Proċedura : 2018/0385(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0014/2019

Testi mressqa :

A8-0014/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0126

RAPPORT     ***I
PDF 226kWORD 78k
14.1.2019
PE 630.672v01-00 A8-0014/2019

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

(COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Miroslav Poche

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

(COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0744),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 192(1) u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0482/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0014/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, sakemm ma tiġix stabbilita data oħra fi ftehim dwar l-irtirar, jew il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, b'mod unanimu, jistabbilixxi data oħra, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit mit-30 ta' Marzu 2019. Ir-Renju Unit imbagħad isir pajjiż terz.

(1)  Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

Ġustifikazzjoni

Din hija bidla teknika li tirrifletti l-kliem orizzontali maqbul b'mod interistituzzjonali li japplika għall-atti leġiżlattivi kollha relatati mal-Brexit.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-ftehim dwar il-ħruġ kif miftiehem bejn in-negozjaturi fih arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih, lil hinn mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih. Jekk dak il-ftehim jidħol fis-seħħ, id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, u r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c, japplikaw għar-Renju Unit u fih matul il-perjodu ta' tranżizzjoni skont dak il-ftehim u ma jibqgħux japplikaw fi tmiem dak il-perjodu.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

 

1b Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2001, p. 210).

 

1c Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Din hija bidla teknika li tirrifletti l-kliem orizzontali maqbul b'mod interistituzzjonali li japplika għall-atti leġiżlattivi kollha relatati mal-Brexit.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija6, kif emendata mid-Direttiva 2018/XXX/UE7, teħtieġ lill-Istati Membri jistabbilixxu kontribuzzjonijiet nazzjonali indikattivi tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-mira tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni ta' mill-inqas 32,5 % għall-2030. Huma u jagħmlu dan l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-20308.

(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/2002, teħtieġ lill-Istati Membri jistabbilixxu kontribuzzjonijiet nazzjonali indikattivi tal-effiċjenza fl-enerġija għall-ilħuq tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni ta' mill-inqas 32,5 % għall-2030. Huma u jagħmlu dan l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 f'termini ta' enerġija primarja u/jew finali8.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika teknika biex tirrifletti b'mod aktar preċiż it-terminoloġija użata fir-reviżjoni miftiehma reċentement tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija fir-rigward tal-miri tal-Unjoni fejn tidħol l-effiċjenza fl-enerġija għall-2030 f'termini ta' konsum ta' enerġija primarja/finali.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/XXX [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]9 jeħtieġ li fil-proċess tal-iffissar tal-kontributi tagħhom lejn il-miri tal-Unjoni fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-203010. Il-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni huwa rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-progress tal-Kummissjoni lejn il-kisba kollettiva tal-miri tal-Unjoni11.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 jeħtieġ li fil-proċess tal-iffissar tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 f'termini ta' enerġija primarja u/jew finali10. Il-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni huwa rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-progress tal-Kummissjoni lejn l-ilħuq kollettiv tal-miri tal-Unjoni11.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika teknika biex tirrifletti b'mod aktar preċiż it-terminoloġija użata fir-reviżjoni miftiehma reċentement tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija fir-rigward tal-miri tal-Unjoni fejn tidħol l-effiċjenza fl-enerġija għall-2030 f'termini ta' konsum ta' enerġija primarja/finali.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)   Minħabba l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa meħtieġ li teknikament jiġu adattati ċ-ċifri mbassra tal-konsum ta' enerġija għall-Unjoni Ewropea fl-2030 sabiex jirriflettu l-Unjoni ta' 27 Stat Membru ("UE 27"). It-tbassir magħmul għall-mira ewlenija tal-Unjoni ta' mill-inqas 32.5 % juri li l-konsum ta' enerġija primarja għandu jilħaq 1,273 miljun tunnellata ta' ekwivalenti taż-żejt (Mtoe) u 956 Mtoe ta' konsum ta' enerġija finali fl-2030 għall-Unjoni ta' 28 Stati Membri. It-tbassir ekwivalenti għall-UE 27, minbarra r-Renju Unit juri li l-konsum ta' enerġija primarja huwa mistenni jilħaq l-1 128 Mtoe u l-konsum ta' enerġija finali huwa mistenni jilħaq it-846 Mtoe fl-2030. Dan jirrikjedi l-adattament taċ-ċifri għal-livelli ta' konsum tal-enerġija fl-2030.

