Proċedura : 2017/0230(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0013/2019

Testi mressqa :

A8-0013/2019

Dibattiti :

PV 15/04/2019 - 19
CRE 15/04/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.16
CRE 16/04/2019 - 8.16

Testi adottati :

P8_TA(2019)0374

RAPPORT     ***I
PDF 1187kWORD 333k
14.1.2019
PE 625.358v01-00 A8-0013/2019

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment; ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat; u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

(COM(2018)0646 – C8-0409/2018 – 2017/0230(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Othmar Karas, Pervenche Berès,

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0646),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0409/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Frar 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0013/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment; Ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(8)  Għalhekk, huwa kruċjali li s-sistema finanzjarja tilgħab il-parti sħiħa tagħha sabiex tilħaq l-isfidi kritiċi tas-sostenibbiltà. Din se tirrikjedi▌kontribuzzjoni attiva tal-ASE sabiex joħolqu l-qafas regolatorju u superviżorju xieraq▌.

(11a)  Kulma jmur qed isir dejjem iktar importanti li jiġu promossi l-monitoraġġ konsistenti, sistematiku u effettiv u l-valutazzjoni tar-riskji b'rabta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija responsabbiltà komuni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom. Dawn jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi għal kooperazzjoni, koordinazzjoni u assistenza reċiproka msaħħa, billi jutilizzaw bis-sħiħ l-għodod u l-miżuri kollha disponibbli skont il-qafas regolatorju u istituzzjonali eżistenti. Fl-istess ħin, l-entitajiet kollha involuti jenħtieġ li jippermettu li jsiru skrutinju u sorveljanza xierqa tal-azzjonijiet tagħhom.

(11aa)  Minħabba l-konsegwenzi għall-istabbiltà finanzjarja li jistgħu jirriżultaw mill-abbużi tas-settur finanzjarju għall-finijiet ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li wisq probabbli huwa proprju fis-settur bankarju li r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu se jkollhom impatt sistemiku u imsejjes fuq l-esperjenza miksuba diġà mill-EBA fir-rigward tal-protezzjoni tas-settur bankarju minn dawn l-abbużi bħala awtorità li tissorvelja lill-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-EBA tassumi rwol mexxej ta' koordinazzjoni u ta' monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni biex tipproteġi b'mod effettiv is-sistema finanzjarja mir-riskji marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu. Għaldaqstant, minbarra l-kompetenzi attwali tagħha u peress li din l-awtorità hija marbuta mal-prevenzjoni u mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jeħtieġ li l-EBA tingħata l-awtorità biex taġixxi fil-kompetenzi tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tal-operaturi fis-settur finanzjarju u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom, li huma koperti b'dawk ir-Regolamenti. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni ta' dan il-mandat għas-settur finanzjarju kollu fl-EBA jottimizza l-użu tal-għarfien espert u tar-riżorsi tagħha, u huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi materjali stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849.

(11b)  Sabiex l-EBA teżerċita l-mandat tagħha b'mod effettiv, jenħtieġ li tagħmel użu sħiħ mis-setgħat u mill-għodod tagħha skont ir-Regolament, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-miżuri li tadotta l-EBA biex tippromwovi l-integrità, it-trasparenza u s-sigurtà fis-sistema finanzjarja u biex tipprevjeni u tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jenħtieġ li ma jmorrux oltre minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jew l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u jenħtieġ li jqisu b'mod xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki kummerċjali, il-mudelli ta' negozju u d-daqs tal-operaturi u tas-swieq tas-settur finanzjarju. F'konformità mar-rwol il-ġdid tagħha, huwa importanti li l-EBA tiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha marbuta mal-attivitajiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu identifikati mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-kompiti assenjati lill-awtoritajiet skont id-Direttiva (UE) 2015/849 u mingħajr ma tinħoloq l-ebda duplikazzjoni bla bżonn. F'konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li l-EBA taħżen din l-informazzjoni f'bażi tad-data ċentralizzata u trawwem il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet billi tiżgura t-tixrid xieraq tal-informazzjoni rilevanti. L-EBA tista' fejn xieraq, tittrażmetti wkoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u, fejn applikabbli, lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, evidenza li tkun fil-pussess tagħha li tista' twassal biex jinbdew proċedimenti kriminali.

(11ba)  Fuq talbiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċitar tal-funzjonijiet superviżorji prudenzjali tagħhom, l-EBA jenħtieġ li tipprovdi assistenza. L-EBA għandha wkoll tikkoordina mill-qrib, u fejn xieraq tiskambja informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità superviżorja tiegħu, u ma' awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw lill-entitajiet marbuta b'obbligu elenkati fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 kif ukoll mal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, filwaqt li tqis kif xieraq il-mezzi eżistenti għall-iskambju tal-informazzjoni bħall-Pjattaforma UE-UIF u l-UIF.Net, biex tiżgura l-effiċjenza u tevita kwalunkwe forma ta' azzjonijiet duplikati jew inkonsistenti fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(11bb)  Jenħtieġ ukoll li l-EBA twettaq rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll eżerċizzji ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu. L-EBA jenħtieġ li tassumi rwol fl-identifikazzjoni ta' prattiki u proċessi superviżorji u prudenzjali fl-Istati Membri li jagħmlu ħsara lill-konsistenza u lis-saħħa tal-qafas tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. L-EBA jenħtieġ li tniedi proċedimenti biex tikkoreġi dawn id-dgħufijiet, u tipproponi standards tekniċi regolatorji ġodda, jekk ikun meħtieġ.

(11bc)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EBA jkollha rwol ewlieni li tikkontribwixxi sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi dwar dawn il-kwistjonijiet bil-għan li tikkoordina aħjar l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni f'każijiet materjali ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu b'dimensjoni transfruntiera u ta' pajjiż terz.

(11c)  Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kontroll superviżorju tal-konformità fil-qasam tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, u biex tiġi żgurata aktar koordinazzjoni fl-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni applikabbli direttament jew tal-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali tagħha, jenħtieġ li l-EBA jkollha s-setgħa li twettaq analiżi tal-informazzjoni miġbura u, jekk ikun meħtieġ, twettaq investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħha dwar ksur materjali jew in-nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u, meta jkollha evidenza jew indikazzjonijiet sinjifikanti ta' ksur materjali, li titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jinvestigaw kwalunkwe ksur possibbli tar-regoli rilevanti, li tikkunsidra li tieħu deċiżjonijiet u li timponi sanzjonijiet indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jirrikjedu li jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom. Jenħtieġ li din is-setgħa tintuża biss meta l-EBA jkollha indikazzjonijiet ta' ksur materjali. Meta l-EBA jkollha indikazzjonijiet sostanzjali ta' ksur materjali, l-azzjonijiet imsemmija hawn fuq jenħtieġ li jinbdew mingħajr dewmien żejjed. Jenħtieġ li t-talbiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma jikkompromettux il-miżuri superviżorji kontinwi mill-awtorità kompetenti li lilha tkun indirizzata t-talba.

(15a)  Fid-dawl tal-importanza li jiġi żgurat li l-qafas superviżorju tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jiġi applikat b'mod effettiv, ir-rieżamijiet indipendenti biex jingħataw perspettivi oġġettivi u trasparenti dwar il-prattiki superviżorji huma ta' importanza assoluta. Permezz ta' dawn ir-rieżamijiet, l-EBA għandha tivvaluta l-istrateġiji, il-kapaċitajiet u r-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti biex tindirizza riskji emerġenti relatati mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu. Meta dawn ir-rieżamijiet jikxfu tħassib serju li l-awtorità kompetenti ma tirrimedjahx, meta jkun xieraq u meħtieġ, jenħtieġ li l-EBA toħroġ rapport ta' segwitu dwar il-konformità mal-miżuri ta' segwitu mitluba u jenħtieġ li tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

(15b) Sabiex twettaq il-kompiti tagħha u teżerċita s-setgħat tagħha, wara li tkun ħadet deċiżjoni indirizzata lill-awtorità kompetenti, jenħtieġ li l-EBA tkun kapaċi tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lejn l-operaturi fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-proċedura għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni u tal-proċedura ta' medjazzjoni vinkolanti anki meta r-regoli materjali ma jkunux applikabbli direttament għall-operaturi fis-settur finanzjarju. Meta r-regoli materjali jkunu stabbiliti fid-Direttivi, jenħtieġ li l-EBA tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi, sakemm, wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni, l-EBA ma tqisx li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tittrasponix dawk id-Direttivi b'mod xieraq. Meta d-dritt tal-Unjoni rilevanti jkun magħmul minn Regolamenti u meta, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dawk ir-Regolamenti espressament jagħtu opzjonijiet lill-Istati Membri, jenħtieġ li l-EBA tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali li teżerċita dawk l-opzjonijiet.

(15ba)    Bil-għan li jissaħħaħ ir-rwol tal-EBA biex tiżgura l-effettività tal-kontroll superviżorju tal-konformità fil-qasam tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu u biex tindirizza l-ksur jew in-nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew tal-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali tagħha, l-EBA jenħtieġ tagħmel disponibbli l-mezzi disponibbli għar-rapportar tal-ksur jew tan-nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. L-EBA għandha tiżgura li l-informazzjoni tista' tiġi sottomessa b'mod anonimu u sikur. Fejn l-EBA tqis li l-informazzjoni sottomessa fiha evidenza jew indikazzjonijiet sinifikanti ta' ksur materjali, l-EBA għandha tipprovdi rispons lill-persuna li qed tirrapporta.

(24a)  Sabiex jiġi żgurat li l-livell xieraq ta' għarfien espert jirfed id-deċiżjonijiet marbuta mal-miżuri dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jeħtieġ li jitwaqqaf kumitat intern permanenti magħmul mill-kapijiet tal-awtoritajiet u tal-korpi responsabbli għall-konformità mal-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li l-għarfien espert fir-rigward tal-mudelli ta' negozju u tal-ispeċifiċitajiet differenti tas-setturi jenħtieġ li jitqiesu bis-sħiħ. Dan il-Kumitat se jeżamina u jipprepara d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-EBA. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, dan il-kumitat il-ġdid se jissostitwixxi lis-sottokumitat eżistenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus li kien twaqqaf fil-Kumitat Konġunt tal-ASE.

(24aa)  Fir-rigward tal-kompiti tal-EBA b'rabta mal-prevenzjoni u mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li Kumitat Konġunt iservi bħala forum fejn l-EBA jenħtieġ li tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq dwar kwistjonijiet relatati mal-interazzjoni bejn il-kompiti speċifiċi tal-EBA msemmija fl-Artikolu 8(1)(l) u l-kompiti mogħtija lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, sabiex jiġi żgurat li l-mudelli ta' negozju u l-ispeċifiċitajiet differenti tas-setturi differenti jitqiesu bis-sħiħ.

(24ab)  L-EBA jenħtieġ li jkollha riżorsi u membri tal-persunal suffiċjenti u xierqa biex tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-prevenzjoni konsistenti, effiċjenti u effettiva tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha skont dan ir-Regolament. Il-kompetenzi u x-xogħol addizzjonali mogħtija lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom ukoll ikunu akkumpanjati minn riżorsi umani u finanzjarji suffiċjenti.

(24ac)  F'konformità mal-objettiv li tinkiseb sistema superviżorja aktar koerenti u vijabbli fl-Unjoni sabiex jiġu evitati u miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati kollha rilevanti, twettaq valutazzjoni komprensiva dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tal-kompiti speċifiċi mogħtija lill-EBA skont l-Artikolu 8(1)(1) ta' dan ir-Regolament. Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza l-interazzjoni bejn dawk il-kompiti u l-kompiti mogħtija lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Peress li l-parti l-kbira tal-attività tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu ssir barra mis-settur tas-servizzi finanzjarji, jenħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll b'segwitu tal-objettiv li tiżgura l-konsistenza, l-effiċjenza u l-effettività, tinvestiga wkoll bir-reqqa l-possibbiltà li tagħti kompiti speċifiċi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu lil aġenzija ddedikata madwar l-UE, li hija eżistenti jew ġdida. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq din il-valutazzjoni, bħala parti mir-rapport tagħha skont l-Artikolu 65 tad-Direttiva (UE) 2018/843, u flimkien ma' proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-11 ta' Jannar 2022.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament u fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva 2009/110/KE, tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***, tar-Regolament (UE) 2015/847**** tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*****, tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill******, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill********* u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fi ħdan il-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta' kwalunkwe att tal-Unjoni legalment vinkolanti ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013********.

L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament u fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849(*****) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn dik id-Direttiva tapplika għall-operaturi fis-settur finanzjarju u għall-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom. Għal dan l-għan biss, l-EBA għandha twettaq il-kompiti mogħtija lilha permezz ta' kwalunkwe att legalment vinkolanti tal-Unjoni dwar l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta tkun qed twettaq dawn il-kompiti, l-Awtorità għandha tikkonsulta lil dawk l-Awtoritajiet u żżommhom informati dwar l-attivitajiet tagħha fir-rigward ta' kwalunkwe entità li hija "istituzzjoni finanzjarja" kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew "parteċipant fis-swieq finanzjarji" kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

* Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

**Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti, Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

***Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

****Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

****Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

*****Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

********* Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19)";

(aa)    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-konglomerati finanzjarji, il-kumpaniji tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi fir-rigward ta' kwistjonijiet li mhumiex koperti direttament fl-atti msemmija fil-paragrafu 2, inklużi kwistjonijiet ta' governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, filwaqt li tqis il-mudelli kummerċjali sostenibbli u l-integrazzjoni ta' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza relatati, bil-kondizzjoni li dawn l-azzjonijiet mill-Awtorità jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawk l-atti."

(ab)    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tikkontribwixxi sabiex:

(a) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż, b'mod partikolari, livell sod, effikaċi u konsistenti ta' regolamentazzjoni u superviżjoni;

(b) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji;

(c) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali;

(d) jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni;

(e) jiġi żgurat li t-teħid ta' riskji ta' kreditu u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif xieraq; ▐

(f) tissaħħaħ il-protezzjoni tal-klijent u tal-konsumatur;

(fa) tissaħħaħ il-konverġenza superviżorja fis-suq intern kollu, inkluż il-promozzjoni ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tan-negozju.

(fb) jiġi evitat l-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16a lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni▌.

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji li n-nuqqas tagħhom jista' jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement, oġġettivament u b'mod mhux diskriminatorju u trasparenti fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-awtorità għandha tapplika l-prinċipji ta' rendikont u ta' integrità u għandha tiżgura li l-partijiet interessati kollha jkunu ttrattati b'mod ġust f'dan ir-rigward.

Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità m'għandhomx jaqbżu dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jew tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 u għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta' istituzzjoni jew swieq li huma affettwati mill-azzjoni tal-Awtorità."

(b)  fl-Artikolu 1(2) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament u fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849(*) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn dik id-Direttiva tapplika għall-operaturi fis-settur finanzjarju u għall-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom. Għal dan l-għan biss, l-EBA għandha twettaq il-kompiti mogħtija lilha permezz ta' kwalunkwe att legalment vinkolanti tal-Unjoni dwar l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta tkun qed twettaq dawn il-kompiti, l-Awtorità għandha tikkonsulta lil dawk l-Awtoritajiet u żżommhom informati dwar l-attivitajiet tagħha fir-rigward ta' kwalunkwe entità li hija "istituzzjoni finanzjarja" kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew "parteċipant fis-swieq finanzjarji" kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(*) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).";

(2)  ▌L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni effettiva u suffiċjenti għall-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji."

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom u fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni."

(c)  fil-paragrafu 5, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Ir-referenzi f'dan ir-Regolament għal superviżjoni jinkludu l-attivitajiet kollha rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, tal-awtoritajiet kompetenti kollha li jridu jitwettqu skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).";

(2a)  L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3

Responsabbiltà tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja

1. L-Awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) sa (e) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, f'konformità ma' dak ir-Regolament.

2. Matul kwalunkwe investigazzjoni mwettqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 tat-TFUE, l-Awtorità għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament Ewropew.

3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tad-dmirijiet tal-President u għandu jibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

L-Awtorità għandha tinkludi fir-rapport annwali msemmi fl-ewwel subparagrafu informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma' awtoritajiet superviżorji, dwar organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f'pajjiżi terzi, dwar l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza u dwar l-attività ta' monitoraġġ segwita mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 33.

4. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President jipparteċipa f'seduta ta' smigħ quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità. Għandha ssir seduta tal-inqas annwalment. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu, kull meta dan ikun meħtieġ.

5. Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1c.

6. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

7. L-Awtorità għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal mistoqsijiet indirizzati lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat minn meta tasal il-mistoqsija.

8. Fuq talba, il-President għandu jagħmel diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President, mal-Viċi Presidenti u mal-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fejn tali diskussjonijiet huma meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 tat-TFUE. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.

9. L-Awtorità għandha tistabbilixxi reġistru ta' dokumenti u l-istat ta' aċċessibbiltà tagħhom.

10. L-awtorità għandha tagħti lill-Parlament Ewropew sommarju sinifikanti tal-proċedimenti ta' kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja u l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u ta' kwalunkwe korp jew istituzzjoni internazzjonali oħra rilevanti li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-superviżjoni bankarja."

(3)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(1) "istituzzjonijiet finanzjarji" tfisser kwalunkwe impriża soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2); ";

(aa)  jiddaħħal il-punt (1a) li ġej:

"(1a) "operaturi fis-settur finanzjarju" tfisser kwalunkwe entità soġġetta għall-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u li hija wkoll "istituzzjoni finanzjarja" kif definit fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew "parteċipant fis-swieq finanzjarji" kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010";

(b)  fil-punt (i), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(i) l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;";

(c)  il-punt (ii) tal-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(ii) fir-rigward tad-Direttiva 2002/65/KE, l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva mill-istituzzjonijiet finanzjarji;

(iia) fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-awtoritajiet u l-korpi li jissorveljaw l-istituzzjonijiet finanzjarji u li huma kompetenti għall-iżgurar tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva kif imsemmi fl-Artikolu 48 ta' dik id-Direttiva";

(d)  fil-punt (iii), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(iii) fir-rigward tal-iskemi ta' garanzija tad-depożitu, il-korpi li jamministraw l-iskemi ta' garanzija tad-depożitu skont id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew, meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożitu jkun amministrat minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva u l-awtoritajiet amministrattivi rilevanti msemmija f'dik id-Direttiva; kif ukoll";

(e)  jiżdiedu l-punti (v) u (vi) tal-punt (2) li ġejjin:

"(v) l-awtoritajiet kompetenti msemmija fid-Direttiva 2014/17/UE; fir-Regolament 2015/751, fid-Direttiva (UE) 2015/2366, fid-Direttiva 2009/110/KE, fir-Regolament (KE) Nru 924/2009 u fir-Regolament (UE) Nru 260/2012;

(vi) il-korpi u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/48/KE.";

(4)  L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(2) Bord Eżekuttiv, li għandu jeżerċita l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 47;";

(b)  il-punt (4) huwa mħassar;

(4a)  L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

"Artikolu 7Sede

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f'Pariġi, Franza.

Il-post tas-sede tal-Awtorità ma għandux jaffettwa l-eżekuzzjoni tal-kompiti u tas-setgħat tal-Awtorità, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta' governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha, jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li jippermetti, fejn ikun applikabbli, il-kondiviżjoni ma' aġenziji tal-Unjoni ta' servizzi ta' appoġġ amministrattiv u ta' ġestjoni tal-faċilitajiet li ma jkunux relatati mal-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità. Sa ... [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li jemenda] u kull 12-il xahar minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma' dak ir-rekwiżit."

(5)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(-i)  il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

"(a) abbażi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, b'mod partikolari▌billi tiżviluppa ▌abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni, linji gwida, rakkomandazzjonijiet,u miżuri oħra, inklużi opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16a;

(i)  huwa sostitwit il-punt (aa) li ġej:

"(aa) li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal superviżorju tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni li jistabbilixxi l-aħjar prattiki superviżorji u metodoloġiji u proċessi ta' kwalità għolja u li jqisu, fost l-oħrajn, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli kummerċjali li qegħdin jinbidlu u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq;";

(ii)  jiddaħħal il-punt (ab) li ġej:

"(ab) li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal ta' riżoluzzjoni tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni li jistabbilixxi l-aħjar prattiki superviżorji u metodoloġiji u proċessi ta' kwalità għolja u li jqisu, fost l-oħrajn, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli kummerċjali li qegħdin jinbidlu u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq;";

(iia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, tħeġġeġ u tissorvelja l-indipendenza superviżorja, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;"

(iii)  il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

"(e) li torganizza u twettaq rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti, bl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u, f'dak il-kuntest, li toħroġ▐ rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dawk l-awtoritajiet kompetenti u li tidentifika l-aħjar prattiki u f'dak il-kuntest toħroġ linji gwida bil-għan li tissaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;

(f) li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, inklużi, fejn rilevanti, l-iżviluppi relatati max-xejriet fil-kreditu, b'mod partikolari, għall-unitajiet domestiċi u l-SMEs u fis-servizzi finanzjarji innovattivi u l-iżviluppi relatati max-xejriet f'fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza relatati;

(fa) li tmexxi, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti, l-eżerċizzji ta' valutazzjoni fuq ir-riżultati tal-mudell intern bil-għan li tanalizza l-firxa ta' varjabbiltà tal-parametri ta' riskju kif ukoll il-kapaċità ta' previżjoni tagħhom, u, f'dak il-kuntest, li toħroġ standards tekniċi regolatorji, linji gwida u rapporti;";

(iiia)  il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(g) li twettaq analiżijiet tas-suq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;"

(iv)  il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(h) li trawwem, fejn ikun rilevanti, il-protezzjoni tad-depożituri, tal-konsumatur u tal-investitur, b'mod partikolari fir-rigward tan-nuqqasijiet f'kuntest transfruntier u b'kunsiderazzjoni tar-riskji relatati;";

(iva)  jiddaħħal il-punt (ia) li ġej:

"(ia) li jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' strateġija komuni ta' data finanzjarja tal-Unjoni;"

(ivb)  jiddaħħal il-punt (ka) li ġej:

"(ka) li tippubblika fuq is-sit web tagħha, u li taġġorna regolarment, l-istandards tekniċi regolatorji kollha, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida, r-rakkomandazzjonijiet u l-Mistoqsijiet u Tweġibiet għal kull att leġiżlattiv imsemmi fl-Artikolu 1(2), inklużi ħarsiet ġenerali li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali tal-ħidma li għaddejja u ż-żmien ippjanat għall-adozzjoni tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-Mistoqsijiet u Tweġibiet. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-lingwi ta' ħidma kollha tal-Unjoni Ewropea;"

(v)  jiżdied il-punt (l) li ġej:

"(l) li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni konsistenti, effiċjenti u effettiva tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.";

(b)  ▌il-paragrafu 1a huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) filwaqt li jitqies b'mod dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sigurtà u solidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tikkunsidra b'mod sħiħ it-tipi differenti, il-mudelli ta' negozju u d-daqsijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji."

(ii)  jiddaħħal il-punt (c) li ġej:

"(c) tqis l-innovazzjoni teknoloġika, il-mudelli kummerċjali innovattivi u sostenibbli u l-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza.";

(c)  fil-paragrafu 2, huma emendati dawn li ġejjin:

(i) jiddaħħal il-punt (ca):

"(ca) toħroġ rakkomandazzjonijiet kif stipulat fl-Artikoli 29a u 31a;";

(ia) jiddaħħal il-punt (da):

"(da) toħroġ twissijiet f'konformità mal-Artikolu 9(3);"

(ib) jiddaħħlu l-punti (ga), (gb) u (gc):

"(ga) toħroġ opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, jew lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16a;

(gb) toħroġ risposti għal mistoqsijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 16b;

(gc) toħroġ ittri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien, kif stabbilit fl-Artikolu 9(6);"

    (ii) il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(h) tiġbor l-informazzjoni meħtieġa dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji kif previst fl-Artikolu 35 u fl-Artikolu 35b";

(ca)  il-paragrafu 2a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2a. Meta twettaq il-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tirrispetta b'mod strett il-liġijiet tal-livell 1 u l-miżuri tal-livell 2 u tapplika l-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' regolamentazzjoni aħjar, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt, l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa.

Il-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa msemmija fl-Artikoli 10, 15, 16 u 16a għandhom isiru bl-aktar mod miftuħ possibbli sabiex jiġi żgurat approċċ inklużiv lejn il-partijiet interessati kollha u għandhom jippermettu żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jwieġbu. L-Awtorità għandha tipprovdi u tippubblika rispons dwar kif l-informazzjoni u l-opinjonijiet miġbura mill-konsultazzjoni ntużaw f'abbozz ta' standard tekniku regolatorju, f'abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni, fil-linji gwida, fir-rakkomandazzjonijiet u fl-opinjonijiet.

L-Awtorità għandha tiġbor fil-qosor il-kontributi li rċeviet mingħand il-partijiet interessati b'mod li jippermetti li r-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar kwistjonijiet simili jkunu jistgħu jitqabblu ma' xulxin."

(6)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(-a)  fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi bħall-iżvilupp tal-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi finanzjarji u tal-prodotti għall-konsumatur fl-Istati Membri;"

(-aa)  fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti (da), (db) u (dc):

"(da)  il-kontribuzzjoni għal kondizzjonijiet indaqs fis-suq uniku fejn il-konsumaturi u utenti oħra ta' servizzi finanzjarji jkollhom aċċess ġust għal servizzi u prodotti finanzjarji komparabbli u għal rimedji;

(db)  li jitħeġġu aktar żviluppi f'termini ta' regolamentazzjoni u superviżjoni li jistgħu jiffaċilitaw armonizzazzjoni u integrazzjoni aktar profondi fil-livell tal-UE; għal dan il-għan, l-Awtorità għandha, fil-qasam ta' kompetenza esperta tagħha, tissorvelja l-ostakoli jew l-impatt għall-konsolidazzjoni transfruntiera u tista' tipprovdi opinjoni jew rakkomandazzjonijiet bil-għan li jiġu identifikati modi xierqa biex jiġu indirizzati;

(dc)  jiġu kkoordinati attivitajiet ta' xiri simulat tal-awtorità kompetenti."

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha tissorvelja l-attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 bl-għan li tippromwovi s-sikurezza u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza u l-effettività tal-prattiki superviżorji u regolatorji.

2a. L-awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tiżviluppa standards dwar il-kondotta tas-sorveljanza kummerċjali indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, bħalma huma fuq is-setgħat u l-kompiti minimi.";

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali tal-Awtorità, Kumitat dwar il-proporzjonalità, biex tiżgura li d-differenzi fin-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, it-tibdil tal-mudell u l-prattika ta' negozju, u daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq jkunu riflessi fil-ħidma tal-Awtorità, u Kumitat dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha u l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta' attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u biex jipprovdi pariri biex l-Awtorità tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. L-awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tevita d-duplikazzjoni, l-inkonsistenzi u l-inċertezza legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-awtorità tista' tinkludi wkoll l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bħala parti mill-Kumitat.";

(ba)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-Awtorità tista', b'mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċerti tipi ta' prodotti, strumenti jew attivitajiet finanzjarji li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dannu finanzjarju sinifikanti għall-klijenti jew li jkunu ta' theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' parti minnha fl-Unjoni f'każijiet speċifikati u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew, jekk ikun meħtieġ, f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza konformement ma' u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18.

L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'intervalli adatti u mill-iktar fis, mill-inqas kull sitt xhur. L-awtorità tista' ġġedded il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni darbtejn, u wara dan il-perjodu ikun sar permanenti, sakemm l-Awtorità ma tqisx mod ieħor.

Stat Membru jista' jitlob lill-Awtorità biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F'dak il-każ l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx id-deċiżjoni tagħha.

L-Awtorità tista' wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta' attività jew prattika finanzjarja u, fejn hemm bżonn bħal dan, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta' kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni."

(6a)  jiddaħħlu l-Artikoli 9a u 9b li ġejjin:

"Artikolu 9aKompiti speċjali relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

1.  L-Awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, taqdi rwol mexxej, ta' koordinazzjoni u ta' monitoraġġ fil-promozzjoni tal-integrità, tat-trasparenza u tas-sigurtà fis-sistema finanzjarja billi tadotta miżuri għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dawn il-miżuri m'għandhomx imorru oltre minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jew l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u għandhom iqisu b'mod xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, tal-prattiki kummerċjali, tal-mudelli ta' negozju u tad-daqs tal-operaturi u tas-swieq tas-settur finanzjarju. Dawn il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jinkludu:

(a)  tiġbor u tanalizza informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti u minn sorsi oħra b'rabta mad-dgħufijiet identifikati fil-proċessi u fil-proċeduri, fl-arranġamenti ta' governanza, fil-valutazzjonijiet xierqa u adattati, fil-mudelli ta' negozju u fl-attivitajiet tal-operaturi fis-settur finanzjarju għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-kompiti assenjati lill-awtoritajiet skont id-Direttiva (UE) 2015/849. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu din l-informazzjoni kollha lill-Awtorità, apparti li jżommu ma' kwalunkwe obbligu skont l-Artikolu 35. L-Awtorità għandha tikkoordina mill-qrib mal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja mingħajr ma tinħoloq l-ebda duplikazzjoni bla bżonn;

(aa)  tikkoordina mill-qrib, u fejn xieraq, tiskambja informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità superviżorja tiegħu, u ma' awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw lill-entitajiet marbuta b'obbligu elenkati fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 kif ukoll mal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, filwaqt li tqis kif xieraq il-mezzi eżistenti għall-iskambju tal-informazzjoni bħall-Pjattaforma UE-UIF u l-UIF.Net, biex tiżgura l-effiċjenza u tevita kwalunkwe forma ta' azzjonijiet duplikati jew inkonsistenti fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)  tiżviluppa gwida u standards komuni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur finanzjarju u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni konsistenti tagħhom b'mod partikolari billi jiġu żviluppati abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u miżuri oħra, inklużi opinjonijiet skont l-Artikolu 16a, li għandhom ikunu bbażati fuq atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

(ba)  li jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti, wara t-talbiet speċifiċi tagħhom;

(c)  tissorvelja l-iżviluppi fis-suq u tivvaluta l-vulnerabbiltajiet u riskji li jwasslu biex ikun hemm ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u, fejn applikabbli, il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fis-settur finanzjarju.

1a.  Għall-fini tal-paragrafu 1(a), l-Awtorità għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-modalitajiet prattiċi dwar il-ġbir ta' informazzjoni rilevanti inkluż it-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mad-dgħufijiet identifikati fil-proċessi u fil-proċeduri, fl-arranġamenti ta' governanza, fil-valutazzjonijiet xierqa u adattati, fil-mudelli ta' negozju u fl-attivitajiet tal-operaturi fis-settur finanzjarju għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr ma tinħoloq l-ebda duplikazzjoni bla bżonn.

L-Awtorità għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1a f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

2.  F'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata bażi tad-data ċentrali b'informazzjoni miġbura skont il-punt (a) tal-paragrafu 1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-informazzjoni tiġi analizzata u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq bażi kunfidenzjali u ta' ħtieġa ta' tagħrif. L-Awtorità għandha tittrażmetti wkoll, fejn xieraq, lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u, fejn applikabbli, lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, evidenza li tkun fil-pussess tagħha li tista' twassal biex jinbdew proċedimenti kriminali.

3.  L-awtorità għandha tippromwovi l-konverġenza ta' proċessi superviżorji msemmija fid-Direttiva (UE) 2015/849 u tivvaluta l-istrateġiji, il-kapaċitajiet u r-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskji emerġenti relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż billi twettaq rieżamijiet▌, skont l-Artikolu 30.

Meta xi rieżami bħal dawn jikxef nuqqasijiet serji fl-identifikazzjoni, fil-valutazzjoni jew fl-indirizzar tar-riskji ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, u l-awtorità kompetenti ma tiħux azzjoni biex jiġu indirizzati l-miżuri ta' segwitu, li jitqiesu xierqa u meħtieġa, kif stipulat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 30(3), l-Awtorità għandha toħroġ rapport ta' segwitu dwar il-konformità mal-miżuri ta' segwitu mitluba u tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

4.  Bl-appoġġ tal-kumitat intern permanenti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Awtorità għandha fejn xieraq twettaq valutazzjonijiet tar-riskji b'mod regolari fuq l-awtoritajiet kompetenti b'enfasi ewlenija fuq l-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-punt (iia) tal-Artikolu 4(2) sabiex jiġu verifikati l-istrateġiji u r-riżorsi tagħhom għall-indirizzar u għall-monitoraġġ tal-aktar riskji emerġenti importanti marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-eżiti ta' tali valutazzjonijiet tar-riskji dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw lis-settur finanzjarju tal-Unjon, inkluż billi tintegra l-analiżi tal-eżiti fl-opinjoni li mitluba tagħti skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

5.  F'każijiet materjali ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu li jolqtu kwistjonijiet transfruntiera ma' pajjiżi terzi, l-Awtorità għandu jkollha rwol mexxej li tikkontribwixxi fl-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti f'pajjiżi terzi.

6.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitat intern permanenti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu biex jikkoordina miżuri għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u biex jipprepara l-abbozz tad-deċiżjonijiet li tkun trid tieħu l-Awtorità skont l-Artikolu 44.

7.  Il-kumitat għandu jkun presedut mill-President tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jkun magħmul mill-kapijiet tal-awtoritajiet u tal-korpi kompetenti għall-iżgurar tal-konformità tal-istituzzjonijiet finanzjarji mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2015/849. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, il-BERS, il-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jistgħu jinnominaw rappreżentant ta' livell għoli kull wieħed biex jipparteċipa fil-laqgħat tal-kumitat bħala osservatur, li l-għarfien espert tiegħu fir-rigward tal-mudelli ta' negozju u tal-ispeċifiċitajiet differenti tas-setturi għandhom jitqiesu bis-sħiħ. Il-Kumitat jista' jiddelega xi ftit mix-xogħol tiegħu lil grupp ta' ħidma intern li jħejji d-deċiżjonijiet tal-kumitat.

Artikolu 9bTalba għal investigazzjoni b'rabta mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu

1.  Fi kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849, meta jkollu evidenza jew indikazzjonijiet sinjifikanti ta' ksur materjali, il-Bord tas-Superviżuri jew il-Bord Eżekuttiv jista' jitlob lil awtorità kompetenti biex jinvestiga l-ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni kif imsemmi fil-punt (iia) tal-Artikolu 4(2), u meta dan id-dritt tal-Unjoni jkun magħmul minn Direttivi jew espliċitament jagħti opzjonijiet lill-Istati Membri, jinvestiga l-ksur tal-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttivi jew li jeżerċitaw l-opzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri bid-dritt tal-Unjoni, minn operatur fis-settur finanzjarju u biex jikkunsidra li jimponi sanzjonijiet lil dak l-operatur fir-rigward ta' dan il-ksur. Meta jkun meħtieġ, kif imsemmi fil-punt (iia) tal-Artikolu 4(2), tista' titlob ukoll lil awtorità kompetenti biex tikkunsidra li tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dak l-operatur fis-settur finanzjarju li titolbu jieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni applikabbli direttament, jew skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttivi jew li jeżerċitaw l-opzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri bid-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe mġiba. Meta l-Awtorità jkollha indikazzjonijiet sostanzjali ta' ksur materjali, l-azzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jinbdew mingħajr dewmien żejjed. It-talbiet imsemmija f'dan il-paragrafu m'għandhomx iwaqqfu l-miżuri superviżorji kontinwi mill-awtorità kompetenti li lilha tkun indirizzata t-talba.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tikkonforma ma' kwalunkwe talba indirizzata lilha skont il-paragrafu 1 u mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta' xogħol għandha tinforma lill-Awtorità dwar il-passi li ħadet jew li biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma' dik it-talba.

3.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u għall-obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 17.";

(6aa)  jiddaħħal l-Artikolu 9c li ġej:

Artikolu 9cIttri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien

1.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu jiġu ssodisfati, l-Awtorità tista', f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha, toħroġ ittri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien fir-rigward ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fid-dritt tal-Unjoni li jkunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawn l-ittri ta' ebda azzjoni huma impenn temporanju min-naħa tal-Awtorità u tal-awtoritajiet kompetenti kollha rilevanti biex ma jinfurzawx in-nuqqas ta' konformità tal-istituzzjonijiet finanzjarji ma' dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux jistgħu jikkonformaw ma' dispożizzjonijiet speċifiċi bħal dawn minħabba għall-inqas xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)   il-konformità tqiegħed lill-istituzzjonijiet finanzjarji fi ksur ta' rekwiżiti legali u regolatorji oħra tad-dritt tal-Unjoni;

(b)  il-konformità mingħajr miżuri ulterjuri ta' livell 2 jew gwida ta' livell 3 ma tkunx meqjusa fattibbli mill-Awtorità;

(c)  il-konformità tkun ta' detriment serju jew thedded xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-fiduċja fis-suq, il-protezzjoni tal-klijent jew tal-investitur, il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni.

L-awtorità ma għandhiex toħroġ ittri ta' ebda azzjoni jekk tqis li dawn ikollhom effett detrimentali, li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tagħha, fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq il-protezzjoni tal-klijent jew tal-investitur.

2.  L-awtorità għandha tispeċifika fl-ittra tagħha ta' ebda azzjoni liema dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni huma soġġetti għan-nuqqas ta' infurzar, għaliex tqis li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma ssodisfati u f'liema data għandu jiskadi n-nuqqas ta' infurzar. It-tul ta' żmien tat-tali nuqqas ta' infurzar m'għandux jaqbeż is-sitt xhur.

3.  Jekk l-Awtorità tiddeċiedi li toħroġ ittra ta' ebda azzjoni, hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan. Fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi din l-informazzjoni, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Awtorità biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'ġimagħtejn. Fil-każ li jew il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jitolbu lill-Awtorità tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx id-deċiżjoni tagħha.

4.  Jekk l-Awtorità tkun ħarġet ittra ta' ebda azzjoni skont il-paragrafi 1 sa 3, għandha immedjatament tippubblikaha fuq is-sit web tagħha. L-awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li toħroġ ittra ta' ebda azzjoni f'intervalli xierqa u tista' ġġedidha biss għal perjodu wieħed ta' 6 xhur. Jekk deċiżjoni li tinħareġ ittra ta' ebda azzjoni ma tiġġeddidx wara perjodu ta' sitt xhur jew ta' sena, din għandha tiskadi awtomatikament.

(6ab)  L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 10Standards tekniċi regolatorji

1. Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji. L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozzi ta' standards regolatorji tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Fl-istess waqt, l-Awtorità għandha tibgħat dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu tekniċi, m'għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta' politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. L-awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun u b'mod sħiħ bil-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji.

Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjalment relatati f'konformità mal-Artikolu 8(2a). L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji parzjalment biss, jew b'emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fil-każ li l-Kummissjoni ma tasalx għal deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku regolatorju, jekk tadottax l-imsemmi standard, għandha minnufih, u f'kull każ qabel ma jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Kwalunkwe dewmien fl-adozzjoni tal-abbozz ta' standard regolatorju m'għandux jimpedixxi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill milli jeżerċitaw is-setgħat ta' skrutinju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 13.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz ta' standard tekniku lura lill-Awtorità, fejn tispjega għalfejn hija ma tapprovahx, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha, u għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-kontenut ta' abbozz ta' standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

2. Fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta' standard tekniku regolatorju fil-limitu ta' żmien imniżżel fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), hija għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard regolatorju u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni tista' titlob tali abbozz f'limitu ta' żmien ġdid. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-limitu ġdid ta' żmien. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Awtorità jispjega r-raġunijiet għaliex mhix f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju.

3. Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta' standard tekniku regolatorju lill-Kummissjoni fil-limiti ta' żmien f'konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta standard tekniku regolatorju permezz ta' att delegat mingħajr abbozz mill-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll▌il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Awtorità.

▌Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozzi ta' standard tekniku regolatorju u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fir-raba' subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandards tekniċi regolatorji.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti. Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozz ta' standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

4. L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu adottati permezz ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem "standard tekniku regolatorju" għandu jidher fit-titolu tagħhom. Huma għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih."

(6b)  Fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(6c)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15Standards tekniċi ta' implimentazzjoni

1. Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, u sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi msemmijin fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikunu tekniċi, m'għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta' politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dawk l-atti. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Fl-istess waqt, l-Awtorità għandha tibgħat dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Qabel ma tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali f'konformità mal-Artikolu 8(2a). L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni parzjalment biss, jew bl-emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan. Jekk il-Kummissjoni ma topponix, b'mod sħiħ jew parzjali, l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni propost fil-perjodu ta' evalwazzjoni, huwa għandu jitqies bħala approvat.

Fil-każ li l-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni, għandha minnufih, u f'kull każ qabel ma jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2).

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew ikollha l-intenzjoni li tapprovah parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħatu lura lill-Awtorità fejn tispjega għalfejn hija m'għandhiex l-intenzjoni li tapprovah, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha u għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu fil-forma ta' opinjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-ħames subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut ta' abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

2. F'każijiet fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), hija għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni tista' titlob tali abbozz f'limitu ta' żmien ġdid. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-limitu ġdid ta' żmien. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Awtorità jispjega r-raġunijiet għaliex mhix f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni.

3. Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-limiti ta' żmien f'konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta standard tekniku ta' implimentazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni mingħajr abbozz mill-Awtorità.

L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Awtorità.

▌Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fir-raba' subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti.

Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

4. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem "standard tekniku ta' implimentazzjoni" għandu jidher fit-titolu tagħhom. Huma għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih."

(7)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌il-paragrafu 1▌huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorità, sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

L-Awtorità tista' tindirizza wkoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li mhumiex definiti bħala awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, iżda li huma awtorizzati sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu f'konformità mal-mandat tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għandhom iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Awtorità ma għandhiex toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet koperti minn awtorizzazzjonijiet għal standards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni ta' Livell 1.

1a. L-awtorità tista', bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fi ħdan is-SESF, toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kollha jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), abbażi tal-proċedura ta' implimentazzjoni ta' konformità jew spjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida għandhom jitqiesu bħala adatti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). F'konformità ma' dak li ssemma hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jistabbilixxu prattiki addizzjonali rigward il-metodu ta' konformità mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2)."

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa rigward il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u fejn applikabbli, mistoqsijiet u tweġibiet li hija toħroġ u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati tal-ħruġ ta' tali linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Tali konsultazzjonijiet u analiżi għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, titlob ukoll▌pariri mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37. L-awtorità għandha tagħti raġunijiet meta ma twettaqx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew ma titlobx pariri mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati.";

(ba)  jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b, 2c u 2d li ġejjin:

"2a. Għall-finijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lil awtorità kompetenti waħda jew aktar jew lil istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar.

2b. L-Awtorità għandha tiddikjara fil-linji gwida u fir-rakkomandazzjoni tagħha kif tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fi ħdan is-SESF, kif tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u kif tirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 1a u 2a.

2c. Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx sempliċiment jirreferu għal, jew jirriproduċu, elementi ta' atti leġiżlattivi. Qabel ma toħroġ linja gwida jew rakkomandazzjoni ġodda, l-Awtorità għandha l-ewwel tirrieżamina l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti sabiex tevita kwalunkwe duplikazzjoni.

2d. Tliet xhur qabel toħroġ kwalunkwe linji gwida u rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 1a u fil-paragrafu 2a, l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontenut previst ta' dawn il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet."

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li nħarġu, tispjega kif l-Awtorità ġġustifikat il-ħruġ ta' linji gwida skont il-paragrafu 1a u r-rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 2a, u tiġbor fil-qosor ir-rispons mill-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar dawn il-linji gwida skont l-Artikolu 8(2a). Ir-rapport għandu jiddikjara wkoll liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat ma' dawn il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u jissottolinja kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtorità kompetenti kkonċernata ssegwi l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tagħha.";

(d)  jiżdiedu l-paragrafi 5, 5a u 5b li ġejjin:

"5. Meta żewġ terzi tal-membri tal-Grupp ta' Partijiet Bankarji Interessati jkunu tal-opinjoni li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha permezz tal-ħruġ ta'▌linja gwida skont il-paragrafu 1a, huma jistgħu jibagħtu parir motivat dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5a. Meta tal-inqas nofs l-għadd ta' membri tal-Grupp ta' Partijiet Bankarji Interessati jkunu tal-opinjoni li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha permezz tal-ħruġ ta' rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2a, huma jistgħu jibagħtu parir motivat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5b. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu spjegazzjoni li tiġġustifika l-ħruġ tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati mill-Awtorità. Il-Kummissjoni għandha, malli tirċievi l-ispjegazzjoni mill-Awtorità, tivvaluta l-kamp ta' applikazzjoni tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet fid-dawl tal-kompetenza tal-Awtorità u tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jqisu li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha u wara li tkun tat lill-Awtorità l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità tirtira jew temenda l-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati. Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, u meta din tintalab mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u twieġeb kull mistoqsija magħmula lilha mill-membri tiegħu. Il-Parlament Ewropew jista' jitlob lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità tirtira jew temenda l-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika.";

(7a)  Jiddaħħlu l-Artikoli 16a u 16b:

"Artikolu 16aOpinjonijiet

1. Dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-qasam ta' kompetenza tagħha u fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità għandha tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dawk l-opinjonijiet m'għandhomx isiru pubbliċi sakemm dan ma jkunx speċifikat fit-talba.

