemi ta' rapportar tagħhom sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw din is-sistema l-ġdida.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Sa [data: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament), il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, interfaċċa tal-punt ta' aċċess komuni volontarja u fakultattiva bħala funzjonalità addizzjonali tal-interfaċċi ta' rapportar armonizzati, sakemm l-interfaċċji ta' rapportar armonizzati jkunu ġew implimentati b'mod sħiħ skont il-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu. L-interfaċċa tal-punt ta' aċċess għandha tikkonsisti f'interfaċċa komuni tal-utent ġestita b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti, li għandha tiġi integrata mal-interfaċċi ta' rappurtar armonizzati. L-interfaċċa tal-punt ta' aċċess għandha tippermetti l-użu ta' konnessjoni waħda għas-sistema għall-iskambju ta' data minn sistema għal sistema bejn id-dikjaranti u l-interfaċċi ta' rappurtar tal-Istati Membri parteċipanti.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kompatibbiltà tas-Single Window Nazzjonali mal-modulu ta' interfaċċa ta' rapportar;

(a)  il-kompatibbiltà tas-Single Window Nazzjonali mal-interfaċċa ta' rapportar;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  ir-rispett tal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-interfaċċi ta' rappurtar skont il-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-integrazzjoni f'waqtha tal-modulu ta' interfaċċa ta' rapportar u kwalunkwe aġġornamenti sussegwenti skont id-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu (11);

(b)  l-integrazzjoni f'waqtha tal-interfaċċa ta' rapportar u kwalunkwe aġġornamenti sussegwenti skont id-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu (11);

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-provvediment ta' Interfaċċa Grafika tal-Utent (GUI) armonizzata li hija faċli biex tintuża, b'dehra simili, għall-iskambju ta' data bejn id-dikjarant u Single Window li tippermetti komunikazzjoni bidirezzjonali bejn il-fornitur tad-data u l-awtoritajiet rilevanti li taderixxi mal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-GUI armonizzata kif żviluppata skont il-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-provvista ta' sit web ta' għajnuna onlajn.

(d)  il-provvediment ta' helpdesk u sit web ta' għajnuna onlajn b'istruzzjonijiet ċari fil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru u fi kwalunkwe każ bl-Ingliż, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-multilingwiżmu minqux fit-TFUE .

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali rilevanti, l-għoti ta' taħriġ xieraq u meħtieġ għall-persunal kollu involut fl-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-Single Window Nazzjonali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-Single Windows Nazzjonali jipprovdu komunikazzjonijiet bidirezzjonali bejn il-fornituri tad-data u l-awtoritajiet rilevanti sabiex jiġi evitat dewmien fil-proċessi ta' żdoganar u biex jiġu evitati nuqqasijiet jew impreċiżjonijiet fis-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa għar-rappurtar. Is-Single Windows Nazzjonali għandhom jippermettu li l-messaġġi jew ir-riżultati jiġu kkomunikati lid-dikjarant. Dawn il-messaġġi għandhom ikopru l-usa' firxa ta' deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet parteċipanti rilevanti kollha.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-Single Windows Nazzjonali għandhom jippermettu wkoll lid-dikjaranti jipprovdu informazzjoni permezz ta' spreadsheets diġitali, armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u għandhom jinkludu l-funzjoni li jkunu estratti elementi ta' data ta' rapportar minn dawk l-ispreadsheets.

4.  Is-Single Windows Nazzjonali għandhom jippermettu wkoll lid-dikjaranti jipprovdu informazzjoni meħtieġa permezz ta' spreadsheets diġitali, armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u għandhom jinkludu l-funzjoni li jkunu estratti elementi ta' data ta' rapportar.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 11 – subparagrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, mekkaniżmi ta' kontroll ta' kwalità u proċeduri għall-introduzzjoni, iż-żamma u l-użu ta' modulu ta' interfaċċa ta' rapportar msemmi fil-paragrafu 2;

