Proċedura : 2018/0162(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0007/2019

Testi mressqa :

A8-0007/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.22

Testi adottati :

P8_TA(2019)0354

RAPPORT     ***I
PDF 293kWORD 99k
11.1.2019
PE 628.404v02-00 A8-0007/2019

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE

(COM(2018)0315 – C8-0205/2018 – 2018/0162(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Dominique Riquet

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE

(COM(2018)0315 – C8-0205/2018 – 2018/0162(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0315),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0205/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' …(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0007/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar, huwa essenzjali li jittejjeb il-livell tal-għarfien u tal-ħiliet tal-baħħara tal-Unjoni bl-iżvilupp tat-taħriġ marittimu u taċ-ċertifikazzjoni f'konformità mar-regoli internazzjonali.

(1)  Sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar, huwa essenzjali li jittejjeb il-livell tal-għarfien u tal-ħiliet tal-baħħara tal-Unjoni bl-iżvilupp tat-taħriġ marittimu u taċ-ċertifikazzjoni f'konformità mar-regoli internazzjonali u l-progress teknoloġiku, kif ukoll li tittieħed azzjoni ulterjuri biex tissaħħaħ il-bażi tal-ħiliet marittimi Ewropej billi jiġu pprovduti taħriġ avvanzat u opportunitajiet ta' żvilupp għall-baħħara tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-kodiċi STCW diġà fiha gwida dwar il-prevenzjoni tal-għeja (Taqsima B-VIII/1) kif ukoll dwar l-idoneità għax-xogħol (Taqsima A-VIII/1). Sabiex jiġu żgurati livelli għoljin ta' sikurezza, huwa imperattiv li l-istandards stabbiliti f'din il-konvenzjoni internazzjonali jiġu infurzati u segwiti mingħajr eċċezzjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Sabiex titrawwem il-mobilità professjonali tal-baħħara fl-UE u jiġi evitat li s-settur marittimu Ewropew iħabbat wiċċu ma' nuqqas ta' persunal kompetenti bit-taħlita tajba ta' ħiliet u kompetenzi, jenħtieġ li jiġi faċilitat ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikonoxxu għalkollox iċ-ċertifikati ta' profiċjenza u l-prova dokumentata maħruġa lill-baħħara minn Stati Membri oħra, fosthom għall-finijiet ta' ħruġ ta' ċertifikati nazzjonali ta' kompetenza. Jekk Stat Membru jirrifjuta li japprova jew jaċċetta ċertifikat validu maħruġ minn Stat Membru ieħor, dan tal-ewwel jenħtieġ li jiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata dik id-deċiżjoni.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu ċentralizzat għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. Il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)14 wera li nkiseb iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż għall-Istati Membri mill-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ċentralizzat. Madankollu, l-evalwazzjoni wriet ukoll li, fir-rigward ta' xi pajjiżi terzi rikonoxxuti, għadd limitat ħafna biss ta' baħħara ġie impjegat fuq bastimenti tal-Unjoni wara. Għalhekk, sabiex jintużaw ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli b'mod aktar effiċjenti, il-proċedura għar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq analiżi tal-ħtieġa għal tali rikonoxximent, inkluża stima tal-għadd ta' kaptani u uffiċjali li joriġinaw minn dak il-pajjiż li x'aktarx li jiġu impjegati fuq bastimenti tal-Unjoni.

(5)  Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu ċentralizzat għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. L-evalwazzjoni tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)14 uriet li nkiseb iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż għall-Istati Membri mill-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ċentralizzat. Madankollu, l-evalwazzjoni wriet ukoll li, fir-rigward ta' xi pajjiżi terzi rikonoxxuti, l-Istati Membri ħarġu għadd limitat ħafna ta' approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent ta' ċertifikati f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċertifikati ta' kompetenza jew ċertifikati ta' profiċjenza maħruġa minn dawn il-pajjiżi terzi.

_________________

_________________

14 SWD(2018)19.

14 SWD(2018)19.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-baħħara kollha għal impjieg deċenti u biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun konduzzjonali fuq ir-ratifika tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ix-Xogħol Marittimu minn dawk il-pajjiżi terzi.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex tiżdied iktar l-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi, ir-rivalutazzjoni ta' pajjiżi terzi li jipprovdu għadd baxx ta' baħħara lill-flotta tal-Unjoni jenħtieġ li titwettaq f'intervalli itwal li jenħtieġ li jitwalu għal għaxar snin. Madankollu, dan il-perjodu itwal ta' rivalutazzjoni tas-sistema ta' dawn il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi kkombinat mal-kriterji ta' prijorità li jieħdu kont tat-tħassib dwar is-sikurezza, filwaqt li tiġi bbilanċjata l-ħtieġa ta' effiċjenza b'mekkaniżmu effikaċi ta' salvagwardja f'każ ta' deterjorazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara pprovdut fil-pajjiżi terzi rilevanti.

(7)  Sabiex tiżdied iktar l-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi, ir-rivalutazzjoni ta' pajjiżi terzi li jipprovdu għadd baxx ta' baħħara lill-flotta tal-Unjoni jenħtieġ li titwettaq f'intervalli itwal li jenħtieġ li jitwalu għal tmien snin. Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw ukoll l-aptitudni ta' dawn il-baħħara u, jekk ikun meħtieġ, dawn għandhom jingħataw taħriġ. Madankollu, dan il-perjodu itwal ta' rivalutazzjoni tas-sistema ta' dawn il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi kkombinat mal-kriterji ta' prijorità li jieħdu kont tat-tħassib dwar is-sikurezza, filwaqt li tiġi bbilanċjata l-ħtieġa ta' effiċjenza b'mekkaniżmu effikaċi ta' salvagwardja f'każ ta' deterjorazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara pprovdut fil-pajjiżi terzi rilevanti.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-livell tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-baħħara impjegati minn pajjiżi terzi saret disponibbli bil-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom marbuta maċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tintuża mhux biss għal finijiet ta' statistika u t-tfassil tal-politika, iżda wkoll għall-fini ta' titjib fl-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata li tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi. Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, il-pajjiżi terzi rikonoxxuti li ma pprovdewx baħħara lill-flotta tal-Unjoni għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin għandhom jiġu rtirati mil-lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti. Barra minn hekk, din l-informazzjoni għandha tintuża wkoll sabiex tagħti prijorità lir-rivalutazzjoni tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti.