2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista' tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika.

3. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/KE, u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista', fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar tali valutazzjoni. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-pront u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tmiem tal-perjodu ta' valutazzjoni msemmi f'dik id-Direttiva.

4. L-Awtorità tista', fuq talba mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, tipprovdi parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni matul il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u għal atti delegati li jikkonċernaw kwalunkwe proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 16bMistoqsijiet u tweġibiet

1. Għall-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet assoċjati adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jistgħu jressqu mistoqsija lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

Qabel ma jressqu mistoqsija lill-Awtorità, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jivvalutaw jekk l-ewwel għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija lill-awtorità kompetenti tagħhom.

Wara li tiġborhom u qabel tweġibhom, l-Awtorità għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1 għal kull att leġiżlattiv.

Dan il-proċess m'għandux jipprekludi lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet tal-Unjoni, milli jfittxu parir jew kjarifika tekniċi kunfidenzjali mill-Awtorità.

2. L-awtorità għandha tippubblika fis-sit web tagħha tweġibiet mhux vinkolanti għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, għal kull att leġiżlattiv, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li ppreżentat il-mistoqsija jew sakemm ma tinvolvix riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

3. Qabel ma tippubblika t-tweġibiet għall-mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista' tikkonsulta mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 16(2).

4. It-tweġibiet mill-Awtorità għandhom jitqiesu bħala xierqa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet assoċjati adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi. L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jistabbilixxu prattiki oħrajn għall-konformità mar-rekwiżiti legali kollha applikabbli.

5. L-awtorità għandha tirrieżamina t-tweġibiet għal mistoqsijiet malli din titqies meħtieġa u xierqa jew sa mhux aktar tard minn 24-il xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom sabiex, fejn meħtieġ, tirrevedi, taġġorna jew tirtirahom.

6. Fejn xieraq, l-Awtorità għandha tikkunsidra t-tweġibiet ippubblikati meta tiżviluppa jew taġġorna linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16."

(8)  l-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tkun applikathom b'mod li jidher li jkun ksur tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 10 sa 15, b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dawk l-atti, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta' dan l-Artikolu.

2. Fuq talba ta' awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, jew fuq il-bażi ta' informazzjoni fattwali u raġunata sew minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet rilevanti, jew fuq inizjattiva tagħha stess, u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità għandha twieġeb għat-talba u, jekk ikun xieraq, tinvestiga l-allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha¸ inkluż dwar kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati skont id-dritt tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-Awtorità tista' tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lil awtoritajiet kompetenti oħrajn jew lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rilevanti, kull meta tali talba għal informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irriżultat jew titqies bħala neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni ta' allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Meta tiġi indirizzata lill-istituzzjonijiet finanzjarji, it-talba motivata għandha tispjega għaliex l-informazzjoni hija meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni ta' allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Id-destinatarju ta' talba bħal din għandu jipprovdi lill-Awtorità b'informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien bla bżonn.

Meta tkun ġiet indirizzata talba għal informazzjoni lil istituzzjoni finanzjarja, l-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar tali talba. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni, meta huma jintalbu jagħmlu dan mill-Awtorità.

3. L-awtorità tista' tagħti bidu għal proċess ta' arbitraġġ mal-awtorità kompetenti kkonċernata sabiex tiddiskuti l-azzjoni meħtieġa għal finijiet ta' konformità mad-dritt tal-Unjoni. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkoopera b'mod leali f'dan l-arbitraġġ.

L-Awtorità tista', malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn 4 xhur mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti konċernata li fiha tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista', wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu b'xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5. L-awtorità kompetenti, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma' dik l-opinjoni formali.

"6.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 fiż-żmien speċifikat fih, u meta jkun meħtieġ li dan in-nuqqas ta' konformità jiġi rimedjat f'waqtu sabiex jinżammu jew jerġa' jkun hemm il-kundizzjonijiet newtrali tal-kompetizzjoni fis-suq jew biex jiġi żgurat il-funzjonament ordnat u l-integrità tas-sistema finanzjarja, meta r-rekwiżiti rilevanti tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) ikunu applikabbli direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji jew, għall-operaturi fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni u mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Awtorità tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja jew lil operatur fis-settur finanzjarju sabiex jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe mġiba.

Fi kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, meta r-rekwiżiti rilevanti tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) ma jkunux applikabbli direttament għall-operaturi fis-settur finanzjarju, l-Awtorità tista' tadotta deċiżjoni li titlob lill-awtorità kompetenti biex tikkonforma mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 fiż-żmien speċifikat fih. Jekk l-awtorità ma tikkonformax ma' dik id-deċiżjoni, l-Awtorità tista' tadotta wkoll deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tapplika d-dritt rilevanti kollu tal-Unjoni, u meta d-dritt tal-Unjoni jkun magħmul minn Direttivi, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi. Meta d-dritt rilevanti tal-Unjoni jkun magħmul minn Regolamenti u meta attwalment dawk ir-Regolamenti jagħtu espliċitament l-opzjonijiet lill-Istati Membri, l-Awtorità għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali li teżerċita dawk l-opzjonijiet.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun konformi mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

7.  Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta jieħdu azzjoni b'rabta ma' kwistjonijiet soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew għal deċiżjoni skont il-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont kif ikun il-każ.

8. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu.";

(8a)  Jiddaħħal l-Artikolu 17a li ġej:

"Artikolu 17a

L-Awtorità għandha tistabbilixxi mezzi ta' rappurtar iddedikati biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna li tirrapporta, dwar ksur irrappurtat jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità għandha tiżgura li l-informazzjoni tista' tiġi sottomessa b'mod anonimu u sikur. Fejn l-Awtorità tqis li l-informazzjoni sottomessa fiha evidenza jew indikazzjonijiet sinifikanti ta' ksur materjali, hija għandha tipprovdi rispons lill-persuna li qed tirrapporta."

(8b)  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Meta l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2, u f'ċirkostanzi straordinarji meta tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew il-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumaturi, l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żvilupp bħal dan billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni."

(9)  L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fil-każijiet speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) kif ukoll fil-każijiet kollha ta' nuqqas ta' qbil bejn żewġ awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew aktar li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 17, l-Awtorità tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jilħqu ftehim f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 f'waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  fuq talba ta' waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati meta awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta' azzjoni, azzjoni proposta jew inattività ta' awtorità kompetenti oħra;

(b)  fuq inizjattiva tagħha stess meta, abbażi ta' raġunijiet oġġettivi, inkluż abbażi ta' informazzjoni mill-parteċipant fis-suq jew l-organizzazzjoni tal-konsumatur, ikun jista' jiġi stabbilit nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti.

F'każijiet fejn l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) jeżiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun preżunt nuqqas ta' qbil fin-nuqqas ta' teħid ta' deċiżjoni konġunta minn dawk l-awtoritajiet fil-limiti ta' żmien stabbiliti f'dawk l-atti.";

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:

"1a. Fil-każijiet li ġejjin, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien, li ma ntlaħaq ebda ftehim:

(a)  meta jkun ġie previst limitu ta' żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u meta jseħħ l-aktar kmieni minn fost dawn li ġejjin:

(i) il-limitu ta' żmien ikun skada;

(ii) waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta' ftehim fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi;

(b)  meta ma jkun ġie previst ebda limitu ta' żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u meta jseħħ l-aktar kmieni minn fost dawn li ġejjin:

(i)  waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta' ftehim fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi; or

(ii)  ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha awtorità kompetenti rċeviet talba minn awtorità kompetenti oħra sabiex tieħu ċerta azzjoni bil-għan li tikkonforma ma' dawk l-atti tal-Unjoni u l-awtorità rikjesta tkun għadha ma adottat ebda deċiżjoni li tissodisfa t-talba.

1b. Il-President għandu jivvaluta jekk l-Awtorità għandhiex taġixxi f'konformità mal-paragrafu 1. Meta l-intervent ikun fuq l-inizjattiva proprja tal-Awtorità, din tal-aħħar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha rigward l-intervent.

Sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Awtorità f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 47(3a), f'każijiet fejn l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) jeżiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet individwali tagħhom. Meta l-Awtorità tiddeċiedi li taġixxi, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tiġi konkluża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3.";

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Meta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim matul il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjoni li teżiġi li dawk l-awtoritajiet jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura minn ċerta azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha torbot lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. . Id-deċiżjoni tal-Awtorità tista' teżiġi li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni li jkunu adottaw jew jagħmlu użu mis-setgħat li huma jkollhom skont id-dritt tal-Unjoni rilevanti.";

(d)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a. L-Awtorità għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-proċeduri skont il-paragrafi 2 u 3, flimkien ma', fejn applikabbli, id-deċiżjoni tagħha meħuda skont il-paragrafu 3.";

(e)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b'hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja jew, fil-kuntest tal-kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni u mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, operatur fis-settur finanzjarju, jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għalih bis-saħħa tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dik l-istituzzjoni finanzjarja jew lil dak l-operatur fis-settur finanzjarju, li titolbu jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe prattika.

Fi kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, meta r-rekwiżiti rilevanti tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) ma jkunux applikabbli direttament għall-operaturi fis-settur finanzjarju, l-Awtorità tista' tadotta deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tapplika d-dritt rilevanti kollu tal-Unjoni, u meta d-dritt tal-Unjoni jkun magħmul minn Direttivi, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi. Meta d-dritt rilevanti tal-Unjoni jkun magħmul minn Regolamenti u meta attwalment dawk ir-Regolamenti jagħtu espliċitament l-opzjonijiet lill-Istati Membri, l-Awtorità għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali li teżerċita dawk l-opzjonijiet.";

(9a)  L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 21Kulleġġi tas-superviżuri

1. L-Awtorità għandha tippromwovi u tissorvelja, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri fejn stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u trawwem il-konsistenza tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fost il-kulleġġi tas-superviżuri. Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-aħjar prattiki superviżorji,▌l-Awtorità għandha tippromwovi pjanijiet superviżorji konġunti u eżamijiet konġunti, u l-persunal mill-Awtorità għandu jkollu drittijiet sħaħ ta' parteċipazzjoni u b'hekk għandu jkun jista' jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri u jekk ikun xieraq imexxihom, inklużi eżamijiet fuq il-post, imwettqa b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2. L-Awtorità għandha tieħu t-tmexxija biex jiġi żgurat funzjonament konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri għal istituzzjonijiet transfruntieri madwar l-Unjoni, filwaqt li tikkunsidra r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmi fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, issejjaħ laqgħa ta' kulleġġ.";

Għall-iskop ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala "awtorità kompetenti" skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

L-Awtorità tista':

(a) tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;

(b) tagħti bidu u tikkoordina testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f'konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza ta' istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tevalwa l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku f'sitwazzjonijiet ta' stress, waqt li jiġi żgurat li metodoloġija konsistenti tiġi applikata fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istress, inkluż biex isiru valutazzjonijiet speċifiċi. Hija tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, u tista' tieħu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post, sabiex tiġi żgurata l-komparabilità u l-affidabilità tal-metodi, il-prattiki u r-riżultati ta' valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha;

(c) tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom kif determinat skont il-proċess ta' rieżami superviżorju jew f'sitwazzjonijiet ta' stress;

(d) tissorvelja, f'konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f'dan ir-regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti; u

(e) titlob aktar deliberazzjonijiet ta' kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f'applikazzjoni inkorretta tad-dritt tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta' konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista' tirrikjedi wkoll lill-kontrollur li jikkonsolida li jippjana laqgħa tal-kulleġġ jew iżid punt mal-aġenda ta' laqgħa.

3. L-Awtorità tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 15 biex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' superviżuri u toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 16 biex tippromwovi konverġenza fil-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri.

4. L-Awtorità għandu jkollha rwol ta' medjazzjoni legalment vinkolanti biex issolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. L-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata f'konformità mal-Artikolu 19."

(10)  l-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar riskji sistemiċi

1. L-Awtorità għandha tikkunsidra b'mod debitu r-riskju sistemiku kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta' tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:

(a) ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha; u

(b) li jkollu l-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.

L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.

2. L-Awtorità għandha, f'kollaborazzjoni mal-BERS, u f'konformità mal-Artikolu 23, tiżviluppa sett komuni ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (tabella operattiva tar-riskji) biex tidentifika u tkejjel ir-riskju sistemiku.

L-Awtorità għandha tiżviluppa wkoll sistema adegwata għas-simulazzjoni ta' kriżijiet biex tgħin fl-identifikazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta' rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

3. Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif meħtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-istituzzjonijiet finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku li huma joħolqu.

L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

4. Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista' twettaq inkjesta dwar tip partikolari ta' istituzzjoni finanzjarja jew tip ta' prodott jew tip ta' kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja jew għall-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumaturi u tagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista' tuża s-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 35 u 35b.

5. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura koordinazzjoni ġenerali u transsettorjali tal-attivitajiet imwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu.";

(10a)  fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorità għandha, f'konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku u sistema adegwata għas-simulazzjoni ta' kriżijiet li jinkludi valutazzjoni tal-potenzjal li r-riskju sistemiku maħluq minn istituzzjonijiet finanzjarji jew li jiffaċċjaw jiżdied f'sitwazzjonijiet ta' tensjoni, inkluż riskju sistemiku potenzjali relatat mal-ambjent. L-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta' rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25."

(10b)  Fl-Artikolu 27(2), it-tielet subparagrafu huwa mħassar.

(11)  L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

"(aa) li toħroġ il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 29a;";

(ii)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, li tkun tappartjeni għall-kwistjonijiet rilevanti kollha, inklużi ċ-ċibersigurtà u l-attakki ċibernetiċi ▌, b'rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data previsti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;";

(iii) il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e) li tistabbilixxi programmi ta' taħriġ settorjali u trans-settorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta' skemi tal-issekondar u għodod oħrajn;"

(iiia)  jiddaħħal il-punt (ea) li ġej:

"(ea) li tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tar-riskji materjali ambjentali, soċjali u relatati mal-governanza, b'kunsiderazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi tas-COP 21;";

(b)  ▌il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità tista', kif ikun xieraq, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta' konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiki superviżorji komuni.

Għall-fini tal-istabbiliment ta' kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u taġġorna manwal superviżorju tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni, filwaqt li tqis kif xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki kummerċjali, il-mudelli kummerċjali u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq. L-Awtorità għandha wkoll tiżviluppa u żżomm manwal aġġornat tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni, filwaqt li tqis kif xieraq in-natura, il-grad u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki u l-mudelli kummerċjali, kif ukoll id-daqs tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji. Kemm il-manwal superviżorju tal-Unjoni kif ukoll il-manwal ta' riżoluzzjoni tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu l-aħjar prattiki u jispeċifikaw metodoloġiji u proċessi ta' kwalità għolja.

L-Awtorità għandha tikkunsidra kif xieraq il-manwal superviżorju fit-twettiq tal-kompiti tagħha, inkluż fil-valutazzjoni ta' ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 17, is-soluzzjoni ta' tilwim skont l-Artikolu 19, l-istabbiliment u l-valutazzjoni tal-għanijiet strateġiċi fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 29a u r-rieżami tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30.

L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-opinjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-għodod u l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. Tali konsultazzjonijiet u analiżi għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-opinjonijiet jew l-għodod u r-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha titlob ukoll opinjonijiet jew pariri mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessat."

(12)  jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

"Artikolu 29aPjan Superviżorju Strateġiku

tal-Unjoni

1. L-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin u sal-31 ta' Marzu, wara dibattitu fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li tqis il-kontribuzzjonijiet irċevuti mill-awtoritajiet kompetenti, xogħol eżistenti mill-Istituzzjonijiet tal-UE u l-analiżi, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti, li tistabbilixxi objettivi u prijoritajiet strateġiċi superviżorji tal-Unjoni kollha ("Pjan Superviżorju Strateġiku") mingħajr preġudizzju għall-għanijiet nazzjonali u l-prijoritajiet tal-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw, fil-kontributi tagħhom, l-attivitajiet ta' superviżjoni li fil-fehma tagħhom għandhom jingħataw prijorità mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tibgħat il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandha tippubblikah fuq is-sit web tagħha.

Il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni għandu jidentifika prijoritajiet speċifiċi għall-attivitajiet superviżorji sabiex jippromwovi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u sabiex jindirizza x-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet, u b'hekk jantiċipa żviluppi inklużi mudelli kummerċjali, identifikati f'konformità mal-Artikolu 32. Il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki nazzjonali, li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-partikolaritajiet nazzjonali.

2. ▌Kull awtorità kompetenti għandha ▌ tistipula kif il-programm ta' ħidma annwali tagħha huwa allinjat mal-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni.

4. Kull awtorità kompetenti għandha, bħala parti mir-rapport annwali tagħha, tiddedika kapitolu dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali.

Il-kapitolu għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  deskrizzjoni tal-attivitajiet superviżorji u eżamijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-prattiki u l-imġibiet tas-swieq finanzjarji u tal-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet imposti kontra l-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli għall-ksur tad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni;

(b)  deskrizzjoni tal-attivitajiet li twettqu u li ma kinux previsti fil-programm ta' ħidma annwali;

(c)  rendikont tal-attivitajiet previsti fil-programm ta' ħidma annwali li ma twettqux u tal-objettivi ta' dak il-programm li ma ntlaħqux, kif ukoll tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' twettiq ta' dawk l-attivitajiet u lħuq ta' dawk l-objettivi.

5. L-awtorità għandha tivvaluta l-informazzjoni stabbilita fil-kapitolu ddedikat imsemmi fil-paragrafu 4. Meta jkun hemm riskji materjali li ma jkunux se jinkisbu l-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ rakkomandazzjoni lil kull awtorità kompetenti kkonċernata dwar kif jistgħu jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet rilevanti fl-attivitajiet tagħha.

Abbażi tar-rapporti u l-valutazzjoni tagħha tar-riskji, l-Awtorità għandha tidentifika l-attivitajiet tal-awtorità kompetenti li huma ta' importanza kritika għall-issodisfar tal-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni u għandha, skont kif xieraq, twettaq rieżamijiet skont l-Artikolu 30 ta' dawk l-attivitajiet.

6. L-Awtorità għandha tagħmel l-aħjar prattiki identifikati matul il-valutazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali disponibbli għall-pubbliku.";

(13)  L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu tal-artikolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti";

(b)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq rieżamijiet ta' wħud mill-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti, jew tal-attivitajiet kollha kemm huma, sabiex tkompli ssaħħaħ il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi li jippermettulha tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li ser jiġu analizzati u t-twettiq tar-rieżamijiet, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża l-informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 35 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari n-nuqqasijiet possibbli jew l-għaġir żbaljat ta' awtorità kompetenti.";

(c)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitat ta' rieżami ad hoc ippresedut mill-Awtorità, u magħmul minn persunal mill-Awtorità, akkumpanjat u appoġġat, fuq bażi volontarja u b'rotazzjoni, sa massimu ta' ħames rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti differenti minbarra l-awtorità kompetenti taħt rieżami."

(d)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

"Ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni ta', iżda ma għandux ikun limitat għal:";

(ii)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) l-adegwatezza tar-riżorsi, il-grad ta' indipendenza u l-arranġamenti ta' governanza tal-awtorità kompetenti, b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effettiva tal-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;";

(iia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) l-effikaċja u l-livell ta' konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 10 sa 16, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni, inklużi l-għanijiet tal-kultura superviżorja komuni skont l-Artikolu 29 u l-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni skont l-Artikolu 29a;"

(iib)  il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti;"

(e)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-rieżami. Dak ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta' segwitu li huma meqjusa xierqa u neċessarji, bħala riżultat tar-rieżami. Dawk il-miżuri ta' segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta' linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16, u opinjonijiet skont l-Artikolu 29(1)(a), indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

▌L-Awtorità għandha toħroġ rapport ta' segwitu dwar il-konformità mal-miżuri ta' segwitu mitluba. ▌

Meta tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-rieżami, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità.";

(f)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a. L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni jekk, wara li tkun qieset l-eżitu tar-rieżami jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli applikabbli tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetenti mill-perspettiva tal-Unjoni jew meta tqis li awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tkun applikathom b'mod li jidher li jikser id-dritt tal-Unjoni.";

(g)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. L-Awtorità għandha tippubblika r-rapporti msemmija fil-paragrafu 3, inkluż kwalunkwe rapport ta' segwitu, sakemm il-pubblikazzjoni ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-awtorità kompetenti li hija soġġetta għar-rieżami għandha tiġi mistiedna sabiex tikkummenta qabel il-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe rapport. Qabel il-pubblikazzjoni, l-Awtorità għandha, fejn xieraq, tqis dawk il-kummenti. L-Awtorità tista' tippubblika dawk il-kummenti bħala Anness għar-Rapport sakemm il-pubblikazzjoni ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-awtorità kompetenti toġġezzjona għall-pubblikazzjoni. Ir-rapport tal-Awtorità msemmi fil-paragrafu 3 u l-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet adottati mill-Awtorità msemmija fil-paragrafu 3a għandhom jiġu ppubblikati fl-istess waqt.";

(14)  ▌L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, is-subparagrafu 1, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e) tieħu l-miżuri▌xierqa f'każ ta' żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji fid-dawl tal-koordinament tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;"

(b)  fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu 1, punt (ea) li ġej:

"(ea) tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita l-adozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika bil-ħsieb ta' koordinament tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;"

(c)  jiżdied il-paragrafu 1a:

“1a. L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita d-dħul fis-suq tal-operaturi jew tal-prodotti li jiddependu fuq l-innovazzjoni teknoloġika. Sabiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' approċċ komuni Ewropew lejn l-innovazzjoni teknoloġika, l-Awtorità għandha tippromwovi l-konverġenza superviżorja, bl-appoġġ tal-kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, jekk ikun rilevanti, b'mod partikolari permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki. Fejn xieraq, l-Awtorità tista' tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16.;"

(15)  jiddaħħal l-Artikolu 31a li ġej:

"Artikolu 31aIl-koordinazzjoni fuq id-delega u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, kif ukoll tat-trasferimenti ta' riskju

1.  L-Awtorità għandha, fuq bażi kontinwa, tikkoordina l-azzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti bl-għan li tippromwovi l-konverġenza superviżorja fl-oqsma tad-delega u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll fir-rigward tat-trasferimenti ta' riskju mwettqa minnhom f'pajjiżi terzi, biex jittieħed vantaġġ mill-passaport tal-UE waqt li essenzjalment jitwettqu attivitajiet jew funzjonijiet sostanzjali barra mill-Unjoni, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għal deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni, superviżjoni u infurzar fir-rigward ta' delega u ta' esternalizzazzjoni ta' attivitajiet kif ukoll tat-trasferimenti ta' riskju.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità meta jkollhom il-ħsieb li jwettqu awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni ta' istituzzjoni finanzjarja li tkun taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti kkonċernata f'konformità mal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u meta l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja jinvolvi l-esternalizzazzjoni jew id-delega ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha jew kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ewlenin jew it-trasferiment tar-riskju ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha f'pajjiżi terzi, sabiex tibbenifika mill-passaport tal-UE, filwaqt li essenzjalment twettaq attivitajiet jew funzjonijiet sostanzjali barra l-Unjoni. In-notifiki mill-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.

3. Fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tapplika u ma timponi l-ebda obbligu speċifiku għan-notifika ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment tar-riskju, istituzzjoni finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar l-esternalizzazzjoni jew id-delega ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha jew kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ewlenin tagħha, u t-trasferiment tar-riskju ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha, lil entità oħra jew lill-fergħa tagħha stabbilita f'pajjiż terz. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-Awtorità dwar tali notifiki fuq bażi semi-annwali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, fuq talba tal-Awtorità, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment ta' riskju mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

L-Awtorità għandha tissorvelja jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jivverifikawx li l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment ta' riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu huma konklużi f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, konformi mal-linji gwida, mar-rakkomandazzjonijiet jew mal-opinjonijiet mill-Awtorità u ma jipprevenux is-superviżjoni effettiva mill-awtoritajiet kompetenti u l-infurzar f'pajjiż terz.

3a. Jekk l-arranġamenti ta' verifika ta' awtorità kompetenti jipprevjenu superviżjoni jew infurzar effettivi u jinvolvu riskji għal arbitraġġ regolatorju fl-Istati Membri, l-Awtorità tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti kkonċernata dwar kif tista' ttejjeb l-arranġamenti ta' verifika tagħha, inkluża data ta' skadenza sa meta l-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-bidliet rakkomandati. Jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet, hi għandha tiddikjara r-raġunijiet u l-Awtorità għandha tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha pubblika flimkien ma' dawk ir-raġunijiet.

3b. Fi żmien [sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, li jqis l-approċċi differenti fil-leġiżlazzjoni settorjali fir-rigward tal-valutazzjoni, il-materjalità tal-attività li għandha tiġi esternalizzata jew delegata u li tinvestiga l-possibbiltà ta' approċċ aktar armonizzat f'dan ir-rigward permezz tal-ispeċifikazzjoni potenzjali tal-kriterji u ta' metodoloġija komuni. Il-Kummissjoni għandha tagħti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a) il-kontinwità tal-attività,

(b) il-kapaċità amministrattiva effettiva,

(c) il-kapaċità effettiva biex isir awditu tal-attivitajiet delegati u esternalizzati kif ukoll it-trasferimenti tar-riskju."

(15a)  jiddaħħal l-Artikolu 31b li ġej:

"Artikolu 31b

Skambju ta' informazzjoni dwar l-idoneità u l-adegwatezza

Flimkien mal-EIOPA u l-ESMA, l-Awtorità għandha tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza tad-detenturi ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti, diretturi u detenturi ta' funzjonijiet ewlenin fl-istituzzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti skont l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2)."

(16)  L-Artikolu 32 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 32Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

, inklużi testijiet tal-istress

1.  L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma liż-żewġ ASE l-oħra, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ▌tas-swieq li fihom joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom fuq tali istituzzjonijiet l-iżviluppi potenzjali tas-suq.

2.  L-Awtorità▌għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi negattivi tas-suq b'mod realistiku. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:

(a)  metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta' xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta' istituzzjoni;

(aa)  metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;

(b)  approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta' dawn il-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c)  metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' prodotti partikolari jew tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq istituzzjoni; ▐

(d)  metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-assi skont kif meħtieġ għall-fini tat-testijiet tal-istress; u

(da)  metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS, li għandu jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali fir-rigward tat-tmexxija tal-politiki monetarji.

2a.  Mill-inqas kull sena, l-Awtorità, b'kooperazzjoni mal-MSU, għandha tikkunsidra jekk ikunx xieraq li twettaq il-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bir-raġunament tagħha. Meta jitwettqu valutazzjonijiet bħal dawn mal-Unjoni kollha, l-Awtorità għandha tiddivulga r-riżultati għal kull istituzzjoni finanzjarja parteċipanta, sakemm ma tqisx tali divulgazzjoni tkun mhux xierqa b'kunsiderazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, tal-integrità tas-suq jew tal-protezzjoni tal-investituri jew tal-funzjonament tas-suq intern.

L-obbligi tas-segretezza professjonali tal-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw l-eżitu tal-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 jew milli jibagħtu l-eżitu ta' tali valutazzjonijiet lill-Awtorità għall-fini tal-pubblikazzjoni mill-Awtorità tar-riżultati tal-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, darba fis-sena, u aktar ta' spiss jekk meħtieġ, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha, b'rabta mat-tabella operattiva tar-riskji msemmija fl-Artikolu 22(2).

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f'dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta' prevenzjoni jew ta' rimedju.

3a.  Bl-iskop li jsiru l-valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji taħt dan l-Artikolu, l-Awtorità tista', f'konformità mal-Artikolu 35 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fih, tirrikjedi l-informazzjoni direttament minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji. Tista' tirrikjedi wkoll li l-awtoritajiet superviżorji jwettqu rieżamijiet speċifiċi. Tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, u tista' tieħu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post f'konformità mal-Artikolu 21 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fih, biex tiġi żgurata l-komparabilità u l-affidabilità tal-metodi, il-prattiki u r-riżultati.

3b.  L-Awtorità tista' titlob li l-awtoritajiet kompetenti biex jirrikjedu li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħmlu suġġetta għal verifika indipendenti dik l-informazzjoni li għandhom jipprovdu skont il-paragrafu 3a.

4.  L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) permezz tal-Kumitat Konġunt.";

(17)  L-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 33Relazzjonijiet internazzjonali

inkluża l-ekwivalenza

1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet regolatorji, superviżorji u fejn applikabbli, ta' riżoluzzjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m'għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m'għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma' dawk il-pajjiżi terzi.

Meta pajjiż terz, f'konformità ma' att delegat fis-seħħ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jkunx fuq il-lista ta' ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddidiet sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità m'għandhiex tikkonkludi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji, superviżorji u fejn applikabbli tar-riżoluzzjoni ta' dak il-pajjiż terz.

2. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza li jappartjenu għar-reġimi superviżorji u regolatorji f'pajjiżi terzi wara talba speċifika għal pariri mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja, jew meta tintalab tagħmel dan mill-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

2a. L-Awtorità għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja l-iżviluppi superviżorji, regolatorji u fejn applikabbli tar-riżoluzzjoni u l-prattiki ta' infurzar u l-iżviluppi tas-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza mill-Kummissjoni skont l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jiġi vverifikat jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet u kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti fih, għadhomx issodisfati. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u liż-żewġ ASE l-oħra kull tliet snin jew aktar ta' spiss meta jkun xieraq jew fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiffoka b'mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investitur jew il-funzjonament tas-suq intern.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn applikabbli, anki mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, ta' pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Dik il-kooperazzjoni għandha tiġi segwita abbażi ta' arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:

(a)  il-mekkaniżmi li jippermettu lill-Awtorità tikseb informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni dwar ir-reġim regolatorju, l-approċċ superviżorju, l-iżviluppi tas-suq rilevanti u kwalunkwe bidliet li jistgħu jaffettwaw id-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza;

(b)  ▌sa fejn ikun meħtieġ għas-segwitu ta' tali deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi, fejn meħtieġa, spezzjonijiet fuq il-post imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità, fejn xieraq, akkumpanjati u appoġġjati minn u sa ħames rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti differenti fuq bażi volontarja u b'rotazzjoni, u mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz.

L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-ASE l-oħra meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b'mod effettiv. Il-Kummissjoni għandha tqis din l-informazzjoni meta tirrevedi d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza rilevanti.

2b. Meta l-Awtorità tidentifika żviluppi fir-rigward tar-regolamentazzjoni, is-superviżjoni jew, fejn applikabbli, ir-riżoluzzjoni, il-prattiki ta' infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2a li jistgħu jħallu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien.

2c. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Awtorità bil-quddiem dwar l-intenzjonijiet tagħhom li jikkonkludu kwalunkwe arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma rregolati mill-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż fir-rigward tal-fergħat tal-entitajiet ta' pajjiżi terzi. Huma għandhom jipprovdu simultanjament lill-Awtorità abbozz ta' arranġamenti ppjanati bħal dawn malajr kemm jista' jkun.

L-Awtorità tista' tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti biex tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu tali arranġamenti li jservu bħala mudell mill-aktar qrib possibbli.

Meta l-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tiżviluppa tali arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jikkonkludu arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi qabel ma jitlesta l-arranġament li jservi bħala mudell.

Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma' awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f'pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza u l-attività ta' monitoraġġ segwita mill-Awtorità f'konformità mal-paragrafu 2a.

3a. L-Awtorità għandha tfittex sħubija sħiħa fil-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, u għandha tfittex status ta' osservatur fil-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

Kwalunkwe pożizzjoni li l-Awtorità tieħu fil-fora internazzjonali għandha l-ewwel tiġi diskussa u approvata mill-Bord tas-Superviżuri.

3b. L-Awtorità għandha, kull meta jkun xieraq, tissorvelja l-iżviluppi regolatorji, superviżorji u fejn applikabbli, ta' riżoluzzjoni u l-prattiki tal-infurzar flimkien mal-iżviluppi tas-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ġew konklużi ftehimiet internazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn xieraq, anki mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-pajjiżi terzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu."

(18)  L-Artikolu 34 huwa mħassar.

(19)  L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

"1. Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, diment li jkollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti.

L-informazzjoni pprovduta għandha tkun preċiża, kompleta u sottomessa fil-limitu ta' żmien preskritt mill-Awtorità.

2. L-Awtorità tista' titlob ukoll li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti u f'formati speċifikati jew permezz ta' mudelli komparabbli approvati mill-Awtorità. Dejjem meta jkun possibbli, dawn it-talbiet għandhom isiru bl-użu tal-formati tar-rapportar komuni eżistenti u għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità previst fid-dritt nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, inkluż fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3. Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-Awtorità għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li għandha u li tkun meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq il-kompiti tagħha▐.";

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Meta l-informazzjoni mitluba f'konformità mal-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx magħmula disponibbli mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Awtorità, din tal-aħħar tista' tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lil kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a) lil awtoritajiet oħrajn b'funzjonijiet superviżorji;

(b) lill-ministeru responsabbli għall-finanzi fl-Istat Membru kkonċernat fejn dan ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu;

(c) lill-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat;

(d) lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.";

(c)  Il-paragrafi 6 u 7a huma mħassra:

(20)  jiddaħħlu l-Artikoli 35a sa 35d li ġejjin:

"Artikolu 35aEżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 35b

Is-setgħat mogħtija lill-Awtorità, lil kwalunkwe wieħed mill-uffiċjali tagħha jew lil persuna oħra awtorizzata mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 35 ma għandhomx jintużaw sabiex jeżiġu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għal privileġġ legali.

L-Artikoli 35a u 35b għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali.

Artikolu 35bTalba għal informazzjoni lil istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji azzjonarji jew fergħat ta' istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti u entitajiet operattivi mhux regolati fi ħdan grupp finanzjarju jew konglomerat

1. Meta l-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 5 tal-Artikolu 35 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx magħmula disponibbli fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Awtorità, hija tista', mingħajr ma toħloq data doppja, titlob lill-istituzzjonijiet u entitajiet segwenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-Awtorità tkun tista' taqdi d-doveri tagħha skont dan ir-Regolament:

(a) l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti;

(b) il-kumpaniji azzjonarji jew il-fergħat ta' istituzzjoni finanzjarja rilevanti;

(c) l-entitajiet operattivi mhux regolati fi ħdan grupp finanzjarju jew konglomerat li jkunu sinifikanti għall-attivitajiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti.

4. Fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli stabbilit mill-Awtorità, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet rilevanti elenkati fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti legali tagħhom▌għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba.▌

5. L-awtorità għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba▌lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija domiċiljata jew stabbilita l-entità rilevanti elenkata fil-paragrafu 1 ikkonċernata mit-talba għall-informazzjoni.

6. L-Awtorità tista' tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi f'konformità ma' dan l-Artikolu għall-finijiet biss tat-twettiq tal-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

Artikolu 35cRegoli proċedurali għall-impożizzjoni ta' multi

1. Meta, fil-qadi ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-awtorità ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur imsemmi fl-Artikolu 35d(1), l-Awtorità għandha titlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-kwistjoni. ▌

Artikolu 35dMulti

u ħlasijiet penali perjodiċi

-1. Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjoni jew lill-entità soġġetta għat-talba għal informazzjoni l-opportunità li tinstema'.

Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali biss fuq is-sejbiet li dwarhom l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa meta hija ssib li istituzzjoni jew entità elenkata fl-Artikolu 35b(1) naqset, intenzjonalment jew b'mod negliġenti, milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa jew jekk tkun ipprovdiet informazzjoni inkompleta, skorretta jew qarrieqa skont l-Artikolu 35b(1).

2. Il-multa bażika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tammonta għal mill-inqas EUR [X; inqas minn EUR 50 000] u ma għandhiex taqbeż EUR [Y; inqas minn EUR 200 000] u għandha tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata għad-daqs tal-istituzzjoni jew l-entità u n-natura u s-sinifikat tal-ksur.

L-awtorità, flimkien mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-iffissar tal-multi skont dan il-paragrafu.

▌5. ▌Il-multa totali ma għandhiex taqbeż [X%; inqas minn l-20 %] tal-fatturat annwali tal-entità kkonċernata fis-sena finanzjarja preċedenti, sakemm l-entità ma tkunx ibbenefikat finanzjarjament, direttament jew indirettament, mill-ksur. F'dak il-każ, il-multa totali għandha tkun mill-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju finanzjarju.

5a. Il-Kummissjoni tista' timponi ħlas perjodiku bħala penali sakemm il-ksur jiġi mmodifikat. Il-ħlas perjodiku bħala penali għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-istituzzjoni jew l-entità u n-natura u s-sinifikat tal-ksur.

5b. Id-dritt tad-difiża tal-istituzzjoni jew tal-entità għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ matul il-proċedura. L-istituzzjoni jew l-entità għandha tkun intitolata li jkollha aċċess għall-fajls tal-Awtorità u tal-Kummissjoni, soġġetta għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għal fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-Awtorità jew tal-Kummissjoni.

5c. L-infurzar tal-multa jew tal-ħlas perjodiku ta' penali jista' jiġi sospiż biss permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet soġġetti għal multa jew ħlas perjodiku bħala penali jistgħu jibdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali. Il-Qorti tista' tannulla, fost oħrajn, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta' penali li tkun imponiet il-Kummissjoni.

5d. Il-Kummissjoni għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta' penali li jkun ġie impost, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

5e. L-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. "

▌(21)  L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, l-Awtorità għandha tiddiskuti t-twissija jew rakkomandazzjoni fil-laqgħa segwenti tal-Bord tas-Superviżuri, jew, fejn adatt, qabel sabiex tivvaluta l-implikazzjonijiet, u segwitu possibbli, ta' tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, jekk kwalunkwe azzjoni għandhiex tittieħed skont is-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet u l-kontenut ta' dik l-azzjoni.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix fuq twissija jew rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan. Il-BERS għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan f'konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Il-BERS għandu jinforma wkoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dan."

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità tista', fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b'dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta' azzjoni."

(d)  Il-paragrafu 6 huwa mħassar.

(22)  L-Artikolu 37 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 37Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati

1. Biex jgħin fil-faċilitazzjoni tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jiġi stabbilit Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun kkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tekniċi implimentattivi u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet, l-Artikolu 16a dwar l-opinjonijiet u l-Artikolu 16b dwar il-mistoqsijiet u t-tweġibiet. Jekk ikollhom jittieħdu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiġi mgħarraf kemm jista' jkun malajr.

"Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa' fuq inizjattiva proprja skont il-ħtieġa, u fi kwalunkwe każ mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena.

2. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun magħmul minn 30 membru, b'13-il membru li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat l-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment li joperaw fl-Unjoni, tlieta minnhom jirrappreżentaw lill-banek kooperattivi u tat-tfaddil, b'13-il membru jirrappreżentaw lir-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom, lill-konsumaturi, lill-utenti tas-servizzi bankarji u lir-rappreżentanti tal-SMEs u b'erba' membri tiegħu li għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla grad.

3. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, sa fejn ikun possibbli, jiżgura riflessjoni tad-diversità tas-settur bankarju, bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Ikkonċernati għandhom jintgħażlu skont il-kwalifiki, il-ħiliet, l-għarfien rilevanti u l-għarfien espert ipprovat tagħhom.

3a. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Ikkonċernati għandhom jaħtru President tal-Grupp minn fost il-membri tiegħu permezz ta' votazzjoni. Il-pożizzjoni ta' President għandha tinżamm għal perjodu ta' sentejn.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Ikkonċernati biex jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija magħmula lilu mill-Membri kull meta jintalab jagħmel dan.

4. L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġetta għas-segretezza professjonali kif stipulat fl-Artikolu 70 u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati li qed jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, bl-esklużjoni ta' rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis ix-xogħol preparatorju u ta' segwitu tal-membri u għandu jkun tal-inqas ekwivalenti għar-rati ta' rimborż ta' uffiċjali skont it-Titolu V, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (Regolamenti tal-Persunal). Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom iservu għal perjodu ta' erba' snin u wara għandha ssir proċedura tal-għażla ġdida.

Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

5. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista' jippreżenta pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari għall-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16b u l-Artikoli 29, 30, 32 u 35.

Meta l-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati ma jkunux jistgħu jaqblu dwar parir, terz tal-membri jew il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta' partijiet ikkonċernati għandhom jitħallew joħorġu▐parir separat.

Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq, il-Grupp ta' Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u l-Grupp ta' Partijiet Ikkonċernati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jistgħu joħorġu pariri konġunti dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont l-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.

6. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.

7. L-Awtorità għandha tippubblika l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Ikkonċernati, il-pariri separati tal-Membri tiegħu, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu kif ukoll kif il-pariri u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tqiesu. ";

(b)    fil-paragrafu 5, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"Meta l-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati ma jkunux jistgħu jaslu għal opinjoni jew parir komuni, il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta' partijiet ikkonċernati għandhom jitħallew joħorġu opinjoni separata jew parir separat.

Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq, il-Grupp ta' Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u l-Grupp ta' Partijiet Ikkonċernati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jistgħu joħorġu opinjonijiet u pariri konġunti dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont l-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.";

(22a)  L-Artikolu 38(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 18, 19 jew 20 ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri."

(23)  L-Artikolu 39 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 39Il-Proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet

1. L-Awtorità għandha taġixxi f'konformità mal-paragrafi 2 sa 6 meta tadotta d-deċiżjonijiet previsti skont l-Artikoli 17, 18 u 19.

2. L-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju ta' deċiżjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta' żmien li matulu d-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tad-deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Id-destinatarju jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-lingwa uffiċjali tiegħu. Id-dispożizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza għandha tapplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(3).

3. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

4. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu informati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

5. Meta l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew l-Artikolu 18(4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.

6. L-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità skont l-Artikoli ▌18 jew 19 għandha ssir pubblika. L-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikolu 17 għandha ssir pubblika. Il-pubblikazzjoni għandha tiddivulga l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu ta' dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jew mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew tkun tista' tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.";

(24)  L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħlu l-punti (aa) u (ab)li ġejjin:

"(aa) il-membri tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time msemmija fl-Artikolu 45(1) ma għandux ikollhom vot;

(ab) il-kap tal-amministrazzjoni pubblika responsabbli min-negozjar u l-adozzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) bl-iskop li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 10 sa 15";

(ia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu f'kull Stat Membru bl-iskop li jaġixxi fl-ambitu ta' kwalunkwe kompetenza ħlief dawk il-kompetenzi stipulati fl-Artikoli 10 sa 15, li għandhom jiltaqgħu personalment tal-inqas darbtejn fis-sena;"

(ib)  il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e) rappreżentant wieħed tal-BERS li m'għandux ikollu vot u li għandu joqgħod lura milli jieħu pożizzjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq ta' politiki monetarji."

(ib)  jiddaħħal il-punt (fa) li ġej:

"(fa) rappreżentant wieħed tal-SRB li m'għandux ikollu vot;"

(aa)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Kull awtorità ▌għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta' livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafi 1(ab) u 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi"

(ab)  Il-paragrafu 4a huwa mħassar.

(ac)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. Bil-għan li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 94/19/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista', fejn adatt, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-korpi rilevanti li jamministra l-iskemi ta' garanzija fuq id-depożitu f'kull Stat Membru, li m'għandux ikollu vot.

Meta l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx responsabbli għar-riżoluzzjoni, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jistieden rappreżentant mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, li m'għandux ikollu vot."

(ad)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"6a. Għall-iskop ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 10 sa 15, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni għandu jkun membru li m'għandux vot tal-Bord tas-Superviżuri, u rappreżentant wieħed tal-Parlament Ewropew għandu jkun osservatur u rappreżentant wieħed tal-amministrazzjonijiet ta' kull Stat Membru għandhom ikunu osservaturi fil-Bord tas-Superviżuri."

(b)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"7. "Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistieden osservaturi."

(c)  jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

"8. Meta l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx responsabbli għall-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi f'dak il-punt jista' jiddeċiedi li jistieden rappreżentant mill-awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi tal-Istat Membru, li ma għandux ikollu vot. Fil-każ fejn ir-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-konsumaturi tkun kondiviża minn diversi awtoritajiet fi Stat Membru, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni.";

(25)  L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 41Kumitati interni

"Il-Bord Eżekuttiv jista' jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Il-Bord tas-Superviżuri jipprevedi d-delega ta' ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b'mod ċar lill-kumitati interni, lill-Bord Eżekuttiv jew lill-President.";

(26)  ▌l-Artikolu 42▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 42Indipendenza

tal-Bord tas-Superviżuri

Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri ▌tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ▌jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.;

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas ebda korp pubbliku jew privat ieħor m'għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta' dmirijiethom.

Meta l-grad ta' indipendenza msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 30(2) ikun ġie vvalutat bħala insuffiċjenti f'konformità ma' dak l-Artikolu, il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jew jissospendi temporanjament id-drittijiet tal-vot tal-membru individwali jew li jissospendi temporanjament is-sħubija tiegħu jew tagħha fi ħdan l-Awtorità sakemm jinsab rimedju għan-nuqqas.";

(27)  L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u jkun il-korp ewlieni li jieħu d-deċiżjonijiet għal deċiżjonijiet strateġiċi u deċiżjonijiet ta' politika ewlenin.