(a)  l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, mekkaniżmi ta' kontroll ta' kwalità u proċeduri għall-introduzzjoni, iż-żamma u l-użu tal-interfaċċa ta' rapportar msemmija fil-paragrafu 2;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 11 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, mekkaniżmi ta' kontroll ta' kwalità u proċeduri għall-introduzzjoni, iż-żamma u l-użu tal-interfaċċa grafika tal-utent (GUI) imsemmija fil-paragrafu 3;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 11 – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, mekkaniżmi ta' kontroll ta' kwalità u proċeduri għall-introduzzjoni, iż-żamma u l-użu tal-interfaċċa tal-punt ta' aċċess komuni bħala funzjonalità miżjuda għall-interfaċċi ta' rappurtar armonizzat imsemmija fil-paragrafu 2;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 11 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha temenda, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, standards u proċeduri, sabiex tikkunsidra d-disponibbiltà ta' teknoloġiji ġodda.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, biex temenda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, standards u proċeduri, sabiex tiżgura li l-interfaċċi jkunu teknoloġikament newtrali u miftuħa għal teknoloġiji futuri .

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a.  Is-Single Windows Nazzjonali għandhom joperaw mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u d-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stati Membri jistgħu jippermettu lil dikjaranti jipprovdu l-informazzjoni permezz ta' mezzi oħra ta' rapportar, sakemm dawk il-mezzi huma volontarji għad-dikjaranti. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-mezzi l-oħra jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti għas-Single Window Nazzjonali.

1.  Stati Membri għandhom jippermettu lil dikjaranti jipprovdu l-informazzjoni permezz ta' mezzi ta' rapportar minn sistema għal sistema jew mezzi ta' rapportar oħra eżistenti bħas-sistemi tal-komunità tal-port, sakemm dawk il-mezzi huma volontarji għad-dikjaranti. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-mezzi l-oħra jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti għas-Single Window Nazzjonali.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  informazzjoni ta' rapportar ipprovduta fit-tluq minn port fl-Unjoni ma għandhiex terġa' tintalab matul il-vjaġġ jew mal-wasla fil-port li jmiss tal-Unjoni, dment li l-vapur ma jkunx daħal f'port barra mill-Unjoni matul il-vjaġġ. Dan il-punt ma għandux japplika għal informazzjoni riċevuta skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, ħlief jekk din il-possibbiltà hija prevista f'dak ir-Regolament;

(c)  informazzjoni ta' rapportar ipprovduta fit-tluq minn port fl-Unjoni ma għandhiex terġa' tintalab mal-wasla fil-port li jmiss tal-Unjoni, dment li din tista' terġa' tintuża għal skopijiet operattivi jew amministrattivi u dment li l-vapur ma jkunx daħal f'port barra mill-Unjoni matul il-vjaġġ. Dan il-punt ma għandux japplika għal informazzjoni riċevuta skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, ħlief jekk din il-possibbiltà hija prevista f'dak ir-Regolament;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-informazzjoni rilevanti tad-Dikjarazzjoni Sommarja tad-Dħul imsemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 issir disponibbli għas-Single Windows Nazzjonali bħala referenza u, fejn adattat, tintuża mill-ġdid għal obbligi oħra ta' rapportar elenkati fl-Anness.

(d)  l-informazzjoni rilevanti tad-Dikjarazzjoni Sommarja tad-Dħul imsemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 issir disponibbli għas-Single Windows Nazzjonali bħala referenza u, fejn adattat u kompatibbli mal-liġi doganali tal-Unjoni insegwitu ta' żdoganar mill-awtoritajiet doganali, tintuża mill-ġdid għal obbligi oħra ta' rapportar elenkati fl-Anness.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  pjan ta' żvilupp għall-iżvilupp u l-aġġornar tal-modulu ta' interfaċċa ta' rapportar previst fit-18-il xahar ta' wara;

(a)  pjan ta' żvilupp għall-iżvilupp u l-aġġornar tal-interfaċċa ta' rapportar previsti fit-18-il xahar ta' wara;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  pjanijiet ta' żvilupp għall-iżvilupp ta' interfaċċa tal-punt ta' aċċess komuni volontarja għall-interfaċċi ta' rappurtar armonizzati sa... (data: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament);