(8)  Fil-livell tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-baħħara impjegati minn pajjiżi terzi saret disponibbli bil-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom marbuta maċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tintuża mhux biss għal finijiet ta' statistika u t-tfassil tal-politika, iżda wkoll għall-fini ta' titjib fl-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata li tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi. Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, ir-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi li ma jkunux ipprovdew baħħara lill-flotta tal-Unjoni għal perjodu ta' mill-inqas 8 snin jenħtieġ li jerġa' jiġi eżaminat. Il-proċess ta' rieżami jenħtieġ li jkopri l-possibbiltà li r-rikonoxximent tal-pajjiż terz rilevanti jinżamm jew jiġi rtirat. Barra minn hekk, din l-informazzjoni għandha tintuża wkoll sabiex tagħti prijorità lir-rivalutazzjoni tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 mhumiex applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE. Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 kienet tirregola r-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri. Madankollu, id-definizzjonijiet taċ-ċertifikati tal-baħħara msemmija fid-Direttiva 2005/45/KE ma għadhomx jgħoddu wara l-emendi tal-2010 tal-Konvenzjoni STCW. Għalhekk l-iskema ta' rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tirrifletti emendi internazzjonali u d-definizzjonijiet il-ġodda taċ-ċertifikati tal-baħħara inklużi fid-Direttiva 2008/106/KE. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati mediċi tal-baħħara maħruġa taħt l-awtorità tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fl-iskema ta' rikonoxximent reċiproku. Sabiex jitneħħew l-ambigwità u r-riskju ta' inkonsistenzi bejn id-Direttiva 2005/45/KE u d-Direttiva 2008/106/KE, ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara jenħtieġ li jiġi regolat bid-Direttiva 2008/106/KE.

(9)  Id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 mhumiex applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE. Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 kienet tirregola r-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri. Madankollu, id-definizzjonijiet taċ-ċertifikati tal-baħħara msemmija fid-Direttiva 2005/45/KE ma għadhomx jgħoddu wara l-emendi tal-2010 tal-Konvenzjoni STCW. Għalhekk l-iskema ta' rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tirrifletti emendi internazzjonali u d-definizzjonijiet il-ġodda taċ-ċertifikati tal-baħħara inklużi fid-Direttiva 2008/106/KE. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati mediċi tal-baħħara maħruġa taħt l-awtorità tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fl-iskema ta' rikonoxximent reċiproku. Sabiex jitneħħew l-ambigwità u r-riskju ta' inkonsistenzi bejn id-Direttiva 2005/45/KE u d-Direttiva 2008/106/KE, ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara jenħtieġ li jiġi regolat bid-Direttiva 2008/106/KE. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-Istati Membri u tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-bastimenti, jeħtieġ li tiġi introdotti sistema elettronika għall-preżentazzjoni tal-kwalifiki tal-baħħara, bl-għan li sal-2027 is-sistema ta' kwalifiki u ċertifikati tkun saret mingħajr karti.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

15 Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

16 Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).

16 Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Sabiex tiżdied is-sikurezza, titjieb fl-effikaċja tal-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' wieħed mill-Istati Membri u jkunu promossi l-baħħara mħarrġa fi ħdan l-Unjoni, huwa importanti li jkompli jiġi żviluppat l-għarfien espert marittimu Ewropew u li jitjiebu l-kwalifiki u l-ħiliet tal-baħħara, b'mod partikolari fil-kuntest tal-progress teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni tas-settur. Jenħtieġ għalhekk li jiġi offrut taħriġ li jmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tal-Konvenzjoni STCW u li jwassal għal Diploma ta' Eċċellenza Marittima Ewropea, bħalma rrakkomanda l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kompetittività u l-Impjiegi Marittimi tal-Kummissjoni fir-rapport tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011. Barra minn hekk, sabiex jiġi akkwistat benefiċċju minn skambji ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni tal-mekkaniżmu Erasmus+ għat-taħriġ tal-baħħara jenħtieġ li tiġi inkoraġġita.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Iċ-ċertifikati jenħtieġ li jiġu ċentralizzati permezz ta' bażi ta' data elettronika fil-livell tal-UE, konnessa wkoll mal-bażi ta' data tad-Direttiva 2009/16/KE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din id-diġitalizzazzjoni tad-data tagħmel parti mill-progress teknoloġiku fil-qasam tal-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data, bl-għan li tgħin biex l-ispejjeż jitnaqqsu u biex ir-riżorsi umani jintużaw b'aktar effikaċja.

