Proċedura : 2018/0299(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0009/2019

Testi mressqa :

A8-0009/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 19.3

Testi adottati :

P8_TA(2019)0191

RAPPORT     ***I
PDF 255kWORD 91k
11.1.2019
PE 630.498v02-00 A8-0009/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018)0568 – C8-0385/2018 – 2018/0299(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Karima Delli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018)0568 – C8-0385/2018 2018/0299(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0568),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0385/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-parlament Spanjol, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0009/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, ġie stabbilit strument ta' finanzjament tal-Unjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa li tagħmel possibbli t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija.

(2)  Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, ġie stabbilit strument ta' finanzjament tal-Unjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa li tagħmel possibbli t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġijasabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern tal-Unjoni.

_________________

_________________

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, ġie stabbilit strument ta' finanzjament tal-Unjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa li tagħmel possibbli t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija.

(2)  Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, ġie stabbilit strument ta' finanzjament tal-Unjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa li tagħmel possibbli t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti transfruntiera u ta' interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li tiġi prevista l-konnettività bejn l-Irlanda u l-Ewropa kontinentali billi jiġu modifikati r-rotta u l-kompożizzjoni tal-kurituri TEN-T sabiex jiġu integrati r-rabtiet marittimi bejn il-portijiet Irlandiżi u dawk kontinentali tan-netwerk ewlieni u tan-netwerk komprensiv.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà ta' integrazzjoni tal-portijiet tan-netwerk komprensiv f'kuritur tan-netwerk ewlieni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Minħabba n-natura insulari tal-Irlanda, ir-rabtiet marittimi jirrappreżentaw mezz kif tiġi żgurata l-konnettività diretta tagħha mal-Ewropa kontinentali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, se jkun jeħtieġ li l-partijiet tan-netwerk ewlieni tal-Atlantiku li għandhom x'jaqsmu mal-gżira tal-Irlanda jiġu aġġornati;

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jiġi evitat li l-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jissepara f'żewġ partijiet distinti u mhux konnessi u sabiex tkun żgurata l-konnettività tal-Irlanda mal-Ewropa kontinentali, il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jenħtieġ li jinkludi konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet ewlenin tal-Irlanda u l-portijiet ewlenin tal-Belġju u tan-Netherlands.

(6)  Sabiex jiġi evitat li l-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jinqasam f'żewġ partijiet distinti u mhux konnessi u sabiex tkun żgurata l-konnettività tal-Irlanda mal-Ewropa kontinentali, huwa essenzjali li jinħolqu kollegamenti diretti mat-territorji u l-portijiet l-aktar ġeografikament qrib l-Irlanda li jinsabu fuq il-kuritur eżistenti. Il-Kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jenħtieġ li jinkludi konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet tal-Irlanda u l-portijiet tal-Belġju, ta' Franza u tan-Netherlands li jappartjenu għan-netwerk ewlieni jew komprensiv. Barra minn hekk, kollegament bejn il-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran u l-kuritur tal-Atlantiku vija Le Havre jenħtieġ li jiżgura konnettività u integrazzjoni aħjar tas-suq intern.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa wara l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni ppermettiet li jinġabru l-kontributi tal-partijiet ikkonċernati li qed jitolbu, kważi b'mod unanimu, li jittieħed kont aħjar tal-kollegamenti marittimi futuri bejn l-Irlanda u l-Kontinent.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Fil-qafas ta' Ewropa ta' 27, fejn Franza, il-Belġju u n-Netherlands isiru ġeografikament l-eqreb pajjiżi tal-Unjoni tal-Irlanda, il-kuritur Atlantiku jenħtieġ li jiġi allinjat mill-ġdid sabiex jgħaqqad lill-Irlanda mal-kuritur Atlantiku u sabiex jitqiesu l-flussi eżistenti u futuri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6c. B'kont meħud tal-ħruġ tar-Renju Unit u sabiex tiġi żgurata kemm jista' jkun il-kontinwità tas-suq komuni u l-fluwidità tal-flussi tal-merkanzija, u sabiex jiġu kkonsolidati s-setturi tat-trasport u t-territorji l-aktar suxxettibbli li jiġu milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu rieżami antiċipat tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a sabiex jadattaw il-mapep tan-netwerks għat-tibdil tal-flussi tal-merkanzija wara li r-Renju Unit ikun ħareġ mill-Unjoni.