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  perjodi ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati xierqa kollha inklużi rappreżentanti mit-trade unions, mill-industrija u esperti mill-gvern;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  skadenzi indikattivi għall-Istati Membri għall-integrazzjoni sussegwenti tal-modulu ta' interfaċċa ta' rapportar mas-Single Windows Nazzjonali;

(b)  skadenzi indikattivi għall-Istati Membri għall-integrazzjoni sussegwenti tal-interfaċċa ta' rapportar mas-Single Windows Nazzjonali;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  skadenzi indikattivi għall-iżvilupp tal-Kummissjoni ta' interfaċċa tal-punt ta' aċċess komuni wara l-implimentazzjoni tal-interfaċċi ta' rappurtar armonizzati.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  perjodi ta' ttestjar għall-Istati Membri u d-dikjaranti sabiex jittestjaw il-konnessjoni tagħhom ma' kwalunkwe verżjoni ġdida tal-modulu ta' interfaċċa;

(c)  perjodi ta' ttestjar għall-Istati Membri u d-dikjaranti volontarji sabiex jittestjaw il-konnessjoni tagħhom ma' kwalunkwe verżjoni ġdida tal-interfaċċa jew tal-interfaċċi;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  skadenzi indikattivi għall-interfaċċa tal-punt ta' aċċess komuni bħala funzjonalità miżjuda tal-interfaċċi ta' rappurtar armonizzati.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  allinjament mas-sistemi doganali, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-ambjent tas-Single Window Doganali.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni tal-EMSWe fil-livell tal-Unjoni u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(b)  il-promozzjoni tal-EMSWe fil-livell tal-Unjoni u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari billi jiġi żgurat il-finanzjament fit-tul tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u bl-involviment tar-rappreżentanti minn partijiet interessati governattivi u tal-industrija f'din is-sistema.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni dwar il-funzjonament tal-EMSWe fuq il-bażi tad-data u tal-istatistika miġbura. Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jinkludi, fejn meħtieġ, evalwazzjoni ta' teknoloġiji emerġenti, li jistgħu jwasslu għal bidliet jew sostituzzjoni tal-modulu ta' interfaċċa ta' rapportar.

Sa mhux aktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni dwar il-funzjonament tal-EMSWe fuq il-bażi tad-data u tal-istatistika miġbura. Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jinkludi, fejn meħtieġ, evalwazzjoni ta' teknoloġiji emerġenti, li tista' twassal għal bidliet jew sostituzzjoni tal-modulu ta' interfaċċa ta' rapportar b'Interfaċċa tal-Punt ta' Aċċess tal-UE (EU-API) li jista' jwassal id-data direttament lis-Single Windows Nazzjonali mid-dikjaranti għat-twettiq tal-obbligi ta' rapportar .

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 18 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nazzjonali maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nazzjonali maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 u l-esperti rilevanti mill-industrija.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Trasport Diġitali u Faċilitizzazzjoni tal-Kummerċ. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/201116.

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Trasport Diġitali u Faċilitizzazzjoni tal-Kummerċ. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/201116 u għandu jinvolvi wkoll l-esperti rilevanti mill-industrija.

_________________

_________________

16 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

16 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandu japplika minn [OP- insert four years after entry into force of this Regulation].

2.  Għandu japplika minn [OP- daħħal erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jew sena wara l-adozzjoni tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni kollha ppjanati fir-Regolament, skont liema data tkun l-aktar reċenti .