 

____________________

 

1aId-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57)

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Hemm bżonn dibattitu wiesa' li jinvolvi lis-sħab soċjali, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u lil partijiet ikkonċernati oħra biex tiġi investigata l-possibbiltà li tinħoloq sistema volontarja ta' ċertifikati armonizzati li jmorru lil hinn mill-STCW fil-livell ta' taħriġ, sabiex jiżdied il-vantaġġ kompetittiv tal-baħħara Ewropej. Tali STCW+ tkun tista' tistabbilixxi "ċertifikati ta' eċċellenza marittima" abbażi ta' korsijiet marittimi Ewropej fil-livell ta' postlawrea li jagħtu lill-baħħara ħiliet ogħla u lil hinn minn dawk mitluba fil-livell internazzjonali. Id-diġitalizzazzjoni dejjem tiżdied tas-settur marittimu jenħtieġ li tgħin biex jitjiebu u jiġu żviluppati dawk il-ħiliet u l-kwalifiki.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  L-edukazzjoni tal-baħħara Ewropej bħala kaptani u uffiċjali jenħtieġ li tiġi appoġġjata bi skambji ta' studenti bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam marittimu madwar l-Unjoni. Sabiex jitrawmu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kwalifiki tal-baħħara li jservu taħt bandiera Ewropea, hemm bżonn ta' skambju ta' prattiki tajbin fost l-Istati Membri. It-taħriġ tal-baħħara jenħtieġ li jibbenefika b'mod sħiħ mill-opportunitajiet ipprovduti b'Erasmus +.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5 – paragrafu 10

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

10. Soġġett għall-Artikolu 19(7) kull ċertifikat meħtieġ b'din id-Direttiva għandu jinżamm disponibbli fil-forma oriġinali tiegħu abbord il-vapur li fuqu id-detentur jagħti s-servizz tiegħu.

10. Soġġett għall-Artikolu 19(7) kull ċertifikat meħtieġ b'din id-Direttiva għandu jinżamm disponibbli fil-forma oriġinali tiegħu abbord il-vapur li fuqu id-detentur jagħti s-servizz tiegħu, taħt il-format ta' karta jew elettroniku tiegħu li l-awtentiċità u l-validità tiegħu huma garantiti mill-Istat ta' ħruġ, u li jista' jiġi verifikat fil-qafas tal-proċedura prevista fil-punt (b) tal-paragrafu 12 u fil-paragrafu 13 ta' dan l-Artikolu.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32008L0106&from=EN)

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5 − paragrafu 13

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2b)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

13. Mill-1 ta' Jannar 2017, l-informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 12 għandha tkun disponibbli permezz ta' mezzi elettroniċi.

13. Mill-1 ta' Jannar 2017, l-informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 12 għandha tkun disponibbli permezz ta' mezzi elettroniċi. Mill-1 ta' Jannar 2027, iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha għandhom ikunu disponibbli b'mezzi elettroniċi, f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 12.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32012L0035&from=EN.com)

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 20, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 21 u għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fit-tfassil tal-politika, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, l-informazzjoni msemmija fl-Anness V ta' din id-Direttiva dwar iċ-ċertifikati ta' kompetenza u l-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza. Fuq bażi volontarja, jistgħu jipprovdu wkoll l-informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta' profiċjenza maħruġa lil ratings skont il-Kapitoli II, III u VII tal-Anness tal-Konvenzjoni STCW.

Għall-finijiet tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 20 u l-paragrafu 2 tal-Artikolu 21, u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, tiġġestixxi u taġġorna bażi ta' data li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu konnessi magħha, u li għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha msemmija fl-Anness V ta' din id-Direttiva dwar iċ-ċertifikati ta' kompetenza u l-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' profiċjenza maħruġa skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Il-bażi ta' data taċ-ċertifikati tal-baħħara trid tkun interkonnessa mal-bażi ta' data tal-ispezzjonijiet prevista fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/16/KE.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jaċċetta ċ-Ċertifikati ta' Profiċjenza u l-Prova Dokumentata maħruġa minn Stat Membru ieħor, jew taħt l-awtorità tiegħu, bl-iskop li jkun possibbli li l-baħħara jservu abbord il-flotta tiegħu.

1.  Kull Stat Membru għandu jaċċetta ċ-Ċertifikati ta' Profiċjenza u l-prova dokumentata maħruġa minn Stat Membru ieħor, jew taħt l-awtorità tiegħu, fuq il-karta jew f'format elettroniku, bl-iskop li jkun possibbli li l-baħħara jservu abbord bastimenti tal-flotta tiegħu, u biex jinħarġu Ċertifikati ta' Kompetenza jew Ċertifikati ta' Profiċjenza. Id-deċiżjoni inizjali dwar l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati jew prova tali għandha tinħareġ fi żmien xahar minn meta tasal it-talba u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-Ċertifikati ta' Kompetenza maħruġa minn Stat Membru ieħor jew ċ-Ċertifikati ta' Profiċjenza maħruġa minn Stat Membru ieħor lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I, billi japprova dak iċ-ċertifikat biex jafferma r-rikonoxximent tiegħu. L-approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent, għandha tkun limitata għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli ta' kompetenza jew profiċjenza preskritti fihom. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW.

2.  Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-Ċertifikati ta' Kompetenza maħruġa minn Stat Membru ieħor jew ċ-Ċertifikati ta' Profiċjenza maħruġa minn Stat Membru ieħor lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I, billi japprova dak iċ-ċertifikat biex jafferma r-rikonoxximent tiegħu. L-approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent, għandha tkun limitata għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli ta' kompetenza jew profiċjenza preskritti fihom. L-approvazzjoni għandha tinħareġ biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW, skont il-paragrafu 7 tar-Regolament I/2 tal-Konvenzjoni STCW. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-baħħara jkollhom id-dritt għal appell kontra kull ċaħda ta' approvazzjoni ta' ċertifikat validu, jew kontra nuqqas ta' kwalunkwe risposta, skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-baħħara jkollhom id-dritt għal appell kontra kull ċaħda ta' approvazzjoni ta' ċertifikat validu, jew kontra nuqqas ta' kwalunkwe risposta jew dewmien mhux ġustifikat, skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali, u li l-baħħara għandhom jiġu provduti b'konsulenza u għajnuna adegwati mingħajr ħlas fir-rigward ta' appelli bħal dawn.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, iżommu aġġornata l-lista tagħhom ta' ħtiġijiet u ta' offerti ta' impjieg għall-baħħara.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  L-Istati Membri għandhom, bl-għajnuna tal-Kummissjoni u bl-involviment tas-sħab soċjali, jiżviluppaw Diploma ta' Eċċellenza Marittima Ewropea rikonoxxuta b'mod reċiproku li toffri taħriġ avvanzat għall-baħħara lil hinn mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW sabiex tkompli ssaħħaħ il-bażi tal-ħiliet marittimi Ewropej.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Sa [daħħal id-data ħames snin wara d-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni tal-impatt tar-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ u l-kwalifiki tal-baħħara fuq l-impjegar u l-ħiliet tal-baħħara Ewropej, inklużi proposti għal aktar azzjoni fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jissodisfa l-istandards ta' saħħa medika preskritti bl-Artikolu 11; kif ukoll

