Proċedura : 2018/0187(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0010/2019

Testi mressqa :

A8-0010/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.3
CRE 13/02/2019 - 8.3
PV 04/04/2019 - 6.19

Testi adottati :

P8_TA(2019)0085
P8_TA(2019)0351

RAPPORT     ***I
PDF 198kWORD 58k
11.1.2019
PE 626.674v01-00 A8-0010/2019

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni)

(COM(2018)0341 – C8-0215/2018 – 2018/0187(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Kay Swinburne

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni)

(COM(2018)0341 – C8-0215/2018 – 2018/0187(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0341),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0215/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1).

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni tal-atti legali(2);

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-18 ta' Diċembru 2018 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji b'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0010/2019),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dak it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Din il-proposta takkumpanja l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward tal-awtomatizzazzjoni tal-proċedura għal movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri u trasferiti lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor biex jitwasslu għal finijiet kummerċjali f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

Id-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE hi d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sistema kompjuterizzata (Sistema tal-Movimenti u tal-Kontrolli tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa – EMCS). Bħalissa din tkopri biss il-movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa li jkollhom sospensjoni tad-dazju tas-sisa. Id-Deċiżjoni jeħtieġ tiġi modifikata biex tkun tippermetti l-awtomatizzazzjoni tal-proċedura għal movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u trasferiti lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor biex jitwasslu għal finijiet kummerċjali f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Iżda peress li ħafna mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet huma affettwati minn din il-modifika, id-Deċiżjoni għandha tiġi riformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

L-għan tal-proposta hu li tiġi estiża s-Sistema tal-Movimenti u tal-Kontrolli tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa għal movimenti intra-UE ta' oġġetti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum, biex tiġi ssimplifikata l-proċedura u jkun jista' jsir monitoraġġ xieraq ta' dawn il-movimenti, u biex tingħata bażi għal governanza ta' aktar awtomatizzazzjonijiet tal-proċessi definiti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sisa, meta din l-awtomatizzazzjoni titqies ta' ġid. Fin-nuqqas ta' din il-proposta, mhux se jkun jista' jsir ippjanar ikkoordinat tal-awtomatizzazzjoni tal-moviment intra-UE ta' oġġetti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum.

Il-finanzjament tal-proġett ċentrali se jkun kopert mill-baġit FISCALIS fi ħdan l-approprjazzjonijiet diġà previsti fil-programmazzjoni finanzjarja uffiċjali. Ma hemm bżonn l-ebda riżorsa addizzjonali mill-baġit tal-UE. Barra minn hekk, din l-inizjattiva mhix beħsiebha tippreġudika l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. L-istima tal-ispejjeż għall-amministrazzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi hi inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt imħejjija għar-riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/118/KE.

Ħafna mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni huma affettwati mill-modifiki biex jissawru bi kliem ta' Deċiżjoni aktar ġenerali li jippermettu l-awtomatizzazzjoni ta' kwalunkwe proċedura użata għall-movimenti u s-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2018)49080

Is-Sur Roberto GUALTIERI

President, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

ASP 15G206

Brussell

Suġġett:  Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni)

COM(2018)0341 – C8-0215/2018 – 2018/0187(COD))

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet irid jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizz Legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostantiva għajr il-bidliet identifikati bħala tali u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 18-il vot favur, 0 kontra u 0 astensjonijiet(1), qed jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Joëlle Bergeron, Jean Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Sergio Gaetano Cofferati, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tiemo Wölken, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka, Kosma Złotowski, Luis de Grandes Pascual.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 29 Novembru 2018

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni)

COM(2018)0341 of 25.5.2018 – 2018/0187(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat dwar it-teknika ta' riformulazzjoni għal atti ġuridiċi, u partikolarment għall-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fis-17 ta' Ottubru 2018 sabiex jeżamina l-proposta msemmija li tressqet mill-Kummissjoni.

Waqt dik il-laqgħa(1), b'riżultat tal-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twassal għar-riformulazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' prodotti soġġetti għas-sisa, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota, bi qbil komuni, dan li ġej.

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi:

- fil-Premessa 6, l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 4(1) u (2), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6, iż-żieda tal-kelma "estensjoni";

- fil-Premessa 7 u fl-Artikolu 10(1) u (3) , iż-żieda tal-kelma "l-estensjoni";- fil-Premessa 11, is-sostituzzjoni tal-kliem "s-sistema EMCS" bil-kliem "estensjoni ġdida tas-sistema kompjuterizzata";

- fl-Artikolu 1(2)(b), is-sostituzzjoni tal-kliem "oġġetti taħt arranġamenti ta' sospensjoni ta' dazju tas-sisa" bil-kliem "oġġetti soġġetti għas-sisa";

- il-formulazzjoni kollha tal-Artikolu 2;

- fl-Artikolu 6, is-sostituzzjoni tal-kelma "u" bil-kliem "li għandhom x'jaqsmu";

- fl-Artikolu 11(2), iż-żieda tal-kelma "l-estensjoni".

2. Fit-tieni sentenza tal-Premessa 7, is-sostituzzjoni tal-kelma "oġġetti soġġetti għas-sisa" bil-kelma "sisa" kellha tiġi identifikata bħala adattament formali li sar fit-test attwali tal-Premessa 12 tad-Deċiżjoni 1152/2003/KE.

3. Fl-Artikolu 3(2), il-kliem finali għandu jgħid hekk: "movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa u oġġetti soġġetti għal dazji u imposti oħrajn li ġejjin minn pajjiżi terzi jew sejrin lejhom".

4. Fl-Artikolu 11(2), il-kliem "modifika", "estensjoni" u "tħaddim" b'mod żbaljat ġie ripetut darbtejn. L-ewwel okkorrenza ta' dawn il-kelmiet għandha titneħħa.

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti ma' dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test legali eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħha.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Jurisconsult      Jurisconsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0341 – C8-0215/2018 – 2018/0187(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

5.7.2018

ITRE

5.7.2018

JURI

5.7.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

28.6.2018

ITRE

19.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Kay Swinburne

20.6.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

10.1.2019

Eżami fil-kumitat

10.1.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

11.1.2019

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2019Avviż legali