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 21 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-funzjonalitajiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 7(2) u dawk relatati mal-formalitajiet speċifikati fil-punt 7 tal-Parti A tal-Anness għandhom ikunu effettivi meta s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li huma meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dawk il-formalitajiet huma operazzjonali, skont il-programm ta' ħidma stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 280 u 281 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

3.  Il-funzjonalitajiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 7(2) u dawk relatati mal-formalitajiet speċifikati fil-punt 7 tal-Parti A tal-Anness għandhom ikunu effettivi wara evalwazzjoni u prova tal-funzjonalità sħiħa tal-EMSWe u l-implimetazzjoni u l-interoperabbiltà tal-elementi ta' data l-oħra kollha tas-sett ta' data tal-EMSWe bejn is-Single Windows Nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti u meta s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li huma meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dawk il-formalitajiet huma operazzjonali, skont il-programm ta' ħidma stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 280 u 281 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.


NOTA SPJEGATTIVA

Fis-17 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal ambjent għal Single Window Marittima Ewropea, li tħassar id-Direttiva 2010/65/UE dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal vapuri. Din l-inizjattiva hija parti mit-Tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva", li ssegwi l-impenji meħuda fl-ambitu tal-istrateġija tal-politika industrijali ġdida ta' Settembru 2017 u hija intiża biex tlesti l-proċess li jippermetti lill-Ewropa tieħu l-benefiċċji sħaħ tal-modernizzazzjoni tal-mobbiltà. It-teknoloġiji l-ġodda qed ibiddlu b'mod rapidu ix-xena tal-mobbiltà u f'dan il-kuntest, l-UE u l-industriji tagħha jridu jilqgħu l-isfida biex isiru mexxejja dinjija fil-mobbiltà.

Attwalment, l-operaturi tat-trasport marittimu għandhom jissodisfaw firxa wiesgħa ta' rekwiżiti legali fil-qasam rappurtar kull darba li vapur jagħmel waqfa f'port. Isiru aktar minn żewġ miljuni waqfiet f'port fis-sena fl-UE. Il-formalitajiet ta' rappurtar għall-vapuri li jidħlu f'port fl-Istati Membri huma attwalment stabbiliti fid-Direttiva 2010/65/UE – id-Direttiva dwar il-Formalitajiet ta' Rappurtar (RFD). Id-Direttiva għandha l-għan li tissimplifika u tarmonizza l-proċeduri amministrattivi fit-trasport marittimu billi tintroduċi single window għar-rappurtaġġ tal-formalitajiet fuq il-vapuri.

Il-problema tal-operaturi hija li r-rekwiżiti ta' rappurtar għadhom mhumiex armonizzati, kemm bejn l-oqsma differenti li jridu jiġu rrapportati fi ħdan Stat Membru wieħed kif ukoll bejn Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piż amministrattiv kbir fuq l-operaturi u l-Kummissjoni tistma li l-persunal fis-settur tat-trasport bil-baħar bħalissa jiddedika ammont totali ta' madwar 4.6 miljun siegħa fis-sena fuq ir-rappurtar.

L-evalwazzjoni ex post tal-Kummissjoni Ewropea tal-funzjonament tad-direttiva attwali spjegat li hemm diversi problemi serji li jipprevjenu l-applikazzjoni armonizzata tagħha fl-UE kollha. Il-problemi ewlenin li nstabu jirrigwardaw livell mhux sodisfaċenti tal-armonizzazzjoni nazzjonali u tal-UE, l-ambitu ġenerali limitat tad-direttiva u, użu ineffiċjenti tad-data riċevuta mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri.

Il-Kunsill Ewropew diġà ssottolinja l-problema fid-Dikjarazzjoni tiegħu ta' Valletta tal-2017 dwar il-politika marittima u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar il-prijoritajiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2020, hekk kif irrikonoxxa li jeħtieġ li nnaqqsu l-piż amministrattiv fuq it-trasport marittimu.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jindirizza l-ambjent ta' rapportar għall-vapuri fl-UE li bħalissa mhuwiex armonizzat. L-ambjent ġdid propost għal Single Window Marittima Ewropea jikkostitwixxi tentattiv biex jingħaqdu flimkien il-formalitajiet ta' rapportar kollha assoċjati ma' waqfa f'port. L-intenzjoni hija li dan itejjeb l-interoperabbiltà u l-interkonnessjoni bejn sistemi differenti u jinkoraġġixxi l-aktar użu effiċjenti tad-data.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija mfassla biex jiġi evitat kwalunkwe piż sproporzjonat fuq l-operaturi tat-trasport fuq il-baħar u hija bbażata fuq l-istruttura eżistenti tas-Single Windows Nazzjonali u fuq standards u formati tad-data fil-livell internazzjonali u dak tal-UE. Il-proposta tal-Kummissjoni toffri soluzzjoni deċentralizzata, iżda armonizzata.