(a)  jissodisfa l-istandards ta' saħħa medika, kemm fiżika kif ukoll mentali, previsti bl-Artikolu 11; kif ukoll

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

1.  Il-baħħara li m'għandhomx iċ-ċertifikati ta' kompetenza maħruġa mill-Istati Membri u/jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza maħruġa mill-Istati Membri lill-kaptani u lill-uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, jistgħu jitħallew iservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, dment li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza u ċ-ċertifikati ta' profiċjenza tagħhom permezz tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

 

1.  Il-baħħara li m'għandhomx iċ-ċertifikati ta' kompetenza maħruġa mill-Istati Membri u/jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza maħruġa mill-Istati Membri lill-kaptani u lill-uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, jistgħu jitħallew iservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, dment li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza u ċ-ċertifikati ta' profiċjenza tagħhom permezz tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u li l-pajjiż terz kopert bil-proċedura ta' rikonoxximent ikun irratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ix-Xogħol Marittimu.

https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:323:0033:0061:MT:PDF

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b'approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1, maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' dak il-pajjiż terz, akkumpanjata minn analiżi preliminari tal-konformità tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW billi jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, inkluża stima tan-numru ta' kaptani u uffiċjali li x'aktarx jiġu impjegati minn dak il-pajjiż.

Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b'approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1, maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' dak il-pajjiż terz, akkumpanjata minn analiżi preliminari tal-konformità tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu billi jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II. Fl-analiżi preliminari, l-Istat Membru għandu jipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rikonoxximent tal-pajjiż terz b'appoġġ għat-talba tiegħu. Flimkien mal-analiżi preliminari dwar il-konformità, L-Istat Membru għandu jippreżenta stima motivata tan-numru ta' kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju li x'aktarx ikunu se jiġu impjegati minn dak il-pajjiż, għajr f'każijiet debitament ġustifikati.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara s-sottomissjoni tat-talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta' rikonoxximent għal dak il-pajjiż terz. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Wara s-sottomissjoni tat-talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura ta' rikonoxximent għal dak il-pajjiż terz.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tiġi adottata deċiżjoni pożittiva biex tinbeda proċedura ta' rikonoxximent, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u bl-involviment possibbli tal-Istat Membru li qed iressaq it-talba, għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih tressqet it-talba għar-rikonoxximent, sabiex tivverifika jekk il-pajjiż ikkonċernat jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittieħdux l-miżuri xierqa biex jiġi evitat il-ħruġ ta' ċertifikati frawdolenti.

Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u bl-involviment possibbli tal-Istat Membru li qed iressaq it-talba u kwalunkwe Stat Membru ieħor milqut, għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih tressqet it-talba għar-rikonoxximent, sabiex tivverifika jekk il-pajjiż ikkonċernat jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittieħdux l-miżuri xierqa biex jiġi evitat il-ħruġ ta' ċertifikati frawdolenti.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 20 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk ma jkun hemm l-ebda approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent maħruġ minn Stat Membru b'rabta maċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza, imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 19, maħruġa minn pajjiż terz għal perjodu ta' aktar minn 5 snin, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' dak il-pajjiż għandu jiġi rtirat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2), wara li l-Istati Membri kif ukoll il-pajjiż terz ikkonċernat jiġu notifikati mill-anqas xahrejn minn qabel.

8.  Jekk ma jkun hemm l-ebda approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent maħruġ minn Stat Membru b'rabta maċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza, imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 19, maħruġa minn pajjiż terz għal perjodu ta' aktar minn 8 snin, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' dak il-pajjiż għandu jerġa' jiġi eżaminat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2), wara li l-Istati Membri kif ukoll lill-pajjiż terz ikkonċernat jiġu notifikati mill-anqas tliet xhur qabel.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti skont il-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3), inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 19(6), għandhom jiġu rivalutati mill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fuq bażi regolari u mill-inqas kull għaxar snin mill-aħħar valutazzjoni, biex jiġi vverifikat li jissoddisfaw il-kriterji rilevanti mniżżla fl-Anness II u jekk ittieħdux il-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ħruġ ta' ċertifikati frawdolenti.