Ħlief jekk ikun stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta▌rakkomandazzjonijiet, linji gwida, opinjonijiet u deċiżjonijiet tal-Awtorità u joħroġ il-parir imsemmi fil-Kapitolu II▌.";

(b)  il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra;

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, abbażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija, il-programm ta' ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jibagħtu għall-finijiet ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

L-Awtorità għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha fir-rigward tar-rieżamijiet li jidentifikaw, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti u l-attivitajiet soġġetti għar-rieżamijiet f'konformità mal-Artikolu 30. Jekk debitament ġustifikat, l-Awtorità tista' tidentifika awtoritajiet kompetenti addizzjonali soġġetti għar-rieżami.

Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

(d)    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-Bord tas-Superviżuri, fuq il-bażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fl-Artikolu 47(9f) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat."

(e)  il-paragrafu 8 huwa mħassar;

(27a)  jiddaħħal l-Artikolu 43a li ġej:

"Artikolu 43a

Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri

Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha, tal-inqas, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċeduri ta' dik il-laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. "

(28)  L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Id-Deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ ta' parità, il-President għandu jkollu vot deċiżiv.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' atti, abbozzi u strumenti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5), l-Artikolu 9a u l-Kapitolu VI u permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandha tinkludi mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti waqt il-votazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma Stati Membri parteċipanti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (Stati Membri parteċipanti) u maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti waqt il-votazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li mhumiex Stati Membri parteċipanti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (Stati Membri mhux parteċipanti). Il-membri fuq bażi full-time tal-Bord Eżekuttiv u l-President ma għandhomx jivvotaw fuq dawn id-deċiżjonijiet.

Fir-rigward ta' deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 18(3) u (4), u b'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tiegħu, li għandha tinkludi maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti.

(a)   jiddaħħal il-paragrafu 1a:

1a. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta d-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32, u 35b sa 35d skont l-Artikolu 47(3) b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35h, jista' jemenda dawn id-deċiżjonijiet. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta dawn id-deċiżjonijiet emendati b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet emendati msemmija fit-tieni subparagrafu kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn perjodu ta' erba' xhur, il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjoni.";

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni."

(c)    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-membri mingħajr dritt tal-vot u l-osservaturi ma għandhom jipparteċipaw f'ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-President, għall-membri li huma wkoll membri tal-Bord Eżekuttiv u għar-rappreżentant tal-Bank Ċentrali Ewropew innominat mill-Bord Superviżorju tiegħu.";

(29)  fil-Kapitolu III, it-titolu tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Taqsima 2

Bord Eżekuttiv"

(30)  L-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 45Kompożizzjoni

1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u minn tliet membri fuq bażi full time, li għandhom ikunu ċittadin ta' Stat Membru. Il-President għandu jassenja kompiti maniġerjali u ta' politika definiti b'mod ċar lil kull wieħed mill-membri fuq bażi full-time, b'mod partikolari responsabbiltajiet għal kwistjonijiet baġitarji, għal kwistjonijiet li jirrigwardjaw il-programm ta' ħidma tal-Awtorità, u għal kwistjonijiet ta' konverġenza. Wieħed mill-membri fuq bażi full-time għandu jaġixxi bħala Viċi President u jwettaq il-kompiti tal-President fin-nuqqas tiegħu jew f'każ ta' impediment raġonevoli, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2. Il-membri fuq bażi full-time għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien▌u l-esperjenza prattika tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-mudelli kummerċjali differenti tagħhom, u s-swieq b'mod partikolari fis-settur bankarju, inklużi l-interessi tal-konsumatur u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja. Il-membri fuq bażi full-time għandu jkollhom esperjenza maniġerjali estensiva. Tal-inqas wieħed mill-membri fuq bażi full-time għandu matul is-sena qabel ma jinħatar, ma kienx impjegat minn awtorità kompetenti nazzjonali. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa għall-kandidati, li trid tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li warajha l-Kummissjoni għandha tħejji lista mqassra ta' kandidati kkwalifikati, filwaqt li tikkonsulta lill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-lista mqassra lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta' dik il-lista mqassra, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni sabiex jinħatru l-membri esterni tal-Bord Eżekuttiv ▌. Il-kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha.

3. Meta membru tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 46 jew ikun instab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadottaw deċiżjoni sabiex ineħħuh mill-kariga.

4. Il-mandat tal-membri fuq bażi full-time għandu jkun ta' ħames snin u jiġġedded darba. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' ħames snin tal-membru fuq bażi full-time, il-Bord tas-Superviżuri għandu jevalwa:

(a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu;

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-Awtorità fis-snin li ġejjin.

Wara li tqis l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill il-lista tal-membri fuq bażi full-time li jrid ikollhom il-mandat tagħhom imġedded. Abbażi ta' din il-lista u wara li jikkunsidra l-evalwazzjoni, il-Kunsill jista' jestendi l-mandat tal-membri fuq bażi full-time.";

(31)  jiddaħħal l-Artikolu 45a li ġej:

"Artikolu 45aTeħid tad-deċiżjonijiet

1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ ta' parità, il-President għandu jkollu vot deċiżiv. Fuq talba tal-President jew mill-inqas ta' tliet membri tal-Bord Eżekuttiv, id-deċiżjonijiet għandhom jiġu riferuti lill-Bord tas-Superviżuri.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv mingħajr id-dritt li jivvota, ħlief fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 63.

3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu.

4. Il-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu u għandhom jiġu ppreseduti mill-President.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kull meta l-Bord Eżekuttiv iqis li huwa meħtieġ. Huwa għandu jirrapporta regolarment lill-Bord tas-Superviżuri u jiltaqa' mill-inqas ħdax-il darba fis-sena.

5. ▌Il-parteċipanti mingħajr id-dritt tal-vot ma għandhom jattendu għal ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Eżekuttiv b'rabta ma' istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

5a. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun intitolat li jibgħat talbiet speċifiċi għal informazzjoni lill-Bord Eżekuttiv. ";

(32)  jiddaħħal l-Artikolu 45b li ġej:

"Artikolu 45bKumitati interni

Il-Bord Eżekuttiv jista' jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu.";

(33)  l-Artikolu 46 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 46L-indipendenza

tal-Bord Eżekuttiv

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ▌jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ma għandhomx jokkupaw karigi fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni, jew internazzjonali.

La l-Istati Membri, la l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor ma għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Eżekuttiv fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.";

(34)  l-Artikolu 47 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 47Il-kompiti

1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha f'konformità ma' dan ir-Regolament. Huwa għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Awtorità f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipproponi programm ta' ħidma annwali u pluriennali sabiex jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri.

3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu f'konformità mal-Artikoli 63 u 64.

Għall-finijiet tal-Artikoli 17, 19, 22(4) u 30,▌il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti sabiex jaġixxi u jieħu deċiżjonijiet. Għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35d, il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti biex iħejji d-deċiżjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet stabbilita fil-paragrafu 1a tal-Artikolu 44. Il-Bord Eżekuttiv għandu jżomm lill-Bord tas-Superviżuri informat bid-deċiżjonijiet kollha li jħejji u jieħu.

3a. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeżamina u jagħti opinjoni ▌dwar il-kwistjonijiet kollha li jridu jiġu deċiżi mill-Bord tas-Superviżuri.

4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta l-pjan ta' politika tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 68(2), il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti dwar il-Persunal").

5. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 72.

6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar id-dmirijiet tal-President, abbażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fil-paragrafu 9(f) tal-Bord tas-Superviżuri għall-approvazzjoni.

7. Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell f'konformità mal-Artikolu 58(3) u (5), b'kont meħud ta' proposta mill-Bord tas-Superviżuri.

8. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jagħmlu pubbliċi l-laqgħat kollha organizzati u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f'konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal

9. Il-Membru inkarigat għandu jkollu l-kompiti speċifiċi li ġejjin:

(a) li jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Eżekuttiv;

(b) li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Awtorità f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(c) li jħejji programm ta' ħidma pluriennali, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2);

(d) li jħejji programm ta' ħidma sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena għas-sena ta' wara, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2);

(e) li jfassal abbozz ta' baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 63 u li jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 64;

(f) li jħejji abbozz ta' rapport annwali li jkun jinkludi taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi;

(g) li jeżerċita s-setgħat stipulati fl-Artikolu 68 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u li jiġġestixxi l-kwistjonijiet relatati mal-persunal.";

(35)  l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-President għandu jkun ċittadin ta' Stat Membru u għandu jkun responsabbli biex iħejji l-ħidma u biex jippresiedi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Eżekuttiv.";

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Għall-fini tal-għażla tal-President, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kumitat tal-Għażla magħmul minn sitt individwi indipendenti ta' livell għoli. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri kull wieħed tal-Kumitat tal-Għażla. Il-Kumitat tal-Għażla għandu jaħtar il-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Kumitat tal-Għażla għandu jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi dwar il-pubblikazzjoni tal-avviż ta' post battal, il-kriterji tal-għażla u l-profil speċifiku tal-impjieg, l-għamla tal-grupp ta' applikanti kif ukoll dwar il-metodu li bih il-grupp ta' applikanti jiġi evalwat sabiex titfassal lista qasira, ibbilanċjata bejn il-ġeneri, ta' tal-inqas żewġ kandidati. Fil-każ ta' parità, il-President tal-Kumitat tal-Għażla għandu jkollu vot deċiżiv.

Il-President għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, b'mod partikolari fis-settur bankarju, wara sejħa miftuħa għall-kandidati li trid tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jkollu numru sinifikanti ta' snin ta' esperjenza rikonoxxuta li tkun rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja kif ukoll esperjenza ta' maniġment superjuri, ikun kapaċi juri ħiliet ta' tmexxija u standards għoljin ta' effiċjenza, kapaċità u integrità, u jkollu għarfien ipprovat ta' tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Il-Kumitat tal-Għażla għandu jippreżenta l-lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjoni tal-President lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-kandidati magħżula sabiex, bil-bibien magħluqin jew b'seduti pubbliċi, iressqu mistoqsijiet bil-miktub lill-kandidati, joġġezzjonaw għall-ħatra ta' kandidat u jirrakkomandaw il-kandidat preferut tagħhom. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta sabiex jaħtru l-President mil-lista mqassra ta' kandidati.

2a. Meta l-President ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 49 jew ikun instab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq proposta mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva proprja tagħhom, jadottaw deċiżjoni konġunta sabiex ineħħuh mill-kariga. Meta tkun qed tabbozza l-proposta tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.";

(ba)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-mandat tal-President għandu jkun ta' tmien snin u ma jistax jiġġedded."

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

""4. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' 8 snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

(a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu;

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-Awtorità fis-snin li ġejjin.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar President alternattiv temporanju minn fost il-membri tiegħu.";

(d)  il-paragrafu 5 huwa mħassar;

(35a)  L-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 49L-indipendenza

tal-President

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas ma għandu jieħu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern▐ jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m'għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta' dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, il-President għandu, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji."

(36)  L-Artikolu 49a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 49aSpejjeż

Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha organizzati mal-partijiet ikkonċernati esterni fi żmien ġimgħatejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f'konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.";

(37)  l-Artikoli 50, 51, 52, 52a u 53 huma mħassra;

(38)  l-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib sabiex tiżgura konsistenza transsettorjali, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet settorjali, mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), b'mod partikolari, fejn mitlub mid-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta':

– konglomerati finanzjarji u konsolidazzjoni transfruntiera;

kontabilità u verifika;

– analiżi mikroprudenzjali ta' żviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali għall-istabbilità finanzjarja,

– prodotti tal-investiment bl-imnut;

ċibersigurtà;

skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki mal-BERS u ▌l-ASE.

– servizzi finanzjarji għall-konsumatur u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri;

l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità.";

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a. Fir-rigward tal-kompiti tal-Awtorità marbuta mal-prevenzjoni u mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum fejn l-Awtorità għandha tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol kif ukoll mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward ta' kwistjonijiet marbuta mal-interazzjoni bejn il-kompiti speċifiċi tal-Awtorità msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 8(1) u l-kompiti konferiti lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol kif ukoll lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

Il-Kumitat Konġunt jista' jassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi għall-iżgurar tal-interkonnessjoni sigura u effiċjenti tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati skont ir-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 32a(5) tad-Direttiva (UE) 2018/843 kif ukoll fl-interkonnessjoni effettiva tar-reġistri nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2018/843.";

(39)  ▌l-Artikolu 55▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 55Kompożizzjoni

1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-Presidenti tal-ASE▌.

2. Membru wieħed tal-Bord Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u t-tieni President tal-BERS u, fejn rilevanti, il-President ta' kwalunkwe Sottokumitat tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll, meta jkun rilevanti ta' kwalunkwe wieħed mis-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 57, bħala osservaturi.

3. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jinħatar fuq bażi ta' rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-ASE. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun it-tieni Viċi President tal-BERS.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Il-Kumitat Konġunt jista' jistieden osservaturi. Il-Kumitat Konġunt għandu jilħaq pożizzjonijiet konġunti b'kunsens.

Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' mill-anqas darba kull tliet xhur.

4a. Il-President tal-Awtorità għandu b'mod regolari jikkonsulta u jinforma lill-Bord tas-Superviżuri dwar kwalunkwe pożizzjoni meħuda fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tas-sottokumitati tiegħu.";

(39a)  l-Artikolu 56 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 56Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tfittex li tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), kif xieraq.

Fejn mitlub mid-dritt tal-Unjoni, l-atti skont l-Artikoli 10 sa 19 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta' kwalunkwe atti oħra tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li jaqgħu wkoll fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom jiġu adottati, b'mod parallel, mill-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).

Meta d-deċiżjoni tal-Awtorità tiddevja mill-pożizzjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1, jew fejn ma setgħet tittieħed ebda deċiżjoni, l-Awtorità għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħha."

(39a)  L-Artikolu 57 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 57

Sottokumitati

1. Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi sottokumitati għall-finijiet tat-tħejjija tal-abbozz ta' pożizzjonijiet konġunti u ta' atti komuni għall-Kumitat Konġunt.

2. Is-Sottokumitati għandhom ikun magħmula mill-Presidenti tal-ASE, u minn rappreżentant wieħed ta' livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3. Is-Sottokumitati għandhom jeleġġu President minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li għandu jkun osservatur fil-Kumitat Konġunt.

3a. Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-konglomerati finanzjarji għall-Kumitat Konġunt.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu s-Sottokumitati stabbiliti kollha, inklużi l-mandati tagħhom u lista tal-membri tagħhom bil-funzjonijiet rispettivi tagħhom fis-sottokumitat."

(40)  L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa b'dan stabbilit."

(-aa)  fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni tajba b'rekord ippruvat ta' għarfien rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u li jkollu esperjenza professjonali internazzjonali fuq livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-swieq bankarji, tal-pensjonijiet tax-xogħol, dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità u l-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Ikkonċernati. Il-membri għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru u għandu jkollhom għarfien profond ta' tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità u l-proporzjonalità tal-eżerċizzju tal-Awtorità tal-poteri tagħha.

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għall-espressjonijiet ta' interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Wara li jirċievi l-lista mqassra, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-kandidati għall-membri u l-membri supplenti jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija magħmula mill-Membri tiegħu qabel ma dawn jinħatru.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-membri tal-Bord tal-Appell jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija magħmula lilhom mill-Membri tiegħu kull meta jintalbu jagħmlu dan.";

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Membru tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità ma għandux jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta' mġiba ħażina serja u l-Bord Eżekuttiv jieħu deċiżjoni għal dak l-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuri.";

(ba)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"8. L-ASE għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali permanenti adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt."

(41)  fl-Artikolu 59, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jaġixxu b'mod indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma ma għandhom ikunu marbutin b'ebda istruzzjoni. Huma m'għandhom iwettqu ebda dmir ieħor fir-rigward tal-Awtorità, il-Bord Eżekuttiv tagħha jew il-Bord tas-Superviżuri tagħha.

2. Il-membri tal-Bord tal-Appell u l-persunal tal-Awtorità li jipprovdu appoġġ operazzjonali u segretarjali m'għandhom jieħdu sehem f'ebda proċedimenti ta' appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.";

(42)  fl-Artikolu 60, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti, tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 16, 16a, 17, 18, 19 u 35 inkluż rigward il-proporzjonalità tagħha u kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2. L-appell, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta' notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien 3 xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat."

(43)  L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Id-dħul tal-Awtorità għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħrajn ta' dħul, fi kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn li ġejjin:

(a) kontribuzzjoni ta' bilanċ mill-Unjoni, imdaħħla fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni (taqsima dwar il-Kummissjoni), li għandha tkun tal-inqas 35 % tad-dħul proġettat tal-Awtorità;

(aa) kontribuzzjonijiet obbligatorji ta' mhux aktar minn 65 % tad-dħul proġettat tal-Awtorità mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(b) skont l-evoluzzjoni tal-ambitu tas-superviżjoni speċifika għall-istituzzjoni, kontribuzzjonijiet annwali mill-istituzzjonijiet finanzjarji, abbażi tan-nefqa proġettata annwali relatata mal-attivitajiet rikjesti minn dan ir-Regolament u mill-Atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) għal kull kategorija ta' parteċipanti fi ħdan il-mandat tal-Awtorità;

(c) kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.

(d) kontribuzzjonijiet minn Stati Membri jew osservaturi;

(e) ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u għal kwalunkwe servizz ieħor mitlub mill-awtoritajiet kompetenti.

1a. Id-dħul li tirċievi l-Awtorità m'għandux jikkomprometti l-indipendenza jew l-oġġettività tagħha."

(aa)  fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-estimi għandhom ikunu bbażati fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tal-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 47(2), u għandhom iqisu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi u jinkisbu r-riżultati mistennija."

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

5. Il-kontribuzzjonijiet volontarji minn Stati Membri u osservaturi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu aċċettati jekk tali aċċettazzjoni tqajjem dubju dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awtorità.";

(45)  L-Artikolu 63 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 63L-istabbiliment tal-baġit

1.  Kull sena, il-Membru inkarigat għandu jfassal abbozz provviżorju tad-dokument uniku ta' programmazzjoni tal-Awtorità għat-tliet snin finanzjarji ta' wara, li jistabbilixxi d-dħul u n-nefqa proġettati, kif ukoll informazzjoni dwar il-persunal, mill-programmazzjoni annwali u pluriennali tiegħu u jibagħtu lill-Bord Eżekuttiv u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta' stabbiliment.

1a.  Il-President għandu jippreżenta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li warajh il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz li kien approvat mill-Bord Eżekuttiv, jadotta d-dokument uniku ta' programmazzjoni għat-tliet snin finanzjarji ta' wara.

1b.  Id-dokument uniku ta' programmazzjoni għandu jintbagħat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sal-31 ta' Jannar. Mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-baġit annwali, il-Parlament Ewropew għandu japprova d-dokument uniku ta' programmazzjoni.

2.  B'kont meħud tad-dokument uniku ta' programmazzjoni, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni ta' bilanċ li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat.

3.  L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta' bilanċ lill-Awtorità u tapprova l-limitu għall-infiq totali tal-Awtorità.

4.  Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Huwa għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn neċessarju, huwa għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

5.  Il-Bord Eżekuttiv għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini.

5a.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji jew implikazzjonijiet fit-tul sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tal-Awtorità, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini, inklużi l-klawżoli ta' waqfien.";

(46)  L-Artikolu 64 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 64L-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit

"1. Il-Membru inkarigat għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità.

2. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità, li għandu jkun indipendenti, għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara. L-Artikolu 70 m'għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti li tkun fil-kompetenza tal-Qorti.

3. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità.

4. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

5. Wara li jikkunsidra l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità, li jaġixxi fuq responsabbiltà proprja, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Il-Membru inkarigat għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawn il-kontijiet.

6. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-1 ta' Lulju, pakkett tar-rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f'format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

8. Il-Membru inkarigat għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta' din tal-aħħar sat-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ukoll kopja ta' dik it-tweġiba lill-Bord Eżekuttiv u lill-Kummissjoni.

9. Il-Membru inkarigat għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar u kif previst fl-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

10. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N.

10a. L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew prevista fil-proċedura ta' kwittanza.";

(46a)  jiddaħħal l-Artikolu 64a li ġej:

"Artikolu 64aAwditjar Intern tal-Awtorità

L-awtorità għandha tistabbilixxi Kumitat tal-Awditjar Intern li għandu jipprovdi opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwittanza ta' dik il-parti tal-baġit li mhijiex iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni."

(47)  L-Artikolu 65 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 65Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013* għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

*  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).";

(48)  fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

**Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).";

(49)  l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini tal-applikazzjoni tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inklużi l-membri tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time u l-President tagħha.

2. Il-Bord Eżekuttiv, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa, f'konformità mal-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.";

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex l-esperti nazzjonali minn Stati Membri jkunu jistgħu jiġu ssekondati lill-Awtorità.";

(50)  L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-membri tal-persunal kollha tal-Awtorità, inklużi l-uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħrajn kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

L-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika għall-membri kollha tal-persunal tal-Awtorità, inklużi uffiċjali sekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali.";

(b)  fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux iżomm lill-Awtorità u lill-awtoritajiet kompetenti milli jużaw l-informazzjoni għall-infurzar tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u, b'mod partikolari, għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.";

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a. Il-Bord Eżekuttiv u l-Bord tas-Superviżuri għandhom jiżguraw li l-individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, fir-rigward tal-kompiti tal-Awtorità, inklużi uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-Bord Eżekuttiv u mill-Bord tas-Superviżuri jew maħtura mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-iskop, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk fil-paragrafi preċedenti.

L-istess rekwiżiti għas-segretezza professjonali għandhom japplikaw ukoll għall-osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv u tal-Bord tas-Superviżuri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Awtorità.";

(d)  ▌il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iżommu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament u ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni ▌.

Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal kull persuna li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar theddida jew ħsara għall-interess pubbliku fil-kuntest tar-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4. L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KEFA, Euratom) 2015/444.

4a. L-Awtorità għandha tistabbilixxi mezzi ta' rappurtar iddedikati biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna li tirrapporta dwar ksur attwali jew potenzjali ta' atti tal-Unjoni jew abbuż tad-dritt jew każijiet ta' amministrazzjoni ħażina.";

(51)  L-Artikolu 71 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/XXX (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-Istituzzjonijiet u l-Korpi tal-UE) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.";

(52)  fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.";

(53)  fl-Artikolu 73, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.";

(54)  fl-Artikolu 74, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Eżekuttiv.";

(54a)  fl-Artikolu 75, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha tikkoopera mal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, li japplikaw leġiżlazzjoni li ġiet rikonoxxuta ekwivalenti fl-oqsma ta' kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif inhu previst fil-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

3. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward ta' pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, fil-ħidma tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Dawn jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fl-amministrazzjoni tal-Awtorità, iżda għandhom jiżguraw li dawk il-pajjiżi ma jattendu għall-ebda diskussjoni relatata mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett."

(55)  jiddaħħal l-Artikolu 75a li ġej:

"Artikolu 75aEżerċitar tad-delega

1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35d(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35d(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

(56)  L-Artikolu 76 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 76Ir-relazzjoni mal-KSBE

L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-KSBE. Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tal-KSBE għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Il-KSBE għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu sa mid-data ta' dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mill-KSBE u mill-Kummissjoni."

(57)  jiddaħħal l-Artikolu 77a ġdid:

Artikolu 77aDispożizzjonijiet tranżitorji

Il-kompiti u l-pożizzjoni tad-Direttur Eżekuttiv maħtur f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva (UE) 2015/2366 u fil-kariga tiegħu fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jieqfu f'dik id-data.

Il-kompiti u l-pożizzjoni tal-President maħtur f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva (UE) 2015/2366 u fil-kariga tiegħu fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikomplu sal-iskadenza tad-data.

Il-kompiti u l-pożizzjoni tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva (UE) 2015/2366 u fil-kariga tagħhom fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jieqfu f'dik id-data.".

(57a)  L-Artikolu 79 huwa mħassar.

(57b)  L-Artikolu 80 huwa mħassar.

(57c)  L-Artikolu 81 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 81

Rieżami

1. Sa ... [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:

(a) l-effettività u l-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti:

(i) l-indipendenza funzjonali tal-awtoritajiet kompetenti u l-konverġenza fl-istandards ekwivalenti għall-governanza korporattiva;

(ii) l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;

(b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c) il-progress miksub fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjament tal-Unjoni;

(d) ir-rwol tal-Awtorità fir-rigward tar-riskju sistemiku;

(e) l-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 38;

(f) l-applikazzjoni tar-rwol ta' medjazzjoni vinkolanti stabbilita fl-Artikolu 19;

(fa) il-funzjonament tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt;

(fb) l-ostakoli jew l-impatt fuq il-konsolidazzjoni transfruntiera skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a) huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur bankarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(b) huwiex xieraq li titwettaq superviżjoni prudenzjali u li jiġi ssorveljat it-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;

(c) huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il- koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;

(d) l-evoluzzjoni tas-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(e) hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan is-SESF;

(f) ir-responsabbiltà u t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għall- pubblikazzjoni humiex xierqa;

(g) ir-riżorsi tal-Awtorità humiex adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;

(h) huwiex adegwat li s-sede tal-Awtorità tinżamm jew jekk l-ASE jitmexxewx f'sede unika biex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejniethom.

2a. Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u lill-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tal-ittri ta' ebda azzjoni skont l-Artikolu 9c ta' dan ir-Regolament.

2b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2a, flimkien ma' proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3. Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta' skala pan-Ewropea u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tas-suq, l-istabilità tas-suq intern u l-koeżjoni tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-adegwatezza li l-Awtorità tiġi fdata b'responsabbiltajiet superviżorji ulterjuri f'dan il-qasam.

4. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

(57d)  jiżdied l-Artikolu 81a li ġej:

"Artikolu 81aValutazzjoni tal-kompiti speċifiċi mogħtija lill-Awtorità b'rabta mal-prevenzjoni u mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

1. Wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u lill-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tal-kompiti speċifiċi mogħtija lill-Awtorità skont l-Artikolu 8(1)(1) ta' dan ir-Regolament. Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-interazzjoni bejn dawk il-kompiti u l-kompiti mogħtija lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Barra minn hekk, abbażi ta' analiżi komprensiva tal-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll b'segwitu tal-objettiv li tiżgura l-konsistenza, l-effiċjenza u l-effettività, il-Kummissjoni għandha tinvestiga bir-reqqa l-possibbiltà li tagħti kompiti speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu lil aġenzija speċjalizzata eżistenti jew ġdida tal-UE.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bħala parti mir-rapport tagħha skont l-Artikolu 65 tad-Direttiva (UE) 2018/843, u flimkien ma' proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-11 ta' Jannar 2022."

Artikolu 2Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1094/2010

Ir-Regolament (UE) 1094/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(aa)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament u fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE bl-eċċezzjoni tat-Titolu IV tagħha, tad-Direttivi 2002/92/KE, 2003/41/KE, 2002/87/KE, 2009/103/KE*, id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** u, sakemm dawk l-atti japplikaw għall-impriżi tal-assigurazzjoni, l-impriżi tar-riassigurazzjoni, l-istituzzjonijiet għall-provvediment tal-irtirar mix-xogħol u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, fil-partijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta' kwalunkwe att ieħor legalment vinkolanti tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

*   Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

**  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19)";

(ab)    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-impriżi ta' kreditu, l-impriżi tar-riassigurazzjoni, il-konglomerati finanzjarji, l-istituzzjonijiet għall-provvista tal-irtirar mix-xogħol u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet li mhumiex koperti direttament fl-atti msemmija fil-paragrafu 2, inklużi kwistjonijiet ta' governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, b'kunsiderazzjoni ta' mudelli kummerċjali sostenibbli u l-integrazzjoni ta' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza relatati, bil-kondizzjoni li dawn l-azzjonijiet mill-Awtorità jkunu meħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawk l-atti."

(ac)    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tikkontribwixxi sabiex:

(a) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż, b'mod partikolari, livell sod, effikaċi u konsistenti ta' regolamentazzjoni u superviżjoni;

(b) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji;

(c) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali;

(d) jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni;

(e) jiġi żgurat li t-teħid ta' riskji relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol ikun irregolat u ssorveljati kif xieraq, u▌

(f) tissaħħaħ il-protezzjoni tal-klijent u tal-konsumatur;

(fa) tissaħħaħ il-konverġenza superviżorja fis-suq intern kollu, inkluż il-promozzjoni ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tan-negozju.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16a lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni▌.

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji li n-nuqqas tagħhom jista' jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement, oġġettivament u b'mod mhux diskriminatorju u trasparenti fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-awtorità għandha tapplika l-prinċipji ta' rendikont u ta' integrità u għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati kollha jkunu ttrattati b'mod ġust f'dan ir-rigward.

Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità m'għandhomx jaqbżu dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jew tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 u għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta' istituzzjoni jew swieq li huma affettwati mill-azzjoni tal-Awtorità."

(2)  ▌L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni effettiva u suffiċjenti għall-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji."

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom u fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni."

(c)  fil-paragrafu 5, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Ir-referenzi f'dan ir-Regolament għal superviżjoni jinkludu l-attivitajiet kollha rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, tal-awtoritajiet kompetenti kollha li jridu jitwettqu skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).";

(2a)  L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3Responsabbiltà

tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja

1. L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

2. Matul kwalunkwe investigazzjoni mwettqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 tat-TFUE, l-Awtorità għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament Ewropew.

3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tad-dmirijiet tal-President u għandu jibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

L-Awtorità għandha tinkludi fir-rapport annwali msemmi fl-ewwel subparagrafu informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma' awtoritajiet superviżorji, dwar organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f'pajjiżi terzi, dwar l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza u dwar l-attività ta' monitoraġġ segwita mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 33.

4. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President jipparteċipa f'seduta ta' smigħ quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità. Għandha ssir seduta tal-inqas annwalment. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu, kull meta dan ikun meħtieġ.

5. Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1c.

6. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

7. L-Awtorità għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal mistoqsijiet indirizzati lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat minn meta tasal il-mistoqsija.

8. Fuq talba, il-President għandu jagħmel diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President, mal-Viċi Presidenti u mal-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fejn tali diskussjonijiet huma meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 tat-TFUE. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.

9. L-Awtorità għandha tistabbilixxi reġistru ta' dokumenti u l-istat ta' aċċessibbiltà tagħhom.

10. L-Awtorità għandha tagħti lill-Parlament Ewropew sommarju sinifikanti tal-proċedimenti ta' kwalunkwe laqgħat tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Pensjonijiet, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u ta' kwalunkwe korp jew istituzzjoni internazzjonali oħra rilevanti li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-superviżjoni tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-pensjonijiet."

(3)  fil-punt 2 tal-Artikolu 4, il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(ii) fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u (UE) 2015/849, l-awtoritajiet▌kompetenti sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet finanzjarji▐;";

(4)  L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(2) Bord Eżekuttiv, li għandu jeżerċita l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 47;";

(b)    il-punt (4) huwa mħassar;

(4a)  fl-Artikolu 7a, jiżdied paragrafu ġdid:

"Il-post tas-sede tal-Awtorità ma għandux jaffettwa l-eżekuzzjoni tal-kompiti u tas-setgħat tal-Awtorità, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta' governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha, jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li jippermetti, fejn ikun applikabbli, l-kondiviżjoni ma' aġenziji tal-Unjoni ta' servizzi ta' appoġġ amministrattiv u ta' ġestjoni tal-faċilitajiet li ma jkunux relatati mal-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità. Sa ... [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li jemenda] u kull 12-il xahar minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma' dak ir-rekwiżit."

(5)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(-i)  il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

"abbażi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, b'mod partikolari▌billi tiżviluppa ▌abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni, linji gwida, rakkomandazzjonijiet,u miżuri oħra, inklużi opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16a;"

(i)  jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

"(aa) li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal superviżorju tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni li jistabbilixxi l-aħjar prattiki superviżorji u metodoloġiji u proċessi ta' kwalità għolja u li jqisu, fost l-oħrajn, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli kummerċjali li qegħdin jinbidlu u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq;";

(iia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, tħeġġeġ u tissorvelja l-indipendenza superviżorja, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;"

(ii)  il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

"(e) li torganizza u twettaq rieżamijiet, bl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tal-awtoritajiet kompetenti u, f'dak il-kuntest, li toħroġ▐ rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dawk l-awtoritajiet kompetenti u li tidentifika l-aħjar prattiki u f'dak il-kuntest toħroġ linji gwida bil-għan li tissaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;

(f) li tissorvelja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, inklużi, fejn rilevanti, l-iżviluppi relatati max-xejriet fis-servizzi finanzjarji innovattivi u l-iżviluppi relatati max-xejriet f'fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza relatati;

(iia)  il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(g) li twettaq analiżijiet tas-suq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;"

(iii)  il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(h) li trawwem, fejn ikun rilevanti, il-protezzjoni tat-titolari tal-poloz, tal-membri u l-benefiċjarji ta' skemi tal-pensjoni, tal-konsumaturi u tal-investitur, b'mod partikolari fir-rigward tan-nuqqasijiet f'kuntest transfruntier u b'kunsiderazzjoni tar-riskji relatati";

(iiia)  jiddaħħlu l-punti (ia) u (ib) li ġejjin:

"(ia) li tikkoordina l-attivitajiet ta' infurzar fost l-awtoritajiet kompetenti;"

"(ib) li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' strateġija komuni ta' data finanzjarja tal-Unjoni;"

(iiib)  jiddaħħal il-punt (ka) li ġej:

"(ka) li tippubblika fuq is-sit web tagħha, u li taġġorna regolarment, l-istandards tekniċi regolatorji kollha, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida, r-rakkomandazzjonijiet u l-Mistoqsijiet u Tweġibiet għal kull att leġiżlattiv imsemmi fl-Artikolu 1(2), inklużi ħarsiet ġenerali li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali tal-ħidma li għaddejja u ż-żmien ippjanat għall-adozzjoni tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-Mistoqsijiet u Tweġibiet. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-lingwi ta' ħidma kollha tal-Unjoni Ewropea;"

(iv)  il-punt (l) huwa mħassar;

(v)  jiddaħħal il-punt (m) li ġej:

"(m) li toħroġ pariri fir-rigward tal-applikazzjonijiet ta' mudelli interni, li tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet u li tipprovdi assistenza kif previst fl-Artikolu 21a;";

(b)  jiddaħħal paragrafu 1a ġdid:

"1a. Meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtorità għandha:

(a) tuża s-setgħat sħaħ disponibbli lilha;

(b) filwaqt li jitqies b'mod dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sigurtà u solidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tikkunsidra b'mod sħiħ it-tipi differenti, il-mudelli ta' negozju u d-daqsijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c) tqis l-innovazzjoni teknoloġika, il-mudelli kummerċjali innovattivi u sostenibbli bħal kooperattivi u mutwali u l-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza";

(c)  fil-paragrafu 2, huma emendati dawn li ġejjin:

(i) jiddaħħal il-punt (ca):

"(ca) toħroġ rakkomandazzjonijiet kif stipulat fl-Artikoli 29a u 31a;";

(ia) jiddaħħal il-punt (da):

"(da) toħroġ twissijiet f'konformità mal-Artikolu 9(3);"

(ib) jiddaħħlu l-punti (ga), (gb) u (gc):

"(ga) toħroġ opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, jew lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16a;

(gb) toħroġ tweġibiet għal mistoqsijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 16b;

(gc) toħroġ ittri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien, kif stabbilit fl-Artikolu 9(a);"

(ii) il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(h) tiġbor l-informazzjoni meħtieġa dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji kif previst fl-Artikolu 35 u fl-Artikolu 35b";

(d)  jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Meta twettaq il-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tirrispetta b'mod strett il-liġijiet tal-livell 1 u l-miżuri tal-livell 2 u tapplika l-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' regolamentazzjoni aħjar, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt, l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa.

Il-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa msemmija fl-Artikoli 10, 15, 16 u 16a għandhom isiru bl-aktar mod miftuħ possibbli sabiex jiġi żgurat approċċ inklużiv lejn il-partijiet ikkonċernati kollha u għandhom jippermettu żmien raġonevoli sabiex il-partijiet ikkonċernati jwieġbu. L-Awtorità għandha tipprovdi u tippubblika rispons dwar kif l-informazzjoni u l-opinjonijiet miġbura mill-konsultazzjoni ntużaw f'abbozz ta' standard tekniku regolatorju, f'abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni, fil-linji gwida, fir-rakkomandazzjonijiet u fl-opinjonijiet.

L-Awtorità għandha tiġbor fil-qosor il-kontributi li rċeviet mingħand il-partijiet ikkonċernati b'mod li jippermetti li r-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar kwistjonijiet simili jkunu jistgħu jitqabblu ma' xulxin.";

(6)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(-aa)  fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi bħall-iżvilupp tal-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi finanzjarji u tal-prodotti għall-konsumatur fl-Istati Membri;"

(a)  fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt (ab) li ġej:

(ab) l-iżvilupp ta' indikaturi tar-riskju fil-livell tal-konsumaturi għall-identifikazzjoni f'waqtha tal-kawżi potenzjali ta' detriment għall-konsumaturi u għall-investituri;";

(ba)  fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti (da) u (db):

"(da) il-kontribuzzjoni għal kondizzjonijiet indaqs fis-suq intern fejn il-konsumaturi u d-detenturi tal-poloz ikollhom aċċess ġust għal servizzi u prodotti finanzjarji komparabbli u għal rimedji;

(db) jiġu kkoordinati attivitajiet ta' xiri simulat tal-awtorità kompetenti."

(c)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha tissorvelja l-attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 bl-għan li tippromwovi s-sikurezza u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza u l-effettività tal-prattiki superviżorji u regolatorji.

2a. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, l-Awtorità għandha tiżviluppa standards dwar il-kondotta tas-superviżjoni kummerċjali indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, pereżempju dwar is-setgħat u l-kompiti minimi. ";

(d)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali tal-Awtorità, Kumitat dwar il-proporzjonalità, biex tiżgura li d-differenzi fin-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, it-tibdil tal-mudell u l-prattika ta' negozju, u daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq jkunu riflessi fil-ħidma tal-Awtorità, u Kumitat dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha u l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta' attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u biex jipprovdi pariri biex l-Awtorità tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. L-awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tevita d-duplikazzjoni, l-inkonsistenzi u l-inċertezza legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-awtorità tista' tinkludi wkoll l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bħala parti mill-Kumitat.";

(ba)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-Awtorità tista', b'mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċerti tipi ta' prodotti, strumenti jew attivitajiet finanzjarji li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dannu finanzjarju sinifikanti għall-klijenti jew li jkunu ta' theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' parti minnha fl-Unjoni f'każijiet speċifikati u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew, jekk ikun meħtieġ, f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza konformement ma' u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18.

L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'intervalli adatti u mill-iktar fis, mill-inqas kull sitt xhur. L-awtorità tista' ġġedded il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni darbtejn, u wara dan il-perjodu ikun sar permanenti, sakemm l-Awtorità ma tqisx mod ieħor.

Stat Membru jista' jitlob lill-Awtorità biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F'dak il-każ l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx id-deċiżjoni tagħha.

L-Awtorità tista' wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta' attività jew prattika finanzjarja u, fejn hemm bżonn bħal dan, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta' kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni."

(6a)  jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

Artikolu 9aIttri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien

1.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu jiġu ssodisfati, l-Awtorità tista', f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha, toħroġ ittri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien fir-rigward ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fid-dritt tal-Unjoni li jkunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawn l-ittri ta' ebda azzjoni huma impenn temporanju min-naħa tal-Awtorità u tal-awtoritajiet kompetenti kollha rilevanti biex ma jinfurzawx in-nuqqas ta' konformità tal-istituzzjonijiet finanzjarji ma' dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux jistgħu jikkonformaw ma' dispożizzjonijiet speċifiċi bħal dawn minħabba għall-inqas xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)   il-konformità tqiegħed lill-istituzzjonijiet finanzjarji fi ksur ta' rekwiżiti legali u regolatorji oħra tad-dritt tal-Unjoni;

(b)  il-konformità mingħajr miżuri ulterjuri ta' livell 2 jew gwida ta' livell 3 ma tkunx meqjusa fattibbli mill-Awtorità;

(c)  il-konformità tkun ta' detriment serju jew thedded xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-fiduċja fis-suq, il-protezzjoni tal-klijent jew tal-investitur, il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni.

L-awtorità ma għandhiex toħroġ ittri ta' ebda azzjoni jekk tqis li dawn ikollhom effett detrimentali, li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tagħha, fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq il-protezzjoni tal-klijent jew tal-investitur.

2.  L-awtorità għandha tispeċifika fl-ittra tagħha ta' ebda azzjoni liema dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni huma soġġetti għan-nuqqas ta' infurzar, għaliex tqis li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma ssodisfati u f'liema data għandu jiskadi n-nuqqas ta' infurzar. It-tul ta' żmien tat-tali nuqqas ta' infurzar m'għandux jaqbeż is-sitt xhur.

3.  Jekk l-Awtorità tiddeċiedi li toħroġ ittra ta' ebda azzjoni, hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan. Fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi din l-informazzjoni, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Awtorità biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'ġimagħtejn. Fil-każ li jew il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jitolbu lill-Awtorità tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx id-deċiżjoni tagħha.

4.  Jekk l-Awtorità tkun ħarġet ittra ta' ebda azzjoni skont il-paragrafi 1 sa 3, għandha immedjatament tippubblikaha fuq is-sit web tagħha. L-awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li toħroġ ittra ta' ebda azzjoni f'intervalli xierqa u tista' ġġedidha biss għal perjodu wieħed ta' 6 xhur. Jekk deċiżjoni li tinħareġ ittra ta' ebda azzjoni ma tiġġeddidx wara perjodu ta' sitt xhur jew ta' sena, din għandha tiskadi awtomatikament.

(6a)  L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 10Standards tekniċi regolatorji

1. Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji. L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozzi ta' standards regolatorji tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Fl-istess waqt, l-Awtorità għandha tibgħat dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu tekniċi, m'għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta' politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. L-awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun u b'mod sħiħ bil-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji.

Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjalment relatati f'konformità mal-Artikolu 8(2a). L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji parzjalment biss, jew b'emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fil-każ li l-Kummissjoni ma tasalx għal deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku regolatorju, jekk tadottax l-imsemmi standard, għandha minnufih, u f'kull każ qabel ma jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Kwalunkwe dewmien fl-adozzjoni tal-abbozz ta' standard regolatorju m'għandux jimpedixxi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill milli jeżerċitaw is-setgħat ta' skrutinju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 13.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz ta' standard tekniku lura lill-Awtorità, fejn tispjega għalfejn hija ma tapprovahx, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha, u għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-kontenut ta' abbozz ta' standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

2. Fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta' standard tekniku regolatorju fil-limitu ta' żmien imniżżel fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), hija għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard regolatorju u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni tista' titlob tali abbozz f'limitu ta' żmien ġdid. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-limitu ġdid ta' żmien. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Awtorità jispjega r-raġunijiet għaliex mhix f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju.

3. Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta' standard tekniku regolatorju lill-Kummissjoni fil-limiti ta' żmien f'konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta standard tekniku regolatorju permezz ta' att delegat mingħajr abbozz mill-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati msemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Awtorità.

▌Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozzi ta' standard tekniku regolatorju u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fir-raba' subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandards tekniċi regolatorji.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti. Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozz ta' standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

4. L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu adottati permezz ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem "standard tekniku regolatorju" għandu jidher fit-titolu tagħhom. Huma għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih."

(6b)  Fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(6c)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15Standards tekniċi ta' implimentazzjoni

1. Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, u sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi msemmijin fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikunu tekniċi, m'għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta' politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dawk l-atti. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Fl-istess waqt, l-Awtorità għandha tibgħat dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Qabel ma tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali f'konformità mal-Artikolu 8(2a). L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni parzjalment biss, jew bl-emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan. Jekk il-Kummissjoni ma topponix, b'mod sħiħ jew parzjali, l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni propost fil-perjodu ta' evalwazzjoni, huwa għandu jitqies bħala approvat.

Fil-każ li l-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni, għandha minnufih, u f'kull każ qabel ma jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2).

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew ikollha l-intenzjoni li tapprovah parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħatu lura lill-Awtorità fejn tispjega għalfejn hija m'għandhiex l-intenzjoni li tapprovah, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha u għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu fil-forma ta' opinjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-ħames subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut ta' abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

2. F'każijiet fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), hija għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni tista' titlob tali abbozz f'limitu ta' żmien ġdid. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-limitu ġdid ta' żmien. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Awtorità jispjega r-raġunijiet għaliex mhix f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni.

3. Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-limiti ta' żmien f'konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta standard tekniku ta' implimentazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni mingħajr abbozz mill-Awtorità.

L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati msemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Awtorità.

▌Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fir-raba' subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti.

Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

4. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem "standard tekniku ta' implimentazzjoni" għandu jidher fit-titolu tagħhom. Huma għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih."