 

__________________

 

1 bis Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-iżgurar tal-konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra fil-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran huwa kruċjali għall-investimenti tal-infrastruttura kontinwi u futuri u sabiex tingħata ċarezza u ċertezza legali għall-ippjanar tal-infrastruttura.

(7)  L-iżgurar tal-konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra fil-kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran huwa kruċjali għall-investimenti tal-infrastruttura kontinwi u futuri u sabiex tingħata ċarezza u ċertezza legali għall-ippjanar tal-infrastruttura u tal-kuritur Atlantiku. Barra minn hekk, fil-programmi ta' ħidma għall-parti tat-trasport tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jenħtieġ li jiġu previsti sejħiet għal proposti mmirati għall-finanzjament tal-iżvilupp ta' infrastrutturi tat-trasport ġodda jew eżistenti sabiex jiġu żgurati konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet tal-Irlanda u dawk kontinentali tan-netwerk ewlieni u tan-netwerk komprensiv, kif ukoll l-adattament tagħhom f'każ li terġa' tiġi stabbilita fruntiera esterna mar-Renju Unit.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-iżgurar tal-konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra fil-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran huwa kruċjali għall-investimenti tal-infrastruttura kontinwi u futuri u sabiex tingħata ċarezza u ċertezza legali għall-ippjanar tal-infrastruttura.

(7)  L-iżgurar tal-konnessjoni bejn l-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq (skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira/il-Ftehim ta' Belfast tal-1998) u l-Istati Membri l-oħra fil-kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran huwa kruċjali għall-investimenti tal-infrastruttura kontinwi u futuri u sabiex tingħata ċarezza u ċertezza legali għall-ippjanar tal-infrastruttura u jiġi żgurat li l-politika tat-trasport tkompli tiffaċilita d-dispożizzjonijiet tal-ftehim imsemmi hawn fuq f'konformità mal-politiki tal-Unjoni Ewropea. Dan ma jippreġudikax il-kunsiderazzjoni futura tal-pożizzjoni xierqa tar-Repubblika tal-Irlanda fil-kuritur tan-Netwerk Ewlieni jew il-kunsiderazzjoni ta' dik il-pożizzjoni u r-relazzjoni futura ma' portijiet li bħalissa jinsabu barra min-Netwerk Ewlieni, sabiex il-konnettività bejn ir-Repubblika tal-Irlanda u l-bqija tal-Unjoni tittejjeb bħala parti minn strumenti sussegwenti taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Bil-ħsieb tal-adattament neċessarju tas-settur tat-trasport u tat-territorji l-aktar milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi fond ta' aġġustament biex jingħata kumpens għall-impatti negattivi ta' ħruġ mingħajr ftehim fis-settur tat-trasport u fuq it-territorji, billi jingħata appoġġ lill-isforzi finanzjarji li jridu jsiru mis-settur tat-trasport u t-territorji, biex jadattaw għall-konnettivitajiet ġodda ta' Unjoni ta' 27 u biex jiġi faċilitat il-qsim tal-fruntieri għall-merkanzija u l-persuni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7c.  Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit, huwa essenzjali li jiġu żviluppati l-infrastrutturi xierqa — ġodda jew eżistenti — biex jinżammu l-flussi kummerċjali bejn l-Irlanda u l-Ewropa kontinentali, li qabel kienu jiġu pprovduti mill-"pont kontinentali" tar-Renju Unit.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 7d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7d.  Biex jiġi appoġġat il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda tat-trasport kif ukoll il-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi eżistenti, huwa għalhekk essenzjali li jiġu inklużi nodi u rabtiet ġodda fin-netwerk ewlieni, b'mod partikolari għall-konnessjonijiet marittimi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 7e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7e.  Barra minn hekk, filwaqt li n-netwerk ewlieni jikkostitwixxi s-sinsla li tinkludi l-partijiet tan-netwerk li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-Unjoni, huwa meħtieġ ukoll li jiġu inklużi nodi u rabtiet ġodda, b'mod partikolari portwarji, fin-netwerk komprensiv, sabiex tiġi żgurata l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 7f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7f.  Bil-ħruġ tar-Renju Unit, diversi nodi portwarji li bħalissa jinsabu fin-netwerk komprensiv, b'mod partikolari tal-portijiet Franċiżi bħal Brest - Roscoff - Cherbourg - Boulogne, se jkollhom iwieġbu għal żieda fil-flussi kummerċjali, u għalhekk jenħtieġ li jirċievu aktar assistenza u appoġġ imsaħħaħ.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru. 1316/2013