1.  Il-pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti skont il-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3), inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 19(6), għandhom jiġu rivalutati mill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fuq bażi regolari u mill-inqas kull sebgħa snin mill-aħħar valutazzjoni, biex jiġi vverifikat li jissoddisfaw il-kriterji rilevanti mniżżla fl-Anness II u jekk ittieħdux il-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ħruġ ta' ċertifikati frawdolenti.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  in-numru ta' programmi approvati mill-pajjiż terz;

(d)  in-numru ta' programmi ta' taħriġ u żvilupp għall-baħħara approvati mill-pajjiż terz;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  in-numru globali ta' baħħara pprovduti mill-pajjiż terz lill-flotta tal-Unjoni, u l-livell ta' taħriġ u kwalifiki ta' dawk il-baħħara;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  informazzjoni dwar l-istandards ta' edukazzjoni u taħriġ f'dak il-pajjiż terz, ipprovduta minn kwalunkwe awtorità kkonċernata jew parti interessata oħra

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 25a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness V lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 20, tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 21 u għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil tal-politika.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni elenkata fl-Anness V tiġi trasferita f'bażi ta' data stabbilita skont l-Artikolu 5a hekk kif ikunu nħarġu ċ-ċertifikat jew l-approvazzjoni korrispondenti.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ttrasferita fuq il-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 5a tiġi vvalidata għall-finijiet ta' pubblikazzjoni fi żmien 72 siegħa.

 

L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha rreġistrata fil-bażi ta' data stabbilita fl-Artikolu 5a għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 8.

(1)

ĠU C...(għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)

ĠU C...(għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-importanza tal-element uman għas-sikurezza fuq il-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar hija rikonoxxuta fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE). Bl-għan li jintlaħaq livell għoli ta' sikurezza, it-tisħiħ tal-edukazzjoni marittima u t-taħriġ tal-baħħara kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tagħhom ġew ikkunsidrati bħala elementi partikolarment importanti.

Fi ħdan l-UE din il-kwistjoni hija rregolata minn żewġ direttivi: id-Direttiva 2008/106/KE, li tiddefinixxi l-istandards minimi tat-taħriġ u tat-tagħlim, u d-Direttiva 2005/45/KE, li trawwem il-mobilità professjonali tal-baħħara fi ħdan l-UE billi tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri. B'mod aktar partikolari:

  Id-Direttiva 2008/106/KE, fil-livell tal-UE, tintegra l-qafas internazzjonali dwar ir-rekwiżiti tat-taħriġ, taċ-ċertifikazzjoni u tal-għassa għall-baħħara, definiti taħt l-awspiċju tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u preskritti mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara tal-1978, kif emendata (il-Konvenzjoni STCW).

  Id-Direttiva 2005/45/KE trawwem il-mobilità professjonali tal-baħħara fi ħdan l-UE billi ddaħħal proċedura simplifikata li tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri.

Kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fil-qafas tal-evalwazzjoni REFIT (Programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni) intwera li l-qafas tal-UE relatat mat-taħriġ tal-baħħara u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom, fil-biċċa l-kbira, laħaq l-objettivi ewlenin tiegħu u jibqa' rilevanti bis-sħiħ. Minn naħa waħda, billi jgħin biex jiġu eliminati l-ekwipaġġi li ma jkunux ikkwalifikati biżżejjed li jaħdmu abbord il-vapuri li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-Unjoni bis-saħħa tat-titjib tat-tagħlim u tat-taħriġ tal-baħħara, kif ukoll taċ-ċertifikazzjoni tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-baħħara mħarrġa fl-UE u dawk reklutati minn pajjiżi terzi ġew armonizzati permezz tal-ħolqien tal-mekkaniżmu ċentralizzat tal-UE. Fl-aħħar nett, ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara, skont id-Direttiva 2005/45/KE, ippermetta mobilità aħjar tal-baħħara fi ħdan il-flotta li ttajjar il-bandiera ta' Stati Membri tal-Unjoni.

Madankollu, l-evalwazzjoni REFIT kixfet xi nuqqasijiet rigward l-effikaċja tagħha u rigward il-proporzjonalità ta' wħud mir-rekwiżiti regolatorji, b'mod partikolari:

  Il-qafas amministrattiv applikabbli għall-proċedura ta' rikonoxximent u ta' rievalwazzjoni tal-pajjiżi terzi huwa nieqes mill-effikaċja.

  il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema ta' rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri għandu nuqqas ta' ċarezza u ċertezza tad-dritt.

  Id-Direttiva 2008/106/KE għandha tiġi armonizzata f'intervalli regolari filwaqt li jitqiesu l-aħħar emendi li jsiru lill-Konvenzjoni STCW, b'mod partikolari fil-każ tar-rekwiżiti l-ġodda dwar il-kwalifiki u t-taħriġ għall-baħħara li jaħdmu abbord vapuri tal-passiġġieri, bastimenti li jużaw il-gass jew fjuwils oħra b'livell baxx ta' fjammabbiltà (Kodiċi IGF rilevanti) u bastimenti operata fl-ilmijiet Polari. F'dan ir-rigward, il-proċedura attwali li biha jittieħed kont tal-emendi tal-Konvenzjoni STCW tikkawża dewmien konsiderevoli u toħloq ir-riskju li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tkunx konsistenti mal-qafas internazzjonali għal perjodu sinifikanti ta' żmien.

Il-proposta tal-Kummissjoni 

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tissimplifika u tirrazzjonalizza l-qafas regolatorju attwali tal-UE dwar it-taħriġ minimu tal-baħħara u dwar iċ-ċertifikazzjoni tagħhom bl-għan li jintlaħqu t-tliet objettivi li ġejjin:

  L-ewwel nett, li r-regoli tal-UE jinżammu allinjati mal-qafas internazzjonali;

  It-tieni nett, li tingħata ħajja ġdida lill-mekkaniżmu ċentralizzat għar-rikonoxximent tal-pajjiżi terzi biex tiżdied l-effikaċja tiegħu;

  Fl-aħħar nett, li tiżdied iċ-ċarezza ġuridika f'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jappoġġja u jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li taġġorna l-istandards Ewropej mar-regoli tal-Konvenzjoni STCW definiti taħt l-awspiċju tal-IMO. Ir-Rapporteur huwa konxju tal-fatt li hemm il-ħtieġa li tiġi appoġġjata u mmonitorjata l-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri tal-UE, u dan b'mod partikolari billi tiġi żgurata l-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara reklutati f'pajjiżi terzi bis-saħħa tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati. L-għan globali hawnhekk huwa li tiġi żgurata s-sikurezza abbord il-bastimenti.