(7)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌il-paragrafu 1▌huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorità, sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

L-Awtorità tista' tindirizza wkoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li mhumiex definiti bħala awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, iżda li huma awtorizzati sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu f'konformità mal-mandat tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għandhom iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Awtorità ma għandhiex toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet koperti minn awtorizzazzjonijiet għal standards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni ta' Livell 1.

1a. L-awtorità tista', bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fi ħdan is-SESF, toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kollha jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), abbażi tal-proċedura ta' implimentazzjoni ta' konformità jew spjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida għandhom jitqiesu bħala adatti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). F'konformità ma' dak li ssemma hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jistabbilixxu prattiki addizzjonali rigward il-metodu ta' konformità mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa rigward il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u fejn applikabbli, mistoqsijiet u tweġibiet li hija toħroġ u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati tal-ħruġ ta' tali linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Tali konsultazzjonijiet u analiżi għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, titlob ukoll▌parir mill-Grupp ta' Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol imsemmi fl-Artikolu 37. L-Awtorità għandha tagħti raġunijiet meta ma twettaqx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew ma titlobx pariri mill-Grupp ta' Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u mill-Grupp ta' Partijiet Ikkonċernati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol."

(ba)  jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b, 2c u 2d li ġejjin:

"2a. Għall-finijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lil awtorità kompetenti waħda jew aktar jew lil istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar.

2b. L-Awtorità għandha tiddikjara fil-linji gwida u fir-rakkomandazzjoni tagħha kif tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fi ħdan is-SESF, kif tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u kif tirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 1a u 2a.

2c. Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx sempliċiment jirreferu għal, jew jirriproduċu, elementi ta' atti leġiżlattivi. Qabel ma toħroġ linja gwida jew rakkomandazzjoni ġodda, l-Awtorità għandha l-ewwel tirrieżamina l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti sabiex tevita kwalunkwe duplikazzjoni.

2d. Tliet xhur qabel toħroġ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 1a u fil-paragrafu 2a, l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontenut previst ta' dawn il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet."

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

""4. "Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li nħarġu, tispjega kif l-Awtorità ġġustifikat il-ħruġ ta' linji gwida skont il-paragrafu 1a u r-rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 2a, u tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet mill-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar dawn il-linji gwida skont l-Artikolu 8(2a). Ir-rapport għandu jiddikjara wkoll liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat ma' dawn il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u jissottolinja kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtorità kompetenti kkonċernata ssegwi l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tagħha.";

(d)  jiżdiedu l-paragrafi 5, 5a u 5b li ġejjin:

"5. Meta żewġ terzi tal-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni jew tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ikunu tal-opinjoni li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha permezz tal-ħruġ ta' linja gwida skont il-paragrafu 1a, huma jistgħu jibagħtu parir motivat dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5a. Meta mill-inqas nofs in-numru tal-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni jew tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ikunu tal-opinjoni li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha permezz tal-ħruġ ta' rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2a, huma jistgħu jibagħtu parir motivat dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5b. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu spjegazzjoni li tiġġustifika l-ħruġ tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati mill-Awtorità. Il-Kummissjoni għandha, malli tirċievi l-ispjegazzjoni mill-Awtorità, tivvaluta l-kamp ta' applikazzjoni tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet fid-dawl tal-kompetenza tal-Awtorità u tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jqisu li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha u wara li tkun tat lill-Awtorità l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ▌li titlob lill-Awtorità tirtira jew temenda l-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati. Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, u kull meta din tintalab mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u twieġeb kull mistoqsija magħmula lilha mill-membri tiegħu. Il-Parlament Ewropew jista' jitlob lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità tirtira jew temenda l-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika.";

(7a)  Jiddaħħlu l-Artikoli 16a u 16b:

"Artikolu 16aOpinjonijiet

1. Dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-qasam ta' kompetenza tagħha u fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità għandha tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dawk l-opinjonijiet m'għandhomx isiru pubbliċi sakemm dan ma jkunx speċifikat fit-talba.

2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista' tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika.

3. Fir-rigward tal-valutazzjoni prudenzjali tal-amalgamazzjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista', fuq applikazzjoni ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, minbarra fir-rigward tal-kriterji fl-Artikolu 59(1)(e) tad-Direttiva 2009/138/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perjodu ta' valutazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE. L-Artikoli 35 u 35b għandhom japplikaw għall-oqsma li fir-rigward tagħhom l-Awtorità tista' toħroġ opinjoni.

4. L-Awtorità tista', fuq talba mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, tipprovdi parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni matul il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u għal atti delegati li jikkonċernaw kwalunkwe proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 16bMistoqsijiet u tweġibiet

1. Għall-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni prattiċi tad-dispożizzjonijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet assoċjati adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jistgħu jressqu mistoqsija lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

Qabel ma jressqu mistoqsija lill-Awtorità, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jivvalutaw jekk l-ewwel għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija lill-awtorità kompetenti tagħhom.

Wara li tiġborhom u qabel tweġibhom, l-Awtorità għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1 għal kull att leġiżlattiv.

Dan il-proċess m'għandux jipprekludi lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet tal-Unjoni, milli jfittxu parir jew kjarifika tekniċi kunfidenzjali mill-Awtorità.

2. L-awtorità għandha tippubblika fis-sit web tagħha tweġibiet mhux vinkolanti għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, għal kull att leġiżlattiv, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li ressqet il-mistoqsija jew sakemm ma tinvolvix riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

3. Qabel ma tippubblika t-tweġibiet għall-mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista' tikkonsulta mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 16(2).

4. It-tweġibiet mill-Awtorità għandhom jitqiesu bħala adatti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni u l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet assoċjati adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi. L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jistabbilixxu prattiki oħrajn għall-konformità mar-rekwiżiti legali kollha applikabbli.

5. L-awtorità għandha tirrieżamina t-tweġibiet għal mistoqsijiet malli jitqies meħtieġ u xieraq jew sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom sabiex, fejn meħtieġ, tirrevedi, taġġorna jew tirtirahom.

6. Fejn xieraq, l-Awtorità għandha tikkunsidra t-tweġibiet ippubblikati meta tiżviluppa jew taġġorna linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16."

(8)  l-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tkun applikathom b'mod li jidher li jkun ksur tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 10 sa 15, b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dawk l-atti, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta' dan l-Artikolu.

2. "Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti, jew abbażi ta' informazzjoni fattwali u motivata sew minn organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet rilevanti jew fuq inizjattiva tagħha stess, u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità għandha twieġeb it-talba u, jekk ikun xieraq, tinvestiga l-ksur jew in-nuqqas ta' applikazzjoni allegati tad-dritt tal-Unjoni."

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha¸ inkluż dwar kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati skont id-dritt tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-Awtorità tista' tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lil awtoritajiet kompetenti oħrajn jew lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rilevanti, kull meta tali talba għal informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irriżultat jew titqies bħala neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni ta' allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Meta tiġi indirizzata lill-istituzzjonijiet finanzjarji, it-talba motivata għandha tispjega għaliex l-informazzjoni hija meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni ta' allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Id-destinatarju ta' talba bħal din għandu jipprovdi lill-Awtorità b'informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien bla bżonn.

Meta tkun ġiet indirizzata talba għal informazzjoni lil istituzzjoni finanzjarja, l-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar tali talba. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni, meta huma jintalbu jagħmlu dan mill-Awtorità.

3. L-Awtorità tista' tagħti bidu għal proċess ta' arbitraġġ mal-awtorità kompetenti kkonċernata sabiex tiddiskuti l-azzjoni meħtieġa għal finijiet ta' konformità mad-dritt tal-Unjoni. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkoopera b'mod leali f'dan l-arbitraġġ.

L-Awtorità tista', malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn 4 xhur mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti kkonċernata li fiha tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-mad-dritt tal-Unjoni tal-Unjoni.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista', wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu b'xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5. L-awtorità kompetenti, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma' dik l-opinjoni formali.

6. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 fil-perjodu ta' żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f'ħin opportun tali nuqqas ta' konformità sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-kondizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista', fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni fosthom il-waqfien ta' kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta tittieħed azzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ.

8. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu.

(8a)  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Meta l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali meta tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, jew il-ħarsien tal-klijenti u tal-konsumaturi, l-Awtorità tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żvilupp bħal dan billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni."

(9)  L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fil-każijiet speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) kif ukoll fil-każijiet kollha ta' nuqqas ta' qbil sinifikanti bejn żewġ awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew aktar li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 17, l-Awtorità tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jilħqu ftehim f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 f'waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  fuq talba ta' waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati meta awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta' azzjoni, azzjoni proposta jew inattività ta' awtorità kompetenti oħra;

(b)  fuq inizjattiva tagħha stess meta, abbażi ta' raġunijiet oġġettivi, inkluż abbażi ta' informazzjoni mill-parteċipant fis-swieq jew mill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, ikun jista' jiġi stabbilit nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti.

F'każijiet fejn l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun preżunt nuqqas ta' qbil fin-nuqqas ta' teħid ta' deċiżjoni konġunta minn dawk l-awtoritajiet fil-limiti ta' żmien stabbiliti f'dawk l-atti.";

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:

"1a. Fil-każijiet li ġejjin, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien, li ma ntlaħaq ebda ftehim:

(a)  meta jkun ġie previst limitu ta' żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u meta jseħħ l-aktar kmieni minn fost dawn li ġejjin:

(i) il-limitu ta' żmien ikun skada;

(ii) waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta' ftehim fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi;

(b)  meta ma jkun ġie previst ebda limitu ta' żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u meta jseħħ l-aktar kmieni minn fost dawn li ġejjin:

i.  waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta' ftehim fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi; jew

ii.  ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha awtorità kompetenti rċeviet talba minn awtorità kompetenti oħra sabiex tieħu ċerta azzjoni bil-għan li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u l-awtorità rikjesta tkun għadha ma adottat ebda deċiżjoni li tissodisfa t-talba.";

1b. Il-President għandu jivvaluta jekk l-Awtorità għandhiex taġixxi f'konformità mal-paragrafu 1. Meta l-intervent ikun fuq l-inizjattiva proprja tal-Awtorità, din tal-aħħar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha rigward l-intervent.

Sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Awtorità f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 47(3a), f'każijiet fejn l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet individwali tagħhom. Meta l-Awtorità tiddeċiedi li taġixxi, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tiġi konkluża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3.";

(d)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Meta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim matul il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjoni li teżiġi li dawk l-awtoritajiet jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura minn ċerta azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha torbot lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tista' teżiġi li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni li jkunu adottaw jew jagħmlu użu mis-setgħat li huma jkollhom skont id-dritt tal-Unjoni rilevanti.";

(e)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a. L-Awtorità għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-proċeduri skont il-paragrafi 2 u 3, flimkien ma', fejn applikabbli, id-deċiżjoni tagħha meħuda skont il-paragrafu 3.";

(f)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità u, b'hekk, tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li titlobha tieħu l-azzjoni meħtieġa bil-għan li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.";

(10)  L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Article 21Kulleġġi tas-superviżuri

1. L-Awtorità għandha tippromwovi u tissorvelja, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u trawwem il-konsistenza tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fost il-kulleġġi tas-superviżuri. Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-aħjar prattiki superviżorji, l-Awtorità għandha tippromwovi pjanijiet superviżorji konġunti u eżamijiet konġunti, u l-persunal mill-Awtorità għandu jkollu drittijiet sħaħ ta' parteċipazzjoni u b'hekk għandu jkun jista' jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri u jekk ikun xieraq imexxihom, inklużi eżamijiet fuq il-post, imwettqa b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2. L-Awtorità għandha tmexxi fl-iżgurar ta' funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi ta' superviżuri għall-istituzzjonijiet transfruntiera fl-Unjoni, b'kont meħud tar-riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, torganizza laqgħa ta' kulleġġ.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala "awtorità kompetenti" jew "awtorità superviżorja" skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

L-Awtorità tista':

(a) tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;

(b) tagħti bidu u tikkoordina testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f'konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza ta' istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tevalwa l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku f'sitwazzjonijiet ta' stress, waqt li jiġi żgurat li metodoloġija konsistenti tiġi applikata fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istress, inkluż biex isiru valutazzjonijiet speċifiċi. Hija tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, u tista' tieħu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post, sabiex tiġi żgurata l-komparabilità u l-affidabilità tal-metodi, il-prattiki u r-riżultati tal-valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha;

(c) tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom kif determinat skont il-proċess ta' rieżami superviżorju jew f'sitwazzjonijiet ta' stress;

(d) tissorvelja, f'konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f'dan ir-regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti; u

(e) titlob aktar deliberazzjonijiet ta' kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f'applikazzjoni inkorretta tad-dritt tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta' konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista' tirrikjedi wkoll li s-superviżur tal-grupp jippjana laqgħa tal-kulleġġ jew iżid punt mal-aġenda ta' laqgħa.

3. L-Awtorità tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 15 biex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' superviżuri u toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 16 biex tippromwovi konverġenza fil-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri.

4. L-Awtorità għandu jkollha rwol ta' medjazzjoni legalment vinkolanti sabiex issolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. L-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata f'konformità mal-Artikolu 19.

(11)  jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:

"Artikolu 21aMudelli interni

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 112 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-Awtorità għandha ▌fuq ▌talba minn waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji:

(a) Toħroġ parir lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati dwar l-applikazzjoni għall-użu jew għat-tibdil ta' mudell intern. Għaldaqstant, l-EIOPA tista' titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati; u

(b) Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil relatat mal-approvazzjoni ta' mudelli interni, tgħin lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jilħqu qbil f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

2. Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti skont l-Artikolu 231(6a) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi jistgħu jitolbu lill-EIOPA tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu qbil f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

(12)  l-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar riskji sistemiċi

1. L-Awtorità għandha tikkunsidra b'mod debitu r-riskju sistemiku kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta' tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:

(a) ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha; u

(b) li jkollu l-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.

L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.

2. L-Awtorità għandha, f'kollaborazzjoni mal-BERS, u f'konformità mal-Artikolu 23, tiżviluppa approċċ komuni għall-identifikazzjoni u l-kejl ta' importanza sistemika, inklużi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi kif inhu xieraq.

Dawn l-indikaturi għandhom ikunu element kritiku fid-determinazzjoni ta' azzjonijiet superviżorji xierqa. L-Awtorità għandha tagħmel monitoraġġ tal-livell ta' konverġenza fid-determinazzjonijiet li jsiru, bil-ħsieb li tippromwovi approċċ komuni.

3. Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif meħtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-istituzzjonijiet finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku li huma joħolqu.

L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

4. Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista' twettaq inkjesta dwar tip partikolari ta' istituzzjoni finanzjarja jew tip ta' prodott jew tip ta' kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja jew għall-protezzjoni tad-detenturi tal-poloz, membri u benefiċjarji tal-iskemi tal-pensjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista' tuża s-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament, inkluż l-Artikoli 35 u 35b

5. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura koordinazzjoni ġenerali u transsettorjali tal-attivitajiet imwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu.

(12a)  fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorità għandha, f'konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta' riskju sistemiku u sistema adegwata għas-simulazzjoni ta' kriżijiet li jinkludi valutazzjoni tal-potenzjal li riskju sistemiku maħluq jew iffaċċjat minn istituzzjonijiet finanzjarji jiżdied f'sitwazzjonijiet ta' tensjoni, inkluż riskju sistemiku potenzjali relatat mal-ambjent. L-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta' rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

L-Awtorità għandha tiżviluppa wkoll sistema adegwata għall-ittestjar tal-istress biex tgħin fl-identifikazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta' rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25."

(12b)  L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (g) huwa mħassar.

(b)  fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa mħassar;

(13)  l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

"(aa) li toħroġ il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 29a;";

(ii)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, li tkun tappartjeni għall-kwistjonijiet rilevanti kollha, inklużi ċ-ċibersigurtà u l-attakki ċibernetiċi ▌, b'rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data previsti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;";

(iii) Il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e) li tistabbilixxi programmi ta' taħriġ settorjali u trans-settorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, forom differenti ta' kooperattivi u soċjetajiet mutwi, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta' skemi tal-issekondar u għodod oħrajn;"

(iiia) jiddaħħal il-punt (ea) li ġej:

"(ea) li tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tar-riskji materjali ambjentali, soċjali u relatati mal-governanza, b'kunsiderazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi tas-COP 21";

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità tista', kif ikun xieraq, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta' konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiki superviżorji komuni.

Għall-fini tal-istabbiliment ta' kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u taġġorna manwal superviżorju tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni, filwaqt li tqis kif xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki kummerċjali, il-mudelli kummerċjali u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-manwal superviżorju tal-Unjoni għandu jistabbilixxi l-aħjar prattiki ▌ u għandu jispeċifika metodoloġiji u proċessi ta' kwalità għolja.

L-Awtorità għandha tikkunsidra kif xieraq il-manwal superviżorju fit-twettiq tal-kompiti tagħha, inkluż fil-valutazzjoni ta' ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 17, is-soluzzjoni ta' tilwim skont l-Artikolu 19, l-istabbiliment u l-valutazzjoni tal-għanijiet strateġiċi fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 29a u t-twettiq ta' rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30.

L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-opinjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-għodod u l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. Tali konsultazzjonijiet u analiżi għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-opinjonijiet jew l-għodod u r-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha titlob ukoll pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti."

(14)  Jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

"Artikolu 29aPjan Superviżorju Strateġiku

tal-Unjoni

1. L-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin u sal-31 ta' Marzu, wara dibattitu fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li tqis il-kontribuzzjonijiet irċevuti mill-awtoritajiet kompetenti, xogħol eżistenti mill-Istituzzjonijiet tal-UE u l-analiżi, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti, li tistabbilixxi objettivi u prijoritajiet strateġiċi superviżorji tal-Unjoni kollha ("Pjan Superviżorju Strateġiku") mingħajr preġudizzju għall-għanijiet nazzjonali u l-prijoritajiet tal-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw, fil-kontributi tagħhom, l-attivitajiet ta' superviżjoni li fil-fehma tagħhom għandhom jingħataw prijorità mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tibgħat il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandha tippubblikah fuq is-sit web tagħha.

Il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni għandu jidentifika prijoritajiet speċifiċi għall-attivitajiet superviżorji sabiex jippromwovi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u sabiex jindirizza x-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet, u b'hekk jantiċipa żviluppi inklużi mudelli kummerċjali, identifikati f'konformità mal-Artikolu 32. Il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki nazzjonali, li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-partikolaritajiet nazzjonali.

2. ▌Kull awtorità kompetenti għandha ▌ tistipula kif il-programm ta' ħidma annwali tagħha huwa allinjat mal-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni.

4. Kull awtorità kompetenti għandha, bħala parti mir-rapport annwali tagħha , tiddedika kapitolu dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali.

Il-kapitolu għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  deskrizzjoni tal-attivitajiet superviżorji u eżamijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-prattiki u l-imġibiet tas-swieq finanzjarji u tal-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet imposti kontra l-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli għall-ksur tad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni;

(b)  deskrizzjoni tal-attivitajiet li twettqu u li ma kinux previsti fil-programm ta' ħidma annwali;

(c)  rendikont tal-attivitajiet previsti fil-programm ta' ħidma annwali li ma twettqux u tal-objettivi ta' dak il-programm li ma ntlaħqux, kif ukoll tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' twettiq ta' dawk l-attivitajiet u lħuq ta' dawk l-objettivi.

5. L-awtorità għandha tivvaluta l-informazzjoni stabbilita fil-kapitolu ddedikat imsemmi fil-paragrafu 4. Meta jkun hemm riskji materjali li ma jkunux se jinkisbu l-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ rakkomandazzjoni lil kull awtorità kompetenti kkonċernata dwar kif jistgħu jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet rilevanti fl-attivitajiet tagħha.

Abbażi tar-rapporti u l-valutazzjoni tagħha tar-riskji, l-Awtorità għandha tidentifika l-attivitajiet tal-awtorità kompetenti li huma ta' importanza kritika għall-issodisfar tal-Pjan Superviżorju Strateġiku, u għandha, skont kif xieraq, twettaq rieżamijiet skont l-Artikolu 30 ta' dawk l-attivitajiet.

6. L-Awtorità għandha tagħmel l-aħjar prattiki identifikati matul il-valutazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali disponibbli għall-pubbliku.";

(15)  L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu tal-Artikolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti";

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1. Fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq rieżamijiet ta' wħud mill-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti, jew tal-attivitajiet kollha kemm huma, sabiex tkompli ssaħħaħ il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi li jippermettulha tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li ser jiġu analizzati u t-twettiq tar-rieżamijiet, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża l-informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 35 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-partijiet interessati, b'mod partikolari n-nuqqasijiet possibbli jew l-għaġir żbaljat ta' awtorità kompetenti.;

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitat ta' rieżami ad hoc ippresedut mill-Awtorità u magħmul esklużivament minn persunal mill-Awtorità, akkumpanjat u appoġġat, fuq bażi volontarja u b'rotazzjoni, minn mhux aktar minn ħames rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti differenti, bl-esklużjoni tal-awtorità kompetenti taħt rieżami.

(d)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

"Ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni ta', iżda ma għandux ikun limitat għal:";

(ii)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)  l-adegwatezza tar-riżorsi, il-grad ta' indipendenza u l-arranġamenti ta' governanza tal-awtorità kompetenti, b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effettiva tal-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;";

(iia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)  l-effettività u l-livell ta' konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 10 sa 16, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni, inklużi l-għanijiet tal-kultura superviżorja komuni skont l-Artikolu 29 u l-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni skont l-Artikolu 29a;"

(iib)  il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)  l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti;"

(e)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-rieżami. Dak ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta' segwitu li huma meqjusa xierqa u neċessarji, bħala riżultat tar-rieżami. Dawk il-miżuri ta' segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta' linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16, u opinjonijiet skont l-Artikolu 29(1)(a), indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

▌L-Awtorità għandha toħroġ rapport ta' segwitu dwar il-konformità mal-miżuri ta' segwitu mitluba. ▌

Meta tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-rieżami, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità.";

(f)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a. L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni jekk, wara li tkun qieset l-eżitu tar-rieżami jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli applikabbli tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetenti mill-perspettiva tal-Unjoni jew meta tqis li awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tkun applikathom b'mod li jidher li jikser id-dritt tal-Unjoni.";

(g)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4. L-Awtorità għandha tippubblika r-rapporti msemmija fil-paragrafu 3, inkluż kwalunkwe rapport ta' segwitu, sakemm il-pubblikazzjoni ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-awtorità kompetenti li hija soġġetta għar-rieżami għandha tiġi mistiedna sabiex tikkummenta qabel il-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe rapport. Qabel il-pubblikazzjoni, l-Awtorità għandha, fejn xieraq, tqis dawk il-kummenti. L-Awtorità tista' tippubblika dawk il-kummenti bħala anness għar-Rapport sakemm il-pubblikazzjoni ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-awtorità kompetenti toġġezzjona għall-pubblikazzjoni. Ir-rapport tal-Awtorità msemmi fil-paragrafu 3 u l-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet adottati mill-Awtorità msemmija fil-paragrafu 3a għandhom jiġu ppubblikati fl-istess waqt.";

(16)  L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. "L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta' koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew f'sitwazzjonijiet ta' negozju transfruntier sinifikanti li potenzjalment jaffettwaw il-protezzjoni tad-detenturi ta' poloz, tal-membri u l-benefiċjarji tal-iskemi tal-pensjonijiet fl-Unjoni."

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e) tieħu l-miżuri kollha adatti, inkluż l-istabbiliment u t-tmexxija ta' pjattaformi ta' kollaborazzjoni skont il-paragrafu 3b f'każ ta' żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji jew, f'sitwazzjonijiet ta' negozju transfruntier sinifikanti, potenzjalment jaffettwaw il-protezzjoni tad-detenturi ta' poloz, bil-ħsieb li tiffaċilita u tikkoordina l-azzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;"

(c)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt (ea):

"(ea) tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita l-adozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika bil-ħsieb ta' koordinament tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;"

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi 3, 3a, 3b u 3c ġodda li ġejjin:

"3. L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita d-dħul fis-suq tal-operaturi jew tal-prodotti li jiddependu fuq l-innovazzjoni teknoloġika. Sabiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' approċċ komuni Ewropew lejn l-innovazzjoni teknoloġika, l-Awtorità għandha tippromwovi l-konverġenza superviżorja, bl-appoġġ tal-kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, jekk ikun rilevanti, b'mod partikolari permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki. Fejn xieraq, l-Awtorità tista' tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16.

3a. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika kemm lill-Awtorità kif ukoll lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti dwar fejn biħsiebha twettaq awtorizzazzjoni relatata ma' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li hija taħt is-superviżjoni tagħha f'konformità mal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) li l-pjan ta' negozju tagħhom jipprevedi li parti tal-attivitajiet tagħha se ssir abbażi tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew abbażi tal-libertà ta' stabbiliment.

L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika wkoll mingħajr dewmien lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti meta tidentifika kundizzjonijiet ta' finanzjament li qed jiddeterjoraw jew riskji oħra emerġenti minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fin-negozju attwali, b'mod partikolari meta n-negozju jitwettaq, għal parti sinifikanti tal-attività tagħha, fuq il-bażi tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment li jistgħu jkollhom effett transfruntier sinifikanti.

Dawk in-notifiki lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu valutazzjoni xierqa.

3b. Fil-każijiet imsemmija fis-subparagrafi 1 u 2 tal-paragrafu 3a, l-Awtorità tista', fuq talba ta' awtorità kompetenti rilevanti waħda jew aktar jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tistabbilixxi u tikkoordina pjattaforma kollaborattiva kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 sabiex jitrawwem l-iskambju ta' informazzjoni u tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn rilevanti, tasal għal opinjoni komuni dwar il-każijiet imsemmija fis-subparagrafu 2 tal-paragrafu 3a.

Fejn l-Awtorità taċċerta, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, li istituzzjoni finanzjarja twettaq l-attività tagħha primarjament jew kompletament fi Stat Membru ieħor, hi għandha tinforma lill-awtoritajiet ikkonċernati u tista' tistabbilixxi, fuq inizjattiva tagħha, tikkoordina mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti pjattaforma kollaborattiva sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jipprovdu, fuq talba tal-Awtorità, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-pjattaforma kollaborattiva tiffunzjona b'mod xieraq.

3c. Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu opinjoni komuni fil-pjattaforma kollaborattiva, l-Awtorità tista' toħroġ rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluż data ta' skadenza sa meta l-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-bidliet rakkomandati. Meta l-awtorità kompetenti ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni mill-Awtorità, din għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha. Fil-każ li l-Awtorità tqis li dawn ir-raġunijiet mhumiex xierqa, hi għandha tagħmel pubblika r-rakkomandazzjoni tagħha flimkien mar-raġunijiet imsemmija hawn fuq."

(17)  jiddaħħal Artikolu 31a ġdid:

"Artikolu 31aIl-koordinazzjoni fuq id-delega u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, kif ukoll tat-trasferiment ta' riskju

1. L-Awtorità għandha, fuq bażi kontinwa, tikkoordina l-azzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti bl-għan li tippromwovi l-konverġenza superviżorja fl-oqsma tad-delega u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll fir-rigward tat-trasferimenti ta' riskju mwettqa minnhom f'pajjiżi terzi, biex jittieħed vantaġġ mill-passaport tal-UE waqt li essenzjalment jitwettqu attivitajiet jew funzjonijiet sostanzjali barra mill-Unjoni, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3▐. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għal deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni, superviżjoni u infurzar fir-rigward ta' delega u ta' esternalizzazzjoni ta' attivitajiet kif ukoll tat-trasferimenti ta' riskju.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità meta jkollhom il-ħsieb li jwettqu awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni ta' istituzzjoni finanzjarja li tkun taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti kkonċernata f'konformità mal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u meta l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja jinvolvi l-esternalizzazzjoni jew id-delega ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha jew kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ewlenin jew it-trasferiment tar-riskju ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha f'pajjiżi terzi, sabiex tibbenifika mill-passaport tal-UE, filwaqt li essenzjalment twettaq attivitajiet jew funzjonijiet sostanzjali barra l-Unjoni. In-notifiki mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità għandhom ikunu dettaljati biżżejjed▌.

3. Fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tapplika u ma timponi l-ebda obbligu speċifiku għan-notifika ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment tar-riskju, istituzzjoni finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar l-esternalizzazzjoni jew id-delega ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha jew kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ewlenin tagħha, u t-trasferiment tar-riskju ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha, lil entità oħra jew lill-fergħa tagħha stabbilita f'pajjiż terz. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-Awtorità dwar tali notifiki fuq bażi semi-annwali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, fuq talba tal-Awtorità, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment ta' riskju mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

L-Awtorità għandha tissorvelja jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jivverifikawx li l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment ta' riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu huma konklużi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, konformi mal-linji gwida, mar-rakkomandazzjonijiet jew mal-opinjonijiet mill-Awtorità u ma jipprevenux is-superviżjoni effettiva mill-awtoritajiet kompetenti [u l-infurzar] f’pajjiż terz.

3a. Jekk l-arranġamenti ta' verifika ta' awtorità kompetenti jipprevjenu superviżjoni jew infurzar effettivi u jinvolvu riskji għal arbitraġġ regolatorju fl-Istati Membri, l-Awtorità tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti kkonċernata dwar kif tista' ttejjeb l-arranġamenti ta' verifika tagħha, inkluża data ta' skadenza sa meta l-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-bidliet rakkomandati. Jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet, hi għandha tiddikjara r-raġunijiet u l-Awtorità għandha tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha pubblika flimkien ma' dawk ir-raġunijiet.

3b. Il-Kummissjoni għandha fi żmien [sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tfassal rapport, li jqis l-approċċi differenti fil-leġiżlazzjoni settorjali fir-rigward tal-valutazzjoni, il-materjalità tal-attività li għandha tiġi esternalizzata jew delegata u li tinvestiga l-possibbiltà ta' approċċ aktar armonizzat f'dan ir-rigward permezz tal-ispeċifikazzjoni potenzjali tal-kriterji u l-metodoloġija komuni. Il-Kummissjoni għandha tagħti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

F'dan, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a) il-kontinwità tal-attività,

(b) il-kapaċità amministrattiva effettiva,

(c) il-kapaċità effettiva biex isir awditu tal-attivitajiet delegati u esternalizzati kif ukoll it-trasferimenti tar-riskju."

(18)  L-Artikolu 32 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 32Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

, inklużi testijiet tal-istress

1.  L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma liż-żewġ ASE l-oħra, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ▌tas-swieq li fihom joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom fuq tali istituzzjonijiet l-iżviluppi potenzjali tas-suq.

2.  L-Awtorità ▌ għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi negattivi tas-suq b'mod realistiku. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a)  metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta' xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta' istituzzjoni;

(aa)  metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;

(b)  approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta' dawn il-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c)  metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' prodotti partikulari jew proċessi ta' distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni u fuq it-titolari tal-poloz, il-membri ta' skemi tal-pensjoni, il-benefiċjarji u t-tagħrif tal-konsumatur; u

(ca)  metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS, li għandu jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali fir-rigward tat-tmexxija tal-politiki monetarji.

2a.  Mill-inqas kull sena, l-Awtorità għandha tikkunsidra jekk ikunx xieraq li twettaq il-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bir-raġunament tagħha. Meta jitwettqu valutazzjonijiet bħal dawn mal-Unjoni kollha, l-Awtorità▌għandha tiddivulga r-riżultati għal kull istituzzjoni finanzjarja parteċipanta, ħlief jekk tqis li din id-divulgazzjoni tkun inadegwata b'kunsiderazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, l-integrità tas-suq jew il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern.

L-obbligi tas-segretezza professjonali tal-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw l-eżitu tal-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 jew milli jibagħtu l-eżitu ta' tali valutazzjonijiet lill-Awtorità għall-fini tal-pubblikazzjoni mill-Awtorità tar-riżultati tal-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, darba fis-sena, u aktar ta' spiss jekk meħtieġ, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha, b'rabta mal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 22(2).

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta' prevenzjoni jew ta' rimedju.

4.  L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt.";

(20)  l-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 33Relazzjonijiet internazzjonali

inkluża l-ekwivalenza

1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet regolatorji u superviżorji, ▌organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m'għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m'għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma' dawk il-pajjiżi terzi.

Meta pajjiż terz, f'konformità ma' att delegat fis-seħħ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jkunx fuq il-lista ta' ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddidiet sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità m'għandhiex tikkonkludi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz.

2. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza li jappartjenu għar-reġimi superviżorji u regolatorji f'pajjiżi terzi wara talba speċifika għal pariri mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja tagħhom, jew meta tintalab tagħmel dan mill-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

2a. L-Awtorità għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja l-iżviluppi superviżorji u regolatorji, il-prattiki ta' infurzar u l-iżviluppi tas-suq rilevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza mill-Kummissjoni skont l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jiġi vverifikat jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet u kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti fih, għadhomx issodisfati. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u liż-żewġ ASE l-oħra kull tliet snin jew aktar ta' spiss meta jkun xieraq jew fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiffoka b'mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investitur jew il-funzjonament tas-suq intern.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ▌ta' pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Dik il-kooperazzjoni għandha tiġi segwita abbażi ta' arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:

(a)  il-mekkaniżmi li jippermettu lill-Awtorità tikseb informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni dwar ir-reġim regolatorju, l-approċċ superviżorju, l-iżviluppi tas-suq rilevanti u kwalunkwe bidliet li jistgħu jaffettwaw id-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza;

(b)  ▌ safejn ikun meħtieġ għas-segwitu ta' tali deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi, fejn meħtieġa, spezzjonijiet fuq il-post imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità, fejn xieraq, akkumpanjati u appoġġati minn u sa ħames rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti differenti fuq bażi volontarja u b'rotazzjoni, u mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz.

L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-ASE l-oħra meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b'mod effettiv. Il-Kummissjoni għandha tqis din l-informazzjoni meta tirrevedi d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza rilevanti.

2b. Meta l-Awtorità tidentifika żviluppi fir-rigward tar-regolamentazzjoni, is-superviżjoni jew il-prattiki ta' infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2a li jistgħu jħallu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien.

2c. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Awtorità bil-quddiem dwar l-intenzjonijiet tagħhom li jikkonkludu kwalunkwe arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma rregolati mill-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż fir-rigward tal-fergħat tal-entitajiet ta' pajjiżi terzi. Huma għandhom jipprovdu simultanjament lill-Awtorità abbozz ta' arranġamenti ppjanati bħal dawn malajr kemm jista' jkun.

L-Awtorità tista' tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti biex tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu tali arranġamenti li jservu bħala mudell mill-aktar qrib possibbli.

Meta l-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tiżviluppa tali arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jikkonkludu arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi qabel ma jitlesta l-arranġament li jservi bħala mudell.

Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma' awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f'pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza u l-attività ta' monitoraġġ segwita mill-Awtorità f'konformità mal-paragrafu 2a.

3a. L-Awtorità għandha tfittex sħubija sħiħa fl-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Superviżuri tal-Assigurazzjoni, l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Superviżuri tal-Pensjoni, u fil-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, u għandha tikseb status ta' osservatur fil-Bord dwar il-Monitoraġġ tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

Kwalunkwe pożizzjoni li l-Awtorità tieħu fil-fora internazzjonali għandha l-ewwel tiġi diskussa u approvata mill-Bord tas-Superviżuri.

3b. L-Awtorità għandha, kull meta jkun xieraq, tissorvelja l-iżviluppi regolatorji, superviżorji u fejn applikabbli, ta' riżoluzzjoni u l-prattiki tal-infurzar flimkien mal-iżviluppi tas-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ġew konklużi ftehimiet internazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn xieraq, anki mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-pajjiżi terzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu."

(21)  L-Artikolu 34 huwa mħassar.:

(22)  L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, diment li jkollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti.

L-informazzjoni pprovduta għandha tkun preċiża, kompleta u sottomessa fil-limitu ta' żmien preskritt mill-Awtorità.

2. L-Awtorità tista' titlob ukoll li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti u f'formati speċifikati jew permezz ta' mudelli komparabbli approvati mill-Awtorità. Dejjem meta jkun possibbli, dawn it-talbiet għandhom isiru bl-użu tal-formati tar-rapportar komuni eżistenti u għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità previst fid-dritt nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, inkluż fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3. Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-Awtorità għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li għandha u li tkun meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq il-kompiti tagħha▐.";

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Meta l-informazzjoni mitluba f'konformità mal-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx magħmula disponibbli mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Awtorità, din tal-aħħar tista' tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lil kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a) lil awtoritajiet oħrajn b'funzjonijiet superviżorji;

(b) lill-ministeru responsabbli għall-finanzi fl-Istat Membru kkonċernat fejn dan ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu;

(c) lill-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat;

(d) lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.";

(c)   il-paragrafi 6 u 7 huma mħassra;

(23)  jiddaħħlu l-Artikoli 35a sa 35d li ġejjin:

"Artikolu 35aEżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 35b

Is-setgħat mogħtija lill-Awtorità, lil kwalunkwe wieħed mill-uffiċjali tagħha jew lil persuna oħra awtorizzata mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 35 ma għandhomx jintużaw sabiex jesiġu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għal privileġġ legali.

L-Artikoli 35a u 35b għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali.

Artikolu 35bTalba għal informazzjoni lil istituzzjonijiet finanzjarji

1. Meta l-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 5 tal-Artikolu 35 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx magħmula disponibbli fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Awtorità, hija tista', mingħajr ma toħloq data doppja, titlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-Awtorità tkun tista' taqdi d-doveri tagħha skont dan ir-Regolament.

4. Fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli stabbilit mill-Awtorità, l-istituzzjonijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba. ▌

5. L-awtorità għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba ▌lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija domiċiljata jew stabbilita l-entità rilevanti elenkata fil-paragrafu 1 ikkonċernata mit-talba għall-informazzjoni.

6. L-Awtorità tista' tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi f'konformità ma' dan l-Artikolu għall-finijiet biss tat-twettiq tal-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.";

Artikolu 35cRegoli proċedurali għall-impożizzjoni ta' multi

1. Meta, fil-qadi ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-awtorità ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur imsemmi fl-Artikolu 35d(1), l-Awtorità għandha titlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-kwistjoni. ▌

Artikolu 35d Multi u ħlasijiet penali perjodiċi

-1. Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjoni jew lill-entità soġġetta għat-talba għal informazzjoni l-opportunità li tinstema'.

Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali biss fuq is-sejbiet li dwarhom l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa meta hija ssib li istituzzjoni jew entità elenkata fl-Artikolu 35b(1) naqset, intenzjonalment jew b'mod negliġenti, milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa jew jekk tkun ipprovdiet informazzjoni inkompleta, skorretta jew qarrieqa skont l-Artikolu 35b(1).

2. Il-multa bażika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tammonta għal mill-inqas EUR [X; inqas minn EUR 50 000] u ma għandhiex taqbeż EUR [Y; inqas minn EUR 200 000 ] u għandha tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata għad-daqs tal-istituzzjoni jew l-entità u n-natura u s-sinifikat tal-ksur.

L-Awtorità, flimkien mal-ABE u l-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-iffissar tal-multi skont dan il-paragrafu.

5. ▌Il-multa totali ma għandhiex taqbeż [X%; inqas minn l-20 %] tal-fatturat annwali tal-entità kkonċernata fis-sena finanzjarja preċedenti, sakemm l-entità ma tkunx ibbenefikat finanzjarjament, direttament jew indirettament, mill-ksur. F'dak il-każ, il-multa totali għandha tkun mill-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju finanzjarju.

5a. Il-Kummissjoni tista' timponi ħlas perjodiku bħala penali sakemm il-ksur jiġi mmodifikat. Il-ħlas perjodiku bħala penali għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-istituzzjoni jew l-entità u n-natura u s-sinifikat tal-ksur.

5b. Id-dritt tad-difiża tal-istituzzjoni jew tal-entità għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ matul il-proċedura. L-istituzzjoni jew l-entità għandha tkun intitolata li jkollha aċċess għall-fajls tal-Awtorità u tal-Kummissjoni, soġġetta għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għal fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-Awtorità jew tal-Kummissjoni.

5c. L-infurzar tal-multa jew tal-ħlas perjodiku bħala penali jista' jiġi sospiż biss permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet soġġetti għal multa jew ħlas perjodiku bħala penali jistgħu jibdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali. Il-Qorti tista', fost oħrajn, tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku bħala penali li tkun imponiet il-Kummissjoni.

5d. Il-Kummissjoni għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku bħala penali li jkun ġie impost, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

5e. L-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi bħala penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

▌(24)  L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, l-Awtorità għandha tiddiskuti dik it-twissija jew rakkomandazzjoni fil-laqgħa segwenti tal-Bord tas-Superviżuri, jew, fejn adatt, qabel, sabiex tivvaluta l-implikazzjonijiet, u segwitu possibbli, ta' tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, jekk kwalunkwe azzjoni għandhiex tittieħed skont is-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet u l-kontenut ta' dik l-azzjoni.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix fuq twissija jew rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan. Il-BERS għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan f'konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Il-BERS għandu jinforma wkoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dan."

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità tista', fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b’dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta' azzjoni."

(d)  Il-paragrafu 6 huwa mħassar.

(25)  L-Artikolu 37 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 37 Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

1. Biex jgħinu fil-faċilitazzjoni tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandhom jiġu stabbiliti Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn 'l quddiem flimkien imsejħa "Gruppi tal-Partijiet Interessati"). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom ikunu kkonsultati dwar azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tekniċi implimentattivi u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet, l-Artikolu 16a dwar l-opinjonijiet u l-Artikolu 16b dwar il-mistoqsijiet u t-tweġibiet. Jekk ikollhom jittieħdu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiġu mgħarrfa kemm jista' jkun malajr.

Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiltaqgħu mill-anqas erba' darbiet fis-sena. Huma jistgħu, flimkien, jiddiskutu oqsma ta' interess reċiproku u jinfurmaw lil xulxin bil-kwistjonijiet l-oħra li qed jiġu diskussi.

Il-membri ta' grupp wieħed ta' partijiet interessati jistgħu jkunu wkoll membri tal-grupp l-ieħor tal-partijiet interessati.

2. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni għandu jkun kompost minn 30 membru, 13-il Membru li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat l-impriżi fil-qasam tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw fl-Unjoni, li tlieta minnhom għandhom jirrappreżentaw l-assiguraturi u r-riassiguraturi kooperattivi u mutwali, 13-il membru li jirrappreżentaw ir-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom, kif ukoll il-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, ir-rappreżentanti tal-SMEs u r-rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti u erba' mill-membri tiegħu għandhom ikunu persuni mill-qasam akkademiku indipendenti tal-ogħla klassifika ▐

3. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jkun kompost minn 30 membru, 13-il membru li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar mix-xogħol li joperaw fl-Unjoni, 13-il membru li jirrappreżentaw lil rappreżentanti tal-impjegati, rappreżentanti tal-benefiċjarji, rappreżentanti tal-SMEs u rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti u erba' mill-membri tiegħu għandhom ikunu persuni mill-qasam akkademiku indipendenti tal-ogħla klassifika. ▐

4. Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Ikkonċernati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura riflessjoni tad-diversità tas-settur tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll tas-settur tal-pensjoni okkupazzjonali, bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tal-ġeneri xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati għandhom jintgħażlu skont il-kwalifiki, il-ħiliet, l-għarfien rilevanti u l-kompetenzi pprovati tagħhom.

4a. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti għandhom jaħtru President tal-Grupp minn fost il-membri tiegħu. Il-pożizzjoni ta' President għandha tinżamm għal perjodu ta' sentejn.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President ta' kwalunkwe Grupp tal-Partijiet Interessati biex jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija magħmula lilu mill-Membri kull meta jintalab jagħmel dan.

5. L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġetta għas-segretezza professjonali kif stabbilit fl-Artikolu 70 u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati li qed jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, bl-esklużjoni ta' rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis ix-xogħol preparatorju u ta' segwitu tal-membri u għandu jkun tal-inqas ekwivalenti għar-rati ta' rimborż ta' uffiċjali skont it-Titolu V, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (Regolamenti tal-Persunal). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom iservu għal perjodu ta' erba' snin u wara għandha ssir proċedura tal-għażla ġdida.

Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

6. Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jippreżentaw pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari għall-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16b u l-Artikoli 29, 30, 32 u 35.

Meta l-membri tal-Gruppijiet tal-Partijiet Interessati ▐ ma jkunux jistgħu jaqblu dwar parir, terz tal-membri jew il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta' partijiet ikkonċernati għandhom jitħallew joħorġu ▐ parir separat

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati u l-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jistgħu joħorġu opinjonijiet u pariri konġunti dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont l-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.

7. Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jadottaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom abbażi tal-qbil ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri rispettivi tagħhom.

8. L-Awtorità għandha tippubblika ▐ l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati, il-pariri separati tal-Membri tiegħu, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu kif ukoll kif tqiesu l-pariri u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet."

(25a)  L-Artikolu 38(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 18, 19 jew 20 ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri."