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 7(2), jiżdied il-punt li ġej:

 

"la. azzjonijiet li huma meħtieġa għall-adattament tal-infrastruttura tat-trasport wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, inkluż l-adattament tat-tagħmir għat-twettiq ta' kontrolli fuq l-oġġetti u fuq il-passiġġieri."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/FR/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1316&from=EN)

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġi adattat is-settur tat-trasport, u b'mod partikolari l-infrastruttura, b'rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, is-"sejħiet għar-rimborż" 2019 u 2020 tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għandhom jiġu allokati biex jissodisfaw din il-ħtieġa u għaldaqstant il-programmi ta' ħidma 2019 u 2020 tal-FNE għandhom jiġu adattati kif xieraq.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru. 1316/2013

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-programmi ta' ħidma pluriennali tal-inqas f'nofs il-perijodu. Jekk meħtieġ, hija għandha tirrevedi l-programm ta' ħidma pluriennali permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

«2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-programmi ta' ħidma pluriennali tal-inqas f'nofs il-perjodu. Fis-settur tat-trasport, hija għandha tirrevedi l-programm ta' ħidma pluriennali sabiex tadattah għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Jekk meħtieġ, hija għandha tirrevedi l-programm ta' ħidma pluriennali permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2)."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/FR/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1316&from=EN)

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġi adattat is-settur tat-trasport, u b'mod partikolari l-infrastruttura, b'rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, is-"sejħiet għar-rimborż" 2019 u 2020 tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għandhom jiġu allokati biex jissodisfaw din il-ħtieġa u għaldaqstant il-programmi ta' ħidma 2019 u 2020 tal-FNE għandhom jiġu adattati kif xieraq.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1b (ġdid)

Regolament (UE) Nru. 1316/2013

Artikolu 17 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"5a. Fis-settur tat-trasport, għandha tingħata prijorità fl-aħħar programm ta' ħidma annwali lill-azzjonijiet definiti fl-Artikolu 7(2)(m)."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/FR/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1316&from=EN)

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġi adattat is-settur tat-trasport, u b'mod partikolari l-infrastruttura, b'rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, is-"sejħiet għar-rimborż" 2019 u 2020 tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għandhom jiġu allokati biex jissodisfaw din il-ħtieġa u għaldaqstant il-programmi ta' ħidma 2019 u 2020 tal-FNE għandhom jiġu adattati kif xieraq.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif jinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1b

 

Fond ta' emerġenza għall-aġġustament għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

 

Il-Kummissjoni għandha toħloq appoġġ finanzjarju addizzjonali għas-FNE fil-forma ta' fond ta' emerġenza għall-aġġustament għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. L-għan ta' dak il-Fond għandu jkun li jikkumpensa għall-impatti negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit, billi jgħin lill-partijiet ikkonċernati tat-trasport u lill-awtoritajiet lokali jantiċipaw il-ħolqien ta' rotot marittimi ġodda għall-ġarr tal-merkanzija u li jiffaċilita l-qsim tal-fruntieri għall-merkanzija u n-nies bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Anness - paragrafu 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru. 1316/2013

Anness I – parti I – punt 2 – taqsima "l-Atlantiku" – linja 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Soġġett għal emenda korrispondenti tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, u tal-Anness I tiegħu, "MAPEP TAN-NETWERKS KOMPRENSIVI U DAWK EWLENIN"

 

Fil-Parti I tal-Anness, il-punt 2 ("Kurituri tan-netwerk ewlieni"), fit-taqsima "l-Atlantiku", wara l-linja "Aveiro – Valladolid – Vitoria – Bergara – Bilbao/Bordeaux – Paris – Le Havre/Metz – Mannheim/Strasbourg", jiddaħħlu l-linji li ġejjin:

 

Shannon Foynes - Dublin – Rosselare – Waterford - Cork – Brest – Roscoff – Saint Malo - Cherbourg – Boulogne - Caen - Le Havre – Rouen – Paris

 

 

Dublin/Cork – Brest – Roscoff – Saint-Nazaire – Nantes - Tours

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness − paragrafu 1

Regolament (UE) Nru. 1316/2013

Anness I – parti I – punt 2 – taqsima "il-Baħar tat-Tramuntana" – linja 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork – Zeebrugge/Antwerpen/Rotterdam.

Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork – Le Havre/Calais/Dunkerque –Zeebrugge/Terneuzen – Gent - Antwerpen/Rotterdam

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

1.  Il-ħruġ ta' Stat Membru mill-UE, f'dan il-każ ir-Renju Unit, huwa sitwazzjoni bla preċedent li għaliha l-Unjoni Ewropea għandha tħejji ruħha fl-interess taċ-ċittadini tagħha, tas-suq komuni u taż-żamma ta' relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tajba ma' dan l-istess pajjiż, kemm jekk jinstab ftehim dwar il-ħruġ u kemm jekk le.

2.  F'każ li ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda ftehim bejn l-UE27 u r-Renju Unit, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew wera:

* li dan "l-ebda ftehim" ikun fattur aggravanti kemm għar-Renju Unit kif ukoll għall-Unjoni Ewropea u li l-impatti tiegħu se jiġu aggravati għas-settur tat-trasport, sitwazzjoni li thedded lill-amministraturi tal-infrastruttura, lill-operaturi tat-trasport, lis-setturi ekonomiċi li jiddependu minnu u lill-impjiegi li attwalment huma maħluqa minnhom;

** li ż-żewġ pajjiżi li jikkondividu fruntiera tal-art mar-Renju Unit, l-Irlanda u Franza (permezz tal-Mina ta' taħt il-Kanal Ingliż - iċ-Channel Tunnel), li għandhom quddiemhom il-kwistjoni tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' fruntiera esterna komuni, għandhom isibu soluzzjonijiet konkreti biex jinżamm livell għoli ta' konnettività taċ-ċittadini tagħhom u tal-iskambji kummerċjali bla xkiel bejn dawn il-pajjiżi;

*** li huma ċerti territorji, b'mod partikolari dawk li jinsabu l-eqreb lejn ir-Renju Unit jew li jispeċjalizzaw fl-operat tat-traffiku minn naħa għall-oħra tal-Kanal Ingliż, li se jintlaqtu l-aktar mill-effetti ta' "l-ebda ftehim".

3.  B'kunsiderazzjoni ta' dan, huwa mistenni li se jittieħdu diversi azzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea bil-quddiem u permezz ta' adattament tar-Regolament tal-FNE għall-effetti ta' "l-ebda ftehim". Dawn l-azzjonijiet għandhom jiffukaw fuq:

* ir-rikonnessjoni tal-Irlanda mal-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana - Mediterran permezz ta' rotot ġodda tat-trasport marittimu tal-merkanzija, li jinkludu l-portijiet kollha tan-netwerk ewlieni tal-kuritur;

** l-introduzzjoni tal-Irlanda fil-kuritur Atlantiku u, fejn xieraq, l-integrazzjoni ta' portijiet Franċiżi ġodda fin-netwerk ewlieni, filwaqt li jitqiesu l-flussi eżistenti;

il-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-FNE li fadal għall-perjodu 2019-2020 għall-adattament tal-portijiet tan-netwerk ewlieni għal-livelli tal-flussi ġodda bejn l-Irlanda u l-UE27, kif ukoll għar-restrizzjonijiet ġodda assoċjati mat-traffiku li jaqsam il-Kanal Ingliż.

4.  Filwaqt li dawn il-miżuri huma l-ewwel sisien, l-aktar urġenti, ta' appoġġ tal-Unjoni Ewropea għas-setturi tat-trasport u tat-turiżmu, ma għandniex ninsew il-konsegwenzi aktar profondi u fit-tul tal-ħruġ tar-Renju Unit, li se jolqtu lit-territorji kollha li, matul il-45 sena ta' integrazzjoni tar-Renju Unit fis-suq komuni, nisġu rabtiet profondi u fundamentali għall-vitalità soċjoekonomika tagħhom. Għalhekk, għandhom jintużaw ukoll miżuri ġodda ta' finanzjament biex l-atturi kollha tat-trasport u tat-territorji jiġu megħjuna jadattaw għall-konsegwenzi negattivi tal-Brexit.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (20.12.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018)0568 – C8-0385/2018 – 2018/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: John Howarth

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta tal-Kummissjoni tindirizza sett partikolari ta' ċirkostanzi madwar il-ħruġ previst tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bi Ftehim dwar il-Ħruġ fis-seħħ li jżomm l-acquis tal-UE matul perjodu ta' tranżizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2020, allura l-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterran (NSM) se jgħaddi mir-Renju Unit, kif inhu l-każ bħalissa. Fl-1 ta' Jannar 2021, huwa maħsub li l-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) se tidħol fis-seħħ bl-aġġustamenti xierqa għan-netwerk TEN-T.