B'mod aktar speċifiku, ir-Rapporteur iqis li l-bidliet magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri huma konformi mas-simplifikazzjoni, u b'hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni legali bejn il-qafas internazzjonali u d-Direttiva 2008/106/KE.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta għal-reviżjoni tal-proċedura għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiż terz, kif ukoll il-proposta għal mekkaniżmu ta' rtirar tar-rikonoxximent. Huwa tal-fehma, madankollu, fejn ma jkunx hemm reklutaġġ ta' baħħara minn pajjiż terz abbord bastimenti li jtajru bandiera ta' Stat Membru, il-perjodu li fi tmiemu jista' jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz konċernat għandu jiġi estiż minn 5 għal 8 snin. Il-perjodu itwal huwa meħtieġ sabiex ikun jaqbel mat-tul tat-taħriġ u l-validazzjoni.

Fir-rigward tal-applikazzjoni min-naħa ta' Stat Membru lill-Kummissjoni Ewropea għar-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' kompetenza jew ta' ċertifikati ta' profiċjenza ta' pajjiż terz, ir-Rapporteur iqis li talba bħal din għandha tiġi kkunsidrata abbażi tal-liġi. Il-Kummissjoni ma tistax tiddeċiedi għaliha nnifisha, abbażi tal-pajjiż terz involut, jekk għandhiex tiftaħ jew le l-proċedura.

Ir-Rapporteur jipproponi għalhekk żewġ dispożizzjonijiet ġodda biex isaħħaħ il-kwalità tat-taħriġ għall-baħħara Ewropej. L-ewwel nett jipproponi Ċertifikat ta' Eċċellenza Ewropew għat-taħriġ tal-baħħara li jmur lil hinn mill-istandards minimi definiti fil-livell internazzjonali, bil-ħsieb li jiġi żviluppat l-għarfien espert Ewropew u li l-ħiliet tal-baħħara jiġu adattati għad-diġitalizzazzjoni tal-professjoni, flimkien ma' miżuri oħra bl-għan aħħari li t-taħriġ joffru lill-baħħara Ewropej vantaġġ kompetittiv fis-suq dinji.

It-tieni nett jipproponi li ċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi rikonoxxuti jiġu trasferiti immedjatament fuq bażi ta' data elettronika u ċentralizzata fil-livell tal-UE li tkun konnessa mal-bażi ta' data tal-ispezzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port. L-għan hawnhekk huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż finazjarji u tar-riżorsi umani, filwaqt li tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema ta' monitoraġġ b'mod ġenerali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (27.11.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE

(COM(2018)0315 – C8-0205/2018 – 2018/0162(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sofia Ribeiro

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ huwa prijorità assoluta għall-Unjoni Ewropea u għal dawk li jfasslu l-politika tagħha. Li ċ-ċittadini Ewropej jiġu pprovduti b'ħiliet hija ambizzjoni li tagħti spinta lis-sostenibbiltà ta' ħafna setturi tal-ekonomija; u t-trasport marittimu mhuwiex eċċezzjoni.

90 % tal-prodotti esportati mill-Unjoni Ewropea u 40 % tal-kummerċ fi ħdan l-UE jintbagħtu bil-baħar. It-trasport marittimu huwa għalhekk assi kruċjali għall-avvanz tal-kummerċ Ewropew, għandu impatt ekonomiku enormi u konsegwentement iġib miegħu l-ħolqien tal-impjiegi. Għalhekk irridu niżguraw it-taħriġ, l-ispeċjalizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara sabiex nimminimizzaw it-theddid potenzjali kemm għas-sikurezza tal-ħajja tal-bnedmin u tal-merkanzija fuq il-baħar kif ukoll għall-ambjent tal-baħar matul l-operazzjonijiet abbord il-vapuri. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-livell minimu ta' taħriġ u l-kundizzjonijiet minimi aċċettabbli tax-xogħol u tas-sikurezza abbord iridu jkunu konsistenti wkoll mal-istandards u l-konvenzjonijiet internazzjonali, peress li s-settur marittimu huwa fin-natura tiegħu stess intrinsikament globalizzat.

Il-qafas normattiv attwali tal-UE diġà għamel passi kbar u kkontribwixxa biex jiġu eliminati l-ekwipaġġi bi standard inferjuri li jaħdmu abbord vapuri li jtajru l-bandiera tal-UE permezz tat-tisħiħ tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fl-edukazzjoni marittima. Fl-istess ħin, inkiseb livell ekwu bejn il-baħħara mħarrġa fl-Unjoni u l-baħħara impjegati minn pajjiżi terzi permezz tal-istabbiliment tal-mekkaniżmu ċentralizzat tal-UE, skont l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri bil-Konvenzjoni STCW. Madankollu, fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi riċenti, jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi adattata, simplifikata u riformulata.