(26)  L-Artikolu 39 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 39 Il-Proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet

1. L-Awtorità għandha taġixxi f'konformità mal-paragrafi 2 sa 6 meta tadotta d-deċiżjonijiet previsti skont l-Artikoli 17, 18 u 19.

2. L-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju ta' deċiżjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta' żmien li matulu d-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tad-deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Id-destinatarju jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-lingwa uffiċjali tiegħu. Id-dispożizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza għandha tapplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(3).

3. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

4. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu informati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

5. Meta l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew l-Artikolu 18(4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.

6. L-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità skont l-Artikoli ▌18 jew 19 għandha ssir pubblika. L-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikolu 17 tista' ssir pubblika. Il-pubblikazzjoni għandha tiddivulga l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta' dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jew mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew tkun tista' tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.”;

(27)  L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħlu l-punti (aa) u (ab)li ġejjin:

"(aa) il-membri tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time msemmija fl-Artikolu 45(1) ma għandux ikollhom vot;";

(ab) il-kap tal-amministrazzjoni tal-Istat Membru responsabbli min-negozjar u l-adozzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) bl-iskop li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 10 sa 15";

(ia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji f'kull Stat Membru bl-iskop li jaġixxi fl-ambitu ta' kwalunkwe kompetenza ħlief dawk il-kompetenzi stipulati fl-Artikoli 10 sa 15, li għandhom jiltaqgħu personalment tal-inqas darbtejn fis-sena;"

(ib)  il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(d) rappreżentant wieħed tal-BERS li m'għandux ikollu vot u li għandu joqgħod lura milli jieħu pożizzjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq ta' politiki monetarji."

(aa)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Kull awtorità ▌għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta' livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafi 1(ab) u 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi"

(ab)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4a. Għall-iskop ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 10 sa 15, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni għandu jkun membru li m'għandux vot tal-Bord tas-Superviżuri, u rappreżentant wieħed tal-Parlament Ewropew għandu jkun osservatur u rappreżentant wieħed tal-amministrazzjonijiet ta' kull Stat Membru għandhom ikunu osservaturi fil-Bord tas-Superviżuri."

(ac)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. "Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistieden osservaturi."

▌(c)  jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:

"5a. Meta l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx responsabbli għall-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi f'dak il-punt jista' jiddeċiedi li jistieden rappreżentant mill-awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi tal-Istat Membru, li ma għandux ikollu vot. Fil-każ fejn ir-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-konsumaturi tkun kondiviża minn diversi awtoritajiet fi Stat Membru, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni.";

(28)  L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 41Kumitati interni

"Il-Bord Eżekuttiv jista' jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Il-Bord tas-Superviżuri jista' jipprevedi d-delega ta' ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b'mod ċar lill-kumitati interni, lill-Bord Eżekuttiv jew lill-President.

(29)  l-Artikolu 42▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 42 Indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri

Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri ▌tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ▌jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.;

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas ebda korp pubbliku jew privat ieħor m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta' dmirijiethom.

Meta l-grad ta' indipendenza msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 30(2) ikun ġie vvalutat bħala insuffiċjenti f'konformità ma' dak l-Artikolu, il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jew jissospendi temporanjament id-drittijiet tal-vot tal-membru individwali jew li jissospendi temporanjament is-sħubija tiegħu jew tagħha fi ħdan l-Awtorità sakemm jinsab rimedju għan-nuqqas."

(30)  L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u jkun il-korp ewlieni li jieħu d-deċiżjonijiet għal deċiżjonijiet strateġiċi u deċiżjonijiet ta' politika ewlenin.

Ħlief jekk ikun stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta▌rakkomandazzjonijiet, linji gwida, opinjonijiet u deċiżjonijiet tal-Awtorità u joħroġ il-parir imsemmi fil-Kapitolu II▌.";

(b)  jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(c)  il-paragrafu 4 ▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, abbażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija, il-programm ta' ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jibagħtu għall-finijiet ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

L-Awtorità għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha fir-rigward tar-rieżamijiet li jidentifikaw, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti u l-attivitajiet soġġetti għar-rieżamijiet f'konformità mal-Artikolu 30. Jekk debitament ġustifikat, l-Awtorità tista' tidentifika awtoritajiet kompetenti addizzjonali soġġetti għar-rieżami;

Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

(d)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-Bord tas-Superviżuri, fuq il-bażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fl-Artikolu 47(9f) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat."

(e)  jitħassar il-paragrafu 8;

(30a)  jiddaħħal l-Artikolu 43a li ġej:

"Artikolu 43a

Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri

Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha, tal-inqas, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċeduri ta' dik il-laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. "

(31)  L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Id-Deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ ta' parità, il-President għandu jkollu vot deċiżiv.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-atti, l-abbozzi u l-istrumenti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5), l-Artikolu 9a u l-Kapitolu VI u b'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Il-membri fuq bażi full-time tal-Bord Eżekuttiv u l-President ma għandhomx jivvotaw fuq dawn id-deċiżjonijiet.

1a. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta d-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 32, 31a u 35b sa 35h skont l-Artikolu 47(3) b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 32, 31a u 35b sa 35h, jista' jemenda dawn id-deċiżjonijiet. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta dawn id-deċiżjonijiet emendati b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet emendati msemmija fit-tieni subparagrafu kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn perjodu ta' erba' xhur, il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjoni.";

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu 1a:

1a. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta d-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35h skont l-Artikolu 47(3) b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35h, jista' jemenda dawn id-deċiżjonijiet. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta dawn id-deċiżjonijiet emendati b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet emendati msemmija fit-tieni subparagrafu kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn perjodu ta' erba' xhur, il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjoni.";

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni."

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-membri mingħajr dritt tal-vot u l-osservaturi ma għandhom jipparteċipaw f'ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).";

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-President u għall-membri li huma wkoll membri tal-Bord Eżekuttiv. ▌";

(32)  fil-Kapitolu III, it-titolu tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Taqsima 2

Bord Eżekuttiv";

(33)  L-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 45Kompożizzjoni

"1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u minn tliet membri fuq bażi full time, li għandhom ikunu ċittadin ta' Stat Membru. Il-President għandu jassenja kompiti maniġerjali u ta' politika definiti b'mod ċar lil kull wieħed mill-membri fuq bażi full-time, b'mod partikolari responsabbiltajiet għal kwistjonijiet baġitarji, għal kwistjonijiet li jirrigwardjaw il-programm ta' ħidma tal-Awtorità, u għal kwistjonijiet ta' konverġenza. Wieħed mill-membri fuq bażi full-time għandu jaġixxi bħala Viċi President u jwettaq il-kompiti tal-President fin-nuqqas tiegħu jew f'każ ta' impediment raġonevoli, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2. Il-membri fuq bażi full-time għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza prattika tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-mudelli kummerċjali differenti tagħhom, u s-swieq partikolarment fl-assigurazzjoni u l-pensjonijiet okkupazzjonali, inklużi l-interessi tal-konsumatur u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja. Il-membri fuq bażi full-time għandu jkollhom esperjenza maniġerjali estensiva. Tal-inqas wieħed mill-membri fuq bażi full-time m'għandux ikun ġie impjegat minn awtorità kompetenti nazzjonali matul is-sena qabel ma jinħatar. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa għall-kandidati, li trid tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li warajha l-Kummissjoni għandha tħejji lista mqassra ta' kandidati kkwalifikati, filwaqt li tikkonsulta lill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-lista mqassra lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta' dik il-lista mqassra, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni sabiex jinħatru l-membri esterni tal-Bord Eżekuttiv ▌. Il-kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha.

3. Meta membru tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 46 jew ikun instab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadottaw deċiżjoni sabiex ineħħuh mill-kariga.

4. Il-mandat tal-membri fuq bażi full-time għandu jkun ta' ħames snin u jiġġedded darba. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' ħames snin tal-membru fuq bażi full-time, il-Bord tas-Superviżuri għandu jevalwa:

(a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu;

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-Awtorità fis-snin li ġejjin.

Wara li tqis l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill il-lista tal-membri fuq bażi full-time li jrid ikollhom il-mandat tagħhom imġedded. Abbażi ta' din il-lista u wara li jikkunsidra l-evalwazzjoni, il-Kunsill jista' jestendi l-mandat tal-membri fuq bażi full-time.";

(34)  jiddaħħal l-Artikolu 45a li ġej:

"Artikolu 45aTeħid tad-deċiżjonijiet

1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ ta' parità, il-President għandu jkollu vot deċiżiv. Fuq talba tal-President jew mill-inqas ta' tliet membri tal-Bord Eżekuttiv, id-deċiżjonijiet għandhom jiġu riferuti lill-Bord tas-Superviżuri.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv mingħajr id-dritt li jivvota, ħlief fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 63.

3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu.

4. Il-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu u għandhom jiġu ppreseduti mill-President.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kull meta l-Bord Eżekuttiv iqis li huwa meħtieġ. Huwa għandu jirrapporta regolarment lill-Bord tas-Superviżuri u jiltaqa' mill-inqas ħdax-il darba fis-sena.

5. ▌Il-parteċipanti mingħajr id-dritt tal-vot ma għandhom jattendu għal ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Eżekuttiv b'rabta ma' istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

5a. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun intitolat li jibgħat talbiet speċifiċi għal informazzjoni lill-Bord Eżekuttiv.";

(35)  jiddaħħal l-Artikolu 45b li ġej:

"Artikolu 45bKumitati interni

Il-Bord Eżekuttiv jista' jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu.";

(36)  l-Artikolu 46 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 46L-indipendenza

tal-Bord Eżekuttiv

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ▌jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ma għandhomx jokkupaw karigi fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni, jew internazzjonali.

La l-Istati Membri, la l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor ma għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Eżekuttiv fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.";

(37)  l-Artikolu 47 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 47Il-kompiti

1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha f'konformità ma' dan ir-Regolament. Huwa għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Awtorità f’konformità ma' dan ir-Regolament.

2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipproponi programm ta' ħidma annwali u pluriennali sabiex jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri.

3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu f’konformità mal-Artikoli 63 u 64.

Għall-finijiet tal-Artikoli 17, 19, 22(4) u 30, ▌il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti sabiex jaġixxi u jieħu deċiżjonijiet. Għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35d, il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti biex iħejji d-deċiżjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet stabbilita fil-paragrafu 1a tal-Artikolu 44. Il-Bord Eżekuttiv għandu jżomm lill-Bord tas-Superviżuri informat bid-deċiżjonijiet kollha li jħejji u jieħu.

3a. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeżamina u jagħti opinjoni ▌dwar il-kwistjonijiet kollha li jridu jiġu deċiżi mill-Bord tas-Superviżuri.

4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta l-pjan ta' politika tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 68(2), il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti dwar il-Persunal").

5. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 72.

6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar id-dmirijiet tal-President, abbażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fil-paragrafu 9(f) tal-Bord tas-Superviżuri għall-approvazzjoni.

7. Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell f'konformità mal-Artikolu 58(3) u (5), b'kont meħud ta' proposta mill-Bord tas-Superviżuri.

8. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jagħmlu pubbliċi l-laqgħat kollha organizzati u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f'konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.

9. Il-Membru inkarigat għandu jkollu l-kompiti speċifiċi li ġejjin:

(a) li jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Eżekuttiv;

(b) li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Awtorità f’konformità ma' dan ir-Regolament;

(c) li jħejji programm ta' ħidma pluriennali, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2);

(d) li jħejji programm ta' ħidma sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena għas-sena ta' wara, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2);

(e) li jfassal abbozz ta' baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 63 u li jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 64;

(f) li jħejji abbozz ta' rapport annwali li jkun jinkludi taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi;

(g) li jeżerċita s-setgħat stipulati fl-Artikolu 68 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u li jiġġestixxi l-kwistjonijiet relatati mal-persunal.";

(38)  l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-President għandu jkun ċittadin ta' Stat Membru u għandu jkun responsabbli biex iħejji l-ħidma u biex jippresiedi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Eżekuttiv.";

(b)    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Għall-fini tal-għażla tal-President, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kumitat tal-Għażla magħmul minn sitt individwi indipendenti ta' livell għoli. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri kull wieħed tal-Kumitat tal-Għażla. Il-Kumitat tal-Għażla għandu jaħtar il-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Kumitat tal-Għażla għandu jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi dwar il-pubblikazzjoni tal-avviż ta' post battal, il-kriterji tal-għażla u l-profil speċifiku tal-impjieg, l-għamla tal-grupp ta' applikanti kif ukoll dwar il-metodu li bih il-grupp ta' applikanti jiġi evalwat sabiex titfassal lista qasira, ibbilanċjata bejn il-ġeneri, ta' tal-inqas żewġ kandidati. Fil-każ ta' parità, il-President tal-Kumitat tal-Għażla għandu jkollu vot deċiżiv.

Il-President għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, b'mod partikolari fl-assigurazzjoni u l-pensjonijiet okkupazzjonali, wara sejħa miftuħa għall-kandidati li trid tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jkollu numru sinifikanti ta' snin ta' esperjenza rikonoxxuta li tkun rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja kif ukoll esperjenza ta' maniġment superjuri, ikun kapaċi juri ħiliet ta' tmexxija u standards għoljin ta' effiċjenza, kapaċità u integrità, u jkollu għarfien ipprovat tal-inqas ta' żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Il-Kumitat tal-Għażla għandu jippreżenta l-lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjoni tal-President lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-kandidati magħżula għal seduti pubbliċi jew bil-magħluq, iressaq mistoqsijiet bil-miktub lill-kandidati, joġġezzjona għall-ħatra ta' kandidat u jirrakkomanda l-kandidat preferit tiegħu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta sabiex jaħtru l-President mil-lista mqassra ta' kandidati.

2a. Meta l-President ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 49 jew ikun instab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq proposta mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva proprja tagħhom, jadottaw deċiżjoni konġunta sabiex ineħħuh mill-kariga. Meta tkun qed tabbozza l-proposta tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.";

(ba)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3. Il-mandat tal-President għandu jkun ta' tmien snin u ma jistax jiġġedded."

(c)    il-paragrafu 4 ▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' 8 snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

(a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu;

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-Awtorità fis-snin li ġejjin.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar President alternattiv temporanju minn fost il-membri tiegħu.";

(d)    il-paragrafu 5 huwa mħassar;

(38a)  l-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 49L-indipendenza

tal-President

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas ma għandu jieħu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern▐ jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m'għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta' dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, il-President għandu, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji."

(39)  jiddaħħal l-Artikolu 49a li ġej:

"Artikolu 49aSpejjeż

Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha organizzati mal-partijiet ikkonċernati esterni fi żmien ġimagħtejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f'konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.";

(40)  l-Artikoli 50, 51, 52 u 53 huma mħassra;.

(41)  l-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib sabiex tiżgura konsistenza transsettorjali, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet settorjali, mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), b'mod partikolari, fejn mitlub mid-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta':

– konglomerati finanzjarji u konsolidazzjoni transfruntiera;

kontabilità u verifika;

– analiżi mikroprudenzjali ta' żviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali għall-istabbilità finanzjarja,

– prodotti tal-investiment bl-imnut;

ċibersigurtà;

skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki mal-BERS u ▌l-ASE.

servizzi finanzjarji għall-konsumatur u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri;

l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità."

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a.   Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum fejn l-Awtorità għandha tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward ta' kwistjonijiet marbuta mal-interazzjoni bejn il-kompiti tal-Awtorità u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, u l-kompiti speċifiċi msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 konferiti lill-Awtorità Bankarja Ewropea.";

(42)  l-Artikolu 55▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 55Kompożizzjoni

1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-Presidenti tal-ASE ▌.

2. Membru wieħed tal-Bord Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u t-tieni President tal-BERS u, fejn rilevanti, il-President ta' kwalunkwe Sottokumitat tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll, meta jkun rilevanti ta' kwalunkwe wieħed mis-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 57, bħala osservaturi.

3. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jinħatar fuq bażi ta' rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-ASE. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun it-tieni Viċi President tal-BERS.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Il-Kumitat Konġunt jista' jistieden osservaturi. Il-Kumitat Konġunt għandu jilħaq pożizzjonijiet konġunti b'kunsens. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' mill-anqas darba kull tliet xhur.

4a. Il-President tal-Awtorità għandu b'mod regolari jikkonsulta u jinforma lill-Bord tas-Superviżuri dwar kwalunkwe pożizzjoni meħuda fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tas-sottokumitati tiegħu.";

(42a)  l-Artikolu 56 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Article 56

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tipprova tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq) kif xieraq.

Fejn mitlub mid-dritt tal-Unjoni, l-atti skont l-Artikoli 10 sa ▐ 19 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta' kwalunkwe atti oħra tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li jaqgħu wkoll fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom jiġu adottati, b'mod parallel, mill-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), kif xieraq.

Meta d-deċiżjoni tal-Awtorità tiddevja mill-pożizzjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1, jew fejn ma setgħet tittieħed ebda deċiżjoni, l-Awtorità għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħha."

(42b)  L-Artikolu 57 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikoli 57 Sottokumitati

1. Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi sottokumitati għall-finijiet tat-tħejjija tal-abbozz ta' pożizzjonijiet konġunti u ta' atti komuni għall-Kumitat Konġunt.

2. Is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-Presidenti tal-ASE, u minn rappreżentant wieħed ta' livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3. Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li għandu jkun osservatur fil-Kumitat Konġunt.";

3a. Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-konglomerati finanzjarji għall-Kumitat Konġunt.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu s-Sottokumitati stabbiliti kollha, inklużi l-mandati tagħhom u lista tal-membri tagħhom bil-funzjonijiet rispettivi tagħhom fis-sottokumitat."

(43)  L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. Il-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa b'dan stabbilit."

(-aa)  fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni tajba b'rekord ippruvat ta' għarfien rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u esperjenza professjonali internazzjonali, fuq livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-swieq bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità u membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet Okkupazzjonali. Il-membri għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru u għandu jkollhom għarfien profond ta' tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità u l-proporzjonalità tal-eżerċizzju tal-Awtorità tal-poteri tagħha.

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għall-espressjonijiet ta' interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Wara li jirċievi l-lista mqassra, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-kandidati għall-membri u l-membri supplenti jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija magħmula mill-Membri tiegħu qabel ma dawn jinħatru.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-membri tal-Bord tal-Appell jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija magħmula lilhom mill-Membri tiegħu kull meta jintalbu jagħmlu dan.";

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Membru tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità ma għandux jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta' mġiba ħażina serja u l-Bord Eżekuttiv jieħu deċiżjoni għal dak l-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuri.";

(ba)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8. L-ASE għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali permanenti adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt."

(44)  fl-Artikolu 59, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jaġixxu b'mod indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma ma għandhomx ikunu marbutin b'ebda istruzzjoni. Huma m'għandhom iwettqu ebda dmir ieħor fir-rigward tal-Awtorità, fil-Bord tat-Tmexxija tagħha jew fil-Bord ta' Superviżuri tagħha.

2. Il-membri tal-Bord tal-Appell u l-persunal tal-Awtorità li jipprovdu appoġġ operazzjonali u segretarjali m'għandhom jieħdu sehem f'ebda proċediment ta' appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

(45)  fl-Artikolu 60, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jappellaw kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 16, 16a, 17, 18, 19 u 35 u inkluż rigward il-proporzjonalità tagħha u kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità f'konformità mal-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, hija ta' tħassib dirett u individwali għal dik il-persuna.

2. L-appell, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta' notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien 3 xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat."

(46)  L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Id-dħul tal-Awtorità għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħrajn ta' dħul, fi kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn li ġejjin:

(a) kontribuzzjoni ta' bilanċ mill-Unjoni, imdaħħla fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni (taqsima dwar il-Kummissjoni), li għandha tkun tal-inqas 35 % tad-dħul proġettat tal-Awtorità;

(aa) kontribuzzjonijiet obbligatorji ta' mhux aktar minn 65 % tad-dħul proġettat tal-Awtorità mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

(b) skont l-evoluzzjoni tal-ambitu tas-superviżjoni speċifika għall-istituzzjoni, kontribuzzjonijiet annwali mill-istituzzjonijiet finanzjarji, abbażi tan-nefqa proġettata annwali relatata mal-attivitajiet rikjesti minn dan ir-Regolament u mill-Atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) għal kull kategorija ta' parteċipanti fi ħdan il-mandat tal-Awtorità;

(c) kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.

(d) kontribuzzjonijiet minn Stati Membri jew osservaturi;

(e) ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u għal kwalunkwe servizz ieħor mitlub mill-awtoritajiet kompetenti.

1a. Id-dħul li tirċievi l-Awtorità m'għandux jikkomprometti l-indipendenza jew l-oġġettività tagħha."

(aa)  fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-estimi għandhom ikunu bbażati fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tal-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 47(2), u għandhom iqisu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi u jinkisbu r-riżultati mistennija."

(b)  jiżdied il-paragrafu 3a li ġej:

5. Il-kontribuzzjonijiet volontarji minn Stati Membri u osservaturi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu aċċettati jekk tali aċċettazzjoni tqajjem dubju dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awtorità.";

(48)  L-Artikolu 63 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 63L-istabbiliment tal-baġit

1. Kull sena, il-Membru inkarigat għandu jfassal abbozz provviżorju tad-dokument uniku ta' programmazzjoni tal-Awtorità għat-tliet snin finanzjarji ta' wara, li jistabbilixxi d-dħul u n-nefqa proġettati, kif ukoll informazzjoni dwar il-persunal, mill-programmazzjoni annwali u pluriennali tiegħu u jibagħtu lill-Bord Eżekuttiv u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta' stabbiliment.

1a. Il-President għandu jippreżenta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li warajh il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz li kien approvat mill-Bord Eżekuttiv, jadotta d-dokument uniku ta' programmazzjoni għat-tliet snin finanzjarji ta' wara.

1b. Id-dokument uniku ta' programmazzjoni għandu jintbagħat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sal-31 ta' Jannar. Mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-baġit annwali, il-Parlament Ewropew għandu japprova d-dokument uniku ta' programmazzjoni.

2. B'kont meħud tad-dokument uniku ta' programmazzjoni, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni ta' bilanċ li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat.

3. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta' bilanċ lill-Awtorità u tapprova l-limitu għall-infiq totali tal-Awtorità.

4. Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Huwa għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn neċessarju, huwa għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

5. Il-Bord Eżekuttiv għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini.

5a.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji jew implikazzjonijiet fit-tul għall-finanzjament tal-baġit tal-Awtorità, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini, inklużi l-klawżoli ta' waqfien.";

(49)  L-Artikolu 64 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 64L-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit

"1. Il-Membru inkarigat għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità.

2. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità, li għandu jkun indipendenti, għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara. L-Artikolu 70 m'għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti li tkun fil-kompetenza tal-Qorti.

3. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità.

4. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

5. Wara li jikkunsidra l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità, li jaġixxi fuq responsabbiltà proprja, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Il-Membru inkarigat għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawn il-kontijiet.

6. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-1 ta' Lulju, pakkett tar-rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

8. Il-Membru inkarigat għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta' din tal-aħħar sat-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ukoll kopja ta' dik it-tweġiba lill-Bord Eżekuttiv u lill-Kummissjoni.

9. Il-Membru inkarigat għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar u kif previst fl-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

10. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N.

10a. L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew prevista fil-proċedura ta' kwittanza.";

(49a)  jiddaħħal l-Artikolu 64a li ġej:

"Artikolu 64aAwditjar Intern tal-Awtorità

"L-Awtorità għandha tistabbilixxi Kumitat tal-Awditjar Intern li għandu jipprovdi opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwittanza ta' dik il-parti tal-baġit li mhijiex iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni."

(50)  L-Artikolu 65 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 65Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013* għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

*Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).”;

(51)  fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

*Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).";

(52)  l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini tal-applikazzjoni tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inklużi l-membri tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time u l-President tagħha.  

2. Il-Bord Eżekuttiv, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa, f'konformità mal-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.";

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex l-esperti nazzjonali minn Stati Membri jkunu jistgħu jiġu ssekondati lill-Awtorità.";

(53)  L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-membri tal-persunal kollha tal-Awtorità, inklużi l-uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħrajn kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

L-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika għall-membri kollha tal-persunal tal-Awtorità, inklużi uffiċjali sekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali.";

(b)  fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux iżomm lill-Awtorità u lill-awtoritajiet kompetenti milli jużaw l-informazzjoni għall-infurzar tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u, b'mod partikolari, għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.";

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a. Il-Bord Eżekuttiv u l-Bord tas-Superviżuri għandhom jiżguraw li l-individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, fir-rigward tal-kompiti tal-Awtorità, inklużi uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-Bord Eżekuttiv u mill-Bord tas-Superviżuri jew maħtura mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-iskop, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk fil-paragrafi preċedenti.

L-istess rekwiżiti għas-segretezza professjonali għandhom japplikaw ukoll għall-osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv u tal-Bord tas-Superviżuri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Awtorità.";

(d)  il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iżommu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament u ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni ▌.

Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal kull persuna li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar theddida jew ħsara għall-interess pubbliku fil-kuntest tar-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4. L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni  (UE, Euratom) 2015/444

4a. L-Awtorità għandha tistabbilixxi mezzi ta' rappurtar iddedikati biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna li tirrapporta dwar ksur attwali jew potenzjali ta' atti tal-Unjoni jew abbuż tad-dritt jew każijiet ta' amministrazzjoni ħażina.";

(54)  L-Artikolu 71 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/XXX (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-Istituzzjonijiet u l-Korpi tal-UE) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.";

(55)  fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.";

(56)  fl-Artikolu 73, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.";

(57)  fl-Artikolu 74, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Eżekuttiv.";

(57a)  fl-Artikolu 75, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha tikkoopera mal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, li japplikaw leġiżlazzjoni li ġiet rikonoxxuta ekwivalenti fl-oqsma ta' kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif inhu previst fil-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 218 TFUE.

3. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward ta' pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, fil-ħidma tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Dawn jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fl-amministrazzjoni tal-Awtorità, iżda għandhom jiżguraw li dawk il-pajjiżi ma jattendu għall-ebda diskussjoni relatata mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett."

(58)  jiddaħħal l-Artikolu 75a li ġej:

"Artikolu 75aEżerċitar tad-delega

1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35d(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35d(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

(59)  L-Artikolu 76 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 76 Ir-relazzjoni mas-CEIOPS

L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tas-CEIOPS. Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tas-CEIOPS għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Is-CEIOPS għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu sa mid-data ta' dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mis-CEIOPS u mill-Kummissjoni."

(60)  jiddaħħal l-Artikolu 77a ġdid:

Artikolu 77aDispożizzjonijiet tranżitorji

Il-kompiti u l-pożizzjoni tad-Direttur Eżekuttiv maħtur f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva 2014/51/UE u fil-kariga tiegħu fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jieqfu f'dik id-data.

Il-kompiti u l-pożizzjoni tal-President maħtur f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva 2014/51/UE u fil-kariga tiegħu fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikomplu sal-iskadenza tad-data.

Il-kompiti u l-pożizzjoni tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura f'konformità ma' dan ir-Regolament Nru 1093/2010 kif emendat l-aħħar mid-Direttiva (UE) 2014/51/UE u fil-kariga tagħhom fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jieqfu f'dik id-data.".

(60a)  L-Artikolu 79 huwa mħassar.

(60b)  L-Artikolu 80 huwa mħassar.

(60c)  L-Artikolu 81 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 81 Rieżami

1. Sa ... [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:

(a) l-effettività u l-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti:

(i) l-indipendenza funzjonali tal-awtoritajiet kompetenti u l-konverġenza fl-istandards ekwivalenti għall-governanza korporattiva;

(ii) l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;

(b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c) il-progress miksub fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjament tal-Unjoni;

(d) ir-rwol tal-Awtorità fir-rigward tar-riskju sistemiku;

(e) l-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 38;

(f) l-applikazzjoni tar-rwol ta' medjazzjoni vinkolanti stabbilita fl-Artikolu 19;

(fa) il-funzjonament tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt;

2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a) huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur bankarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(b) huwiex xieraq li titwettaq superviżjoni prudenzjali u li jiġi ssorveljat it-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;

(c) huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;

(d) l-evoluzzjoni tas-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(e) hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan is-SESF;

(f) ir-responsabbiltà u t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni humiex xierqa;

(g) ir-riżorsi tal-Awtorità humiex adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;

(h) huwiex adegwat li s-sede tal-Awtorità tinżamm jew jekk l-ASE jitmexxewx f’sede unika biex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejniethom.

2a. Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati kollha rilevanti, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tal-ittri ta' ebda azzjoni skont l-Artikolu 9c ta' dan ir-Regolament.

2b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2a, flimkien ma' proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3. Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta' skala pan-Ewropea u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tas-suq, l-istabilità tas-suq intern u l-koeżjoni tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-adegwatezza li l-Awtorità tiġi fdata b’responsabbiltajiet superviżorji ulterjuri f'dan il-qasam.";

4. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Ir-Regolament (UE) 1095/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament u fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/9/KE, tad-Direttiva 98/26/KE, tad-Direttiva 2001/34/KE, tad-Direttiva 2002/47/KE, tad-Direttiva 2003/71/KE, tad-Direttiva 2004/39/KE, tad-Direttiva 2004/109/KE, tad-Direttiva 2009/65/KE, tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, tar-Regolament 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***, tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****, tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*****, tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****** u tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u, sa fejn dawn l-atti japplikaw għad-ditti li jipprovdu servizzi ta' investiment jew għall-impriżi ta' investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fi ħdan il-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta' kwalunkwe att tal-Unjoni legalment vinkolanti ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

* Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

**Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

***Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).”

****Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1–72).

*****Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84–148).

******Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349–496).";

(aa)    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-parteċipanti tas-suq fir-rigward ta' kwistjonijiet li mhumiex koperti direttament fl-atti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż kwistjonijiet dwar governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, b'kunsiderazzjoni ta' mudelli kummerċjali sostenibbli u l-integrazzjoni ta' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, bil-kondizzjoni li tali azzjonijiet mill-Awtorità jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawk l-atti. L-Awtorità għandha wkoll tieħu azzjoni adatta fil-kuntest ta' attentati ta' akkwiżizzjoni, kwistjonijiet ta' clearing u ħlas u derivattivi."

(b)    jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal atti tal-Unjoni oħrajn li jagħtu l-funzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jew superviżjoni u s-setgħat korrispondenti lill-Awtorità.";

(ba)    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-Awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tikkontribwixxi għal:

(a) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż, b'mod partikolari, livell sod, effikaċi u konsistenti ta' regolamentazzjoni u superviżjoni;

(b) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji;

(c) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali;

(d) jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni;

(e) jiġi żgurat li t-teħid ta' riskji ta' investiment u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati b'mod xieraq; ▐

(f) tissaħħaħ il-protezzjoni tal-klijent u tal-investitur;

(fa) tissaħħaħ il-konverġenza superviżorja fis-suq intern kollu, inkluż il-promozzjoni ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tan-negozju.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16a lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni▌.

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji li n-nuqqas tagħhom jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement, oġġettivament u b'mod mhux diskriminatorju u trasparenti fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-awtorità għandha tapplika l-prinċipji ta' rendikont u ta' integrità u għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati kollha jkunu ttrattati b'mod ġust f'dan ir-rigward.

Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità m'għandhomx jaqbżu dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jew tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 u għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta' istituzzjoni jew swieq li huma affettwati mill-azzjoni tal-Awtorità."

(2)  ▌L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni effettiva u suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji."

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom u fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni."

(c)  fil-paragrafu 5 ▌jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Ir-referenzi f'dan ir-Regolament għas-superviżjoni jinkludu l-attivitajiet kollha rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, tal-awtoritajiet kompetenti kollha li jridu jitwettqu skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).";

(2a)  L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3 Responsabbiltà tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja

1. L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

2. Matul kwalunkwe investigazzjoni mwettqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 tat-TFUE, l-Awtorità għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament Ewropew.

3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tad-dmirijiet tal-President u għandu jibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

L-Awtorità għandha tinkludi fir-rapport annwali msemmi fl-ewwel subparagrafu informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma' awtoritajiet superviżorji, dwar organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f'pajjiżi terzi, dwar l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza u dwar l-attività ta' monitoraġġ segwita mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 33.

4. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President jipparteċipa f'seduta ta' smigħ quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità. Għandha ssir seduta tal-inqas annwalment. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu, kull meta dan ikun meħtieġ.

5. Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1c.

6. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

7. L-Awtorità għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal mistoqsijiet indirizzati lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat minn meta tasal il-mistoqsija.

8. Fuq talba, il-President għandu jagħmel diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President, mal-Viċi Presidenti u mal-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fejn tali diskussjonijiet huma meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 tat-TFUE. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.

9. L-Awtorità għandha tistabbilixxi reġistru ta' dokumenti u l-istat ta' aċċessibbiltà tagħhom.

10. L-Awtorità għandha tagħti lill-Parlament Ewropew sommarju sinifikanti tal-proċedimenti ta' kwalunkwe laqgħa tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja u l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u ta' kwalunkwe korp jew istituzzjoni internazzjonali oħra rilevanti li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji.

(3)  fil-punt (3) tal-Artikolu 4, il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(ii) fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u (UE) 2015/849, l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dawk id-Direttivi mill-impriżi li jipprovdu servizzi ta' investiment u mill-impriżi ta' investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom;";

(4)  L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(2) Bord Eżekuttiv, li għandu jeżerċita l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 47;";

(b)    Il-punt (4) huwa mħassar;

(4a)  L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7Sede

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f'Pariġi, Franza.

Il-post tas-sede tal-Awtorità ma għandux jaffettwa l-eżekuzzjoni tal-kompiti u tas-setgħat tal-Awtorità, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta' governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha, jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li jippermetti, fejn ikun applikabbli, l-kondiviżjoni ma' aġenziji tal-Unjoni ta' servizzi ta' appoġġ amministrattiv u ta' ġestjoni tal-faċilitajiet li ma jkunux relatati mal-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità. Sa ... [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li jemenda] u kull 12-il xahar minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma' dak ir-rekwiżit."

(5)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(-i)  Il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

"(a) abbażi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, b'mod partikolari ▌billi tiżviluppa ▌abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u miżuri oħra, inklużi opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16a;"

(i)  jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

"(aa) li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal superviżorju tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni li jistabbilixxi l-aħjar prattiki superviżorji u metodoloġiji u proċessi ta' kwalità għolja u li jqis, fost l-oħrajn, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli kummerċjali li qegħdin jinbidlu u d-daqs tal-parteċipanti tas-swieq finanzjarji u s-swieq;";

(iia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, tħeġġeġ u tissorvelja l-indipendenza superviżorja, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;"

(ii)  il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(e) li torganizza u twettaq rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti, bl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u, f'dak il-kuntest, li toħroġ▐ rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dawk l-awtoritajiet kompetenti u li tidentifika l-aħjar prattiki u f'dak il-kuntest toħroġ linji gwida bil-għan li tissaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;

(f) li tissorvelja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, inklużi, fejn rilevanti, l-iżviluppi relatati max-xejriet fis-servizzi finanzjarji innovattivi u l-iżviluppi relatati max-xejriet f'fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza relatati;

(iia)  Il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(g) li twettaq analiżijiet tas-suq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;

(iii)  il-punt (h) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(h) li ssaħħaħ, fejn ikun rilevanti, il-protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, b'mod partikolari fir-rigward tan-nuqqasijiet f'kuntest transfruntier u b'kunsiderazzjoni tar-riskji relatati;";

(iiia)  jiddaħħlu l-punti (ia) u (ib) li ġejjin:

"(ia) li tikkoordina l-attivitajiet ta' infurzar fost l-awtoritajiet kompetenti;"

(ib) li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' strateġija komuni ta' data finanzjarja tal-Unjoni;"

(iiib)  jiddaħħal il-punt (ka) li ġej:

"(ka) li tippubblika fuq is-sit web tagħha, u li taġġorna regolarment, l-istandards tekniċi regolatorji kollha, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-Mistoqsijiet u Tweġibiet għal kull att leġiżlattiv imsemmi fl-Artikolu 1(2), inklużi ħarsiet ġenerali li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali tal-ħidma li għaddejja u ż-żmien ippjanat għall-adozzjoni tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-Mistoqsijiet u Tweġibiet. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-lingwi ta' ħidma kollha tal-Unjoni Ewropea;"

(iv)  il-punt (l) huwa mħassar;

(b)  jiddaħħal paragrafu 1a ġdid:

"1a. Meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha bf'konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtorità għandha:

(a) tuża s-setgħat sħaħ disponibbli għaliha; u

(b) tqis b'mod dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sigurtà u s-solidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tikkunsidra b'mod sħiħ it-tipi differenti, il-mudelli ta' negozju u d-daqsijiet tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji;

(c) tqis l-innovazzjoni teknoloġika, il-mudelli kummerċjali innovattivi u sostenibbli u l-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza;

(c)  fil-paragrafu 2, huma emendati dawn li ġejjin:

(i)  jiddaħħal il-punt (ca):

"(ca) toħroġ rakkomandazzjonijiet kif stipulat fl-Artikoli 29a u 31a;";

(ia) jiddaħħal il-punt (da):

"(da) toħroġ twissijiet f'konformità mal-Artikolu 9(3);"

(ib) jiddaħħlu l-punti (ga), (gb) u (gc):

"(ga) toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16a;

(gb) toħroġ tweġibiet għal mistoqsijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 16b;

(gc) toħroġ ittri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien, kif stabbilit fl-Artikolu 9a;"

(ii)  il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(h) tiġbor l-informazzjoni meħtieġa dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji kif previst fl-Artikolu 35 u fl-Artikolu 35b";

(d)  jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Meta twettaq il-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tirrispetta b'mod strett il-liġijiet tal-livell 1 u l-miżuri tal-livell 2 u tapplika l-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' regolamentazzjoni aħjar, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt, l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa.

Il-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa msemmija fl-Artikoli 10, 15, 16 u 16a għandhom isiru bl-aktar mod miftuħ possibbli sabiex jiġi żgurat approċċ inklużiv lejn il-partijiet ikkonċernati kollha u għandhom jippermettu żmien raġonevoli sabiex il-partijiet ikkonċernati jwieġbu. L-Awtorità għandha tipprovdi u tippubblika rispons dwar kif l-informazzjoni u l-opinjonijiet miġbura mill-konsultazzjoni ntużaw f'abbozz ta' standard tekniku regolatorju, f'abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni, fil-linji gwida, fir-rakkomandazzjonijiet u fl-opinjonijiet.

L-Awtorità għandha tiġbor fil-qosor il-kontributi li rċeviet mingħand il-partijiet ikkonċernati b'mod li jippermetti li r-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar kwistjonijiet simili jkunu jistgħu jitqabblu ma' xulxin."

(6)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(-a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi bħall-iżvilupp tal-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi finanzjarji u tal-prodotti għall-konsumatur fl-Istati Membri;"

(-aa)  fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti (da) u (db):

"(da)  il-kontribuzzjoni għal kondizzjonijiet indaqs fis-suq uniku fejn il-konsumaturi u utenti oħra ta' servizzi finanzjarji jkollhom aċċess ġust għal servizzi u prodotti finanzjarji komparabbli u għal rimedji;

(db)  jiġu kkoordinati attivitajiet ta' xiri simulat tal-awtorità kompetenti."

(b)    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha tissorvelja l-attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 bil-għan li tippromwovi s-sikurezza u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza u l-effettività tal-prattiki superviżorji u regolatorji.

2a. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, l-Awtorità għandha tiżviluppa standards dwar il-kondotta tas-superviżjoni kummerċjali indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, pereżempju dwar is-setgħat u l-kompiti minimi. ";

(c)    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali tal-Awtorità, Kumitat dwar il-proporzjonalità, biex tiżgura li d-differenzi fin-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, it-tibdil tal-mudelli u l-prattika ta' negozju, u daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq ikunu riflessi fil-ħidma tal-Awtorità, u Kumitat dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha u l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta' attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u biex jipprovdi pariri biex l-Awtorità tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tevita d-duplikazzjoni, l-inkonsistenzi u l-inċertezza legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-awtorità tista' tinkludi wkoll l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bħala parti mill-Kumitat.";

(ba)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5. L-Awtorità tista', b'mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċerti tipi ta' prodotti, strumenti jew attivitajiet finanzjarji li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dannu finanzjarju sinifikanti għall-klijenti jew li jkunu ta' theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' parti minnha fl-Unjoni f'każijiet speċifikati u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew, jekk ikun meħtieġ, f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza konformement ma' u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18."

L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'intervalli adatti u mill-iktar fis, mill-inqas kull sitt xhur. L-Awtorità tista' ġġedded il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni darbtejn, u wara li jgħaddi dan il-perjodu jsiru permanenti, sakemm l-Awtorità ma tqisx mod ieħor.

Stat Membru jista' jitlob lill-Awtorità biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F'dak il-każ l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx id-deċiżjoni tagħha.

L-Awtorità tista' wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta' attività jew prattika finanzjarji u, fejn hemm bżonn bħal dan, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta' kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni."

(6a)  jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

Artikolu 9aIttri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien

1.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu jiġu ssodisfati, l-Awtorità tista', f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha, toħroġ ittri ta' ebda azzjoni b'limitu ta' żmien fir-rigward ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fid-dritt tal-Unjoni li jkunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawn l-ittri ta' ebda azzjoni huma impenn temporanju min-naħa tal-Awtorità u tal-awtoritajiet kompetenti kollha rilevanti biex ma jinfurzawx in-nuqqas ta' konformità tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji ma' dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni meta l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux jistgħu jikkonformaw ma' dispożizzjonijiet speċifiċi bħal dawn minħabba għall-inqas xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)   il-konformità tkun tqiegħed lill-parteċipant fis-swieq finanzjarji fi ksur ta' rekwiżiti legali u regolatorji oħra tad-dritt tal-Unjoni;

(b)  il-konformità mingħajr miżuri ulterjuri ta' livell 2 jew gwida ta' livell 3 ma tkunx meqjusa fattibbli mill-Awtorità;

(c)  il-konformità tkun ta' detriment serju jew theddida għal xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-fiduċja fis-suq, il-protezzjoni tal-klijent jew tal-investitur, il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni.

L-awtorità ma għandhiex toħroġ ittri ta' ebda azzjoni jekk tqis li dawn ikollhom effett detrimentali, li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tagħha, fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq il-protezzjoni tal-klijent jew tal-investitur.

2.  L-awtorità għandha tispeċifika fl-ittra tagħha ta' ebda azzjoni liema dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni huma soġġetti għan-nuqqas ta' infurzar, għaliex tqis li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma ssodisfati u f'liema data għandu jiskadi n-nuqqas ta' infurzar. It-tul ta' żmien tat-tali nuqqas ta' infurzar m'għandux jaqbeż is-sitt xhur.

3.  Jekk l-Awtorità tiddeċiedi li toħroġ ittra ta' ebda azzjoni, hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan. Fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi din l-informazzjoni, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Awtorità biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'ġimagħtejn. Fil-każ li jew il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jitolbu lill-Awtorità terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx id-deċiżjoni tagħha.

4.  Jekk l-Awtorità tkun ħarġet ittra ta' ebda azzjoni skont il-paragrafi 1 sa 3, għandha immedjatament tippubblikaha fuq is-sit web tagħha. L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li toħroġ ittra ta' ebda azzjoni f'intervalli xierqa u tista' ġġedidha biss għal perjodu wieħed ta' 6 xhur. Jekk deċiżjoni li tinħareġ ittra ta' ebda azzjoni ma tiġġeddidx wara perjodu ta' sitt xhur jew ta' sena, din għandha tiskadi awtomatikament.

(6a)  L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 10Standards tekniċi regolatorji

1. Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji. L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozzi ta' standards regolatorji tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Fl-istess waqt, l-Awtorità għandha tibgħat dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu tekniċi, m'għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta' politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun u b'mod sħiħ bil-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji.

Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjalment relatati f'konformità mal-Artikolu 8(2a). L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji parzjalment biss, jew b'emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fil-każ li l-Kummissjoni ma tasalx għal deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku regolatorju, jekk tadottax l-imsemmi standard, għandha minnufih, u f'kull każ qabel ma jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Kwalunkwe dewmien fl-adozzjoni tal-abbozz ta' standard regolatorju m'għandux jimpedixxi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill milli jeżerċitaw is-setgħat ta' skrutinju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 13.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz ta' standard tekniku lura lill-Awtorità, fejn tispjega għalfejn hija ma tapprovahx, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha, u għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-kontenut ta' abbozz ta' standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

2. Fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta' standard tekniku regolatorju fil-limitu ta' żmien imniżżel fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), hija għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard regolatorju u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni tista' titlob tali abbozz f'limitu ta' żmien ġdid. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-limitu ġdid ta' żmien. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Awtorità jispjega r-raġunijiet għaliex mhix f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju.

3. Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta' standard tekniku regolatorju lill-Kummissjoni fil-limiti ta' żmien f'konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta standard tekniku regolatorju permezz ta' att delegat mingħajr abbozz mill-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Awtorità.

▌Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozzi ta' standard tekniku regolatorju u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fir-raba' subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandards tekniċi regolatorji.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku regolatorju emendat fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti. Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozz ta' standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

4. L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu adottati permezz ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem "standard tekniku regolatorju" għandu jidher fit-titolu tagħhom. Huma għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih."