(4)   Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa meħtieġ li ċ-ċifri mbassra tal-konsum ta' enerġija għall-Unjoni Ewropea fl-2030 jiġu adattati teknikament sabiex jirriflettu l-Unjoni ta' 27 Stat Membru ("UE 27"). It-tbassir magħmul għall-miri ewlenin tal-Unjoni ta' mill-inqas 32,5 % juri li l-konsum ta' enerġija primarja huwa mistenni jilħaq l-1 273 miljun tunnellata ta' ekwivalenti taż-żejt (Mtoe) u 956 Mtoe ta' konsum ta' enerġija finali fl-2030 għall-Unjoni ta' 28 Stat Membru. It-tbassir ekwivalenti għall-UE 27, minbarra r-Renju Unit juri li l-konsum ta' enerġija primarja huwa mistenni jilħaq l-1 128 Mtoe u l-konsum ta' enerġija finali huwa mistenni jilħaq it-846 Mtoe fl-2030. Dan jirrikjedi l-adattament taċ-ċifri għal-livelli ta' konsum tal-enerġija fl-2030.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika teknika biex tirrifletti b'mod aktar preċiż it-terminoloġija użata fir-reviżjoni miftiehma reċentement tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija fir-rigward tal-miri tal-Unjoni fejn tidħol l-effiċjenza fl-enerġija għall-2030.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  B'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill1a, il-waqfien tal-applikazzjoni tal-atti ffissat f'data partikolari għandu jseħħ mat-tmiem tal-aħħar siegħa tal-jum li jaħbat f'dik id-data. Din id-Deċiżjoni għalhekk jenħtieġ li tapplika mill-jum wara dak li fih id-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002, u r-Regolament (UE) 2018/1999 ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.

 

________________________

 

1a Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Din hija bidla teknika li tirrifletti l-kliem orizzontali maqbul b'mod interistituzzjonali li japplika għall-atti leġiżlattivi kollha relatati mal-Brexit.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

L-Artikoli 1 u 2 ta' din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għal-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bid-Direttiva 2018/XXX/UE] u l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2018/XXX [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

L-Artikoli 1 u 2 ta' din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2002 u l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva miftiehma reċentement dwar l-effiċjenza fl-enerġija [li temenda d-Direttiva 2012/27/UE]. L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2012/27/UE jipprevedi data ta' traspożizzjoni ġenerali fil-5 ta' Ġunju 2014 (b'dati speċifiċi għal ċerti dispożizzjonijiet); għalhekk, mhuwiex rilevanti li ssir referenza għal dak l-Artikolu.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tapplika mill-jum wara dak li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tapplika mill-jum wara dak li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit.

 

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-jum wara dak li fih id-Direttiva 2012/27/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002, ma tibqax tapplika għar-Renju Unit u fih.

 

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-jum wara dak li fih ir-Regolament (UE) 2018/1999 ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih.

 

L-Artikolu 3 għandu japplika minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-limitazzjonijiet taż-żmien għat-tlestija f'waqtha tal-proċedura leġiżlattiva, din il-bidla hija meħtieġa biex jiġi żgurat li d-Deċiżjoni tkun tista' tidħol fis-seħħ qabel il-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit. Bidliet oħra jirriflettu l-kliem orizzontali maqbul b'mod interistituzzjonali li japplika għall-atti leġiżlattivi kollha relatati mal-Brexit.


NOTA SPJEGATTIVA

1. Il-proposta tal-Kummissjoni

Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta d-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002] dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] hija meħtieġa minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, jeħtieġ li ċ-ċifri mbassra tal-konsum ta' enerġija għall-Unjoni Ewropea fl-2030 jiġu adattati teknikament sabiex jirriflettu l-Unjoni ta' 27 Stat Membru ("UE 27"). It-tbassir magħmul għall-miri ewlenin tal-Unjoni ta' mill-inqas 32,5 % juri li l-konsum ta' enerġija primarja huwa mistenni jilħaq l-1 273 miljun tunnellata ta' ekwivalenti taż-żejt (Mtoe) u 956 Mtoe ta' konsum ta' enerġija finali fl-2030 għall-Unjoni ta' 28 Stat Membru. It-tbassir ekwivalenti għall-UE 27, minbarra r-Renju Unit juri li l-konsum ta' enerġija primarja huwa mistenni jilħaq l-1 128 Mtoe u l-konsum ta' enerġija finali huwa mistenni jilħaq it-846 Mtoe fl-2030. Dan jirrikjedi l-adattament taċ-ċifri għall-konsum tal-enerġija primarja u finali previsti fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija li ġiet emendata reċentement.