Il-proċess attwali tar-rieżami tad-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u t-tħassir tad-Direttiva 2005/45/KE se jissodisfa din il-ħtieġa u għalhekk għandu jipprova jelimina l-lakuni li diġà ġew identifikati u jissimplifika u jirrazzjonalizza l-qafas regolatorju attwali tal-UE f'dawn l-oqsma.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu ċentralizzat għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. Il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)14 wera li nkiseb iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż għall-Istati Membri mill-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ċentralizzat. Madankollu, l-evalwazzjoni wriet ukoll li, fir-rigward ta' xi pajjiżi terzi rikonoxxuti, għadd limitat ħafna biss ta' baħħara ġie impjegat fuq bastimenti tal-Unjoni wara. Għalhekk, sabiex jintużaw ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli b'mod aktar effiċjenti, il-proċedura għar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq analiżi tal-ħtieġa għal tali rikonoxximent, inkluża stima tal-għadd ta' kaptani u uffiċjali li joriġinaw minn dak il-pajjiż li x'aktarx li jiġu impjegati fuq bastimenti tal-Unjoni.

(5)  Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu ċentralizzat għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. Il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)14 wera li nkiseb iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż għall-Istati Membri mill-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ċentralizzat. Madankollu, l-evalwazzjoni wriet ukoll li, fir-rigward ta' xi pajjiżi terzi rikonoxxuti, l-Istati Membri ħarġu biss għadd limitat ħafna ta' approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent ta' ċertifikati f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċertifikati ta' kompetenza jew ċertifikati ta' profiċjenza maħruġa minn dawk il-pajjiżi terzi.

_______________________________

_________________________________

14 SWD(2018)19

14 SWD(2018)19

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex tiżdied iktar l-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi, ir-rivalutazzjoni ta' pajjiżi terzi li jipprovdu għadd baxx ta' baħħara lill-flotta tal-Unjoni jenħtieġ li titwettaq f'intervalli itwal li jenħtieġ li jitwalu għal għaxar snin. Madankollu, dan il-perjodu itwal ta' rivalutazzjoni tas-sistema ta' dawn il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi kkombinat mal-kriterji ta' prijorità li jieħdu kont tat-tħassib dwar is-sikurezza, filwaqt li tiġi bbilanċjata l-ħtieġa ta' effiċjenza b'mekkaniżmu effikaċi ta' salvagwardja f'każ ta' deterjorazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara pprovdut fil-pajjiżi terzi rilevanti.

(7)  Sabiex tiżdied iktar l-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi, ir-rivalutazzjoni ta' pajjiżi terzi li jipprovdu għadd baxx ta' baħħara lill-flotta tal-Unjoni jenħtieġ li titwettaq f'intervalli itwal li jenħtieġ li jitwalu għal għaxar snin. Jenħtieġ li l-aptitudni ta' dawn il-baħħara tiġi vvalutata wkoll minn żewġ Stati Membri u, jekk ikun hemm bżonn, dawn għandhom jingħataw taħriġ. Madankollu, dan il-perjodu itwal ta' rivalutazzjoni tas-sistema ta' dawn il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi kkombinat ma' kriterji ta' prijorità li jieħdu kont tat-tħassib dwar is-sikurezza, filwaqt li tiġi bbilanċjata l-ħtieġa ta' effiċjenza b'mekkaniżmu effikaċi ta' salvagwardja f'każ ta' deterjorazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara pprovdut fil-pajjiżi terzi rilevanti.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-livell tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-baħħara impjegati minn pajjiżi terzi saret disponibbli bil-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom marbuta maċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tintuża mhux biss għal finijiet ta' statistika u t-tfassil tal-politika, iżda wkoll għall-fini ta' titjib fl-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata li tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi. Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, il-pajjiżi terzi rikonoxxuti li ma pprovdewx baħħara lill-flotta tal-Unjoni għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin għandhom jiġu rtirati mil-lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti. Barra minn hekk, din l-informazzjoni għandha tintuża wkoll sabiex tagħti prijorità lir-rivalutazzjoni tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti.

(8)  Fil-livell tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-baħħara impjegati minn pajjiżi terzi saret disponibbli bil-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom marbuta maċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tintuża mhux biss għal finijiet ta' statistika u tfassil tal-politika, iżda wkoll għall-fini ta' titjib fl-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata li tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi. Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li r-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi li ma pprovdewx baħħara lill-flotta tal-Unjoni għal perjodu ta' mill-inqas10 snin jerġa' jiġi eżaminat. Jenħtieġ li l-proċess ta' rieżami jkopri l-possibbiltà li jinżamm jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz rilevanti, b'konformità mal-proċedura ta' eżami. Barra minn hekk, din l-informazzjoni jenħtieġ li tintuża wkoll sabiex tagħti prijorità lir-rivalutazzjoni tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Hemm bżonn dibattitu wiesa' li jinvolvi lis-sħab soċjali, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u lil partijiet ikkonċernati oħra biex tiġi investigata l-possibbiltà li tinħoloq sistema volontarja ta' ċertifikati armonizzati li jmorru lil hinn mill-STCW fil-livell ta' taħriġ, sabiex jiżdied il-vantaġġ kompetittiv tal-baħħara Ewropej. Tali STCW+ tkun tista' tistabbilixxi "ċertifikati ta' eċċellenza marittima" abbażi ta' korsijiet marittimi Ewropej fil-livell ta' postlawrea li jagħtu lill-baħħara ħiliet ogħla u lil hinn minn dawk mitluba fil-livell internazzjonali. Id-diġitalizzazzjoni dejjem tiżdied tas-settur marittimu jenħtieġ li tgħin biex jitjiebu u jiġu żviluppati dawk il-ħiliet u l-kwalifiki.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  L-edukazzjoni tal-baħħara Ewropej bħala kaptani u uffiċjali jenħtieġ li tiġi appoġġata bi skambji ta' studenti bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam marittimu madwar l-Unjoni. Sabiex jitrawmu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kwalifiki tal-baħħara li jservu taħt bandiera Ewropea, hemm bżonn ta' skambju ta' prattiki tajbin fost l-Istati Membri. It-taħriġ tal-baħħara jenħtieġ li jibbenefika b'mod sħiħ mill-opportunitajiet ipprovduti b'Erasmus +.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, iżommu l-lista tagħhom tal-ħtiġijiet u tal-offerti ta' impjieg għall-baħħara aġġornata.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 5b – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Sa ... [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni tal-impatt tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri fuq l-impjieg tal-baħħara Ewropej.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jissodisfa l-istandards ta' saħħa medika preskritti bl-Artikolu 11; and

(a)  jissodisfa l-istandards ta' saħħa medika, kemm fiżika kif ukoll mentali, previsti bl-Artikolu 11, and

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b'approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1, maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' dak il-pajjiż terz, akkumpanjata minn analiżi preliminari tal-konformità tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW billi jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, inkluża stima tan-numru ta' kaptani u uffiċjali li x'aktarx jiġu impjegati minn dak il-pajjiż.

Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b'approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1, maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' dak il-pajjiż terz, akkumpanjata minn analiżi preliminari tal-konformità tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW billi jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u, kull meta jkun possibbli, stima tan-numru ta' kaptani u uffiċjali minn dak il-pajjiż li x'aktarx jiġu impjegati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara s-sottomissjoni tat-talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta' rikonoxximent għal dak il-pajjiż terz. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Wara s-sottomissjoni tat-talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura ta' rikonoxximent għal dak il-pajjiż terz.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tiġi adottata deċiżjoni pożittiva biex tinbeda proċedura ta' rikonoxximent, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u bl-involviment possibbli tal-Istat Membru li qed iressaq it-talba, għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih tressqet it-talba għar-rikonoxximent, sabiex tivverifika jekk il-pajjiż ikkonċernat jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittieħdux l-miżuri xierqa biex jiġi evitat il-ħruġ ta' ċertifikati frawdolenti.

Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u, possibbilment, bl-involviment tal-Istat Membru li qed iressaq it-talba, għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih tressqet it-talba għar-rikonoxximent, sabiex tivverifika jekk il-pajjiż ikkonċernat jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex jiġi evitat il-ħruġ ta' ċertifikati frawdolenti.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru li qed iressaq it-talba jista' jiddeċiedi li jirrikonoxxi l-pajjiż terz b'mod unilaterali sa ma tittieħed deċiżjoni skont dan il-paragrafu. F'każ li tali rikonoxximent unilaterali jseħħ, l-Istati Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni n-numru ta' approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent maħruġa b'rabta maċ-ċertifikati ta' kompetenza u ċ-ċertifikati ta' profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1, maħruġa mill-pajjiż terz sakemm id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tiegħu tiġi adottata.

L-Istat Membru li qed iressaq it-talba jista' japplika mal-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni provviżorja biex jirrikonoxxi l-pajjiż terz sakemm tittieħed deċiżjoni skont dan il-paragrafu. F'każ bħal dan, l-Istat Membru jrid jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġġustifika dik it-talba sakemm tittieħed deċiżjoni skont dan il-paragrafu.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fin-nuqqas ta' tali dokumentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talba għar-rikonoxximent provviżorju, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 20 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk ma jkun hemm l-ebda approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent maħruġ minn Stat Membru b'rabta maċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza, imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 19, maħruġa minn pajjiż terz għal perjodu ta' aktar minn 5 snin, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' dak il-pajjiż għandu jiġi rtirat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2), wara li l-Istati Membri kif ukoll lill-pajjiż terz ikkonċernat jiġu notifikati mill-anqas xahrejn minn qabel.

8.  Jekk ma jkun hemm l-ebda approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent maħruġ minn Stat Membru b'rabta maċ-ċertifikati ta' kompetenza jew iċ-ċertifikati ta' profiċjenza, imsemmija fl-Artikolu 19, maħruġa minn pajjiż terz għal perjodu ta' aktar minn 10 snin, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' dak il-pajjiż għandu jerġa' jiġi eżaminat f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Għal dan il-għan, wara l-proċedura ta' rieżami msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2), wara li tkun innotifikat lill-Istati Membri u lill-pajjiż terz ikkonċernat tal-anqas xahrejn minn qabel.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2008/106/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  Il-fatt li jkunu nħarġu ċertifikati frawdolenti;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Title

Livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara

Referenzi

COM(2018)0315 – C8-0205/2018 – 2018/0162(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.6.2018

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Sofia Ribeiro

29.6.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

17

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Dominique Martin, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Amjad Bashir, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, António Marinho e Pinto, Tamás Meszerics, Michaela Šojdrová, Tom Vandenkendelaere, Flavio Zanonato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

ECR

Amjad Bashir, Czesław Hoc

PPE

Georges Bach, David Casa, Krzysztof Hetman, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Michaela Šojdrová, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

VERTS/ALE

Jean Lambert, Tamás Meszerics, Miroslavs Mitrofanovs

17

-

ENF

Dominique Martin

GUE/NGL

Tania González Peñas, Patrick Le Hyaric

NI

Lampros Fountoulis

S&D

Maria Arena, Guillaume Balas, Ole Christensen, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

Referenzi

COM(2018)0315 – C8-0205/2018 – 2018/0162(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dominique Riquet

5.7.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Michael Gahler, Stefan Gehrold, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Jude Kirton-Darling, Andrey Novakov, Georgi Pirinski, Sergei Stanishev, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

11.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Matthijs van Miltenburg, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Stefan Gehrold, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Georgi Pirinski, Gabriele Preuß, David-Maria Sassoli, Sergei Stanishev, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Michael Cramer, Pascal Durand, Keith Taylor

5

-

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

EFDD

Daniela Aiuto, Rosa D'Amato

ENF

Mylène Troszczynski

2

0

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Jannar 2019Avviż legali