(6b)  Fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(6c)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15Standards tekniċi ta' implimentazzjoni

1. Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, u sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi msemmijin fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikunu tekniċi, m'għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta' politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dawk l-atti. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Fl-istess waqt, l-Awtorità għandha tibgħat dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Qabel ma tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali f'konformità mal-Artikolu 8(2a). L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni parzjalment biss, jew bl-emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan. Jekk il-Kummissjoni ma topponix, b'mod sħiħ jew parzjali, l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni propost fil-perjodu ta' evalwazzjoni, huwa għandu jitqies bħala approvat.

Fil-każ li l-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni, għandha minnufih, u f'kull każ qabel ma jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2).

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew ikollha l-intenzjoni li tapprovah parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħatu lura lill-Awtorità fejn tispjega għalfejn hija m'għandhiex l-intenzjoni li tapprovah, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha u għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu fil-forma ta' opinjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-ħames subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut ta' abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

2. F'każijiet fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), hija għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma tinsabx f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni u l-iskeda ta' żmien ippjanata għall-approvazzjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-implimentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni tista' titlob tali abbozz f'limitu ta' żmien ġdid. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-limitu ġdid ta' żmien. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Awtorità jispjega r-raġunijiet għaliex mhix f'pożizzjoni li tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni.

3. Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-limiti ta' żmien f'konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta standard tekniku ta' implimentazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni mingħajr abbozz mill-Awtorità.

L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Awtorità.

▌Fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta' opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fir-raba' subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat, il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni emendat fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti.

Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

4. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem "standard tekniku ta' implimentazzjoni" għandu jidher fit-titolu tagħhom. Huma għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih."

(7)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Awtorita, sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

L-Awtorità tista' tindirizza wkoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li mhumiex definiti bħala awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, iżda li huma awtorizzati sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu f'konformità mal-mandat tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għandhom iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Awtorità ma għandhiex toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet koperti minn awtorizzazzjonijiet għal standards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni ta' livell 1.

1a. L-Awtorità tista', bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fi ħdan is-SESF, toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kollha jew lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għall-finijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), abbażi tal-proċedura ta' implimentazzjoni ta' konformità jew spjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida għandhom jitqiesu bħala adatti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). F'konformità ma' dak li ssemma hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jistgħu jistabbilixxu prattiki addizzjonali rigward il-metodu ta' konformità mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).”;

(b)    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa rigward il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u fejn applikabbli, mistoqsijiet u tweġibiet li hija toħroġ u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati tal-ħruġ ta' tali linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Dawk il-konsultazzjonijiet u l-analiżi għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, titlob ukoll ▌ pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37. L-Awtorità għandha tagħti raġunijiet meta ma twettaqx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew ma titlobx pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.";

(ba)  jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b, 2c u 2d li ġejjin:

“2a. Għall-finijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lil awtorità kompetenti waħda jew aktar jew lil parteċipant fis-swieq finanzjarji wieħed jew aktar.

2b. L-Awtorità għandha tiddikjara fil-linji gwida u fir-rakkomandazzjoni tagħha kif tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fi ħdan is-SESF, kif tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u kif tirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 1a u 2a.

2c. Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx sempliċiment jirreferu għal, jew jirriproduċu, elementi ta' atti leġiżlattivi. Qabel ma toħroġ linja gwida jew rakkomandazzjoni ġodda, l-Awtorità għandha l-ewwel tirrieżamina l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti sabiex tevita kwalunkwe duplikazzjoni.

2d. Tliet xhur qabel toħroġ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 1a u fil-paragrafu 2a, l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontenut previst ta' dawn il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet."

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. "Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jkunu nħarġu, tispjega kif l-Awtorità ġġustifikat il-ħruġ ta' linji gwida skont il-paragrafu 1a u r-rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 2a, u tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet mill-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar dawn il-linji gwida skont l-Artikolu 8(2a). Ir-rapport għandu jiddikjara wkoll liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat ma' dawn il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u jissottolinja kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtorità kompetenti kkonċernata ssegwi l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tagħha.";

(d)  jiżdiedu l-paragrafi 5, 5a u 5b li ġejjin:

"5. Meta żewġ terzi tal-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq ikunu tal-opinjoni li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha permezz tal-ħruġ ta' linja gwida skont il-paragrafu 1a, huma jistgħu jibagħtu parir motivat dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5a. Meta tal-inqas nofs in-numru tal-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jkunu tal-opinjoni li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha permezz tal-ħruġ ta' rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2a, huma jistgħu jibagħtu parir motivat dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5b. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu spjegazzjoni li tiġġustifika l-ħruġ tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati mill-Awtorità. Il-Kummissjoni għandha, malli tirċievi l-ispjegazzjoni mill-Awtorità, tivvaluta l-kamp ta' applikazzjoni tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet fid-dawl tal-kompetenza tal-Awtorità u tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jqisu li l-Awtorità qabżet il-kompetenza tagħha u wara li tkun tat lill-Awtorità l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità tirtira jew temenda l-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati. Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, u meta din tintalab mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u twieġeb kull mistoqsija magħmula lilha mill-membri tiegħu. Il-Parlament Ewropew jista' jitlob lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità tirtira jew temenda l-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika.";

(7a)  jiddaħħlu l-Artikoli 16a u 16b:

"Artikolu 16aOpinjonijiet

1. Dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-qasam ta' kompetenza tagħha u fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità għandha tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dawk l-opinjonijiet m'għandhomx isiru pubbliċi sakemm dan ma jkunx speċifikat fit-talba.

2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista' tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika.

3. Fir-rigward tal-valutazzjoni prudenzjali tal-amalgamazzjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista', fuq applikazzjoni ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, minbarra fir-rigward tal-kriterji fl-Artikolu 59(1)(e) tad-Direttiva 2009/138/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perjodu ta' valutazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE. L-Artikoli 35 u 35b għandhom japplikaw għall-oqsma li fir-rigward tagħhom l-Awtorità tista' toħroġ opinjoni.

4. L-Awtorità tista', fuq talba mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, tipprovdi parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni matul il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u għal atti delegati li jikkonċernaw kwalunkwe proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 16bMistoqsijiet u tweġibiet

1. Għall-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni prattiċi tad-dispożizzjonijiet tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet assoċjati adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jistgħu jressqu mistoqsija lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

Qabel ma jressqu mistoqsija lill-Awtorità, il-parteċipanti tas-suq finanzjarju għandhom jivvalutaw jekk l-ewwel għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija lill-awtorità kompetenti tagħhom.

Wara li tiġborhom u qabel tweġibhom, l-Awtorità għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1 għal kull att leġiżlattiv.

Dan il-proċess m'għandux jipprekludi lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet tal-Unjoni, milli jfittxu parir jew kjarifika tekniċi kunfidenzjali mill-Awtorità.

2. L-awtorità għandha tippubblika fis-sit web tagħha tweġibiet mhux vinkolanti għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, għal kull att leġiżlattiv, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li ressqet il-mistoqsija jew sakemm ma tinvolvix riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

3. Qabel ma tippubblika t-tweġibiet għall-mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista' tikkonsulta mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 16(2).

4. It-tweġibiet mill-Awtorità għandhom jitqiesu bħala adatti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni u l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet assoċjati adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi. L-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jistgħu jistabbilixxu prattiki oħrajn għall-konformità mar-rekwiżiti legali kollha applikabbli.

5. L-awtorità għandha tirrieżamina t-tweġibiet għal mistoqsijiet malli jitqies meħtieġ u xieraq jew sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom sabiex, fejn meħtieġ, tirrevedi, taġġorna jew tirtirahom.

6. Fejn xieraq, l-Awtorità għandha tikkunsidra t-tweġibiet ippubblikati meta tiżviluppa jew taġġorna linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16."

(8)  l-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), jekk tkun applikathom b'mod li jidher li jkun ksur tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 10 sa 15, b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dawk l-atti, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta' dan l-Artikolu.

2. Fuq talba ta' awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, jew fuq il-bażi ta' informazzjoni fattwali u raġunata sew minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet rilevanti, jew fuq inizjattiva tagħha stess, u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità għandha twieġeb għat-talba u, jekk ikun xieraq, tinvestiga l-allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha¸ inkluż dwar kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati skont id-dritt tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lil awtoritajiet kompetenti oħrajn jew lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rilevanti, kull meta tali talba għal informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irriżultat jew titqies bħala insuffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni ta' allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Meta tiġi indirizzata lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, it-talba motivata għandha tispjega għaliex l-informazzjoni hija meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni ta' allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Id-destinatarju ta' talba bħal din għandu jipprovdi lill-Awtorità b'informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien bla bżonn.

Meta tkun ġiet indirizzata talba għal informazzjoni lil parteċipant fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar tali talba. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni, meta huma jintalbu jagħmlu dan mill-Awtorità.

3. L-Awtorità tista' tagħti bidu għal proċess ta' arbitraġġ mal-awtorità kompetenti kkonċernata sabiex tiddiskuti l-azzjoni meħtieġa għal finijiet ta' konformità mad-dritt tal-Unjoni. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkoopera b'mod leali f'dan l-arbitraġġ.

L-Awtorità tista', malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn 4 xhur mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti kkonċernata li fiha tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-mad-dritt tal-Unjoni tal-Unjoni.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista', wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu b'xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5. L-awtorità kompetenti, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma' dik l-opinjoni formali.

6. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 fil-perjodu ta' żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f'ħin opportun tali nuqqas ta' konformità sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-kondizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista', fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-parteċipant fis-swieq finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni fosthom il-waqfien ta' kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta tittieħed azzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ.

8. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu.”;

(8a)  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3. Meta l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2, u f'ċirkostanzi straordinarji meta tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew il-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumaturi, l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żvilupp bħal dan billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni."

(9)  L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fil-każijiet speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) kif ukoll fil-każijiet kollha ta' nuqqas ta' qbil bejn żewġ awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew aktar li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 17, l-Awtorità tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jilħqu ftehim f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 f'waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  fuq talba ta' waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati meta awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta' azzjoni, azzjoni proposta jew inattività ta' awtorità kompetenti oħra;

(b)  fuq inizjattiva tagħha stess meta, abbażi ta' raġunijiet oġġettivi, inkluż abbażi ta' informazzjoni mill-parteċipanti fis-swieq jew mill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, ikun jista' jiġi stabbilit nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti.

F'każijiet fejn l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun preżunt nuqqas ta' qbil fin-nuqqas ta' teħid ta' deċiżjoni konġunta minn dawk l-awtoritajiet fil-limiti ta' żmien stabbiliti f’dawk l-atti;”;

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:

"1a. Fil-każijiet li ġejjin, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien, li ma ntlaħaq ebda ftehim:

(a)  meta jkun ġie previst limitu ta' żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u meta jseħħ l-aktar kmieni minn fost dawn li ġejjin:

(i) il-limitu ta' żmien ikun skada;

(ii) waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta' ftehim fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi;

(b)  meta ma jkun ġie previst ebda limitu ta' żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u meta jseħħ l-aktar kmieni minn fost dawn li ġejjin:

(i)  waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta' ftehim fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi; jew

(ii)  ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha awtorità kompetenti rċeviet talba minn awtorità kompetenti oħra sabiex tieħu ċerta azzjoni bil-għan li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u l-awtorità rikjesta tkun għadha ma adottat ebda deċiżjoni li tissodisfa t-talba.

1b. Il-President għandu jivvaluta jekk l-Awtorità għandhiex taġixxi f'konformità mal-paragrafu 1. Meta l-intervent ikun fuq l-inizjattiva proprja tal-Awtorità, din tal-aħħar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha rigward l-intervent.

Sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Awtorità f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 47(3a), f'każijiet fejn l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet individwali tagħhom. Meta l-Awtorità tiddeċiedi li taġixxi, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tiġi konkluża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3.”;

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Meta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim matul il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjoni li teżiġi li dawk l-awtoritajiet jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura minn ċerta azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha torbot lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tista' teżiġi li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni li jkunu adottaw jew jagħmlu użu mis-setgħat li huma jkollhom skont id-dritt tal-Unjoni rilevanti.";

(d)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a. L-Awtorità għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-proċeduri skont il-paragrafi 2 u 3, flimkien ma’, fejn applikabbli, id-deċiżjoni tagħha meħuda skont il-paragrafu 3.”;

(e)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għalih bis-saħħa tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipant fis-swieq finanzjarji sabiex teħtieġu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.";

(9a)  L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 21Kulleġġi tas-superviżuri

1. L-Awtorità għandha tippromwovi u tissorvelja, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u trawwem il-koerenza u l-konsistenza tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fost il-kulleġġi tas-superviżuri. Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-aħjar prattiki superviżorji, l-Awtorità għandha tippromwovi pjanijiet superviżorji konġunti u eżamijiet konġunti, u l-persunal mill-Awtorità għandu jkollu drittijiet sħaħ ta' parteċipazzjoni u b'hekk għandu jkun jista' jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri u jekk ikun xieraq imexxihom, inklużi eżamijiet fuq il-post, imwettqa b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2. L-Awtorità għandha tmexxi fl-iżgurar ta' funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi ta' superviżuri għall-istituzzjonijiet transfruntiera fl-Unjoni, b'kont meħud tar-riskju sistemiku ppreżentat minn parteċipanti fis-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, torganizza laqgħa ta' kulleġġ.

Għall-iskop ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala "awtorità kompetenti" skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

L-Awtorità tista':

(a) tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;

(b) tagħti bidu u tikkoordina testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f'konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, b'mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tivvaluta l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku li jistgħu jippreżentaw il-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji f'sitwazzjonijiet ta' stress, waqt li jiġi żgurat li metodoloġija konsistenti tiġi applikata fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istressu anke biex jitwettqu valutazzjonijiet speċifiċi; Hija tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, u tista' tieħu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post, sabiex tiġi żgurata l-komparabilità u l-affidabilità tal-metodi, il-prattiki u r-riżultati tal-valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha;

(c) tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom f’sitwazzjonijiet ta' stress;

(d) tissorvelja, f'konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f'dan ir-Regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti; u

(e) titlob aktar deliberazzjonijiet ta' kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f'applikazzjoni inkorretta tad-dritt tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta' konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista’ tirrikjedi wkoll li ssir laqgħa tal-kulleġġ jew iżżid punt mal-aġenda ta' laqgħa.

3. L-Awtorità tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 15 biex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' superviżuri u toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 16 biex tippromwovi konverġenza fil-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri.

4. L-Awtorità għandu jkollha rwol ta' medjazzjoni legalment vinkolanti sabiex issolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. L-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-parteċipant fis-swieq finanzjarji f'konformità mal-Artikolu 19."

(10)  l-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar riskji sistemiċi

1. L-Awtorità għandha tikkunsidra b'mod debitu r-riskju sistemiku kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta' tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:

(a) ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha; u

(b) li jkollu l-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.

L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.

2. L-Awtorità għandha, f'kollaborazzjoni mal-BERS, u f'konformità mal-Artikolu 23 tiżviluppa approċċ komuni għall-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, inklużi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi kif inhu xieraq.

Dawn l-indikaturi għandhom ikunu element kritiku fid-determinazzjoni ta' azzjonijiet superviżorji xierqa. L-Awtorità għandha tagħmel monitoraġġ tal-livell ta' konverġenza fid-determinazzjonijiet li jsiru, bil-ħsieb li tippromwovi approċċ komuni.

3. Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif mehtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku ppreżentat minnhom.

L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

4. Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista' twettaq inkjesta dwar tip partikolari ta' attività finanzjarja jew tip ta' prodott jew tip ta' kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew għall-protezzjoni tal-klijenti jew tal-konsumaturi u tagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista' tuża s-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament, inkluż l-Artikoli 35 u 35b.

5. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura koordinazzjoni ġenerali u transsettorjali tal-attivitajiet imwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu.";

(10a)  fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. L-Awtorità għandha, f'konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta' riskju sistemiku u sistema adegwata għas-simulazzjoni ta' kriżijiet li jinkludi valutazzjoni tal-potenzjal li riskju sistemiku maħluq jew iffaċċjat minn istituzzjonijiet finanzjarji jiżdied f'sitwazzjonijiet ta' tensjoni, inkluż riskju sistemiku potenzjali relatat mal-ambjent. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta' rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.”

(10b)  Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 4 huwa mħassar.

(10c)  Fl-Artikolu 27(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra.

(11)  L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

"(aa) li toħroġ il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 29a;";

(ii)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, li tkun tappartjeni għall-kwistjonijiet rilevanti kollha, inklużi ċ-ċibersigurtà u l-attakki ċibernetiċi ▌, b'rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data previsti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;";

(iii)  Il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e) li tistabbilixxi programmi ta' taħriġ settorjali u trans-settorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta' skemi tal-issekondar u għodod oħrajn;"

(iiia)  jiddaħħal il-punt (ea) li ġej:

"(ea) li tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tar-riskji materjali ambjentali, soċjali u relatati mal-governanza, b'kunsiderazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi tas-COP 21";

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità tista', kif ikun xieraq, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta' konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiki superviżorji komuni.

Għall-fini tal-istabbiliment ta' kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal superviżorju tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni, filwaqt li tqis kif xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki kummerċjali, il-mudelli ta' negozju u d-daqs inklużi l-bidliet minħabba l-innovazzjoni teknoloġika, tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq. Il-manwal superviżorju tal-Unjoni għandu jistabbilixxi l-aħjar prattiki u metodoloġiji u proċessi ta' kwalità għolja.

L-Awtorità għandha tikkunsidra kif xieraq il-manwal superviżorju fit-twettiq tal-kompiti tagħha, inkluż fil-valutazzjoni ta' ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 17, is-soluzzjoni ta' tilwim skont l-Artikolu 19, l-istabbiliment u l-valutazzjoni tal-għanijiet strateġiċi fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 29a u r-rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30.

L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-opinjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-għodod u l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. Tali konsultazzjonijiet u analiżi għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-opinjonijiet jew l-għodod u r-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha titlob ukoll opinjonijiet jew pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.";

(12)  jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

"Artikolu 29aPjan Superviżorju

tal-Unjoni

1. L-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin u sal-31 ta' Marzu, wara dibattitu fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li tqis il-kontribuzzjonijiet irċevuti mill-awtoritajiet kompetenti, xogħol eżistenti mill-Istituzzjonijiet tal-UE u l-analiżi, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti, li tistabbilixxi objettivi u prijoritajiet strateġiċi superviżorji tal-Unjoni kollha ("Pjan Superviżorju Strateġiku") mingħajr preġudizzju għall-għanijiet nazzjonali u l-prijoritajiet tal-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw, fil-kontributi tagħhom, l-attivitajiet ta' superviżjoni li fil-fehma tagħhom għandhom jingħataw prijorità mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tibgħat il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandha tippubblikah fuq is-sit web tagħha.

Il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni għandu jidentifika prijoritajiet speċifiċi għall-attivitajiet superviżorji sabiex jippromwovi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u sabiex jindirizza x-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet, u b'hekk jantiċipa żviluppi inklużi mudelli kummerċjali, identifikati f'konformità mal-Artikolu 32. Il-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki nazzjonali, li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-partikolaritajiet nazzjonali.

2. ▌Kull awtorità kompetenti għandha ▌ tistipula kif il-programm ta' ħidma annwali tagħha huwa allinjat mal-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni.

4. Kull awtorità kompetenti għandha, bħala parti mir-rapport annwali tagħha , tiddedika kapitolu dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali.

Il-kapitolu għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  deskrizzjoni tal-attivitajiet superviżorji u eżamijiet tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tal-prattiki u l-imġiba tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tal-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet imposti kontra l-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli għall-ksur tad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni;

(b)  deskrizzjoni tal-attivitajiet li twettqu u li ma kinux previsti fil-programm ta' ħidma annwali;

(c)  rendikont tal-attivitajiet previsti fil-programm ta' ħidma annwali li ma twettqux u tal-objettivi ta' dak il-programm li ma ntlaħqux, kif ukoll tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' twettiq ta' dawk l-attivitajiet u lħuq ta' dawk l-objettivi.

5. L-awtorità għandha tivvaluta l-informazzjoni stabbilita fil-kapitolu ddedikat imsemmi fil-paragrafu 4. Meta jkun hemm riskji materjali li ma jkunux se jinkisbu l-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ rakkomandazzjoni lil kull awtorità kompetenti kkonċernata dwar kif jistgħu jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet rilevanti fl-attivitajiet tagħha.

Abbażi tar-rapporti u l-valutazzjoni tagħha tar-riskji, l-Awtorità għandha tidentifika l-attivitajiet tal-awtorità kompetenti li huma ta' importanza kritika għall-issodisfar tal-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni u għandha, skont kif xieraq, twettaq rieżamijiet skont l-Artikolu 30 ta' dawk l-attivitajiet.

6. L-Awtorità għandha tagħmel l-aħjar prattiki identifikati matul il-valutazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali disponibbli għall-pubbliku.";

(13)  L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu tal-artikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti";

(b)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq rieżamijiet ta' wħud mill-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti, jew tal-attivitajiet kollha kemm huma, sabiex tkompli ssaħħaħ il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi li jippermettulha tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li ser jiġu rieżaminati u t-twettiq tar-rieżamijiet, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża l-informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 35 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-partijiet interessati, b'mod partikolari n-nuqqasijiet possibbli jew l-għaġir żbaljat ta' awtorità kompetenti.;

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitat ta' rieżami ad hoc ippresedut mill-Awtorità, u magħmul minn persunal mill-Awtorità, akkumpanjat u appoġġat, fuq bażi volontarja u b'rotazzjoni, sa massimu ta' ħames rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti differenti minbarra l-awtorità kompetenti taħt rieżami."

(d)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

"Ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni ta', iżda ma għandux ikun limitat għal:";

(ii)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) l-adegwatezza tar-riżorsi, il-grad ta' indipendenza u l-arranġamenti ta' governanza tal-awtorità kompetenti, b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effettiva tal-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;";

(iia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) l-effettività u l-livell ta' konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-tad-dritt tal-Unjoni tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 10 sa 16, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni, inklużi l-għanijiet tal-kultura superviżorja komuni skont l-Artikolu 29 u tal-Pjan Superviżorju Strateġiku tal-Unjoni skont l-Artikolu 29a;"

(iib)  il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti;"

(e)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-rieżami. Dak ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta' segwitu li huma meqjusa xierqa u neċessarji, bħala riżultat tar-rieżami. Dawk il-miżuri ta' segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta' linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16, u opinjonijiet skont l-Artikolu 29(1)(a), indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

▌L-Awtorità għandha toħroġ rapport ta' segwitu dwar il-konformità mal-miżuri ta' segwitu mitluba. ▌

Meta tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-rieżamijiet imwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità.";

(f)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a. L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni meta, wara li tkun qieset l-eżitu tar-rieżami jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetentimill-perspettiva tal-Unjoni jew meta tqis li awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tkun applikathom b'mod li jidher li jikser id-dritt tal-Unjoni.";

(g)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. L-Awtorità għandha tippubblika r-rapporti msemmija fil-paragrafu 3, inkluż kwalunkwe rapport ta' segwitu, sakemm il-pubblikazzjoni ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-awtorità kompetenti li hija soġġetta għar-rieżami għandha tiġi mistiedna sabiex tikkummenta qabel il-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe rapport. Qabel il-pubblikazzjoni, l-Awtorità għandha, fejn xieraq, tqis dawk il-kummenti. L-Awtorità tista' tippubblika dawk il-kummenti bħala anness għar-Rapport sakemm il-pubblikazzjoni ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-awtorità kompetenti toġġezzjona għall-pubblikazzjoni. Ir-rapport tal-Awtorità msemmi fil-paragrafu 3 u l-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet adottati mill-Awtorità msemmija fil-paragrafu 3a għandhom jiġu ppubblikati fl-istess waqt.";

(14)  L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, is-subparagrafu 1, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e) tieħu l-miżuri▌adatti f'każ ta' żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bil-ħsieb li tiffaċilita l-koordinament ta' azzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;"

(b)  fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu 1, punt (ea):

"(ea) tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita l-adozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika bil-ħsieb ta' koordinament tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;"

(c)  jiżdied il-paragrafu 1a:

1a. L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita d-dħul fis-suq tal-operaturi jew tal-prodotti li jiddependu fuq l-innovazzjoni teknoloġika. Sabiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' approċċ komuni Ewropew lejn l-innovazzjoni teknoloġika, l-Awtorità għandha tippromwovi l-konverġenza superviżorja, bl-appoġġ tal-kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, jekk ikun rilevanti, b'mod partikolari permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki. Fejn xieraq, l-Awtorità tista' tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16.;"

(15)  jiddaħħal Artikolu 31a ġdid:

"Artikolu 31aIl-koordinazzjoni fuq id-delega u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, kif ukoll tat-trasferimenti ta' riskju

"1. L-Awtorità għandha, fuq bażi kontinwa, tikkoordina l-azzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti bil-għan li tippromwovi l-konverġenza superviżorja fl-oqsma tad-delega u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet mill-parteċipanti tas-swieq finanzjarji, kif ukoll fir-rigward tat-trasferimenti ta' riskju mwettqa minnhom f'pajjiżi terzi, biex jibbenefikaw mill-passaport tal-UE filwaqt li essenzjalment iwettqu attivitajiet jew funzjonijiet sostanzjali barra mill-Unjoni, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għal deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni, superviżjoni u infurzar fir-rigward ta' delega u ta' esternalizzazzjoni ta' attivitajiet kif ukoll tat-trasferimenti ta' riskju.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità meta jkollhom il-ħsieb li jwettqu awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni ta' parteċipant fis-swieq finanzjarji li jkun taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti kkonċernata f’konformità mal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u meta l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji jinvolvi l-esternalizzazzjoni jew id-delega ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha jew kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ewlenin jew it-trasferiment ta' riskju ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha f’pajjiżi terzi, sabiex jibbenifikaw mill-passaport tal-UE filwaqt li essenzjalment iwettqu attivitajiet jew funzjonijiet sostanzjali barra l-Unjoni. In-notifiki mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità għandhom ikunu dettaljati biżżejjed ▌.

3. Fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tapplika u ma timponi l-ebda obbligu speċifiku għan-notifika ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment tar-riskju, istituzzjoni finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar l-esternalizzazzjoni jew id-delega ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha jew kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ewlenin tagħha, u t-trasferiment tar-riskju ta' parti materjali mill-attivitajiet tagħha, lil entità oħra jew lill-fergħa tagħha stabbilita f'pajjiż terz. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-Awtorità dwar tali notifiki fuq bażi semi-annwali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, fuq talba tal-Awtorità, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment ta' riskju mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

L-Awtorità għandha tissorvelja jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jivverifikawx li l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, delega jew trasferiment ta' riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu huma konklużi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, konformi mal-linji gwida, mar-rakkomandazzjonijiet jew mal-opinjonijiet mill-Awtorità u ma jipprevenux is-superviżjoni effettiva mill-awtoritajiet kompetenti u l-infurzar f’pajjiż terz.

3a. Jekk l-arranġamenti ta' verifika ta' awtorità kompetenti jipprevjenu superviżjoni jew infurzar effettivi u jinvolvu riskji għal arbitraġġ regolatorju fl-Istati Membri, l-Awtorità tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti kkonċernata dwar kif tista' ttejjeb l-arranġamenti ta' verifika tagħha, inkluża data ta' skadenza sa meta l-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-bidliet rakkomandati. Jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet, hi għandha tiddikjara r-raġunijiet u l-Awtorità għandha tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha pubblika flimkien ma' dawk ir-raġunijiet.

3b. Il-Kummissjoni għandha fi żmien [sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tfassal rapport, li jqis l-approċċi differenti fil-leġiżlazzjoni settorjali fir-rigward tal-valutazzjoni, il-materjalità tal-attività li għandha tiġi esternalizzata jew delegata u li tinvestiga l-possibbiltà ta' approċċ aktar armonizzat f'dan ir-rigward permezz tal-ispeċifikazzjoni potenzjali tal-kriterji u l-metodoloġija komuni. Il-Kummissjoni għandha tagħti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

F'dan, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a) il-kontinwità tal-attività,

(b) il-kapaċità amministrattiva effettiva,

(c) il-kapaċità effettiva biex isir awditu tal-attivitajiet delegati u esternalizzati kif ukoll it-trasferimenti tar-riskju."

(16)  jiddaħħal Artikolu 31b ġdid:

"Artikolu 31bIl-funzjoni ta' koordinazzjoni fir-rigward tal-ordnijiet, it-tranżazzjonijiet u l-attivitajiet b’effetti transfruntieri sinifikanti

1. Meta l-Awtorità jkollha evidenza jew indikazzjonijiet ċari minn diversi sorsi differenti sabiex tissuspetta li l-ordnijiet, it-tranżazzjonijiet jew kwalunkwe attività oħra b'effetti transfruntieri sinifikanti jheddu l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, hija għandha tirrakkomanda li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jibdew investigazzjoni u għandha tipprovdi lil dawk l-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti.

2. Meta awtorità kompetenti jkollha evidenza jew indikazzjonijiet ċari minn diversi sorsi differenti sabiex tissuspetta li l-ordnijiet, it-tranżazzjonijiet jew kwalunkwe attività oħra b’effetti transfruntieri sinifikanti jheddu l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Awtorità u tipprovdi l-informazzjoni rilevanti. L-Awtorità tista' tirrakkomanda lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn seħħet l-attività suspettata sabiex jieħdu azzjoni wara li tkun bagħtet l-informazzjoni rilevanti lil dawk l-awtoritajiet kompetenti.

3. L-Awtorità għandha tiffaċilita l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti u għandha tistabbilixxi u żżomm faċilità għall-ħażna tad-data ddisinjata għal dak l-għan sabiex tiżgura l-effiċjenza u tevita kull forma ta' duplikazzjoni fil-flussi tad-data, fir-rapportar tal-obbligi, jew fin-notifiki, filwaqt li tqis dispożizzjonijiet eżistenti bħal fl-Artikolu 26 tal-MiFIR u fl-Artikolu 4 tal-MAR.";

(17)  L-Artikolu 32 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 32Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

, inklużi testijiet tal-istress

1.  L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma liż-żewġ ASE l-oħra, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ▌tas-swieq li fihom joperaw il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom fuq dawn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

2.  L-Awtorità▌għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq b'mod realistiku. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a)  metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta' xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta' parteċipant fis-swieq finanzjarji;

(aa)  metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;

(b)  approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta' dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji;

(c)  metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' prodotti partikolari jew tal-proċessi ta' distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta' parteċipant fis-swieq finanzjarji u fuq l-informazzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi; u

(ca)  metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS, li għandu jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali fir-rigward tat-tmexxija tal-politiki monetarji.

2a.  Mill-inqas kull sena, l-Awtorità għandha tikkunsidra jekk ikunx xieraq li twettaq il-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bir-raġunament tagħha. Meta jitwettqu valutazzjonijiet bħal dawn mal-Unjoni kollha, l-Awtorità ▌għandha tiddivulga r-riżultati għal kull parteċipant fis-swieq finanzjarji, dment li ma tqisx tali divulgazzjoni inadatta b'kunsiderazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, tal-integrità tas-suq jew tal-protezzjoni tal-investituri jew tal-funzjonament tas-suq intern.

L-obbligi tas-segretezza professjonali tal-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw l-eżitu tal-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 jew milli jibagħtu l-eżitu ta' tali valutazzjonijiet lill-Awtorità għall-fini tal-pubblikazzjoni mill-Awtorità tar-riżultati tal-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-parteċipanti tas-swieq finanzjarji.";

3.  Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, darba fis-sena, u aktar ta' spiss jekk meħtieġ, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha, b'rabta mal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 22(2).

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta' prevenzjoni jew ta' rimedju.

4.  L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorita Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) permezz tal-Kumitat Konġunt.

(18)  L-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 33Relazzjonijiet internazzjonali

inkluża l-ekwivalenza

1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet regolatorji u superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m'għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m'għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma' dawk il-pajjiżi terzi.

Meta pajjiż terz, f'konformità ma' att delegat fis-seħħ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jkunx fuq il-lista ta' ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddidiet sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità m'għandhiex tikkonkludi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz.

2. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza li jappartjenu għar-reġimi superviżorji u regolatorji f'pajjiżi terzi wara talba speċifika għal pariri mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja tagħhom, jew meta tintalab tagħmel dan mill-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

2a. L-Awtorità għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja l-iżviluppi superviżorji u regolatorji, il-prattiki ta' infurzar u l-iżviluppi tas-suq rilevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza mill-Kummissjoni skont l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jiġi vverifikat jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet u kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti fih, għadhomx issodisfati. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u liż-żewġ ASE l-oħra kull tliet snin jew aktar ta' spiss meta jkun xieraq jew fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiffoka b'mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investitur jew il-funzjonament tas-suq intern.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn applikabbli, anki mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, ta' pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Dik il-kooperazzjoni għandha tiġi segwita abbażi ta' arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:

(a)  il-mekkaniżmi li jippermettu lill-Awtorità tikseb informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni dwar ir-reġim regolatorju, l-approċċ superviżorju, l-iżviluppi rilevanti tas-suq u kwalunkwe tibdil li jista’ jaffettwa d-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza;

(b)  ▌ safejn ikun meħtieġ għas-segwitu ta' tali deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi, fejn meħtieġa, spezzjonijiet fuq il-post imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità, fejn xieraq, akkumpanjati u appoġġati minn u sa ħames rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti differenti fuq bażi volontarja u b'rotazzjoni, u mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz.

L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-ASE l-oħra meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b'mod effettiv. Il-Kummissjoni għandha tqis din l-informazzjoni meta tirrevedi d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza rilevanti.

2b. Meta l-Awtorità tidentifika żviluppi fir-rigward tar-regolamentazzjoni, is-superviżjoni jew, fejn applikabbli, ir-riżoluzzjoni, jew il-prattiki ta' infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2a li jistgħu jħallu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien.

2c. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Awtorità bil-quddiem dwar l-intenzjonijiet tagħhom li jikkonkludu kwalunkwe arranġament amministrattiv mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma rregolati mill-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż fir-rigward tal-fergħat tal-entitajiet ta' pajjiżi terzi. Huma għandhom jipprovdu simultanjament lill-Awtorità abbozz ta' arranġamenti ppjanati bħal dawn malajr kemm jista' jkun.

L-Awtorità tista' tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti biex tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu tali arranġamenti li jservu bħala mudell mill-aktar qrib possibbli.

Meta l-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tiżviluppa tali arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jikkonkludu arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi qabel ma jitlesta l-arranġament li jservi bħala mudell.

Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma' awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f'pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza u l-attività ta' monitoraġġ segwita mill-Awtorità f'konformità mal-paragrafu 2a.

3a. L-Awtorità għandha tfittex sħubija sħiħa fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli u fil-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, u għandha tfittex status ta' osservatur fil-Bord dwar il-Monitoraġġ tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

Kwalunkwe pożizzjoni li l-Awtorità tieħu fil-fora internazzjonali għandha l-ewwel tiġi diskussa u approvata mill-Bord tas-Superviżuri.

3b. L-Awtorità għandha, kull meta jkun xieraq, tissorvelja l-iżviluppi regolatorji, superviżorji u fejn applikabbli, ta' riżoluzzjoni u l-prattiki tal-infurzar flimkien mal-iżviluppi tas-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ġew konklużi ftehimiet internazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn xieraq, anki mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-pajjiżi terzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.";

(19)  L-Artikolu 34 huwa mħassar.

(20)  L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, diment li jkollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti.

L-informazzjoni pprovduta għandha tkun preċiża, kompleta u sottomessa fil-limitu ta' żmien preskritt mill-Awtorità.”

2. L-Awtorità tista' titlob ukoll li l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati jew permezz ta' mudelli komparabbli approvati mill-Awtorità. Dejjem meta jkun possibbli, dawn it-talbiet għandhom isiru bl-użu tal-formati tar-rapportar komuni eżistenti u għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità previst fid-dritt nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, inkluż fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3. Fuq it-talba minn awtorità kompetenti, l-Awtorità tista’ tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-obbligi tas-segretezza professjonali stipulati fil-leġiżlazzjoni settorjali u fl-Artikolu 70.”;

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Meta l-informazzjoni mitluba f'konformità mal-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx magħmula disponibbli mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Awtorità, din tal-aħħar tista' tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lil kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  lil awtoritajiet superviżorji oħrajn b’funzjonijiet superviżorji;

(b)  lill-ministeru responsabbli għall-finanzi fl-Istat Membru kkonċernat fejn dan ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu;

(c)  lill-bank ċentrali nazzjonali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat;

(d)  lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.";

(c)  il-paragrafi 6 u 7 huma mħassra;

(21)  jiddaħħlu l-Artikoli 35a sa 35da li ġejjin:

"Artikolu 35 aEżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 35b

Is-setgħat mogħtija lill-Awtorità jew lil kwalunkwe wieħed mill-uffiċjali tagħha jew lil persuna oħra awtorizzata mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 35 ma għandhomx jintużaw sabiex jesiġu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għal privileġġ legali.

L-Artikoli 35a u 35b għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali.

Artikolu 35bTalba għal informazzjoni lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji

1. Meta l-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 5 tal-Artikolu 35 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx magħmula disponibbli fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Awtorità, hija tista', mingħajr ma toħloq data doppja, titlob lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rilevanti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-Awtorità tkun tista' taqdi d-doveri tagħha skont dan ir-Regolament.

▌4. F'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit mill-Awtorità, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rilevanti jew ir-rappreżentanti legali tagħhom ▌ għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba. ▌

5. L-awtorità għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba▌lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa domiċiljat jew stabbilit il-parteċipant fis-swieq finanzjarji rilevanti kkonċernat mit-talba għall-informazzjoni.

6. L-Awtorità tista' tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi f'konformità ma' dan l-Artikolu għall-finijiet biss tat-twettiq tal-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.";

Artikolu 35cRegoli proċedurali għall-impożizzjoni ta' multi

1. Meta, fil-qadi ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-awtorità ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur imsemmi fl-Artikolu 35d(1), l-Awtorità għandha titlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-kwistjoni. ▌

Artikolu 35d Multi u ħlasijiet penali perjodiċi

-1. Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjoni jew lill-entità soġġetta għat-talba għal informazzjoni l-opportunità li tinstema'.

Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali biss fuq is-sejbiet li dwarhom l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa meta hija ssib li parteċipant fis-swieq finanzjarji jkun naqas, intenzjonalment jew b'mod negliġenti, milli jipprovdi informazzjoni meħtieġa jew jekk ikun ipprovda informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa b’reazzjoni għal talba sempliċi għal informazzjoni ▌skont l-Artikolu 35b(1).

2. L-ammont bażiku tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jammonta għal mill-inqas EUR 50 000 u ma għandux jaqbeż il-EUR 200 000.

2. Il-multa bażika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tammonta għal mill-inqas EUR [X; inqas minn EUR 50 000] u ma għandhiex taqbeż EUR [Y; inqas minn EUR 200 000 ] u għandha tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata għad-daqs tal-istituzzjoni jew l-entità u n-natura u s-sinifikat tal-ksur.

L-Awtorità, flimkien mal-ABE u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-iffissar tal-multi skont dan il-paragrafu.

5. ▌Il-multa totali ma għandhiex taqbeż [X%; inqas minn l-20 %] tal-fatturat annwali tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti, sakemm il-parteċipant fis-swieq finanzjarji ma jkunx ibbenifika finanzjarjament, direttament jew indirettament, mill-ksur. F'dak il-każ, il-multa totali għandha tkun mill-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju finanzjarju.

5a. Il-Kummissjoni tista' timponi ħlas perjodiku bħala penali sakemm il-ksur jiġi mmodifikat. Il-ħlas perjodiku bħala penali għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-istituzzjoni jew l-entità u n-natura u s-sinifikat tal-ksur.

5b. Id-dritt tad-difiża tal-istituzzjoni jew tal-entità għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ matul il-proċedura. L-istituzzjoni jew l-entità għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajls tal-Awtorità u tal-Kummissjoni, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għal fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-Awtorità jew tal-Kummissjoni.

5c. L-infurzar tal-multa jew tal-ħlas perjodiku bħala penali jista' jiġi sospiż biss permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet soġġetti għal multa jew ħlas perjodiku bħala penali jistgħu jibdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa jew ħlas perjodiku bħala penali. Il-Qorti tista', fost oħrajn, tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku bħala penali li tkun imponiet il-Kummissjoni.

5d. Il-Kummissjoni għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku bħala penali li jkun ġie impost, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

5e. L-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi bħala penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 35daMulti speċifiċi għas-CCPs

Minkejja l-multi msemmija fl-Artikolu 35d, is-CCPs jistgħu jiġu mmultati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, b'mod partikolari skont l-Artikoli 25f, 25g, 25h, 25i u 25j u l-Annessi III u IV. "

▌(22)  l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, l-Awtorità għandha tiddiskuti dik it-twissija jew rakkomandazzjoni fil-laqgħa segwenti tal-Bord tas-Superviżuri, jew, fejn adatt, qabel, sabiex tivvaluta l-implikazzjonijiet, u segwitu possibbli, ta' tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, jekk kwalunkwe azzjoni għandhiex tittieħed skont is-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet u l-kontenut ta' dik l-azzjoni.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix fuq twissija jew rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan. Il-BERS għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan f'konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Il-BERS għandu jinforma wkoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dan."

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità tista', fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b’dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta' azzjoni."

(d)  Il-paragrafu 6 huwa mħassar.

(23)  L-Artikolu 37 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 37Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq

1. Biex jgħin fil-faċilitazzjoni ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jiġi stabbilit Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet, l-Artikolu 16a dwar l-opinjonijiet u l-Artikolu 16b dwar il-mistoqsijiet u t-tweġibiet. Jekk ikunu jridu jittieħdu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiġi mgħarraf kemm jista' jkun malajr.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiltaqa' mill-anqas erba' darbiet fis-sena.

2. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun magħmul minn 30 membru, 13-il membru li jirrappreżentaw, fi proporzjonijiet ibbilanċjati l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fl-Unjoni, 13-il membru li jirrappreżentaw ir-rappreżentati tal-impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi finanzjarji u r-rappreżentanti tal-SMEs u erba' mill-membri tiegħu għandhom ikunu persuni mill-qasam akkademiku indipendenti tal-ogħla klassifika. ▐

3. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, sa fejn ikun possibbli, jiżgura riflessjoni tad-diversità tas-settur tat-titoli u s-swieq, bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jintgħażlu skont il-kwalifiki, il-ħiliet, l-għarfien rilevanti u l-għarfien espert ipprovat tagħhom.

3a. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jaħtru President tal-Grupp minn fost il-membri tiegħu. Il-pożizzjoni ta' President għandha tinżamm għal perjodu ta' sentejn.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq biex jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija magħmula lilu mill-Membri kull meta jintalab jagħmel dan.

4. L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, soġġett għas-segretezza professjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 70, u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq li qed jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, bl-esklużjoni ta' rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis ix-xogħol preparatorju u ta' segwitu tal-membri u għandu jkun tal-inqas ekwivalenti għar-rati ta' rimborż ta' uffiċjali skont it-Titolu V, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 13 ) (Regolamenti tal-Persunal).Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom iservu għal perjodu ta' erba' snin, u wara għandha ssir proċedura tal-għażla ġdida.

Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jistgħu jservu zewġ termini wara xulxin.

5. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista' jippreżenta pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari fuq il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16b u l-Artikoli 29, 30, 32 u 35.

Meta l-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq ma jkunux jistgħu jaqblu dwar parir, terz tal-membri jew il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta' partijiet interessati għandhom jitħallew joħorġu▐parir separat.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u l-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jistgħu joħorġu opinjonijiet u pariri konġunti dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont l-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.”;

6. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu b'maġġoranza tal-membri tiegħu.

7. L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq , il-parir separat tal-Membri tiegħu, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu kif ukoll kif il-pariri u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tqiesu.

(23a)  L-Artikolu 38(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 18, 19 jew 20 ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri."

(24)  L-Artikolu 39 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 39Il-Proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet

1. L-Awtorità għandha taġixxi f'konformità mal-paragrafi 2 sa 6 meta tadotta d-deċiżjonijiet previsti skont l-Artikoli 17, 18 u 19.

2. L-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju ta' deċiżjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta' żmien li matulu d-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tad-deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Id-destinatarju jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-lingwa uffiċjali tiegħu. Id-dispożizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza għandha tapplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(3).

3. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

4. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu informati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

5. Meta l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew l-Artikolu 18(4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.

6. L-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità skont l-Artikoli ▌18 jew 19 għandha ssir pubblika. L-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikolu 17 tista' ssir pubblika. Il-pubblikazzjoni għandha tiddivulga l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji kkonċernat u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew tkun tista’ tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.";

(25)  L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħlu l-punti (aa) u (ab)li ġejjin:

"(aa) il-membri tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time msemmija fl-Artikolu 45(1) ma għandux ikollhom vot;";

(ab) il-kap tal-amministrazzjoni pubblika responsabbli min-negozjar u l-adozzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) bl-iskop li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 10 sa 15";

(ia)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f'kull Stat Membru bl-iskop li jaġixxi fl-ambitu ta' kwalunkwe kompetenza ħlief dawk il-kompetenzi stipulati fl-Artikoli 10 sa 15, li għandhom jiltaqgħu personalment tal-inqas darbtejn fis-sena;"

(ib)  Il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(d) rappreżentant wieħed tal-BERS li m'għandux ikollu vot u li għandu joqgħod lura milli jieħu pożizzjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq ta' politiki monetarji."