Madankollu, jekk ir-Renju Unit, joħroġ mill-Unjoni fid-29 ta' Marzu 2019, kif huwa skedat li jagħmel bħalissa, iżda mingħajr ftehim, potenzjalment se jkun hemm diskontinwità fil-kuritur tan-netwerk NSM bejn il-portijiet tal-Kanal Ingliż/tal-Baħar tat-Tramuntana u dawk tar-Repubblika tal-Irlanda. Bl-istess mod, f'ċirkostanzi bħal dawn, il-kuritur tat-TEN-T jispiċċa fil-fruntiera bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda u ma jkunx jinkludi l-port ta' Belfast.

Il-proposta tal-Kummissjoni toffri soluzzjoni f'lokha għall-anomalija leġiżlattiva li potenzjalment tista' tqum, u tappoġġja l-għażla tal-portijiet ta' Zebrugge, Antwerp u Rotterdam bħala konnessjonijiet fin-netwerk NSM tan-netwerk TEN-T lejn il-portijiet tar-Repubblika tal-Irlanda, filwaqt li tinnota li l-ħatra hija bbażata fuq il-volumi tat-traffiku eżistenti bejn il-portijiet. Il-portijiet ta' Dunkirk u Calais fuq il-Kanal se jibqgħu portijiet maħtura fil-kuritur, f'dan il-każ bħala portijiet ta' ħruġ mill-Unjoni Ewropea u ta' dħul fiha.

Din il-ħatra teknika ma għandha l-ebda effett materjali fuq il-pożizzjoni ta' kwalunkwe port u lanqas mhi se taffettwa xi volumi ta' traffiku. Madankollu, nieħdu nota tal-potenzjal għal tfixkil lill-portijiet tal-Kanal, kif irrappurtat f'sensiela ta' studji, b'mod partikolari mill-impożizzjoni ta' verifiki doganali, f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim jew sussegwentement itemm arranġamenti doganali miftuħa mal-Unjoni.

Il-port ta' Le Havre bħalissa mhuwiex parti mill-kuritur TEN-T li jgħaqqad mar-Repubblika tal-Irlanda, u portijiet oħra fit-Tramuntana ta' Franza bħalissa ma jissodisfawx il-kriterji tat-TEN-T. Ir-rieżami tar-relazzjoni tal-Irlanda mal-Kuritur TEN-T tal-Kuritur Baħar tat-Tramuntana/Mediterran hija biss aspett wieħed tas-sitwazzjoni l-ġdida tat-trasport li l-Irlanda se tiffaċċja, u f'dan il-kuntest, l-eżami tar-relazzjoni mal-kuritur Atlantiku li jipprovdi rabtiet aktar diretti bejn l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra wkoll jitqies rilevanti, inkluża l-ħatra ta' portijiet fi Franza u fl-Irlanda nfisha kif ukoll dawk maħtura fil-Belġju u fin-Netherlands. Ir-relazzjoni tar-Repubblika tal-Irlanda mal-kurituri tan-netwerk TEN-T, u għalhekk ir-relazzjoni potenzjali mal-portijiet, għandha tiġi kkunsidrata b'urġenza fi ħdan ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni CEF għall-QFP 2021-27, bil-ħsieb li jittejbu r-rabtiet diretti bejn l-Irlanda u l-bqija tal-Unjoni.

F'konformità mar-Rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali dwar ir-rwol tal-Politika ta' Koeżjoni fl-Irlanda ta' Fuq, l-importanza ta' attività ekonomika kontinwa u l-moviment ta' persuni bejn ir-Repubblika tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq hija enfasizzata flimkien mar-rwol ta' konnessjonijiet tat-trasport imtejba, inkluż il-kuritur TEN-T, fiż-żamma tal-objettivi tal-Ftehim ta' Belfast/tal-Ġimgħa l-Kbira tal-1998.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ġie stabbilit strument ta' finanzjament tal-Unjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa li tagħmel possibbli t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija.

(2)  Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ġie stabbilit strument ta' finanzjament tal-Unjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa li tagħmel possibbli t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti transfruntieri u ta' interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, se jkun jeħtieġ li l-partijiet tan-netwerk ewlieni tal-Atlantiku li għandhom x'jaqsmu mal-gżira tal-Irlanda jiġu aġġornati;

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jiġi evitat li l-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jissepara f'żewġ partijiet distinti u mhux konnessi u sabiex tkun żgurata l-konnettività tal-Irlanda mal-Ewropa kontinentali, il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jenħtieġ li jinkludi konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet ewlenin tal-Irlanda u l-portijiet ewlenin tal-Belġju u tan-Netherlands.