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta mill-Kummissjoni li tirrevoka u tissostitwixxi d-Direttiva attwali u taqbel man-nuqqasijiet identifikati mill-evalwazzjoni ex post tal-funzjonament tad-Direttiva attwali. Huwa ċar li hemm spejjeż addizzjonali sinifikanti għall-industrija minħabba nuqqas ta' armonizzazzjoni għar-rekwiżiti ta' rappurtar għal kull waqfa f'port u r-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ kwalunkwe tentattiv biex jitnaqqas il-piż amministrattiv li qed jiffaċċjaw l-operaturi tat-trasport marittimu. Ir-rapporteur temmen bis-sħiħ li dan huwa fl-aħjar interessi tal-faċilitazzjoni usa' tal-kummerċ u tad-diġitalizzazzjoni.

Ir-rapporteur temmen li, l-ewwel nett, sett ta' data armonizzat huwa essenzjali u forsi l-aktar mezz importanti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-vapuri li jidħlu fil-portijiet tal-UE u biex tittejjeb il-katina loġistika marittima. Ir-rapporteur tixtieq li l-Kummissjoni tressaq sett ta' data armonizzat li jqis b'mod sħiħ l-isforzi fil-livell tal-OMI dwar l-armonizzazzjoni tad-data.

Ir-rapporteur tixtieq tiżgura wkoll li s-sett ta' data tal-EMSWe jiġi implimentat mingħajr preġudizzju għas-sistema ta' rapportar doganali u li għandu jkun hemm kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti f'dan ir-rigward. Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà biex xi drabi jżidu elementi ġodda mar-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom, għal diversi raġunijiet, iżda temmen li huwa importanti li jinstab bilanċ tajjeb sabiex ma jiżdidux piżijiet amministrattivi ġodda.

Fir-rigward tal-funzjonament tas-Single Windows Nazzjonali, ir-rapporteur taqbel mal-loġika li din tiġi bbażata fuq l-istrutturi eżistenti u tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Single Windows Nazzjonali, ir-rapporteur tixtieq li tiġi żgurata komunikazzjoni bidirezzjonali bejn id-dikjarant u l-awtoritajiet rilevanti. Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li kull Single Window Nazzjonali għandu jkollha dimensjoni ta' governanza ċara b'bażi legali għall-ipproċessar, il-fluss u t-trattament bla xkiel tad-data bejn l-awtoritajiet u, tabilħaqq, bejn l-Istati Membri. Ir-rapporteur tilqa' wkoll il-possibbiltà li l-Istati Membri jiżviluppaw b'mod konġunt single window.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva input mill-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Organizzazzjoni tal-Portijiet Marittimi Ewropej (ESPO)

Assoċjazzjonijiet tas-Sidien ta' Vapuri tal-Komunità Ewropea (ECSA)

Kunsill Dinji tat-Trasport Fuq il-Baħar

Feport

Danish Shipping

Il-Port ta' Rotterdam

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ambjent għal Single Window Marittima Ewropea

Referenzi

COM(2018)0278 – C8-0193/2018 – 2018/0139(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Deirdre Clune

5.7.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Georg Mayer, Andrey Novakov, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

16.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle

EFDD

Daniela Aiuto, Rosa D'Amato

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Csaba Sógor, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Sergei Stanishev, Marita Ulvskog, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Michael Cramer, Pascal Durand, Keith Taylor

1

-

ENF

Mylène Troszczynski

1

0

ENF

Georg Mayer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Jannar 2019Avviż legali