(aa)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Kull awtorità ▌għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta' livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafi 1(ab) u 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi."

(ab)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a. Għall-iskop ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 10 sa 15, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni għandu jkun membru li m'għandux vot tal-Bord tas-Superviżuri, u rappreżentant wieħed tal-Parlament Ewropew għandu jkun osservatur u rappreżentant wieħed tal-amministrazzjonijiet ta' kull Stat Membru għandhom ikunu osservaturi fil-Bord tas-Superviżuri."

(b)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6. "Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistieden osservaturi."

(c)  jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

"7. Meta l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx responsabbli għall-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi f'dak il-punt jista' jiddeċiedi li jistieden rappreżentant mill-awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi tal-Istat Membru, li ma għandux ikollu vot. Fil-każ fejn ir-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-konsumaturi tkun kondiviża minn diversi awtoritajiet fi Stat Membru, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni.";

(26)  L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 41Kumitati interni

(27)  "Il-Bord Eżekuttiv jista' jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Il-Bord tas-Superviżuri jipprevedi d-delega ta' ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b'mod ċar lill-kumitati interni, lill-Bord Eżekuttiv jew lill-President."

(28)  l-Artikolu 42▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 42 Indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri

Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri tal-Bord tas-Superviżuri, kif ukoll il-membri permanenti u speċifiċi votanti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP, għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ▌jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.;

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas ebda korp pubbliku jew privat ieħor m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta' dmirijiethom.

Meta l-grad ta' indipendenza msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 30(2) ikun ġie vvalutat bħala insuffiċjenti f'konformità ma' dak l-Artikolu, il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jew jissospendi temporanjament id-drittijiet tal-vot tal-membru individwali jew li jissospendi temporanjament is-sħubija tiegħu jew tagħha fi ħdan l-Awtorità sakemm jinsab rimedju għan-nuqqas."

(29)  L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u jkun il-korp ewlieni li jieħu d-deċiżjonijiet għal deċiżjonijiet strateġiċi u deċiżjonijiet ta' politika ewlenin.

Huwa għandu jadotta r-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida, l-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Awtorità u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II, għajr għal dawk il-kompiti u s-setgħat li għalihom huwa responsabbli l-Kumitat Superviżorju tas-CCP skont l-Artikolu 44a.";

(b)  jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(c)  il-paragrafu 4 ▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, abbażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija, il-programm ta' ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jibagħtu għall-finijiet ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

L-Awtorità għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha fir-rigward tar-rieżamijiet li jidentifikaw, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti u l-attivitajiet soġġetti għar-rieżamijiet f'konformità mal-Artikolu 30. Jekk debitament ġustifikat, l-Awtorità tista' tidentifika awtoritajiet kompetenti addizzjonali soġġetti għar-rieżami.

Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

(d)  Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-Bord tas-Superviżuri, fuq il-bażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fl-Artikolu 47(9f) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat."

(e)  jitħassar il-paragrafu 8.

(29a)  jiddaħħal l-Artikolu 43a li ġej:

"Artikolu 43a

Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri

Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha, tal-inqas, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċeduri ta' dik il-laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. "(30)  L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Id-Deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ ta' parità, il-President għandu jkollu vot deċiżiv.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-atti, l-abbozzi u l-istrumenti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) u l-Kapitolu VI u b'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Il-membri fuq bażi full-time tal-Bord Eżekuttiv u l-President ma għandhomx jivvotaw fuq dawn id-deċiżjonijiet.

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu 1a:

1a. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta d-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35h skont l-Artikolu 47(3) b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet imħejjija mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35h, jista' jemenda dawn id-deċiżjonijiet. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun kompetenti biex jadotta dawn id-deċiżjonijiet emendati b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu.

Fil-każ li l-Bord tas-Superviżuri ma jadottax id-deċiżjonijiet emendati msemmija fit-tieni subparagrafu kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn perjodu ta' erba' xhur, il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjoni.";

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni."

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-membri mingħajr dritt tal-vot u l-osservaturi ma għandhom jipparteċipaw f'ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).";

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-President u għall-membri li huma wkoll membri tal-Bord Eżekuttiv ▌";

(30a)  jiddaħħal l-Artikolu 44a kif ġej:

"Artikolu 44a

Kumitat Superviżorju tas-CCPs tal-ESMA

L-ESMA għandha tistabbilixxi kumitat intern permanenti skont l-Artikolu 41 bil-għan li tħejji deċiżjonijiet u twettaq il-kompiti relatati mas-superviżjoni tas-CCPs tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi (Kumitat Superviżorju tas-CCPs)."

(31)  fil-Kapitolu III, it-titolu tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Bord Eżekuttiv";

(32)  L-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 45Kompożizzjoni

1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u minn erba' membri fuq bażi full time, li għandhom ikunu ċittadin ta' Stat Membru. Il-President għandu jassenja kompiti maniġerjali u ta' politika definiti b'mod ċar lil kull wieħed mill-membri fuq bażi full-time, b'mod partikolari responsabbiltajiet għal kwistjonijiet baġitarji, għal kwistjonijiet li jirrigwardjaw il-programm ta' ħidma tal-Awtorità, u għal kwistjonijiet ta' konverġenza. Wieħed mill-membri fuq bażi full-time għandu jaġixxi bħala Viċi President u jwettaq il-kompiti tal-President fin-nuqqas tiegħu jew f'każ ta' impediment raġonevoli, f'konformità ma' dan ir-Regolament. ▐

2. Il-membri fuq bażi full-time għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza prattika tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq, b'mod partikolari fit-titoli u s-swieq, inklużi l-interessi tal-konsumatur u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja. Il-membri fuq bażi full-time għandu jkollhom esperjenza maniġerjali estensiva. Tal-inqas wieħed mill-membri fuq bażi full-time m'għandux ikun ġie impjegat minn awtorità kompetenti nazzjonali matul is-sena qabel ma jinħatar. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa għall-kandidati, li trid tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li warajha l-Kummissjoni għandha tħejji lista mqassra ta' kandidati kkwalifikati, filwaqt li tikkonsulta lill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-lista mqassra lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta' dik il-lista mqassra, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni sabiex jinħatru l-membri esterni tal-Bord Eżekuttiv ▌. Il-kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha kemm hi.

3. Meta membru tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 46 jew ikun instab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadottaw deċiżjoni sabiex ineħħuh mill-kariga.

4. Il-mandat tal-membri fuq bażi full-time għandu jkun ta' ħames snin u jiġġedded darba. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' ħames snin tal-membru fuq bażi full-time, il-Bord tas-Superviżuri għandu jevalwa:

(a)  ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu;

(b)  id-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-Awtorità fis-snin li ġejjin.

Wara li tqis l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill il-lista tal-membri fuq bażi full-time li jrid ikollhom il-mandat tagħhom imġedded. Abbażi ta' din il-lista u wara li jikkunsidra l-evalwazzjoni, il-Kunsill jista' jestendi l-mandat tal-membri fuq bażi full-time.";

(33)  jiddaħħal l-Artikolu 45sa li ġej:

"Artikolu 45aTeħid tad-deċiżjonijiet

1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ ta' parità, il-President għandu jkollu vot deċiżiv. Fuq talba tal-President jew mill-inqas ta' tliet membri tal-Bord Eżekuttiv, id-deċiżjonijiet għandhom jiġu riferuti lill-Bord tas-Superviżuri.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv mingħajr id-dritt li jivvota, ħlief fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 63.

3.Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu.

4. Il-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu u għandhom jiġu ppreseduti mill-President.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kull meta l-Bord Eżekuttiv iqis li huwa meħtieġ. Huwa għandu jirrapporta regolarment lill-Bord tas-Superviżuri u jiltaqa' mill-inqas ħdax-il darba fis-sena.

5. ▌Il-parteċipanti mingħajr vot ma għandhom jattendu għall-ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Eżekuttiv fir-rigward tal-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji.

5a. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun intitolat li jibgħat talbiet speċifiċi għal informazzjoni lill-Bord Eżekuttiv.";

(34)  jiddaħħal l-Artikolu 45b li ġej:

"Artikolu 45bKumitati interni

Il-Bord Eżekuttiv jista' jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu.";

(35)  l-Artikolu 46 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 46L-indipendenza

tal-Bord Eżekuttiv

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ▌jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ma għandhomx jokkupaw karigi fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni, jew internazzjonali.

La l-Istati Membri, la l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor ma għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Eżekuttiv fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.";

(36)  l-Artikolu 47 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 47Il-kompiti

1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha f'konformità ma' dan ir-Regolament. Huwa għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Awtorità f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipproponi programm ta' ħidma annwali u pluriennali sabiex jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri, li jinkludi parti dwar kwistjonijiet relatati mas-CCP.

3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu f'konformità mal-Artikoli 63 u 64.

Għall-finijiet tal-Artikoli 17, 19, 22(4) u 30, ▌il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti sabiex jaġixxi u jieħu d-deċiżjonijiet, ħlief fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mas-CCP li għalihom għandu jkun kompetenti l-Kumitat Superviżorju tas-CCP. Għall-finijiet tal-Artikoli 22(1), 22(2), 22(3), 22(5), 29a, 31a, 32 u 35b sa 35da, il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti biex iħejji d-deċiżjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet stabbilita fil-paragrafu 1a tal-Artikolu 44. Il-Bord Eżekuttiv għandu jżomm lill-Bord tas-Superviżuri informat bid-deċiżjonijiet kollha li jeħjji u jieħu.

3a. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeżamina u jagħti opinjoni ▌dwar il-kwistjonijiet kollha li jridu jiġu deċiżi mill-Bord tas-Superviżuri.

4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jeżamina u jħejji deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri dwar il-kwistjonijiet kollha fejn l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) taw il-funzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jew superviżjoni u s-setgħat korrispondenti lill-Awtorità.4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta l-pjan ta' politika tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 68(2), il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti dwar il-Persunal").

5. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 72.

6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar id-dmirijiet tal-President, abbażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fil-paragrafu 9(f) tal-Bord tas-Superviżuri għall-approvazzjoni.

7. Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell f'konformità mal-Artikolu 58(3) u (5), b'kont meħud ta' proposta mill-Bord tas-Superviżuri.

8. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jagħmlu pubbliċi l-laqgħat kollha organizzati u l-ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f'konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal. .

9. Il-Membru inkarigat għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)  li jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP ▌u taħt il-kontroll tal-Bord Eżekuttiv;

(b)  li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Awtorità f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(c)  li jħejji programm ta' ħidma pluriennali, kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(d)  li jħejji programm ta' ħidma sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena għas-sena ta' wara, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2);

(e)  li jfassal abbozz ta' baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 63 u li jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 64;

(f)  li jħejji abbozz ta' rapport annwali li jkun jinkludi taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi;

(g)  li jeżerċita s-setgħat stipulati fl-Artikolu 68 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u li jiġġestixxi l-kwistjonijiet relatati mal-persunal.

Madankollu, fir-rigward tal-parti dwar il-kwistjonijiet relatati mas-CCP, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jwettaq il-kompiti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu.

Fir-rigward tal-abbozz tar-rapport annwali msemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jwettaq il-kompiti msemmija fih fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mas-CCP.";

(37)  it-titolu tat-Taqsima III tal-Kapitolu III huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-President▐";

(38)  l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-President għandu jkun ċittadin ta' Stat Membru u għandu jkun responsabbli biex iħejji l-ħidma u biex jippresiedi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Eżekuttiv.";

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Għall-fini tal-għażla tal-President, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kumitat tal-Għażla magħmul minn sitt individwi indipendenti ta' livell għoli. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri kull wieħed tal-Kumitat tal-Għażla. Il-Kumitat tal-Għażla għandu jaħtar il-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Kumitat tal-Għażla għandu jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi dwar il-pubblikazzjoni tal-avviż ta' post battal, il-kriterji tal-għażla u l-profil speċifiku tal-impjieg, l-għamla tal-grupp ta' applikanti kif ukoll dwar il-metodu li bih il-grupp ta' applikanti jiġi evalwat sabiex titfassal lista qasira, ibbilanċjata bejn il-ġeneri, ta' tal-inqas żewġ kandidati. Fil-każ ta' parità, il-President tal-Kumitat tal-Għażla għandu jkollu vot deċiżiv.

Il-President għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u tal-għarfien tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq, b'mod partikolari b'rabta mat-titoli u s-swieq, wara sejħa miftuħa għall-kandidati, li trid tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Il-President għandu jkollu numru sinifikanti ta' snin ta' esperjenza rikonoxxuta li tkun rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja kif ukoll esperjenza ta' maniġment superjuri, ikun kapaċi juri ħiliet ta' tmexxija u standards għoljin ta' effiċjenza, kapaċità u integrità, u jkollu għarfien ipprovat tal-inqas ta' żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Il-Kumitat tal-Għażla għandu jippreżenta l-lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjoni tal-President lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-kandidati magħżula għal seduti pubbliċi jew bil-magħluq, iressaq mistoqsijiet bil-miktub lill-kandidati, joġġezzjona għall-ħatra ta' kandidat u jirrakkomanda l-kandidat preferit tiegħu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta sabiex jaħtru l-President mil-lista mqassra ta' kandidati.

2a. Meta l-President ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 49 jew ikun instab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-ParlamentEwropew u l-Kunsill jistgħu, fuq proposta mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva proprja tagħhom, jadottaw deċiżjoni konġunta sabiex ineħħuh mill-kariga. Meta tkun qed tabbozza l-proposta tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.";

(ba)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-mandat tal-President għandu jkun ta' tmien snin u ma jistax jiġġedded."

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' 8 snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

(a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu;

(b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta' wara.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar President alternattiv temporanju minn fost il-membri tiegħu.";

(d)  il-paragrafu 5 huwa mħassar;

(38a)  l-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 49L-indipendenza

tal-President

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas ma għandu jieħu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern▐ jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m'għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta' dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, il-President għandu, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji."

(39)  jiddaħħal l-Artikolu 49a li ġej:

"Artikolu 49aSpejjeż

Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha organizzati mal-partijiet interessati esterni fi żmien ġimgħatejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f'konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.";

(40)  l-Artikoli 50, 51, 52 u 53 huma mħassra;.

(41)  l-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib sabiex tiżgura konsistenza transsettorjali, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet settorjali, mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), b'mod partikolari, fejn mitlub mid-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta':"

– konglomerati finanzjarji u konsolidazzjoni transfruntiera;

kontabilità u verifika;

– analiżi mikroprudenzjali ta' żviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali għall-istabbilità finanzjarja,

– prodotti tal-investiment bl-imnut;

ċibersigurtà;

skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki mal-BERS u ▌l-ASE.

servizzi finanzjarji għall-konsumatur u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri;

l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità." ;

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a.  Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum fejn l-Awtorità għandha tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward ta' kwistjonijiet marbuta mal-interazzjoni bejn il-kompiti tal-Awtorità u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-kompiti speċifiċi msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 konferiti lill-Awtorità Bankarja Ewropea.";

(42)  l-Artikolu 55▌ huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 55Kompożizzjoni

1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-Presidenti tal-ASE ▌.

2. Membru wieħed tal-Bord Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u t-tieni President tal-BERS u, fejn rilevanti, il-President ta' kwalunkwe Sottokumitat tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll, meta jkun rilevanti ta' kwalunkwe wieħed mis-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 57, bħala osservaturi.

3. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jinħatar fuq bażi ta' rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-ASE. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun it-tieni Viċi President tal-BERS.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Il-KumitatKonġunt jista' jistieden osservaturi. Il-Kumitat Konġunt għandu jilħaq pożizzjonijiet konġunti b'kunsens. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' mill-anqas darba kull tliet xhur.

4a. Il-President tal-Awtorità għandu b'mod regolari jikkonsulta u jinforma lill-Bord tas-Superviżuri dwar kwalunkwe pożizzjoni meħuda fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tas-sottokumitati tiegħu.";

(42a)  l-Artikolu 56 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 56

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tipprova tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), kif xieraq.

Fejn mitlub mid-dritt tal-Unjoni, l-atti skont l-Artikoli 10 sa▐ 19 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta' kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 1(2) li jaqa' wkoll fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) għandhom jiġu adottati, b'mod parallel, mill-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), kif xieraq.

Meta d-deċiżjoni tal-Awtorità tiddevja mill-pożizzjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1, jew fejn ma setgħet tittieħed ebda deċiżjoni, l-Awtorità għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħha.."

(42b)  l-Artikolu 57 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 57

Sottokumitati

1. Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi sottokumitati għall-finijiet tat-tħejjija tal-abbozz ta' pożizzjonijiet konġunti u ta' atti komuni għall-Kumitat Konġunt.

2. Is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-Presidenti tal-ASE, u minn rappreżentant wieħed ta' livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3. Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost ir-rappreżentanti tal-awtorità kompetenti rilevanti, li għandu jkun osservatur fil-Kumitat Konġunt.

3a. Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-konglomerati finanzjarji għall-Kumitat Konġunt.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu s-Sottokumitati stabbiliti kollha, inklużi l-mandati tagħhom u lista tal-membri tagħhom bil-funzjonijiet rispettivi tagħhom fis-Sottokumitat."

(43)  l-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa b'dan stabbilit."

(-aa)  fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni tajba b'rekord ippruvat ta' għarfien rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u li jkollu esperjenza professjonali internazzjonali fuq livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-swieq bankarji, tal-pensjonijiet tax-xogħol, dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità u l-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Il-membri għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru u għandu jkollhom għarfien profond ta' tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità u l-proporzjonalità tal-eżerċizzju tal-Awtorità tal-poteri tagħha.

(a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għall-espressjonijiet ta' interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Wara li jirċievi l-lista mqassra, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-kandidati għall-membri u l-membri supplenti jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija magħmula mill-Membri tiegħu qabel ma dawn jinħatru.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-membri tal-Bord tal-Appell jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija magħmula lilhom mill-Membri kull meta jintalbu jagħmlu dan.";

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Membru tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità ma għandux jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta' mġiba ħażina serja u l-Bord Eżekuttiv jieħu deċiżjoni għal dak l-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuri.";

(ba)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"8. L-ASE għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali permanenti adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt."

(44)  fl-Artikolu 59, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma m'għandhom ikunu marbutin b'ebda istruzzjoni. Huma m'għandhom iwettqu ebda dmir ieħor fir-rigward tal-Awtorità, il-Bord Eżekuttiv tagħha jew il-Bord tas-Superviżuri tagħha.

2. Il-membri tal-Bord tal-Appell u l-persunal tal-Awtorità li jipprovdu appoġġ operazzjonali u segretarjali m'għandhom jieħdu sehem f'ebda proċedimenti ta' appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.";

(45)  fl-Artikolu 60, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti, tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 16, 16a, 17, 18, 19 u 35 inkluż rigward il-proporzjonalità tagħha u kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2. L-appell, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta' notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien 3 xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat."

(46)  l-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Id-dħul tal-Awtorità għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħrajn ta' dħul, fi kwalunkwe kombinazzjoni ta' dan li ġej:

(a)  kontribuzzjoni ta' bilanċ mill-Unjoni, imdaħħla fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni (taqsima dwar il-Kummissjoni), li għandha tkun tal-inqas 35 % tad-dħul proġettat tal-Awtorità;

(aa)  kontribuzzjonijiet obbligatorji ta' mhux aktar minn 65 % tad-dħul proġettat tal-Awtorità mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(b)  skont l-evoluzzjoni tal-ambitu tas-superviżjoni speċifika għall-istituzzjoni, kontribuzzjonijiet annwali mill-istituzzjonijiet finanzjarji, abbażi tan-nefqa proġettata annwali relatata mal-attivitajiet rikjesti minn dan ir-Regolament u mill-Atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) għal kull kategorija ta' parteċipanti fi ħdan il-mandat tal-Awtorità;

(c)  kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.

(d)  kontribuzzjonijiet minn Stati Membri jew osservaturi;

(e)  ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u għal kwalunkwe servizz ieħor mitlub mill-awtoritajiet kompetenti."

1a. Id-dħul li tirċievi l-Awtorità m'għandux jikkomprometti l-indipendenza jew l-oġġettività tagħha.;

(aa)  fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-estimi għandhom ikunu bbażati fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tal-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 47(2), u għandhom iqisu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi u jinkisbu r-riżultati mistennija."

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

5. Il-kontribuzzjonijiet volontarji minn Stati Membri u osservaturi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu aċċettati jekk tali aċċettazzjoni tqajjem dubju dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awtorità.";

(47a)  jiddaħħal l-Artikolu 62b li ġej:

"Artikolu 62b

Tariffi superviżorji għas-CCPs

1. L-Awtorità għandha timponi, f'konformità ma' dan ir-Regolament u f'konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3, it-tariffi li ġejjin:

(a) tariffi assoċjati mal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 jew mal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 25, u

(b) tariffi annwali assoċjati mal-kompiti tal-Awtorità f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2. It-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati mal-fatturat tas-CCP ikkonċernata u għandhom ikopru bis-sħiħ in-nefqa neċessarja tal-Awtorità relatata mal-awtorizzazzjoni jew ir-rikonoxximent tas-CCP, kif applikabbli, u mal-prestazzjoni tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 sabiex tispeċifika iżjed dan li ġej:

(a) it-tipi ta' tariffi;

(b) il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi;

(c) l-ammont tat-tariffi;

(d) il-mod kif għandhom jitħallsu t-tariffi mill-entitajiet li ġejjin:

(i) is-CCPs stabbiliti fl-Unjoni li huma awtorizzati jew li qed japplikaw għall-awtorizzazzjoni;

(ii) is-CCPs stabbiliti f'pajjiż terz li huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament 648/2012;"

(48)  l-Artikolu 63 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 63Stabbiliment tal-baġit

1. Kull sena, il-Membru inkarigat għandu jfassal abbozz provviżorju tad-dokument uniku ta' programmazzjoni tal-Awtorità għat-tliet snin finanzjarji ta' wara, li jistabbilixxi d-dħul u n-nefqa proġettati, kif ukoll informazzjoni dwar il-persunal, mill-programmazzjoni annwali u pluriennali tiegħu u jibagħtu lill-Bord Eżekuttiv u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta' stabbiliment.

In-nefqa u t-tariffi tal-Awtorità relatati mal-kompiti u s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 44b(1) għandhom ikunu identifikabbli separatament fid-dikjarazzjoni tal-estimi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Qabel l-adozzjoni ta' dik id-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mill-Membru inkarigat b'rabta ma' tali nfiq u tariffi għandu jiġi approvat mill-Kumitat Superviżorju tas-CCP.

Il-kontijiet annwali tal-ESMA mfassla u ppubblikati f'konformità mal-Artikolu 64(6) għandhom jinkludu l-introjtu u l-ispejjeż relatati mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 44b(1).

1a. Il-President għandu jippreżenta l-abbozz tad-dokument uniku ta' programmazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u b'segwitu għal dan il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz li kien approvat mill-Bord Eżekuttiv u mill-Kumitat Superviżorju tas-CCP għall-infiq u t-tariffi relatati mal-kompiti u s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 44b(1), jadotta l-abbozz ta' dokument uniku ta' programmazzjoni għat-tliet snin finanzjarji li ġejjin.

1b. Id-dokument uniku ta' programmazzjoni għandu jintbagħat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sal-31 ta' Jannar. Mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-baġit annwali, il-Parlament Ewropew għandu japprova d-dokument uniku ta' programmazzjoni.

2. B'kont meħud tad-dokument uniku ta' programmazzjoni, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni ta' bilanċ li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat.

3. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta' bilanċ lill-Awtorità u tapprova l-limitu għall-infiq totali tal-Awtorità.

4. Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Huwa għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn neċessarju, huwa għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

5. Il-Bord Eżekuttiv għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini.

5a.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji jew implikazzjonijiet fit-tul sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tal-Awtorità, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini, inklużi l-klawżoli ta' waqfien.";

(49)  l-Artikolu 64 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 64L-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit

"1. Il-Membru inkarigat għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità.

2. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità, li għandu jkun indipendenti, għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara. L-Artikolu 70 m'għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti li tkun fil-kompetenza tal-Qorti.

3. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità.

4. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

5. Wara li jkun ikkunsidra l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità, li jaġixxi fuq responsabbiltà proprja, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Il-Membru inkarigat għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawn il-kontijiet.

6. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-1 ta' Lulju, pakkett tar-rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f'format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

8. Il-Membru inkarigat għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta' din tal-aħħar sat-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ukoll kopja ta' dik it-tweġiba lill-Bord Eżekuttiv u lill-Kummissjoni.

9. Il-Membru inkarigat għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar u kif previst fl-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

10. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N.

10a. L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew prevista fil-proċedura ta' kwittanza.";

(49a)  jiddaħħal l-Artikolu 64a li ġej:

"Artikolu 64aAwditjar Intern tal-Awtorità

L-awtorità għandha tistabbilixxi Kumitat tal-Awditjar Intern li għandu jipprovdi opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwittanza ta' dik il-parti tal-baġit li mhijiex iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni."

(50)  l-Artikolu 65 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 65Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013* għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

*Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).";

(51)  fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

*Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).";

(52)  l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini tal-applikazzjoni tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inklużi l-membri tal-Bord Eżekuttiv fuq bażi full-time, il-President, il-Kap tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP u d-Diretturi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 44a(1)(a).

2. Il-Bord Eżekuttiv, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa, f'konformità mal-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.";

(b)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex l-esperti nazzjonali mill-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu ssekondati lill-Awtorità.";

(53)  L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-membri tal-persunal kollha tal-Awtorità, inklużi l-uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħrajn kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

L-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika għall-membri kollha tal-persunal tal-Awtorità, inklużi uffiċjali sekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali.";

(b)  fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

" ▌L-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux iżomm lill-Awtorità u lill-awtoritajiet kompetenti milli jużaw l-informazzjoni għall-infurzar tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u, b'mod partikolari, għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.";

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a. Il-Bord Eżekuttiv, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP u l-Bord tas-Superviżuri għandhom jiżguraw li l-individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, fir-rigward tal-kompiti tal-Awtorità, inklużi uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-Bord Eżekuttiv u mill-Bord tas-Superviżuri jew maħtura mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-iskop, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk fil-paragrafi preċedenti

L-istess rekwiżiti għas-segretezza professjonali għandhom japplikaw ukoll għall-osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP u tal-Bord tas-Superviżuri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Awtorità.";

(d)  ▌il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"3. "Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iżommu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f'konformità m'' dan ir-Regolament u ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.";

Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal kull persuna li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar theddida jew ħsara għall-interess pubbliku fil-kuntest tar-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4. L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KEFA, Euratom) 2015/444.

4a. L-Awtorità għandha tistabbilixxi mezzi ta' rappurtar iddedikati biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna li tirrapporta dwar ksur attwali jew potenzjali ta' atti tal-Unjoni jew abbuż tad-dritt jew każijiet ta' amministrazzjoni ħażina.";

(54)  l-Artikolu 71 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/XXX (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-Istituzzjonijiet u l-Korpi tal-UE) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.";

(55)  fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001."

(56)  fl-Artikolu 73, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.";

(57)  fl-Artikolu 74, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Eżekuttiv.";

(57a)  fl-Artikolu 75, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2. L-Awtorità għandha tikkoopera mal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, li japplikaw leġiżlazzjoni li ġiet rikonoxxuta ekwivalenti fl-oqsma ta' kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif inhu previst fil-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 218 TFUE.

3. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward ta' pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, fil-ħidma tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Dawn jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fl-amministrazzjoni tal-Awtorità, iżda għandhom jiżguraw li dawk il-pajjiżi ma jattendu għall-ebda diskussjoni relatata mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett."

(58)  jiddaħħal l-Artikolu 75a li ġej:

"Artikolu 75aEżerċitar tad-delega

1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35d(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35d(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

(59)  l-Artikolu 76 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 76Ir-relazzjoni mal-KRET

L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-KRET. Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tal-KRET għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Il-KRET għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu sa mid-data ta' dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mill-KRET u mill-Kummissjoni".

(60)  jiddaħħal l-Artikolu 77a ġdid:

Artikolu 77aDispożizzjonijiet tranżitorji

Il-kompiti u l-pożizzjoni tad-Direttur Eżekuttiv maħtur f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva 2014/51/UE u fil-kariga fi cf jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jieqfu f'dik id-data.

Il-kompiti u l-pożizzjoni tal-President maħtur f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva 2014/51/UE u fil-kariga fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikomplu sal-iskadenza tiegħu.

Il-kompiti u l-pożizzjoni tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura f'konformità ma' dan ir-Regolament kif emendat l-aħħar mid-Direttiva (UE) 2014/51/UE u fil-kariga fi [UP: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jieqfu f'dik id-data.".

(60a)  l-Artikolu 79 huwa mħassar.

(60b)  l-Artikolu 80 huwa mħassar.

(60c)  l-Artikolu 81 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 81

Rieżami

1. Sa ... [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:

(a) l-effettività u l-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti:

(i) l-indipendenza funzjonali tal-awtoritajiet kompetenti u l-konverġenza fl-istandards ekwivalenti għall-governanza korporattiva;

(ii) l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;

(b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c) il-progress miksub fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjament tal-Unjoni;

(d) ir-rwol tal-Awtorità fir-rigward tar-riskju sistemiku;

(e) l-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 38;

(f) l-applikazzjoni tar-rwol ta' medjazzjoni vinkolanti stabbilita fl-Artikolu 19;

(fa) il-funzjonament tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt.

2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a) huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur bankarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(b) huwiex xieraq li titwettaq superviżjoni prudenzjali u li jiġi ssorveljat it-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;

(c) huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;

(d) l-evoluzzjoni tas-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(e) hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan is-SESF;

(f) ir-responsabbiltà u t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni humiex xierqa;

(g) ir-riżorsi tal-Awtorità humiex adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;

(h) huwiex adegwat li s-sede tal-Awtorità tinżamm jew jekk l-ASE jitmexxewx f'sede unika biex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejniethom.

2a. Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u mal-partijiet interessati kollha rilevanti, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tal-ittri ta' ebda azzjoni skont l-Artikolu 9a ta' dan ir-Regolament.

2b. Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u mal-partijiet interessati rilevanti kollha, twettaq valutazzjoni komprensiva dwar is-superviżjoni potenzjali taċ-ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi mill-ESMA biex jiġu esplorati aspetti bħalma huma r-rikonoxximent abbażi tal-importanza sistemika, ir-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konformità kontinwa, il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali kif ukoll il-persunal u r-riżorsi. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-effetti fuq il-likwidità, inklużi d-disponibbiltà tal-aħjar prezz għall-investituri, l-aħjar eżekuzzjoni għall-klijenti tal-UE, l-ostakli għall-aċċess u l-benefiċċji ekonomiċi għall-kontropartijiet tal-UE biex jinnegozjaw globalment kif ukoll l-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

2c. Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u mal-partijiet interessati rilevanti kollha, twettaq valutazzjoni komprensiva dwar is-superviżjoni potenzjali tas-CSDs ta' pajjiż terzi mill-ESMA biex jiġu esplorati aspetti bħalma huma r-rikonoxximent abbażi tal-importanza sistemika, ir-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konformità kontinwa, il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali kif ukoll il-persunal u r-riżorsi.

2d. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2a, 2b u 2c, flimkien ma' proposti leġiżlattivi, jekk dan ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3. Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta' skala pan-Ewropea u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tas-suq, l-istabilità tas-suq intern u l-koeżjoni tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-adegwatezza li l-Awtorità tiġi fdata b'responsabbiltajiet superviżorji ulterjuri f'dan il-qasam.

4. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Artikolu 6Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:

(25)  l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (g) li ġej:

"(g) l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri tas-servizz ta' rapportar tad-data";

(b)  fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

"‘5a. L-Artikoli 40 u 42 japplikaw ukoll fir-rigward tal-kumpaniji maniġerjali tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u tal-kumpaniji ta' investiment tal-UCITS awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2009/65/KE u fir-rigward tal-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFMs) awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE.";

(26)  l-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punti (34), (35) u (36) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(34)  "arranġament ta' pubblikazzjoni approvat" jew "APA" tfisser persuna awtorizzata skont dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta' pubblikazzjoni tar-rapporti kummerċjali f'isem id-ditti ta' investiment skont l-Artikoli 20 u 21;

(35) "fornitur ta' tape konsolidat" jew "CTP" tfisser persuna awtorizzata skont dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta' ġbir tar-rapporti kummerċjali għall-istrumenti finanzjarji elenkati fl-Artikoli 6, 7, 10, 12 u 13, 20 u 21 minn swieq regolati, MTFs, OTFs u APAs u tikkonsolidahom f'xandir elettroniku kontinwu live tad-data li jipprovdi data dwar il-prezz u l-volum għal kull strument finanzjarju;

(36) "mekkaniżmu ta' rapportar approvat" jew "ARM" ifisser persuna awtorizzata skont dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta' rapportar tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-ESMA f'isem id-ditti ta' investiment;";

(b)  jiddaħħal il-punt (36a) li ġej:

"(36a) "fornituri ta' servizz ta' rapportar tad-data" tfisser il-persuni msemmija fil-punti (34) sa (36) u l-persuni msemmija fl-Artikolu 38a27a(2)];";

(27)  l-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 22L-għoti ta' informazzjoni għall-finijiet tat-trasparenza u kalkoli oħrajn

1. Sabiex iwettqu l-kalkoli bil-għan li jiddeterminaw ir-rekwiżiti għat-trasparenza qabel u wara n-negozjar u r-reġimi tal-obbligu tan-negozjar imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11, fl-Artikoli 14 sa 21 u fl-Artikolu 32, li huma applikabbli għall-istrumenti finanzjarji, kif ukoll bil-għan li jiġi ddeterminat jekk ditta ta' investiment hijiex internalizzatur sistematiku, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni mingħand:

(a)  iċ-ċentri tan-negozjar;

(b)  l-APAs; u

(c)  is-CTPs.

2. Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jaħżnu d-data meħtieġa għal perjodu ta' żmien suffiċjenti.

3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet għad-data u l-formati u l-perjodu ta' żmien li matulu ċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jwieġbu għat-talbiet għad-data msemmija fil-paragrafu 1, it-tip ta' data li trid tinħażen u l-perjodu ta' żmien minimu li għalih iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jaħżnu d-data sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għat-talbiet għad-data f'konformità mal-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(28)  l-Artikolu 26 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 26Obbligu ta' rapportar tat-tranżazzjonijiet

1.  Id-ditti ta' investiment li jeżegwixxu tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw id-dettalji sħaħ u preċiżi ta' tali tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn tmiem il-jum tax-xogħol li jkun imiss.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom , f'konformità mal-Artikolu 85 tad-Direttiva 2014/65/UE, jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal dawk l-istrumenti finanzjarji tirċievi din l-informazzjoni wkoll.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ESMA kwalunkwe informazzjoni rrapportata f'konformità ma' dan l-Artikolu.

2.  L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għandu japplika għal:

(a) strumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew negozjati f'ċentru tan-negozjar jew li għalihom saret talba għall-ammissjoni għall-kummerċ;

(b) strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa strument finanzjarju negozjat f'ċentru tan-negozjar; u

(c) strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa indiċi jew basket magħmul minn strumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar

L-obbligu għandu japplika għat-tranżazzjonjiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (c) irrispettivament minn jekktranżazzjonijiet bħal dawn jitwettqux fiċ-ċentru tan-negozjar jew le.

3.  B'mod partikolari, ir-rapporti għandhom jinkludu d-dettalji tal-ismijiet u tal-għadd ta' strumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f'isimhom id-ditta ta' investiment tkun eżegwiet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta ta' investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni sabiex tiġi identifikata d-deroga applikabbli li taħtha sar in-negozjar, mezzi sabiex jiġu identifikati d-ditti ta' investiment ikkonċernati u deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat bejgħ ta' pożizzjoni qasira kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fir-rigward ta' kwalunkwe ishma u dejn sovran fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 12, 13 u 17 ta' dak ir-Regolament. Għat-tranżazzjonijiet mhux imwettqa f'ċentru tan-negozjar, ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati t-tipi ta' tranżazzjonijiet skont il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 20(3)(a) u l-Artikoli 21(5)(a). Rigward id-derivattivi ta' komodità, ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b'mod oġġettivament miżurabbli skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE.

4.  Id-ditti ta' investiment li jibagħtu l-ordnijiet għandhom jinkludu fit-trażmissjoni ta' dik l-ordni d-dettalji kollha kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 3. Minflok tinkludi d-dettalji msemmija meta tittrażmetti l-ordnijiet, ditta ta' investiment tista' tagħżel li tirrapporta l-ordni trażmessa, jekk tkun twettqet, bħala tranżazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1. F'dak il-każ, ir-rapport tat-tranżazzjoni mid-ditta ta' investiment għandu jiddikjara li dan jappartjeni għal ordni trażmessa.

5.  L-operatur ta' ċentru tan-negozjar għandu jirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji nnegozjati fuq il-pjattaforma tiegħu li jiġu eżegwiti permezz tas-sistemi tiegħu minn ditta li mhijiex soġġetta għal dan ir-Regolament f'konformità mal-paragrafi 1 u 3.

6.  Fir-rapportar tad-deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti, kif meħtieġ skont il-paragrafi 3 u 4, id-ditti ta' investiment għandhom jużaw identifikatur ta' entità ġuridika stabbilit sabiex jidentifika klijenti li huma persuni ġuridiċi.

L-ESMA għandha tiżviluppa sa [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ] linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tiżgura li l-applikazzjoni ta' identifikaturi ta' entità ġuridika fl-Unjoni tikkonforma mal-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja.

7.  Ir-rapporti għandhom isiru lill-awtorità kompetenti mid-ditta tal-investiment innifisha, minn ARM li jaġixxi f'isimha jew miċ-ċentru tan-negozjar li permezz tas-sistema tiegħu tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni, f'konformità mal-paragrafi 1, 3 u 9.

Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom ir-responsabilità għall-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f'waqtha tar-rapporti li jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti.

B'deroga minn dik ir-responsabilità, meta ditta tal-investiment tirrapporta dettalji dwar dawk it-tranżazzjonijiet permezz ta' ARM li jaġixxi f'isimha jew permezz ta' ċentru tan-negozjar, id-ditta tal-investiment m'għandhiex tkun responsabbli għal nuqqasijiet għall-kompletezza, il-preċiżjoni jew il-preżentazzjoni f'waqtha tar-rapporti li huma attribwibbli lill-ARM jew liċ-ċentru tan-negozjar. F'dawk il-każijiet, u suġġett għall-Artikolu 66(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ARM jew iċ-ċentru tan-negozjar għandhom ikunu responsabbli għal dan in-nuqqasijiet.

Id-ditti tal-investiment iridu, madankollu, jieħdu passi raġonevoli biex jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f'waqtha tar-rapporti ta'tranżazzjoni li jkunu tressqu f'isimhom.

L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jeżigi li ċ-ċentru tan-negozjar, meta jagħmel rapporti f'isem id-ditta tal-investiment, ikollu fis-seħħ mekkaniżmi ta' sigurtà tajbin imfasslin biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, biex jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-data u aċċess mhux awtorizzat u biex jipprevjenu kxif ta' informazzjoni filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-data f'kull ħin. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeżiġi li ċ-ċentru tan-negozjar iżżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta' back-up b'mod li joffri u jżomm għaddejjin is-servizzi tuegħu f'kull ħin.

Is-sistemi ta' tqabbil tat-tranżazzjonijiet jew ta' rapportar, inklużi r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti f'konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM sabiex ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafi 1, 3 u 9.

Meta t-tranżazzjonijiet ikunu ġew irrapportati lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huwa approvat bħala ARM u meta dawk ir-rapporti jkun fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1, 3 u 9 u jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment tkun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

Meta jkun hemm żbalji jew ommissjonijiet fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet, l-ARM, id-ditta tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li jirrapportaw it-tranżazzjoni għandhom jikkoreġu l-informazzjoni u jippreżentaw rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti.

8.  Meta, f'konformità mal-Artikolu 35(8) tad-Direttiva 2014/65/UE, ir-rapporti previsti f'dan l-Artikolu jintbagħtu lill-awtorità kompetenti, hija għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jiddeċidux li ma jkunux jixtiequ jirċievu dik l-informazzjoni.

9.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

(a)  l-istandards u l-formats tad-data sabiex l-informazzjoni tiġi rrappurtata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta' tali rapporti;

(b)  il-kriterji għad-definizzjoni ta' suq relevanti skont il-paragrafu 1;

(c)  ir-referenzi tal-istrumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjoni, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f'isimhom il-kumpanija tal-investimenti wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-eżenzjoni applikabbli li skontha jkun sar in-negozjar, il-mezzi ta' identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, it-taqsimiet tad-data meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 3; u

(d)  id-deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ bin-nieqes ta' ishma u dejn sovran kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(e)  il-kategoriji rilevanti ta' strumenti finanzjarji li għandhom jiġu rrappurtati skont il-paragrafu 2;

(f)  il-kundizzjonijiet li bihom l-identifikaturi ta' entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, u l-kundizzjonijiet li bihom jintużaw dawn l-identifikaturi ta' entità ġuridika minn ditti tal-investiment sabiex jipprovdu, skont il-paragrafi 3, 4 u 5, id-deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-klijenti fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet li huma meħtieġa jistabbilixxu skont il-paragrafu 1.

(g)  l-applikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lil fergħat ta' ditti tal-investiment;

(h)  dak li jikkostitwixxitranżazzjoni u t-twettiq ta' tranżazzjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

(i)  meta ditta tal-investiment titqies li tkun ittrażmettiet ordni għall-finijiet tal-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.  Sa [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ], l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta' dan l-Artikolu, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-obbligi relatati ta' rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti jippermettux b'mod komprensiv il-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditti ta' investiment f'konformità mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tieħu passi sabiex tipproponi kwalunkwe bida f'dan ir-rigward, inkluż billi tipprevedi li t-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi biss lil sistema waħda. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-ESMA lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.";

(29)  l-Artikolu 27 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 27Obbligu tal-forniment ta' data ta' referenza tal-istrument finanzjarju

1.  Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fi swieq regolati jew innegozjati fuq l-MTFs jew l-OTFs, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jipprovdu lill-ESMA b'data ta' referenza ta' identifikazzjoni għall-finijiet tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26.

Fir-rigward ta' strumenti finanzjarji oħrajn koperti mill-Artikolu 26(2) innegozjati fuq is-sistema tagħha, kull internalizzatur sistematiku għandu jipprovdi lill-ESMA b'data ta' referenza relatata ma' dawk l-istrumenti finanzjarji.

Id-data ta' referenza ta' identifikazzjoni għandha tkun lesta biex tiġi ppreżentata lill-ESMA f'format elettroniku u standardizzat qabel jibda n-negozjar fl-istrument finanzjarju li tirreferi għalih. Id-data ta' referenza tal-istrument finanzjarju għandha tiġi aġġornata kull meta jkun hemm bidliet fid-data fir-rigward ta' strument finanzjarju. L-ESMA għandha tippubblika dik id-data ta' referenza minnufih fuq is-sit web tagħha. L-ESMA għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti aċċess mingħajr dewmien għal dik id-data ta' referenza.

2.  Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw, skont l-Artikolu 26, l-attivitajiet tad-ditti ta' investiment sabiex jiżguraw li dawn jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali u b'mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-ESMA għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li:

(a)  l-ESMA effettivament tirċievi d-data ta' referenza tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 1;

(b)  il-kwalità tad-data riċevuta b'dan il-mod tkun adatta għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26;

(c)  id-data ta' referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 tintbagħat b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

(d)  ikun hemm mekkaniżmi effettivi fis-seħħ bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jissolvew il-kwistjonijiet relatati mal-kunsinna tad-data jew il-kwalità tad-data.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

(a)  l-istandards u l-formati tad-data għad-data ta' referenza tal-istrument finanzjarju f'konformità mal-paragrafu 1, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għall-forniment tad-data u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-ESMA u għat-trażmissjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1 u l-forma u l-kontenut ta' tali data;

(b)  il-miżuri tekniċi li huma meħtieġa fir-rigward tal-arranġamenti li jridu jsiru mill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3a.  L-ESMA tista' tissospendi l-obbligi ta' rapportar speċifikati fil-paragrafu 1 għal ċerti strumenti finanzjarji jew għall-istrumenti finanzjarji kollha meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  Is-sospensjoni tkun neċessarja sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-kwalità tad-data ta' referenza soġġetta għall-obbligu ta' rapportar kif speċifikat fl-Artikolu 27(1) tal-MiFIR li jistgħu jitqiegħdu f'riskju minħabba kwalunkwe wieħed minn dan li ġej:

(i) inkompletezza, impreċiżjoni jew tbagħbis serji tad-data sottomessa, jew

(ii) indisponibbiltà b'mod puntwali, interruzzjoni jew ħsara fil-funzjonament tas-sistemi użati għas-sottomissjoni, għall-ġbir, għall-proċessar jew għall-ħżin tad-data ta' referenza rispettiva mill-ESMA, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-infrastrutturi tas-suq, mis-sistemi ta' kklerjar u ta' saldu u mill-parteċipanti importanti fis-suq.