(6)  Sabiex jiġi evitat li l-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jiġi separat f'żewġ partijiet distinti u mhux konnessi u sabiex tkun żgurata l-konnettività tal-Irlanda mal-Ewropa kontinentali, huwa essenzjali li jinħolqu kollegamenti diretti mat-territorji l-aktar qrib tal-Irlanda li jinsabu fuq il-kuritur eżistenti. Il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jenħtieġ li jinkludi konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet ewlenin tal-Irlanda u l-portijiet ewlenin tal-Belġju, tan-Netherlands u ta' Franza.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  F'Ewropa ta' 27, fejn Franza ġeografikament issir l-eqreb pajjiż tal-Unjoni għall-Irlanda, jenħtieġ li l-Kuritur Atlantiku jiġi allinjat mill-ġdid sabiex jgħaqqad l-Irlanda miegħu.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-iżgurar tal-konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra fil-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran huwa kruċjali għall-investimenti tal-infrastruttura kontinwi u futuri u sabiex tingħata ċarezza u ċertezza legali għall-ippjanar tal-infrastruttura.

(7)  L-iżgurar tal-konnessjoni bejn l-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq (skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira/il-Ftehim ta' Belfast tal-1998) u l-Istati Membri l-oħra fil-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran huwa kruċjali għall-investimenti tal-infrastruttura kontinwi u futuri u sabiex tingħata ċarezza u ċertezza legali għall-ippjanar tal-infrastruttura u jiġi żgurat li l-politika tat-trasport tkompli tiffaċilita d-dispożizzjonijiet tal-ftehim imsemmi hawn fuq f'konformità mal-politiki tal-Unjoni Ewropea. Dan ma jippreġudikax il-kunsiderazzjoni futura tal-pożizzjoni xierqa tar-Repubblika tal-Irlanda fil-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni jew il-kunsiderazzjoni ta' dik il-pożizzjoni u r-relazzjoni futura ma' portijiet li bħalissa jinsabu barra min-Netwerk Ewlieni, sabiex il-konnettività bejn ir-Repubblika tal-Irlanda u l-bqija tal-Unjoni tittejjeb bħala parti minn strumenti sussegwenti taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Anness I – punt 2 – Parti "il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran" – linja 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork – Zeebrugge/Antwerp/Rotterdam".

"Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork – Le Havre/Calais/Dunkerque – Zeebrugge/Antwerpen/Rotterdam".

Emenda    7

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Anness I – punt 2 – il-parti "l-Atlantiku"

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 ("Kurituri tan-netwerk ewlieni"), fit-taqsima "l-Atlantiku", wara l-linja "Aveiro – Valladolid – Vitoria – Bergara – Bilbao/Bordeaux – Paris – Le Havre/Metz – Mannheim/Strasbourg", jiddaħħlu l-linji li ġejjin:

 

"Shannon Foynes – Dublin – Rosslare – Waterford – Cork – Brest – Roscoff – Cherbourg – Caen – Le Havre – Rouen – Paris"

 

"Dublin – Cork – Saint Nazaire – Nantes – Tours"

PROĊEDURA TAL-KUMITATLI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0568 – C8-0385/2018 – 2018/0299(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

10.9.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

10.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

John Howarth

9.10.2018

Eżami fil-kumitat

22.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Victor Boştinaru, Rosa D’Amato, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Damiano Zoffoli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jude Kirton-Darling, Emmanuel Maurel

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Emmanuel Maurel

PPE

Pascal Arimont, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Victor Boştinaru, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Jude Kirton-Darling, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Terry Reintke, Monika Vana

0

-

 

 

1

0

GUE/NGL

Younous Omarjee

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0568 – C8-0385/2018 – 2018/0299(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.8.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

10.9.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.9.2018

ITRE

10.9.2018

REGI

10.9.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

29.8.2018

ITRE

24.9.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Karima Delli

23.10.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.12.2018

10.1.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

11.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Rosa D'Amato

ENF

Georg Mayer, Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Csaba Sógor, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Sergei Stanishev, Marc Tarabella, Marita Ulvskog,

VERTS/ALE

Michael Cramer, Pascal Durand, Keith Taylor

0

-

 

 

2

0

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2019Avviż legali