Ir-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija jirrikjedi li fil-proċess tal-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ilħuq tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni għall-2030, l-Istati Membri jqisu l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030; il-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni huwa rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-progress tal-Kummissjoni Ewropea lejn l-ilħuq kollettiv tal-miri tal-Unjoni. Għalhekk, ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija għandu jiġi emendat ukoll biex jirrifletti ċ-ċifri adattati għall-konsum tal-enerġija fl-2030.

Ta' min ifakkar li l-miri ewlenin tal-Unjoni għall-2030 għall-effiċjenza fl-enerġija ġew stabbiliti meta mqabbla mat-tbassir li sar fl-2007 bl-użu ta' eżerċizzju ekonometriku tal-immudellar (mudell ta' sistema tal-enerġija PRIMES) magħruf bħala x-Xenarju ta' Referenza tal-2007 (jew REF 2007). Il-miri ġew tradotti f'livelli ta' konsum tal-enerġija primarja u finali billi naqqsu t-tbassir tal-2007 tax-Xenarju ta' Referenza għall-2030 bi 32,5 %. Iċ-ċifri Mtoe huma bbażati fuq it-tbassir tal-immudellar tal-enerġija msemmi hawn fuq. L-aġġustament taċ-ċifri proposti mill-Kummissjoni sabiex jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE huwa bbażat fuq l-istess mudell tal-enerġija sottostanti.

2. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala adattament tekniku taċ-ċifri tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030, li hija meħtieġa minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Peress li dan huwa aġġustament tekniku, ibbażat direttament fuq eżerċizzju tal-immudellar li serva bħala l-bażi tal-kalkolu oriġinali tal-livelli assoluti ta' konsum tal-enerġija tal-miri ewlenin tal-Unjoni, ir-Rapporteur mhuwiex qed jipproponi xi bidliet fiċ-ċifri proposti mill-Kummissjoni.

F'dan l-abbozz ta' rapport, ir-Rapporteur inkluda għadd limitat ħafna ta' emendi tekniċi bil-għan wiesa' li jiċċara xi wħud mid-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni. L-emendi proposti mir-Rapporteur ikopru l-kwistjonijiet li ġejjin:

̶  Kjarifika teknika tal-kliem użat fil-premessi fir-rigward tal-miri tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija għall-2030, biex tiġi riflessa b'mod aktar preċiż it-terminoloġija użata fir-reviżjoni miftiehma reċentement tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. Ta' min jinnota li d-Direttiva tirreferi għal miri ewlenin (fil-plural), biex tirrifletti l-fatt li l-mira għall-effiċjenza fl-enerġija hija espressa fil-konsum tal-enerġija primarja/finali.

̶  Kjarifika li d-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-traspożizzjoni tad-Direttiva miftiehma reċentement dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u mhux dik tad-Direttiva 2012/27/UE li diġà ġiet trasposta.

̶  Bidla fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (tlett ijiem minflok għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea), sabiex jiġi żgurat li tista' tidħol fis-seħħ qabel il-jum li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit. Din il-bidla tidher meħtieġa fid-dawl tal-limitazzjonijiet taż-żmien għat-tlestija tal-proċedura leġiżlattiva qabel id-29 ta' Marzu 2019.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.11.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.11.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

20.11.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miroslav Poche

21.11.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.12.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Fredrick Federley, Ashley Fox, Igor Gräzin, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Eva Kaili, Barbara Kappel, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tilly Metz, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Gunnar Hökmark, Rupert Matthews, Clare Moody, Caroline Nagtegaal, Dennis Radtke, Giancarlo Scottà, Davor Škrlec

Data tat-tressiq

14.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

49

+

ALDE

Fredrick Federley, Igor Gräzin, Angelika Mlinar, Caroline Nagtegaal, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Zdzisław Krasnodębski, Rupert Matthews, Evžen Tošenovský

ENF

Barbara Kappel, Christelle Lechevalier, Giancarlo Scottà

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Michał Boni, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, András Gyürk, Gunnar Hökmark, Seán Kelly, Nadine Morano, Angelika Niebler, Dennis Radtke, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen

S&D

Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Clare Moody, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Tilly Metz, Julia Reda, Davor Škrlec

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

3

0

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Jannar 2019Avviż legali