(b)  Ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni skont id-dritt tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida.

(c)  Is-sospensjoni ma jkollha l-ebda effett ta' detriment fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni.

(d)  Is-sospensjoni ma toħloq ebda arbitraġġ regolatorju.

Meta tieħu l-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tqs kemm il-miżura tiżgura l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data rapportata għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 2.

Qabel ma tiddeċiedi jekk tiħux il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi meqjusa mill-ESMA fid-determinazzjoni ta' f'liema każijiet il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tiġi adottata u ma tibqax tapplika."

(30)  jiddaħħal it-Titolu IVa li ġej:

"TITOLU IVa

SERVIZZI TA' RAPPORTAR TAD-DATA

KAPITOLU 1

L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta' servizz ta' rapportar tad-data

Artikolu 27aRekwiżit għall-awtorizzazzjoni

1. L-operat ta' APA, CTP jew ARM bħala mestier jew negozju regolari għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-ESMA f'konformità ma' dan it-Titolu.

2. Ditta ta' investiment jew operatur fis-suq li joperaw ċentru tan-negozjar jistgħu jipprovdu wkoll is-servizzi ta' APA, CTP jew ARM, soġġetti għall-verifika minn qabel mill-ESMA li d-ditta ta' investiment jew l-operatur fis-suq ikunu konformi ma' dan it-Titolu. Il-forniment ta' dawk is-servizzi għandu jiġi inkluż fl-awtorizzazzjoni tagħhom.

3. L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru tal-fornituri kollha tas-servizzi ta' rapportar tad-data fl-Unjoni. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom huwa awtorizzat il-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-data u għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari.

Meta l-ESMA tkun irtirat awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 27d, dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal perjodu ta' 5 snin.

4. Il-fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-data għandhom jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt is-superviżjoni tal-ESMA. L-ESMA għandha tirrevedi regolarment il-konformità tal-fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-data ma' dan it-Titolu. L-ESMA għandha tissorvelja li l-fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-data jikkonformaw f'kull ħin mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti skont dan it-Titolu.

Artikolu 27bL-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta' servizz ta' rapportar tad-data

1. Il-fornituri ta' servizz ta' rapportar tad-data għandhom jiġu awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tat-Titolu IVa meta:

(a)  il-fornitur tas-servizz tad-data huwa persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni; u

(b)  il-fornitur tas-servizz tad-data jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IVa.

2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika s-servizz tar-rapportar tad-data li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-data huwa awtorizzat li jipprovdi. Meta fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data awtorizzat ifittex li jestendi l-kummerċ tiegħu għal servizzi ta' rapportar tad-data addizzjonali, huwa għandu jissottometti talba lill-ESMA għall-estensjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni.

3. Fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data awtorizzat għandu jikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fit-Titolu IVa. Fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data awtorizzat għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-ESMA bi kwalunkwe bidliet materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.

4. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u valida għat-territorju kollu tal-Unjoni u għandha tippermetti lill-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data jipprovdi s-servizzi, li għalihom kien awtorizzat, madwar l-Unjoni kollha.

Artikolu 27cProċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni

1. Il-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data tal-applikant għandu jippreżenta applikazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-ESMA tkun tista' tikkonferma li l-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data stabbilixxa, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, inkluż programm ta' operazzjonijiet li jistabbilixxu, inter alia, it-tipi ta' servizzi previsti u l-istruttura organizzazzjonali.

2. L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien sa meta l-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tivvaluta applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika b'dan lill-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data.

3. L-ESMA għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta l-konformità tal-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data ma' dan it-Titolu u għandha tadotta deċiżjoni kompletament motivata li tagħti jew tirrifjuta awtorizzazzjoni u tinnotifika lill-fornitur ta' servizz tad-data tal-applikant kif xieraq fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.

4. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina:

(a)  l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lilha skont il-paragrafu 6, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;

(b)  l-informazzjoni inkluża fin-notifiki skont l-Artikolu 27b(3).

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika jew il-forniment tal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 27e(3).

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27dIrtirar ta' awtorizzazzjoni

1. L-ESMA tista' tirtira l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data meta dan tal-aħħar:

(a)  ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda ebda servizz fis-sitt xhur preċedenti;

(b)  ikun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)  ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom kien ġie awtorizzat;

(d)  kiser serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. L-ESMA għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data b'deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data.";

Artikolu 27eRekwiżiti għall-korp maniġerjali ta' fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data

1. Il-korp maniġerjali ta' fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data għandu f'kull ħin ikun ta' reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza u jimpenja biżżejjed ħin sabiex jaqdi dmirijietu.

Il-korp maniġerjali għandu jkollu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza kollettivi adegwati sabiex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data. Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb sabiex jikkontesta b'mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u sabiex jissorvelja u jimmonitorja b'mod effettiv it-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali, fejn meħtieġ.

Meta operatur tas-suq jitlob awtorizzazzjoni sabiex jopera APA, CTP jew ARM skont l-Artikolu 27c u l-membri tal-korp maniġerjali tal-APA, tas-CTP jew tal-ARM ikunu l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

2. Il-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data għandu jinnotifika lill-ESMA dwar il-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u dwar kwalunkwe bidliet fis-sħubija tagħha, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi vvalutat jekk l-entità hijiex konformi mal-paragrafu 1.

3. Il-korp maniġerjali ta' fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data għandu jiddefinixxi u jissorvejla l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti ta' organizzazzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, b'mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tiegħu.

4. L-ESMA għandha tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jekk ma tkunx sodisfatta li l-persuna jew il-persuni li għandhom jidderieġu b'mod effettiv in-negozju tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data huma ta' reputazzjoni tajba biżżejjed, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli sabiex wieħed jemmen li l-bidliet proposti fil-immaniġġjar tal-fornitur jikkawżaw theddida għall-immaniġġjar tajjeb u prudenti tiegħu u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti tiegħu u tal-integrità tas-suq.

5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ] għall-valutazzjoni tal-adattabilità tal-membri tal-korp maniġerjali deskritti fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis ir-rwoli u l-funzjonijiet differenti mwettqa minnhom u l-ħtieġa li tevita kunflitti ta' interess bejn il-membri tal-korp maniġerjali u l-utenti tal-APA, tas-CTP jew tal-ARM.

Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu 2

IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APAs, GĦAS-CTPs U GĦALL-ARMs

Artikolu 27fIr-rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs

1. APA għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jagħmel l-informazzjoni pubblika meħtieġa skont l-Artikoli 20 u 21 mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tal-APA. L-APA għandu jxerred tali informazzjoni b'mod effiċjenti u konsistenti b'mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux dikriminatorja u f'format li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni b'data simili minn sorsi oħrajn.

2. L-informazzjoni ppubblikata minn APA f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

(a)  l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;

(b)  il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;

(c)  il-volum tat-tranżazzjoni;

(d)  il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e)  il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;

(f)  in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g)  il-kodiċi għaċ-ċentru tan-negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, meta t-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta' internalizzatur sistematiku, il-kodiċi "SI" jew inkella l-kodiċi "OTC";

(h)  jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

3. APA għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba biex jipprevjenu kunflitti ta' interess mal-klijenti tiegħu. B'mod partikolari, APA li jkun ukoll operatur tas-suq jew ditta ta' investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti.

4. APA għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-data u l-aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu l-ħruġ ta' informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni. L-APA għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta' riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f'kull ħin.

5. L-APA għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b'mod effettiv ir-rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji u jitolbu trażmissjoni mill-ġdid ta' kwalunkwe rapporti żbaljati bħal dawn.

6. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw formati komuni, standards ta' data u arranġamenti tekniċi li jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50 sabiex tispeċifika x'jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex tagħmel l-informazzjoni pubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

8. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)  il-mezzi li bihom APA jista' jikkonforma mal-obbligu ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(b)  il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1, inkluża, mill-inqas, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'tali mod li tkun iffaċilitata l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mitluba skont dan l-Artikolu;

(c)  ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27gIr-rekwiżiti organizzazzjonali għas-CTPs

1. CTP għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jiġbor l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-Artikoli 6 u 20, jikkonsolidaha fi fluss kontinwu ta' data elettronika u jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

(a)  l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;

(b)  il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;

(c)  il-volum tat-tranżazzjoni;

(d)  il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e)  il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;

(f)  in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g)  il-kodiċi għaċ-ċentru tan-negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, meta t-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta' internalizzatur sistematiku, il-kodiċi "SI" jew inkella l-kodiċi "OTC";

(h)  fejn applikabbli, il-fatt li algoritmu tal-kompjuter fi ħdan id-ditta ta' investiment kien responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni;

(i)  jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi;

(j)  jekk l-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) kien irrinunzjat f'konformità mal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 4(1), markatura li tindika għal liema minn dawk ir-rinunzji ġiet soġġetta t-tranżazzjoni.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tas-CTP. Is-CTP għandu jkun jista' jxerred tali informazzjoni b'mod effiċjenti u konsistenti b'mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux dikriminatorja u f'formati li jkunu faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq.

2. CTP għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jiġbor l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 10 u mal-Artikolu 21, jikkonsolidaha fi fluss kontinwu ta' data elettronika u jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli, inklużi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

(a)  l-identifikatur jew fatturi ta' identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(b)  il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;

(c)  il-volum tat-tranżazzjoni;

(d)  il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e)  il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;

(f)  in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g)  il-kodiċi għaċ-ċentru tan-negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, meta t-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta' internalizzatur sistematiku, il-kodiċi "SI" jew inkella l-kodiċi "OTC";

(h)  jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tas-CTP. Is-CTP għandu jkun jista' jxerred tali informazzjoni b'mod effiċjenti u konsistenti b'mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux dikriminatorja u f'formati aċċettati b'mod ġenerali li jkunu interoperabbli u faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq.

3. Is-CTP għandu jiżgura li d-data pprovduta tkun ikkonsolidata mis-swieq regolati kollha, mill-MTFs, mill-OTFs u mill-APAs u għall-istrumenti finanzjarji speċifikati minn standards tekniċi regolatorji skont il-punt (c) tal-paragrafu 8.

4. Is-CTP għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba sabiex jipprevjenu kunflitti ta' interess. B'mod partikolari, operatur tas-suq jew APA, li joperaw ukoll tape konsolidat, għandhom jittrattaw l-informazzjoni kollha miġbura b'mod mhux diskriminatorju u għandhom joperaw u jżommu arranġamenti xierqa sabiex jisseparaw funzjonijiet operattivi differenti.

5. Is-CTP għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni u jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-data u l-aċċess mhux awtorizzat. Is-CTP għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta' riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f'kull ħin.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw l-istandards tad-data u l-formati għall-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata f'konformità mal-Artikoli 6, 10, 20 u 21, inklużi l-identifikatur tal-istrument finanzjarju, il-prezz, il-kwanitità, il-ħin, in-notazzjoni tal-prezz, l-identifikatur tal-post u indikaturi għall-kundizzjonijiet speċifiċi li għalihom kienu soġġetti t-tranżazzjonijiet, kif ukoll arranġamenti tekniċi li jippromwovu tixrid effiċjenti u konsistenti tal-informazzjoni b'tali mod li jiġi żgurat li din tkun faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, inkluż l-identifikazzjoni ta' servizzi addizzjonali li jista' jwettaq is-CTP u li jżidu l-effiċjenza tas-suq.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 89 li jikkjarifikaw x'jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex jiġi pprovdut aċċess għall-flussi ta' data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

7. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)  il-mezzi li bihom is-CTP jista' jikkonforma mal-obbligi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

(b)  il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafi 1 u 2;

(c)  l-istrumenti finanzjarji, li d-data dwarhom trid tiġi pprovduta fil-fluss tad-data u, għall-istrumenti mhux ta' ekwità, iċ-ċentri tan-negozjar u l-APAs li jeħtieġ li jiġu inklużi;

(d)  mezzi oħrajn sabiex jiġi żgurat li d-data ppubblikata minn CTPs differenti tkun konsistenti u tippermetti mmappjar komprensiv u kontroreferenza ma' data simili minn sorsi oħrajn, u tkun tista' tiġi aggregata fil-livell tal-Unjoni;

(e)  ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stipulati fil-paragrafi 4 u 5.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27hIr-rekwiżiti organizzazzjonali għall-ARMs

1. ARM għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti sabiex jirrapporta l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 26 mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-għeluq tal-jum tax-xogħol ta' wara l-jum li fih tkun seħħet it-tranżazzjoni.

2. L-ARM għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba sabiex jipprevjenu kunflitti ta' interess mal-klijenti tiegħu. B'mod partikolari, ARM li huwa wkoll operatur tas-suq jew ditta ta' investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti.

3. L-ARM għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-data u l-aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu l-ħruġ ta' informazzjoni, filwaqt li jżommu l-kunfidenzjalità tad-data f'kull ħin. L-ARM għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta' riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f'kull ħin.

4. L-ARM għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b'mod effettiv ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji kkawżati mid-ditta ta' investiment u fejn iseħħ tali żball jew ommissjoni, jikkomunikaw id-dettalji tal-iżball jew tal-omissjoni lid-ditta ta' investiment u jitolbu t-trażmissjoni mill-ġdid ta' kwalunkwe rapporti żbaljati bħal dawn.

L-ARM għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jippermettu lill-ARM jinduna bi żbalji jew ommissjonijiet ikkawżati mill-ARM innifsu u li jippermettu lill-ARM jikkorreġi u jittrażmetti, jew inkella jittrażmetti mill-ġdid, skont kif ikun il-każ, rapporti tat-tranżazzjonijiet korretti u kompleti lill-awtorità kompetenti.

5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)  il-mezzi li bihom l-ARM jista' jikkonforma mal-obbligu tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1; u

(b)  ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(31)  jiddaħħal it-Titolu VIa li ġej:

"TITOLU VIa

Is-setgħat u l-kompetenzi tal-ESMA

KAPITOLU 1

KOMPETENZI U PROĊEDURI

Artikolu 38aL-eżerċitar tas-setgħat tal-ESMA

Is-setgħat mogħtija lill-ESMA jew lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew persuna oħra awtorizzata minnha skont l-Artikoli 38b sa 38e ma għandhomx jintużaw sabiex jeżiġu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għal privileġġ legali.

Artikolu 38bTalba għall-informazzjoni

1. L-ESMA tista', permezz ta' talba sempliċi jew b'deċiżjoni, titlob lill-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni kollha sabiex l-ESMA tkun tista' taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:

(a) APA, CTP, ARM u ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li joperaw ċentru tan-negozjar sabiex joperaw is-servizzi ta' rapportar tad-data ta' APA, CTP jew ARM, kif ukoll il-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom;

  (b) il-maniġers tal-persuni msemmija fil-punt (a);

(c) l-awdituri u l-konsulenti tal-persuni msemmija fil-punt (a);

2. Kwalunkwe talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a) tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta' dik it-talba;

(b) tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;

(d) tinkludi limitu ta' żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) tinkludi dikjarazzjoni li ma hemm ebda obbligu fuq il-persuna li mingħandha tintalab l-informazzjoni sabiex tipprovdi dik l-informazzjoni, iżda li f'każ ta' tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma tridx tkun skorretta jew qarrieqa;

(f) tindika l-ammont tal-multa li trid tinħareġ f'konformità mal-Artikolu 38e meta l-informazzjoni pprovduta tkun skorretta jew qarrieqa.

3. Meta titlob il-forniment ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1 b'deċiżjoni, l-ESMA għandha:

(a) tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta' dik it-talba;

(b) tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;

(d) tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 38g meta l-produzzjoni tal-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta;

(f) tindika l-multa prevista fl-Artikolu 38f, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;

(g) tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-ESMA u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja") f'konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta' persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati sabiex jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati sabiex jaġixxu jistgħu jfornu l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli bis-sħiħ jekk l-informazzjoni fornuta tkun inkompleta, skorretta jew qarrieqa.

5. L-ESMA għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.

Artikolu 38cInvestigazzjonijiet ġenerali

1. Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1). Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:

(a) jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li jkunu maħżuna fuqu;

(b) jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta', jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;

(c) isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1) jew lir-rappreżentanti jew lill-membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u sabiex jinżamm rekord tat-tweġibiet;

(d) jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens sabiex tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta' informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni;

(e) jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.

2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-ħlasijiet perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 38i meta l-produzzjoni tar-rekords, tad-data u tal-proċeduri meħtieġa jew ta' kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 38h, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) ikunu skorretti jew qarrieqa.

3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) huma mitluba jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta' deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 38i, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

4. Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta' dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjonijiet jekk jintalbu jagħmlu dan.

5. Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont id-dritt nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista' ssir ukoll applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din bħala miżura ta' prekawzjoni.

6. Meta awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' talba għar-rekords tat-telefon jew tat-traffiku tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dan li ġej:

(a) id-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 3 hija awtentika;

(b) kwalunkwe miżura li trid tittieħed hija proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b'mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA sabiex tissuspetta li jkun seħħ ksur ta' dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrevedi l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fuq il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38dSpezzjonijiet fuq il-post

1. Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1).

2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 38b(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini tan-negozju u l-kotba jew ir-reġistri għall-perjodu tal-ispezzjoni u safejn ikun meħtieġ.

3. Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq l-ispezzjoni. Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista', wara li tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti, twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel. L-ispezzjonijiet f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu sakemm l-awtorità rilevanti tkun ikkonfermat li hija ma toġġezzjonax għal dawk l-ispezzjonijiet.

4. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 38g meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux irwieħhom għall-ispezzjoni.

5. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) għandhom jissottomettu rwieħhom għall-investigazzjonijiet fuq il-post ordnati b'deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, taħtar id-data meta din għandha tibda u tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 38i, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

6. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b'mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post.

7. L-ESMA tista' teżiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 38b(1) f'isimha.

8. Meta l-uffiċjali u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, billi titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta' awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.

9. Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont id-dritt nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista' ssir ukoll applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din bħala miżura ta' prekawzjoni.

10. Meta awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik l-awtorità għandha tivverifika dan li ġej:

(a)  id-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 4 hija awtentika;

(b)  kwalunkwe miżura li trid tittieħed hija proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b'mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA sabiex tissuspetta li jkun seħħ ksur ta' dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrevedi l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fuq il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38e Skambju ta' informazzjoni

L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta' dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 38fSegretezza professjonali

L-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE għandu japplika għall-ESMA u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-ESMA, jew għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-ESMA tkun iddelegat xi kompiti, inklużi awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-ESMA.

AArtikolu 38gMiżuri superviżorji mill-ESMA

1. Meta l-ESMA ssib li persuna elenkata fil-punt (a) tal-Artikolu 38a(1) tkun wettqet wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fit-Titolu IVa, hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) tadotta deċiżjoni li titlob lill-persuna ttemm il-ksur;

(b) tadotta deċiżjoni li timponi multi skont l-Artikoli 38h u 38i;

(c) toħroġ avviżi pubbliċi.

2. Meta tieħu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) id-durata u l-frekwenza tal-ksur;

(b) jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew attribwit b'mod ieħor għall-ksur;

(c) jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b'mod negliġenti.

(d) il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(e) is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(f) l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;

(g) l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;

(h) il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(i) il-ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(j) il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.

3. Mingħajr dewmien bla bżonn, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Hija għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:

(a)   dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;

(b)   fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat appell u li tispeċifika li tali appell ma għandux effett sospensiv;

(c)   dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-ESMA li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f'konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 2

SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U MIŻURI OĦRAJN

Artikolu 38hMulti

1. Meta, f'konformità mal-Artikolu 38k(5), l-ESMA ssib li kwalunkwe persuna wettqet, intenzjonalment jew b'mod negliġenti, wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fit-Titolu IVa, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.

2. L-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun EUR 200 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali. .

3. Meta tiġi biex tiddetermina l-livell ta' multa skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38g(2).

Artikolu 38iĦlasijiet perjodiċi ta' penali

1. L-ESMA għandha, permezz ta' deċiżjoni, timponi ħlasijiet perjodiċi ta' penali sabiex iġġiegħel:

(a) persuna ttemm ksur f'konformità ma' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 38b(1)(a);

(b) persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1):

– tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun intalbet permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 38b;

– tissottometti ruħha għal investigazzjoni u, b'mod partikolari, tipproduċi rekords, data u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f'investigazzjoni mnedija permezz ta' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 38c;

– tissottometti ruħha għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 38d.

2. Ħlas perjodiku ta' penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-ħlas perjodiku ta' penali għandu jiġi impost għal kull jum ta' dewmien.

3. Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti tal-penali perjodiċi għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta' kuljum fis-sena tan-negozju preċedenti, jew, f'każ ta' persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta' kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Huwa għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-ħlas perjodiku ta' penali.

4. Ħlas perjodiku ta' penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta' sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara t-tmiem tal-perjodu, l-ESMA għandha tirrevedi l-miżura.

Artikolu 38jId-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali

1. L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta' penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 38h u 38i, sakemm tali divulgazzjoni lill-pubbliku ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew sakemm ma tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali divulgazzjoni ma għandha tinkludi ebda data personali skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2. Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti skont l-Artikoli 38h u 38i għandhom ikunu ta' natura amministrattiva.

3. Meta l-ESMA tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew ħlas ta' penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

4. Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti skont l-Artikoli 38h u 38i għandhom ikunu infurzabbli.

5. L-infurzar għandu jkun irregolat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu jitwettaq.

6. L-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 38kRegoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1. Meta, fil-qadi ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fit-Titolu IVa, hija għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-ESMA sabiex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur ma għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni jew fil-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data kkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-ESMA.

2. L-uffiċjal tal-investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA.

3. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista' jeżerċita s-setgħa li jitlob informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 38b u li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f'konformità mal-Artikoli 38c u 38d.

4. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.

5. Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qegħdin jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.

6. Matul l-investigazzjonijiet skont dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.

7. Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika b'dan lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.

8. Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta tintalab mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f'konformità mal-Artikolu 38l, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fit-Titolu IVa jkunux twettqu mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet u, f'każ bħal dan, għandha tieħu miżura superviżorja f'konformità mal-Artikolu 38m.

9. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-ESMA jew jintervjeni bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-ESMA.

10. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50 [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ] billi tispeċifika aktar ir-regoli ta' proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali u l-ġbir ta' multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, kif ukoll il-perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali.

11. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritjiet nazzjonali rilevanti meta, fil-qadi ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali meta tkun diġà ngħatat il-liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna, li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess li diġà ngħataw il-forza ta' res judicata bħala riżultat ta' proċedimenti kriminali skont id-dritt nazzjonali.

Artikolu 38lSmigħ tal-persuni kkonċernati

1. Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 38g, 38h u 38i, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F'każ bħal dan, l-ESMA tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

2. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul il-proċedimenti. Dawn għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġetti għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.

Artikolu 38mRieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu sabiex tirrevedi d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom l-ESMA tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta' penali. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta' penali imposti.

Artikolu 38nTariffi għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni

1. L-ESMA għandha titlob tariffi lill-fornituri ta' servizz ta' rapportar tad-data f'konformità ma' dan ir-Regolament u f'konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3. Dawk it-tariffi għandhom ikopru b'mod sħiħ in-nefqa meħtieġa tal-ESMA li tirrigwardja l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizz ta' rapportar tad-data u r-rimborż ta' kwalunkwe kostijiet li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tax-xogħol skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari bħala riżultat ta' kwalunkwe delega tal-kompiti f'konformità mal-Artikolu 38o.

2. L-ammont ta' tariffa individwali mitluba lil fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data partikolari għandu jkopri l-kostijiet amministrattivi kollha mġarrba mill-ESMA għall-attivitajiet tagħha fir-rigward tal-prospett, inklużi s-supplimenti għalih, imfassla minn tali emittent, offerent jew persuna li jitolbu għal ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat. Huwa għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li jitolbu għal ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 50 sa [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ] sabiex tispeċifika t-tip ta' tariffi, il-materji li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod kif għandhom jitħallsu."

Artikolu 38oId-delega tal-kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti

1. Fejn meħtieġ għat-twettiq xieraq ta' kompitu superviżorju, l-ESMA tista' tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru f'konformità mal-linji gwida maħruġa mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b'mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 38b u li jitwettqu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f'konformità mal-Artikoli 38c u 38d.

2. Qabel tiddelega kompitu, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:

(a) il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompitu li jrid jiġi ddelegat;

(b) l-iskeda ta' żmien għat-twettiq tal-kompitu; u

(c) it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha.

3. F'konformità mar-regolament dwar it-tariffi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 38n(3), l-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti għall-kostijiet imġarrba minħabba t-twettiq tal-kompiti ddelegati.

4. L-ESMA għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'intervalli xierqa. Delega tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin.

(32)  5. Delega tal-kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u ma għandhiex tillimita l- kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata."; l-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(9), fl-Artikolu 2(2), fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 15(5), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 19(2) u (3), fl-Artikolu 27(3a), fl-Artikolu 27c, fl-Artikolu 31(4), fl-Artikolu 40(8), fl-Artikolu 41(8), fl-Artikolu 42(7), fl-Artikolu 45(10) u fl-Artikolu 52(10) u (12) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mit-2 ta' Lulju 2014.";

(b)    fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(9), fl-Artikolu 2(2), fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 15(5), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 19(2) u (3), fl-Artikolu 27(3a), fl-Artikolu 27c, fl-Artikolu 31(4), fl-Artikolu 40(8), fl-Artikolu 41(8), fl-Artikolu 42(7), fl-Artikolu 45(10) u fl-Artikolu 52(10) u (12) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.";

(c)  fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 27(3a), l-Artikolu 27c, l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10) u l-Artikolu 52(10) jew (12) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.";

(32a)  fl-Artikolu 39, jiddaħħal paragrafu 2a ġdid:

"2a. F'konformità mal-punt (dc) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-punt (db) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-EBA u l-ESMA jistgħu jikkoordinaw attivitajiet ta' xiri bil-moħbi ta' awtoritajiet kompetenti rigward it-twettiq ta' inkjesti f'tip partikolari ta' istituzzjoni finanzjarja jew tip ta' prodott jew tip ta' kondotta, inkluż li billi javviċinaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rwol ta' konsumatur potenzjali. L-informazzjoni miksuba minn tali inkjesti tista' bħala sostenn tal-kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi, l-attivitajiet finanzjarji u l-innovazzjoni finanzjarja."

(32b)  fl-Artikolu 40, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-ESMA għandha tirrevedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f'intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. L-awtorità tista' ġġedded il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni darbtejn, u wara dan il-perjodu ikun sar permanenti, sakemm l-Awtorità ma tqisx mod ieħor.

(32c)  fl-Artikolu 41, il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

"6. L-EBA għandha teżamina mill-ġdid projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f'intervalli xierqa, kemm jista' jkun malajr u tal-inqas kull 6xhur. L-Awtorità tista' ġġedded il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni darbtejn, u wara dan il-perjodu din issir permanenti, sakemm l-Awtorità ma tqisx mod ieħor."

(33)  fl-Artikolu 52, jiżdiedu l-paragrafi 13 u 14 li ġejjin:

"13.   Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tat-tape konsolidat stabbilit f'konformità mat-Titolu IVa. Ir-rapport relatat mal-Artikolu 27d(1) għandu jiġi ppreżentat sat-3 ta' Settembru 2019. Ir-rapport relatat mal-Artikolu 27d(2) għandu jiġi ppreżentat sat-3 ta' Settembru 2021.

Ir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jivvalutaw il-funzjonament tat-tape konsolidat fl-isfond tal-kriterji li ġejjin:

(a)   id-disponibbiltà u l-puntwalità tal-informazzjoni wara n-negozjar f'format ikkonsolidat li jiġbor it-tranżazzjonijiet kollha, irrispettivament minn jekk jitwettqux f'ċentri tan-negozjar jew le;

(b)   id-disponibbiltà u l-puntwalità ta' informazzjoni sħiħa u parzjali wara n-negozjar li tkun ta' kwalità għolja, f'formati li jkunu faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq u disponibbli fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li s-CTPs ikunu naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni b'mod li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tehmeż mar-rapport tagħha talba lill-ESMA sabiex tniedi proċedura nnegozjata għall-ħatra permezz ta' proċess ta' akkwist pubbliku mmexxi mill-ESMA ta' entità kummerċjali li topera tape konsolidat. L-ESMA għandha tniedi l-proċedura wara li tirċievi t-talba mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-talba tal-Kummissjoni u f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

14.   Il-Kummissjoni għandha, meta tinbeda l-proċedura deskritta fil-paragrafu 13, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50, billi tispeċifika miżuri sabiex:

(a)   tipprevedi d-durata tal-kuntratt tal-entità kummerċjali li topera tape konsolidat u l-proċess u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid tal-kuntratt u t-tnedija ta' proċess ta' akkwist pubbliku ġdid;

(b)   tistabbilixxi li l-entità kummerċjali li topera tape konsolidat għandha tagħmel dan fuq bażi esklużiva u li l-ebda entità oħra ma għandha tkun awtorizzata bħala CTP f'konformità mal-Artikolu 27a;

(c)   tagħti s-setgħa lill-ESMA sabiex tiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-offerta mill-entità kummerċjali li topera tape konsolidat maħtura permezz ta' proċess ta' akkwist pubbliku;

(d)   tiżgura li l-informazzjoni ta' wara n-negozjar ipprovduta mill-entità kummerċjali li topera tape konsolidat tkun ta' kwalità għolja, f'formati li jkunu faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq u f'format konsolidat li jaqbad is-suq kollu;

(e)   tiżgura li l-informazzjoni ta' wara n-negozjar tiġi pprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi mhux konsolidata u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti ta' dik l-informazzjoni madwar l-Unjoni;

(f)   tiżgura li ċ-ċentri tan-negozjar u l-APAs jagħmlu d-data kummerċjali tagħhom disponibbli għall-entità kummerċjali li topera tape konsolidat maħtura permezz ta' proċess ta' akkwist pubbliku mmexxi mill-ESMA b'kost raġonevoli;

(g)   tispeċifika l-arranġamenti applikabbli meta l-entità kummerċjali li topera tape konsolidat maħtura permezz ta' proċess ta' akkwist pubbliku tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-offerta;

(h)   tispeċifika l-arranġamenti li taħthom is-CTPs awtorizzati skont l-Artikolu 27a jistgħu jkomplu joperaw tape konsolidat meta ma tkunx qed tintuża s-setgħa prevista fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew, meta ma tinħatar ebda entità permezz tal-proċess ta' akkwist pubbliku, sa dak iż-żmien meta jitlesta proċess ta' akkwist pubbliku ġdid u tinħatar entità kummerċjali sabiex topera tape konsolidat.

*  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

**  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).";

(34)  jiddaħħlu l-Artikoli 54a u 54b li ġejjin:

"Artikolu 54aMiżuri tranżitorji relatati mal-ESMA

1. Il-kompetenzi u d-dmirijiet kollha relatati mal-attività ta' superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-data li jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiġu tterminati fi [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ]. Dawk il-kompetenzi u d-dmirijiet għandhom jittieħdu mill-ESMA fl-istess data.

2. Kwalunkwe fajl jew dokument ta' ħidma relatat mal-attività ta' superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta' servizz ta' rapportar tad-data, inklużi kwalunkwe eżamijiet u azzjonijiet ta' infurzar li jkunu għaddejjin, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jgħaddu f'idejn l-ESMA fid-data msemmija fil-paragrafu 1.

Madankollu, applikazzjoni għal reġistrazzjoni li kienet riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti qabel [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ] ma għandhiex tiġi ttrasferita lill-ESMA u d-deċiżjoni li tiġi rreġistrata jew irrifjutata reġistrazzjoni għandha tittieħed mill-awtorità rilevanti.

3. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta' ħidma eżistenti, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jiġu ttrasferiti lill-ESMA mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ minn fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-data. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu wkoll l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa lill-ESMA sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment u l-bidu effettiv u effiċjenti tal-attività ta' superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-data.

4. L-ESMA għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju li jirriżulta minn attività ta' superviżjoni u infurzar segwita minn dawk l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.

5. Kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-data mogħtija minn awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tibqa' valida wara t-trasferiment tal-kompetenzi lill-ESMA.

Artikolu 54bIr-relazzjonijiet mal-awdituri

1.   Kwalunkwe persuna awtorizzata skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), li twettaq, f'funzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, għandu jkollha dmir li tirrapporta minnufih lill-ESMA kwalunkwe fatt jew deċiżjoni rigward dik l-impriża li tagħha dik il-persuna tkun saret konxja waqt it-twettiq ta' dak il-kompitu u li jistgħu:

(a)   jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-insegwiment tal-attivitajiet tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data;

(b)   jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data;

(c)   iwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni tar-riżervi.

Dik il-persuna għandu jkollha wkoll dmir li tirrapporta kwalunkwe fatti u deċiżjonijiet li tagħhom il-persuna ssir konxja matul il-kors tat-twettiq ta' wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f'impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-data li fiha jkun qed iwettaq dak il-kompitu.

2.    Id-divulgazzjoni in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti minn persuni awtorizzati skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, ta' kull fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' kwalunkwe restrizzjoni kuntrattwali jew ġuridika dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma għandha tinvolvi l-ebda responsabbiltà għal dawn il-persuni.

*   Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).".

Artikolu 8Emendi għar-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċijiet użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni tal-fondi ta' investiment

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 huwa emendat kif ġej:

(-1)  fl-Artikolu 3, paragrafu 1, punt (24), punt (a), il-parti introduttorja hija emendata kif ġej:

  "(a) data tal-input ikkontribwita kompletament ▌minn:";

(-1a)  fl-Artikolu 3, paragrafu 1, punt (24), punt (a), il-punt (vii) huwa emendat kif ġej:

  "(viii) fornitur tas-servizzi li l-amministratur tal-parametri referenzjarji jkun esternalizzalu l-ġbir tad-data skont l-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 10(3)(f), sakemm il-fornitur tas-servizzi jirċievi d-data kompletament minn entità msemmija fil-punti (i) sa (vi);";

(1)  fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika r-rekwiżiti maħsuba biex jiżguraw li l-arranġamenti ta' governanza msemmija fil-paragrafu 1 ikunu robusti biżżejjed.";

(2)  fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 tkun konformi mal-punti (a) sa (e) ta' dak il-paragrafu.";

(3)  fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika l-karatteristiċi tas-sistemi u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1.";

(4)  L-Artikolu 20 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 20Parametri referenzjarji kritiċi

1.  Il-Kummissjoni għandha tinnomina bħala parametru referenzjarju kritiku kwalunkwe parametru referenzjarju pprovdut minn amministratur li jinsab fl-Unjoni u użat direttament jew indirettament f'taħlita ta' parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment, b'valur totali ta' mill-inqas EUR 500 biljun abbażi tal-firxa kollha tal-maturitajiet jew tat-termini tal-parametru referenzjarju, fejn applikabbli.

Meta awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew l-ESMA tkun tal-opinjoni li parametru referenzjarju għandu jiġi ddeżinjat bħala parametru referenzjarju kritiku f'konformità mal-ewwel subparagrafu, dik l-awtorità kompetenti jew l-ESMA, kif xieraq, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan u tissostanzja l-opinjoni tagħha bil-miktub.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-valutazzjoni tagħha tal-kritikalità tal-parametri referenzjarji mill-inqas kull sentejn.

2.  L-ESMA għandha tinnomina bħala kritiċi kwalunkwe parametri referenzjarji referenzjati minn strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew sabiex titkejjel il-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment b'valur totali ta' inqas minn EUR 500 biljun kif stabbilit fil-paragrafu (1) li jissodisfaw il-kriterju (a) u l-kriterju (b) jew (c) hawn taħt:

(a)  il-parametru referenzjarju ma jkollu l-ebda sostitut xieraq orjentat lejn is-suq jew ikollu ftit wisq minnhom;

(b)  ikun hemm impatti avversi u sinifikanti fuq l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji f'aktar minn Stat Membru wieħed f'każ li l-parametru referenzjarju ma jibqax jiġi pprovdut, ikun ġie pprovdut abbażi ta' data ta' input li ma tkunx għadha tirrappreżenta b'mod sħiħ is-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika, jew ikun ġie pprovdut abbażi ta' data ta' input mhux affidabbli;

(c)(i)  il-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom jinsabu f'dak l-Istat Membru, u

(c)(ii)  ikun hemm impatti avversi u sinifikanti fuq l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji f'aktar minn Stat Membru wieħed, f'każ li l-parametru referenzjarju ma jibqax jiġi pprovdut, ikun ġie pprovdut abbażi ta' data ta' input li ma tkunx għadha tirrappreżenta b'mod sħiħ is-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika, jew ikun ġie pprovdut abbażi ta' data ta' input mhux affidabbli.

3.  Meta tivvaluta jekk il-kriterji stipulati fil-punti (a) u (b) humiex issodisfati, l-ESMA għandha tieħu kont ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha:

(i)  il-valur tal-istrumenti finanzjarji u tal-kuntratti finanzjarji li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju u l-valur tal-fondi ta' investiment li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju għall-kejl tal-prestazzjoni tagħhom u r-rilevanza tagħhom f'termini tal-valur totali tal-istrumenti finanzjarji u tal-kuntratti finanzjarji pendenti, kif ukoll tal-valur totali tal-fondi ta' investiment, fl-Istati Membri kkonċernati;

(ii)  il-valur tal-istrumenti finanzjarji u tal-kuntratti finanzjarji li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju u l-valur tal-fondi ta' investiment li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju għall-kejl tal-prestazzjoni tagħhom fl-Istati Membri kkonċernati u r-rilevanza tagħhom f'termini tal-prodott nazzjonali gross ta' dawk l-Istati Membri;

(iii)  kwalunkwe figura oħra sabiex jiġi vvalutat b'mod oġġettiv l-impatt potenzjali tad-diskontinwità jew tal-inaffidabbiltà tal-parametru referenzjarju fuq l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali jew il-finanzjament ta' unitajiet domestiċi u negozji fl-Istati Membri kkonċernati.

4.  Qabel tinnomina parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju kritiku, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-amministratur ta' dak il-parametru referenzjarju u tieħu kont tal-valutazzjoni magħmula minn dik l-awtorità kompetenti.

L-ESMA għandha tirrevedi l-valutazzjoni tagħha tal-kritikalità tal-parametru referenzjarju mill-inqas kull sentejn.

L-ESMA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe deżinjazzjoni ta' parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju kritiku u dwar kwalunkwe deċiżjoni li tiġi riveduta deżinjazzjoni ta' parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju kritiku f'każ li r-rieżami msemmi fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu jwassal għall-konklużjoni li parametru referenzjarju ddeżinjat mill-ESMA bħala kritiku ma għadux ivvalutat bħala kritiku.

Meta awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun tal-opinjoni li parametru referenzjarju għandu jiġi ddeżinjat bħala parametru referenzjarju kritiku f'konformità ma' dan il-paragrafu, dik l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA b'dan u tissostanzja l-opinjoni tagħha bil-miktub. L-ESMA għandha tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti b'opinjoni motivata jekk hija tiddeċiedi li ma tinnominax dak il-parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju kritiku.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) sabiex tistabbilixxi lista ta' parametri referenzjarji li ġew deżinjati bħala parametri referenzjarji kritiċi f'konformità mal-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) sabiex taġġorna dik il-lista mingħajr dewmien żejjed fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-Kummissjoni tinnomina parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju kritiku jew tirrevedi dik id-deżinjazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1;

(b)  il-Kummissjoni tirċievi notifiki mill-ESMA kif imsemmi fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex:

(a)  tispeċifika kif l-ammont nominali ta' strumenti finanzjarji għajr id-derivattivi, l-ammont nozzjonali ta' derivattivi u l-valur nett tal-assi ta' fondi ta' investiment għandhom jiġu vvalutati, inkluż fil-każ ta' referenza indiretta għal parametru referenzjarju fi ħdan kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji, sabiex jitqabblu mal-limiti stabbiliti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-punt (a) tal-Artikolu 24(1);

(b)  tirrevedi l-metodu ta' kalkolu użat sabiex jiġu ddeterminati l-limiti stabbiliti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq, fil-prezzijiet u dawk regolatorji, kif ukoll l-adegwatezza tal-klassifikazzjoni tal-parametri referenzjarji b'valur totali ta' strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji jew fondi ta' investiment li jirreferu għalihom bħala li huma qrib il-limiti stabbiliti; tali rieżami għandu jseħħ mill-inqas kull sentejn minn ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(c)  tispeċifika kif għandhom jiġu applikati l-kriterji stipulati fil-punti (i) sa (iii) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tqis kwalunkwe data li tgħin sabiex jiġi vvalutat, fuq bażi oġġettiva, l-impatt potenzjali tan-nuqqas ta' kontinwità jew tal-inaffidabbiltà tal-parametru referenzjarju kkonċernat fuq l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji fi Stat Membru wieħed jew aktar.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq rilevanti.";

(5)  l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Malli tirċievi l-valutazzjoni mingħand l-amministratur kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)  tinforma lill-ESMA b'dan;

(b)  fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi dik il-valutazzjoni, tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess ta' kif il-parametru referenzjarju għandu jiġi ttrasferit lil amministratur ġdid jew ma jibqax jiġi pprovdut, filwaqt li tqis il-proċedura stabbilita f'konformità mal-Artikolu 28(1).

Matul il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-amministratur ma għandux iwaqqaf il-forniment tal-parametru referenzjarju mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-ESMA."

(b)  jiżdied paragrafu 5 ġdid:

"5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika l-kriterji li fuqhom għandha tkun ibbażata l-valutazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.";

(6)  fl-Artikolu 23, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"3.  Kontributur issorveljat għal parametru referenzjarju kritiku li għandu l-ħsieb li jwaqqaf il-kontribuzzjoni tad-data ta' input għandu jinnotifika b'dan minnufih lill-amministratur bil-miktub. Għaldaqstant, l-amministratur għandu jgħarraf b'dan lill-ESMA mingħajr dewmien.

L-ESMA għandha tgħarraf b'dan lill-awtorità kompetenti ta' dak il-kontributur issorveljat mingħajr dewmien. L-amministratur għandu jissottometti lill-ESMA valutazzjoni tal-implikazzjonijiet fuq il-kapaċità tal-parametru referenzjarju kritiku li jkejjel is-suq jew ir-realtà ekonomika sottostanti mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 14-il jum wara n-notifika magħmula mill-kontributur issorveljat.

4.  Malli tirċievi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-ESMA għandha, abbażi ta' dik il-valutazzjoni, tagħmel il-valutazzjoni tagħha dwar il-kapaċità tal-parametru referenzjarju li jkejjel is-suq sottostanti u r-realtà ekonomika, filwaqt li tqis il-proċedura tal-amministratur għall-waqfien tal-parametru referenzjarju stabbilit f'konformità mal-Artikolu 28(1).";

(7)  fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika l-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu bidliet fid-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 4.";

(8)  l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara li l-qafas legali u l-prattika superviżorja ta' pajjiż terz jiżguraw li:

(a)  l-amministraturi awtorizzati jew irreġistrati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Meta tivvaluta l-ekwivalenza, il-Kummissjoni tista' tqis jekk il-qafas legali u l-prattiki superviżorja ta' dak il-pajjiż terz jiżgurawx il-konformità mal-prinċipji tal-IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew mal-prinċipji tal-IOSCO għall-PRAs;

(b)  dawk ir-rekwiżiti vinkolanti huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f'dak il-pajjiż terz.

Il-Kummissjoni tista' tissoġġetta l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-issodisfar effettiv minn dak il-pajjiż terz ta' kwalunkwe kundizzjoni stabbilita f'dik id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni fuq bażi kontinwa u għall- kapaċità tal-ESMA li teżerċita b'mod effettiv ir-responsabbiltajiet ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Dik id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) ta' dan ir-Regolament.";

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a. Il-Kummissjoni tista' tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.";

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  Meta ma tkun ġiet adottata ebda deċiżjoni ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara dawn kollha li ġejjin:

(a)  ir-rekwiżiti vinkolanti f'pajjiż terz fir-rigward ta' amministraturi speċifiċi, il-parametri referenzjarji jew il-familji ta' parametri referenzjarji huma ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, jekk il-qafas legali u l-prattiki superviżorja ta' dak il-pajjiż terz jiżgurawx il-konformità mal-prinċipji tal-IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew mal-prinċipji tal-IOSCO għall-PRAs;

(b)  dawk l-amministraturi, parametri referenzjarji jew familji ta' parametri referenzjarji speċifiċi huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f'dak il-pajjiż terz.

Il-Kummissjoni tista' tissoġġetta l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-issodisfar effettiv minn dak il-pajjiż terz ta' kwalunkwe kundizzjoni stabbilita f'dik id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni fuq bażi kontinwa u għall- kapaċità tal-ESMA li teżerċita b'mod effettiv ir-responsabbiltajiet ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Dik id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) ta' dan ir-Regolament.";

(d)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a.  Il-Kummissjoni tista' tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika