Proċedura : 2018/0138(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0015/2019

Testi mressqa :

A8-0015/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.7

Testi adottati :

P8_TA(2019)0109

RAPPORT     ***I
PDF 318kWORD 110k
14.1.2019
PE 627.834v02-00 A8-0015/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

(COM (2018) 0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138 (COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Dominique Riquet

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

(COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0277),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa mis-Senat Ċek, il-Bundestag Ġermaniż, il-parlament Irlandiż u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0015/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi qafas komuni għall-ħolqien ta' netwerks interoperabbli mill-aktar avvanzati għall-iżvilupp tas-suq intern. In-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) għandhom struttura ta' żewġ saffi: in-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, filwaqt li n-netwerk ewlieni jikkonsisti mill-elementi tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika. Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiddefinixxi miri tat-tlestija vinkolanti għall-implimentazzjoni biex in-netwerk ewlieni jitlesta sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi qafas komuni għall-ħolqien ta' netwerks interoperabbli li għandhom struttura ta' żewġ saffi, fl-Unjoni, għas-servizz taċ-ċittadini, għall-iżvilupp tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni.. In-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) għandhom struttura ta' żewġ saffi: in-netwerk ewlieni jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika għall-Unjoni, u n-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività bejn ir-reġjuni kollha tal-Unjoni. In-netwerk ewlieni jenħtieġ li jservi bħala aċċeleraturi transfruntiera u multimodali għal żona unika Ewropea tat-trasport u tal-mobbiltà. Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiddefinixxi miri tat-tlestija vinkolanti għall-implimentazzjoni biex in-netwerk ewlieni jitlesta sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiffoka fuq konnessjonijiet transfruntieri li jtejbu l-interoperabbiltà bejn il-modi differenti ta' trasport u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni multimodali tat-trasport tal-Unjoni, u jenħtieġ li jqis wkoll id-dinamika tal-iżvilupp tas-settur tat-trasport u ta' teknoloġiji ġodda fil-futur.

__________________

__________________

22 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

22 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Minkejja l-ħtieġa u l-iskadenzi vinkolanti, mill-esperjenza jidher li ħafna investimenti bil-għan li jitlesta t-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' proċeduri tal-għoti tal-permessi, proċeduri transfruntieri tal-akkwist u proċeduri oħrajn li huma kumplessi. Din is-sitwazzjoni xxekkel l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proġetti, u ħafna drabi twassal għal dewmien sinifikanti u aktar spejjeż. Biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u ssir tlestija sinkronizzata tat-TEN-T, hemm bżonn azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni.

(2)  Minkejja l-ħtieġa u l-iskadenzi vinkolanti, mill-esperjenza jidher li ħafna investimenti bil-għan li jitlesta t-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' multipliċi proċeduri tal-għoti tal-permessi, proċeduri transfruntieri tal-akkwist u proċeduri oħrajn li huma twal, mhux ċari u kumplessi. Din is-sitwazzjoni xxekkel l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proġetti, u ħafna drabi twassal għal dewmien sinifikanti u aktar spejjeż, tagħti lok għal inċertezza għall-promoturi ta' proġetti u investituri privati potenzjali, u tista' twassal anki għall-abbandun ta' proġetti f'nofs il-proċess. Fid-dawl ta' dawn il-kundizzjonijiet, it-tlestija sinkronizzata tat-TEN-T sal-iskadenza stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jeħtieġ azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeċiedu dwar il-pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali tagħhom f'konformità mal-għanijiet tat-TEN-T.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Dan ir-Regolament japplika biss għal proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess komuni, skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, relatati man-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Stat Membru jista' jiddeċiedi wkoll li jwessa' l-ambitu għan-netwerk komprensiv.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-oqfsa legali ta' ħafna Stati Membri jingħata trattament ta' prijorità lil ċerti kategoriji ta' proġetti abbażi tal-importanza strateġika tagħhom għall-ekonomija. It-trattament prijoritarju hu kkaratterizzat minn skadenzi iqsar, proċeduri simultanji jew perjodi taż-żmien limitati għall-appelli filwaqt li jiżgura li jintlaħqu wkoll l-għanijiet ta' politiki orizzontali oħra. Meta jkun jeżisti qafas bħal dan fi ħdan qafas legali nazzjonali, jenħtieġ li dan ikun japplika awtomatikament għall-proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

(3)  Fis-sistemi legali ta' ħafna Stati Membri jingħata trattament ta' prijorità lil ċerti kategoriji ta' proġetti abbażi tal-importanza strateġika tagħhom għall-Unjoni. It-trattament prijoritarju hu kkaratterizzat minn skadenzi iqsar, proċeduri simultanji u/jew simplifikati, perjodi taż-żmien limitati għat-tlestija tal-proċedura tal-għoti ta' permessi jew għall-appelli filwaqt li jiżgura li jintlaħqu wkoll l-għanijiet ta' politiki orizzontali oħra. Meta jkunu jeżistu regoli dwar it-trattament prijoritarju bħal dawn fi ħdan qafas legali nazzjonali, jenħtieġ li dawn ikunu japplikaw awtomatikament għall-proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. L-Istati Membri li ma għandhomx tali regoli dwar it-trattament prijoritarju jenħtieġ li jadottawhom.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Biex titjieb l-effikaċja tal-valutazzjonijiet ambjentali u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ambjentali ta' proġetti tan-netwerk ewlieni jkun joriġina simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE, u minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħalma huma d-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2010/75/UE, id-Direttiva 2012/18/UE u d-Direttiva 2011/42/KE, l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li tkun prevista proċedura konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi.

(4)  Biex titjieb l-effikaċja tal-valutazzjonijiet ambjentali u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ambjentali ta' proġetti tan-netwerk ewlieni jkun joriġina simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE, u minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħalma huma d-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2010/75/UE, id-Direttiva 2012/18/UE u d-Direttiva 2011/42/KE, l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li tkun prevista proċedura konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi. Barra minn hekk, l-eżami bikri tal-impatti ambjentali u diskussjoni bikrija mal-awtorità kompetenti dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet ambjentali jistgħu jnaqqsu d-dewmien waqt il-fażi tal-permessi u b'mod ġenerali jtejbu l-kwalità tal-valutazzjonijiet.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Meta jitqies l-għadd kbir ta' valutazzjonijiet ambjentali li jirriżultaw mid-diversi Direttivi Ewropej jew mir-regoli nazzjonali, li huma meħtieġa għall-għoti ta' permessi għall-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi proċedura komuni, simplifikata u ċentralizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi, sabiex tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti minn dan ir-Regolament immirat lejn ir-razzjonalizzazzjoni akbar tal-miżuri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-proġetti tan-netwerk ewlieni jenħtieġ ikunu appoġġati minn proċeduri integrati tal-għoti tal-permessi biex issir ġestjoni ċara tal-proċedura ġenerali possibbli u biex jingħata punt uniku ta' servizz għall-investituri. L-Istati Membri jenħtieġ jaħtru awtorità kompetenti b'konformità mal-oqfsa legali nazzjonali u strutturi amministrattivi tagħhom.

(5)  L-Istati Membri jenħtieġ jaħtru awtorità kompetenti unika b'konformità mal-oqfsa legali nazzjonali u strutturi amministrattivi tagħhom sabiex jiżguraw li l-proġetti marbuta man-netwerk ewlieni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-integrazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi u minn punt ta' kuntatt uniku għall-investituri, biex b'hekk ikun hemm ġestjoni effiċjenti u ċara tal-proċedura ġenerali. Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti unika tista' tiddelega r-responsabbiltajiet, l-obbligi u l-kompiti tagħha lil awtorità oħra fil-livell reġjonali, lokali jew amministrattiv xieraq.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jenħtieġ li bl-istabbiliment ta' awtorità kompetenti unika fil-livell nazzjonali li tintegra l-proċeduri kollha tal-għoti tal-permessi (punt uniku ta' servizz) tonqos il-kumplessità, titjieb l-effiċjenza u tiżdied it-trasparenza tal-proċeduri. Jenħtieġ ukoll li titjieb il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri meta xieraq. Il-proċeduri jenħtieġ jippromwovu koperazzjoni reali bejn l-investituri u l-awtorità kompetenti unika, u għalhekk jenħtieġ jippermettu l-ambitu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi waqt il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni. Dan l-ambitu jenħtieġ ikun integrat fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni u jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE.

(6)  Jenħtieġ li bl-istabbiliment ta' awtorità kompetenti unika fil-livell nazzjonali li tintegra l-proċeduri kollha tal-għoti tal-permessi (punt uniku ta' servizz) tonqos il-kumplessità, titjieb l-effiċjenza u l-koordinazzjoni u tiżdied it-trasparenza u r-rapidità tal-proċeduri u tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet. Jenħtieġ ukoll li titjieb il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri meta xieraq. Il-proċeduri jenħtieġ jippromwovu koperazzjoni reali bejn l-investituri u l-awtorità kompetenti unika, u għalhekk jenħtieġ jippermettu l-ambitu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi waqt il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni. Dan l-ambitu jenħtieġ ikun integrat fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni u jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fejn proġetti ta' interess komuni jitqiesu li jkunu proġetti ta' prijorità tal-Unjoni, awtorità kompetenti konġunta miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew Stati Membri u pajjiżi terzi tista' tiġi stabbilita, sabiex twettaq id-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Minħabba l-urġenza biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi jenħtieġ tkun akkumpanjata b'limitu taż-żmien li matulu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli jenħtieġ jieħdu deċiżjoni komprensiva fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien jenħtieġ jistimola trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent u l-parteċipazzjoni pubblika.

(8)  Minħabba l-urġenza biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T sal-2030, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi jenħtieġ tkun akkumpanjata b'limitu taż-żmien li matulu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli jenħtieġ jieħdu deċiżjoni komprensiva fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien jenħtieġ jiżgura trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika. Il-proġetti jenħtieġ jiġu evalwati f'termini tal-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti stabbiliti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-konformità mal-iskadenzi stipulati f'dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies meta jitwettqu tali evalwazzjonijiet.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-proġetti infrastrutturali transfruntieri tat-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari fejn tidħol il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi. Jenħtieġ li l-Koordinaturi Ewropej ikollhom is-setgħa li jimmonitorjaw dawn il-proċeduri u jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom.

(10)  Il-proġetti infrastrutturali transfruntieri tat-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari fejn tidħol il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi. Jenħtieġ li l-Koordinaturi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 315/2013 ikollhom is-setgħa li jimmonitorjaw dawn il-proċeduri u jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom biex tiġi żgurata l-konformità mal-iskadenzi stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Kummissjoni mhix involuta sistematikament fl-awtorizzazzjoni ta' proġetti individwali. Iżda xi drabi, ċerti aspetti tat-tħejjija tal-proġetti jkunu suġġetti għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tkun involuta fil-proċeduri, din se tagħti trattament ta' prijorità lill-proġetti ta' interess komuni tal-Unjoni u tiżgura ċertezza lill-promoturi tal-proġetti. F'xi każijiet, jaf ikun hemm bżonn approvazzjoni ta' għajnuna mill-Istat. Skont il-Kodiċi tal-Aqwa Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex il-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T li jikkunsidraw bħala prijorità, jittrattawhom bi skedi taż-żmien aktar prevedibbli skont l-approċċ tal-portafoll tal-każ jew l-ippjanar miftiehem b'mod reċiproku.

(12)  Il-Kummissjoni mhix involuta sistematikament fl-awtorizzazzjoni ta' proġetti individwali. Iżda xi drabi, ċerti aspetti tat-tħejjija tal-proġetti jkunu suġġetti għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tkun involuta fil-proċeduri, din se tagħti trattament ta' prijorità lill-proġetti ta' interess komuni tal-Unjoni u tiżgura ċertezza lill-promoturi tal-proġetti. F'xi każijiet, jaf ikun hemm bżonn approvazzjoni ta' għajnuna mill-Istat. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi ffissati b'dan ir-Regolament, u skont il-Kodiċi tal-Aqwa Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex il-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T li jikkunsidraw bħala prijorità, jiġu ttrattati bi skedi taż-żmien aktar prevedibbli skont l-approċċ tal-portafoll tal-każ jew l-ippjanar miftiehem b'mod reċiproku.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-implimentazzjoni ta' proġetti infrastrutturali tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T jenħtieġ jiġu appoġġati wkoll mil-linji gwida tal-Kummissjoni li jġibu aktar ċarezza b'rabta mal-implimentazzjoni ta' ċerti tipi ta' proġetti filwaqt li jirrispettaw l-acquis tal-Unjoni. Pereżempju l-Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija23 jipprevedi din il-gwida biex jagħti aktar ċarezza ħalli jiġu rispettati d-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats. Jenħtieġ li l-appoġġ dirett relatat mal-akkwist pubbliku jkun disponibbli għall-proġetti ta' interess komuni biex ikun żgurat l-aqwa valur għall-flus pubbliċi24. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun disponibbli ċerta assistenza teknika xierqa permezz tal-mekkaniżmi żviluppati għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, bil-għan li tingħata għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta' interess komuni tat-TEN-T.

(13)  L-implimentazzjoni ta' proġetti infrastrutturali tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T jenħtieġ jiġu appoġġati wkoll mil-linji gwida tal-Kummissjoni li jġibu aktar ċarezza b'rabta mal-implimentazzjoni ta' ċerti tipi ta' proġetti filwaqt li jirrispettaw l-acquis tal-Unjoni. Pereżempju l-Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija23 jipprevedi din il-gwida biex jagħti aktar ċarezza ħalli jiġu rispettati d-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats. Jenħtieġ li l-appoġġ dirett relatat mal-akkwist pubbliku jkun disponibbli għall-proġetti ta' interess komuni biex ikun żgurat li jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun l-ispejjeż esterni u jinkiseb l-aqwa valur għall-flus pubbliċi24. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun disponibbli ċerta assistenza teknika xierqa permezz tal-mekkaniżmi żviluppati għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, bil-għan li tingħata għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta' interess komuni tat-TEN-T.

__________________

__________________

23 COM(2017) 198 final.

23 COM(2017) 198 final.

24 COM(2017) 573 final

24 COM(2017) 573 final

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-proċeduri amministrattivi li nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunux soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament,

(15)  Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-proċeduri amministrattivi li nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunux soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bil-qbil ta' dawk ikkonċernati.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-proċeduri amministrattivi segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'rabta mal-awtorizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-proċeduri amministrattivi segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'rabta mal-awtorizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, relatati mar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inklużi l-proġetti magħżula minn qabel elenkati fil-Parti III tal-Anness għar-Regolament li jistabbilixxi l-"Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa" 2021-2027.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, bħala blokk, għal proġetti ta' interess komuni fuq in-netwerk komprensiv tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  “deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta' deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew awtoritajiet ta' Stat Membru li ma jinkludux il-qrati jew it-tribunali, li jiddeterminaw jekk promotur ta' proġett għandux jingħata awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport biex jitlesta proġett mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta' proċedura ta' appell amministrattiv;

(a)  "deċiżjoni komprensiva" tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta' deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti unika ta' Stat Membru, u fejn applikabbli l-awtorità kompetenti konġunta, iżda li ma tinkludix il-qrati jew it-tribunali, li tiddetermina jekk promotur ta' proġett għandux jingħata awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport biex jitlesta proġett mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta' proċedura ta' appell amministrattiv;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  “proċeduri tal-għoti tal-permessi” tfisser kull proċedura li għandha tiġi segwita jew kull pass li għandu jittieħed quddiem l-awtoritajiet ta' Stat Membru, skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, qabel ma l-promotur ta' proġett ikun jista' jimplimenta l-proġett;

(b)  "proċeduri tal-għoti ta' awtorizzazzjoni" tfisser kull proċedura li għandha tiġi segwita jew kull pass li għandu jittieħed quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, qabel ma l-promotur ta' proġett ikun jista' jimplimenta l-proġett u li jibdew mid-data tal-iffirmar tal-aċċettazzjoni tan-notifika tal-fajl mill-awtorità kompetenti unika tal-Istat Membru;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  “promotur ta' proġett” tfisser l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privat jew l-awtorità pubblika li tibda proġett;

(c)  "Promotur ta' proġett" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew persuna ġuridika pubblika jew privata li tapplika għal awtorizzazzjoni biex tibda proġett;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  “awtorità kompetenti unika” tfisser l-awtorità li l-Istati Membri jaħtru bħala dik responsabbli biex twettaq id-dmirijiet li joħorġu minn din id-Direttiva;

(d)  "awtorità kompetenti unika" tfisser l-awtorità li l-Istat Membru jaħtar, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, bħala dik responsabbli biex twettaq id-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  "Awtorità kompetenti konġunta" tfisser awtorità stabbilita bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew minn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar li tkun inkarigata mill-faċilitazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi relatati ma' proġetti transfruntieri ta' interess komuni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull proġett ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T għandu jkun soġġett għal proċedura integrata tal-għoti tal-permessi mmexxija minn awtorità kompetenti unika maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-Artikoli 5 u 6.

1.  Kull proġett ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, inklużi s-sezzjonijiet magħżula minn qabel fil-Parti III tal-Anness għar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, għandu jkun soġġett għal proċedura integrata tal-għoti tal-permessi mmexxija minn awtorità kompetenti unika maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-Artikoli 5 u 6.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Biex ikunu żgurati proċeduri amministrattivi effiċjenti marbuta ma' proġetti ta' interess komuni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawn il-proġetti jingħataw l-aktar trattament rapidu li hu legalment possibbli, inkluż fejn jidħlu r-riżorsi allokati.

3.  Biex ikunu żgurati proċeduri amministrattivi effiċjenti u effikaċi marbuta ma' proġetti ta' interess komuni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawn il-proġetti jingħataw l-aktar trattament rapidu li hu legalment possibbli, inkluż fejn jidħlu l-evalwazjoni tal-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti u r-riżorsi allokati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex jiġu ssodisfati l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 6 u jonqos il-piż amministrattiv relatat mat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, il-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw mil-liġi applikabbli, kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, għandhom jiġu integrati u jwasslu għal deċiżjoni komprensiva waħda biss.

1.  Biex jiġu ssodisfati l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 6 u jonqos il-piż amministrattiv relatat mat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, il-proċeduri tal-għoti tal-permessi kollha li jirriżultaw mil-liġi applikabbli, inklużi l-valutazzjonijiet ambjentali rilevanti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni, għandhom jiġu integrati u jwasslu għal deċiżjoni komprensiva waħda biss, mingħajr preġudizzju għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni pubblika u r-rekwiżiti ambjentali u ta' sikurezza fil-liġi tal-Unjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każ ta' proġetti ta' interess komuni li għalihom l-obbligu li jsiru valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u liġijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti proċeduri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/92/UE.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta' proġetti ta' interess komuni li għalihom l-obbligu li jsiru valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u liġijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti proċeduri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/92/UE.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn [OP please insert the date one year of the entry into force of this Regulation], kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti unika waħda li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċess tal-għoti tal-permessi inkluż għat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva.

1.  Sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u f'kull każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti unika waħda li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċess tal-għoti tal-permessi meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva, bi qbil mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti unika msemmija fil-paragrafu 1 u/jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu delegati lil awtorità oħra fil-livell amministrattiv xieraq, jew jitwettqu minnha, għal kull proġett ta' interess komuni jew għal kull kategorija ta' proġetti ta' interess komuni, skont dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Fuq inizjattiva tal-awtorità kompetenti unika, ir-responsabbiltajiet, l-obbligi tagħha u/jew il-kompiti relatati magħha, kif imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu, bi qbil mal-Istat Membru, jiġu delegati lil u eżegwiti minn awtorità oħra fil-livell reġjonali, lokali jew amministrattiv ieħor xieraq, għal kull proġett ta' interess komuni jew għal kull kategorija ta' proġetti ta' interess komuni, bl-eċċezzjoni tat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, skont dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  awtorità waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett ta' interess komuni;

(a)  awtorità kompetenti waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett ta' interess komuni;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-awtorità tkun l-uniku punt ta' kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċedura li twassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett speċifiku ta' interess komuni, u

(b)  l-awtorità kompetenti tkun l-uniku punt ta' kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċedura li twassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett speċifiku ta' interess komuni; u

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtorità tikkoordina t-tressiq tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha.

(c)  l-awtorità kompetenti tikkoordina t-tressiq tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjoni komprensiva maħruġa mill-awtorità kompetenti unika għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja tal-għoti tal-permessi. Meta jkun hemm awtoritajiet oħrajn ikkonċernati mill-proġett, dawn jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala kontribut għall-proċedura, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din l-opinjoni għandha titqies mill-awtorità kompetenti unika.

Id-deċiżjoni komprensiva maħruġa mill-awtorità kompetenti unika għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura tal-għoti tal-permessi. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, meta jkun hemm awtoritajiet oħrajn ikkonċernati mill-proġett, dawn jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala kontribut għall-proċedura, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-awtorità kompetenti unika hija meħtieġa li tqis dawn l-opinjonijiet, b'mod partikolari jekk dawn ikunu jikkonċernaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Article 5 – paragraph 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tieħu d-deċiżjoni komprensiva, l-awtorità kompetenti unika għandha tiżgura li jiġu rrispettati r-rekwiżiti rilevanti skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha kif xieraq.

4.  Meta tieħu d-deċiżjoni komprensiva, l-awtorità kompetenti unika għandha tiżgura li jiġu rrispettati r-rekwiżiti rilevanti skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha kif xieraq abbażi tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk proġett ta' interess komuni jkun jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet f'żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi għandhom jieħdu kull pass meħtieġ għal koperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġijiet tal-Unjoni u internazzjonali applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu proċeduri konġunti, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali.

5.  Meta proġett ta' interess komuni jkun jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew fi Stat Membru wieħed jew aktar u f'pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi għandhom jieħdu kull pass meħtieġ għal kooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom, jew jistgħu jistabbilixxu awtorità kompetenti konġunta, mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6, inkarigata mill-faċilitazzjoni tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġijiet internazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu proċeduri konġunti, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-Artikolu 6a, l-awtorità kompetenti unika għandha tikkomunika lill-Kummissjoni d-data tal-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi u d-deċiżjoni komprensiva, kif stabbilit fl-Artikolu 6.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi sat-tressiq tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti unika, fil-prinċipju ma għandhiex taqbeż is-sentejn.

2.  Il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi sat-tressiq tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti unika, fil-prinċipju ma għandhiex taqbeż it-tmintax-il xahar.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Biex titnieda proċedura tal-għoti tal-permessi, il-promotur ta' proġett għandu jinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti unika tal-Istati Membri kkonċernati dwar il-proġett u għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-proġett. Sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li tirċievi n-notifika msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti unika għandha tikkonferma dan, jew jekk tqis li l-proġett mhuwiex matur biżżejjed biex jidħol fil-proċedura tal-għoti tal-permessi, din għandha tirrifjuta n-notifika bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti unika tiddeċiedi li tirrifjuta n-notifika, għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. Id-data tal-firma tar-rikonoxximent tan-notifika mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. Meta jkun hemm żewġ Stati Membri jew aktar ikkonċernati, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità kompetenti kkonċernata għandha sservi bħala d-data tal-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi.

3.  Biex titnieda proċedura tal-għoti tal-permessi, il-promotur ta' proġett għandu jinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti unika tal-Istati Membri kkonċernati jew, fejn xieraq, l-awtorità kompetenti konġunta, dwar il-proġett u għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-proġett. Sa mhux aktar tard minn xahar wara li tirċievi n-notifika msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti unika għandha taċċettaha, jew jekk tqis li l-proġett mhuwiex matur biżżejjed biex jidħol fil-proċedura tal-għoti tal-permessi, din għandha tirrifjuta n-notifika bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti unika tiddeċiedi li tirrifjuta n-notifika, għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. Id-data tal-firma tar-rikonoxximent tan-notifika mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. Meta jkun hemm żewġ Stati Membri jew aktar ikkonċernati, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità kompetenti kkonċernata għandha sservi bħala d-data tal-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi, l-awtorità kompetenti unika, b'koperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u mal-awtoritajiet l-oħra kkonċernati, u filwaqt li tqis l-informazzjoni mressqa mill-promotur tal-proġett abbażi tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, għandha tistabbilixxi u tikkomunika deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni lill-promotur tal-proġett, li tkun tinkludi:

4.  Fi żmien xahrejn mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi, l-awtorità kompetenti unika, jew fejn xieraq, l-awtorità kompetenti konġunta, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u mal-awtoritajiet l-oħra kkonċernati, u filwaqt li tqis l-informazzjoni mressqa mill-promotur tal-proġett abbażi tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, għandha tistabbilixxi u tikkomunika deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni lill-promotur tal-proġett, li tkun tinkludi:

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-awtorità kompetenti, fil-livell amministrattiv xieraq, inkarigata, fil-każ ta' delega mill-awtorità kompetenti unika skont l-Artikolu 5(2);

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 4 - punt b - punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li jridu jinkisbu;

(i)  id-deċiżjonijiet, il-permessi, l-opinjonijiet u l-valutazzjonijiet li jridu jinkisbu;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  l-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku li aktarx ikunu kkonċernati;

(ii)  l-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku li aktarx ikunu kkonċernati u/jew konsultati;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  it-tappi ewlenin li jridu jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li trid tittieħed;

(iv)  it-tappi ewlenin li jridu jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li trid tittieħed, u l-perjodu ta' żmien globali previst;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-promotur tal-proġett għandu jressaq fajl tal-applikazzjoni abbażi tad-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni fi żmien 21 xahar minn meta tasal id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni. Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni ma għadhiex meqjusa applikabbli, sakemm l-awtorità kompetenti unika ma tiddeċidix li dak il-perjodu jiġi estiż, skont talba ġustifikata mill-promotur tal-proġett.

6.  Il-promotur tal-proġett għandu jressaq fajl tal-applikazzjoni abbażi tad-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni fi żmien ħmistax-il xahar minn meta tasal id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni. Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni ma għadhiex meqjusa applikabbli, sakemm l-awtorità kompetenti unika ma tiddeċidix, fuq inizjattiva tagħha stess, li dak il-perjodu jiġi estiż sa massimu ta' sitt xhur, fuq il-bażi ta' talba ġustifikata mill-promotur tal-proġett.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-awtorità kompetenti unika għandha tivvaluta l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni komprensiva fi żmien sena mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza aktar bikrija, meta xieraq.

8.  L-awtorità kompetenti unika għandha tivvaluta l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni komprensiva u vinkolanti fi żmien sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 7, sakemm l-awtorità kompetenti unika ma tiddeċidix uq inizjattiva tagħha stess, li tesendi dan il-perjodu sa massimu ta' tliet xhur, jekk kif tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza aktar bikrija, meta xieraq.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Proċedura tal-għoti tal-permessi u assistenza finanzjarja tal-Unjoni

 

1.  Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, l-istatus tal-proġett għandu jitqies fl-evalwazzjoni tal-proġetti skont il-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE).../... [li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa].

 

2.  Id-dewmien li seħħ fir-rigward tal-istadji u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 għandu jikkostitwixxi raġuni għal reviżjoni tal-istatus tal-proġett u r-reviżjoni tal-assistenza finanzjarja riċevuta mill-Unjoni taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif stabbilit fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE).../... [FNE] u jista' jwassal għal tnaqqis jew kanċellazzjoni tal-assisteneza finanzjarja.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jallinjaw l-iskedi tagħhom u jaqblu fuq skeda konġunta.

1.  Għall-proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, jew Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jallinjaw l-iskedi tagħhom u jaqblu fuq skeda konġunta.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  F'każijiet bħal dawn, sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-għoti tal-permessi, l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew minn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar jistgħu, bi qbil reċiproku, jistabbilixxu awtorità kompetenti konġunta, kif previst fl-Artikolu 5(5).

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Koordinatur Ewropew imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE)² Nru 1315/2013 għandu jingħata s-setgħa li jsegwi mill-qrib il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-proġetti transfruntieri ta' interess komuni, kif ukoll li jiffaċilita l-kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti.

2.  Il-Koordinatur Ewropew imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE)² Nru 1315/2013 għandu jingħata s-setgħa li jsegwi mill-qrib il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-proġetti transfruntieri ta' interess komuni, kif ukoll li jiffaċilita l-kuntatti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti, jew jekk ikun il-każ, mal-awtorità kompetenti konġunta.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jiġu rrispettati l-limiti taż-żmien skont dan ir-Regolament, jekk il-limitu taż-żmien għad-deċiżjoni komprensiva ma jiġix osservat, l-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-Koordinatur Ewropew ikkonċernat dwar il-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu biex tiġi konkluża l-proċedura tal-għoti tal-permessi bl-inqas dewmien possibbli. Il-Koordinatur Ewropew jista' jitlob lill-awtorità kompetenti biex tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jiġu rrispettati l-limiti taż-żmien skont dan ir-Regolament, jekk il-limitu taż-żmien għad-deċiżjoni komprensiva ma jiġix osservat, l-awtorità kompetenti unika għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u, jekk ikun meħtieġ, lill-Koordinatur Ewropew ikkonċernat dwar il-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu biex tiġi konkluża l-proċedura tal-għoti tal-permessi bl-inqas dewmien possibbli. Il-Kummissjoni u, jekk ikun meħtieġ, il-Koordinatur Ewropew jista' jitlob lill-awtorità kompetenti unika biex tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk il-proċeduri tal-akkwist jitwettqu minn entità konġunta mwaqqfa mill-Istati Membri parteċipanti, dik l-entità għandha tapplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri u, b'deroga minn dawn id-Direttivi, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu d-dispożizzjonijiet stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 57(5) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew il-punt (a) tal-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istati Membri parteċipanti li jipprovdi mod ieħor. F'kull każ, dan il-ftehim għandu jipprevedi l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali unika fil-każ tal-proċeduri tal-akkwist imwettqa minn entità konġunta.

2.  Jekk il-proċeduri tal-akkwist jitwettqu minn entità konġunta mwaqqfa mill-Istati Membri parteċipanti, dik l-entità kif ukoll il-kumpaniji sussidjarji tagħha jekk ikun meħtieġ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri u, b'deroga minn dawn id-Direttivi, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu d-dispożizzjonijiet stabbiliti skont il-punt(a) tal-Artikolu 57(5) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew il-punt (a) tal-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istati Membri parteċipanti li jipprovdi mod ieħor. F'kull każ, dan il-ftehim għandu jipprevedi l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali unika għall-proċeduri tal-akkwist imwettqa minn entità konġunta, u jekk ikun meħtieġ il-kumpaniji sussidjarji tagħha, għat-totalità tal-proġett.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'talba mill-promotur tal-proġett jew minn Stat Membru, skont il-programmi rilevanti ta' finanzjament tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali, l-Unjoni għandha tagħmel disponibbli assistenza teknika biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni.

Fuq talba mill-promotur tal-proġett jew minn Stat Membru, skont il-programmi rilevanti ta' finanzjament tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali, l-Unjoni għandha tagħmel disponibbli assistenza teknika, konsulenza u assistenza finanzjarja biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni f'kull stadju tal-proċess.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 għandhom japplikaw fi Stat Membru partikolari mid-data li fiha l-awtorità kompetenti unika tkun inħatret minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1).

 

Il-Kummissjoni se tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali avviż meta dawk id-dispożizzjonijiet isiru applikabbli fi Stat Membru.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni teħtieġ netwerk ta' infrastrutturi moderni u effiċjenti fil-livell tal-UE li jgħaqqad liċ-ċittadini u lin-negozji tagħha u jappoġġa s-suq uniku. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet Ewropej għażlu in-netwerks trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), li jinkludu netwerk komprensiv iżda prinċipalment netwerk ewlieni: sinsla reali għall-Unjoni. Proġetti ta' interess komuni jagħmlu parti minn dan in-netwerk u huma s-suġġett ta' dan ir-regolament u jiżguraw valur miżjud Ewropew għoli.

L-ikkompletar tan-netwerks tat-TEN-T huwa indispensabbli biex jippermetti tkabbir ekonomiku dejjiemi u sostenibbli għall-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-kompetittività tagħha fid-d-dawl tal-kompetizzjoni globali dejjem akbar. L-Unjoni u l-Istati Membri taw lilhom infushom sal-2030 biex jikkompletaw in-netwerk ewlieni. Dan mistenni jiġġenera EUR 4 500 biljun addizzjonali, jiġifieri 1,8 % tal-PDG tal-Unjoni, u jirrappreżenta 13-il miljun sena ta' impjieg sal-2030.

L-ISFOND U R-RAĠUNIJIET TAR-REGOLAMENT

Jekk ma jsir xejn biex jitħaffef il-pass, dan l-għan tal-2030 mhux se jintlaħaq. L-implimentazzjoni tal-infrastrutturi tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T qed tħabbat wiċċha ma' diffikultajiet serji. Dawn jikkonsistu f'żewġ tipi,

–  l-ewwel waħda hija finanzjarja: Fid-dawl tat-tnaqqis baġitarju għall-Istati Membri u tal-baġit Ewropew limitat ħafna, il-ħtiġijiet ta' investiment huma enormi. Huwa stmat li hemm bżonn investiment ta' EUR 500 biljun bejn l-2021 u l-2030 biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T, u madwar EUR 1 500 biljun biex jitlesta n-netwerk komprensiv tat-TEN-T sal-2050.

–  It-tieni waħda hija regolatorja u operattiva. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jnaqqas l-ostakli regolatorji li jwasslu għal diffikultà kbira għall-promoturi tal-proġetti u għat-tlestija tat-TEN-T. B'mod partikolari, ir-rapporteur jixtieq jissottolinja li tul is-snin, il-kumplessità dejjem akbar u n-numru kbir tal-istudji, il-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet meħtieġa biex il-proġetti jieħdu l-permess għamlu l-implimentazzjoni tagħhom aktar diffiċli. Għal proġetti kbar ta' infrastruttura, pereżempju, hemm medja ta' tmien snin bejn il-fażi ta' ġenerazzjoni u l-għeluq tal-fajl għall-implimentazzjoni. L-iskadenzi li ġew imtawla qed iwasslu għal inċertezza konsiderevoli għall-operaturi, żieda qawwija fl-ispiża tal-istudji u l-kost finali tax-xogħol, u għadd kbir ta' appelli. Dawn l-elementi jiskoraġġixxu mhux biss il-promoturi tal-proġetti, iżda wkoll lis-sħab tagħhom, b'mod partikolari l-isħab finanzjarji, minħabba n-natura dewwimija u inċerta ta' dawn il-proċeduri u r-riżultati tagħhom. Din is-sitwazzjoni tant saret serja li tista' saħansitra ssir projbittiva għall-promoturi, u xi proġetti jintemmu qabel kull preparazzjoni, billi jkunu kkunsidrati bħala wisq inċerti fid-dawl tal-kumplessità tal-proċeduri.

PROPOSTI TAR-RAPPORT

F'dan il-kuntest, ir-rapporteur jilqa' din il-proposta għal regolament tal-Kummissjoni biex jiġu organizzati aħjar u jitqassru l-proċeduri amministrattivi għall-awtorizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni li jikkonċernaw in-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T). Din ir-razzjonalizzazzjoni mhux se taffettwa n-natura jew il-kontenut tal-formalitajiet amministrattivi u regolatorji, li dejjem jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà. Madankollu, ir-regolament jintroduċi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni, l-iskadenzi, is-simplifikazzjoni u l-introduzzjoni ta' punt uniku ta' kuntatt, bil-għan li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-inċertezzi u l-ispejjeż.

  Skadenzi

Għalhekk, ir-rapporteur jilqa' u jappoġġa l-introduzzjoni ta' skadenzi ċari u preċiżi f'kull stadju tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. Ġie introdott ukoll perjodu ta' żmien massimu għal din il-proċedura kollha kemm hi – li ġie mnaqqas għal inqas minn tliet snin mir-rapporteur – u dan jirrappreżenta titjib sinifikanti meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali.

  Awtorità kompetenti unika

Ir-razzjonalizzazzjoni tkopri l-istabbiliment ta' punt uniku ta' kuntatt għall-promoturi ta' proġetti f'kull Stat Membru bil-ħatra ta' awtorità kompetenti unika, li se tieħu ħsieb il-l-proċeduri kollha tal-għoti tal-permessi u se tkun l-unika awtorità li tista' tieħu d-deċiżjoni komprensiva unika. Madankollu, ir-rapporteur iqis il-possibbiltà li l-Istati Membri jiddelegaw din il-kompetenza lil awtorità oħra jekk dan ikun f'livell aktar xieraq, sakemm madankollu jiġi rispettat il-prinċipju ta' awtorità kompetenti unika u punt uniku ta' kuntatt għall-promoturi.

  Proġetti transfruntiera

F'dak li jikkonċerna l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għall-proġetti transfruntiera mwettqa minn entità konġunta bejn l-Istati Membri, ir-rapporteur saħħaħ il-proposta tal-Kummissjoni billi ppreveda liġi applikabbli unika li tkopri l-proġett kollu għall-entità konġunta, inklużi s-sussidjarji tagħha.

  Trattament prijoritarju

Ir-rapporteur jenfasizza wkoll l-importanza fundamentali tal-proġetti ta' interess komuni (li huma l-uniċi proġetti koperti minn dan ir-Regolament) kif ukoll il-valur miżjud Ewropew għoli tagħhom għall-ilħiq tal-objettivi tal-Unjoni, u għalhekk għandu jingħatalhom it-trattament prijoritarju mill-Istati Membri fil-qafas ġuridiku tagħhom.

  Konsistenza mal-FNE

Barra minn hekk, ir-rapporteur introduċa dispożizzjoni ġdida fir-regolament, li tqis ir-rispett tal-iskadenzi stabbiliti minn dan ir-regolament bħala wieħed mill-kriterji għall-għażla tal-proġetti ppreżentati lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).

Ir-rapporteur huwa konvint li regolament bħal dan jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-ikkompletar effettiv tan-netwerks tat-TEN-T fl-Unjoni, billi jnaqqas ir-riskju ta' dewmien, iżid il-livell ta' ċertezza għall-promoturi tal-proġetti u għall-investituri matul il-proċeduri neċessarji, u fl-aħħar mill-aħħar isaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-investituri privati. L-adozzjoni rapida tar-regolament tippermetti, fost oħrajn, li l-proġetti ta' interess komuni ffinanzjati fil-qafas tal-programm il-ġdid FNE II, mill-2020 'il quddiem, ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (19.11.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

(COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Demetris Papadakis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Hekk kif l-UE qed taħdem biex issir mexxej dinji fl-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea adottat tliet "pakketti ta' mobbiltà" leġiżlattivi, bl-għan ewlieni li jagħmlu t-trasport aktar sikur, aktar aċċessibbli u aktar nadif, filwaqt li jiżguraw il-kompetittività tal-industrija Ewropea u jiżguraw l-impjiegi. Ir-regolament propost dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew (TEN-T) jidħol fl-ambitu tat-tielet pakkett tal-mobbiltà "L-Ewropa Attiva".

Trasport effiċjenti, intelliġenti u sostenibbli huwa kruċjali għall-funzjonament effikaċi tas-suq intern tal-UE u huwa importanti għall-iżgurar tal-kompetittività, il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda fil-qasam tal-kummerċ u l-impjiegi, il-protezzjoni tal-ambjent u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tal-promozzjoni ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Għalhekk, huwa importanti li l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport jingħataw spinta b'valur miżjud sinifikanti tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp tat-TEN-T.

It-TEN-T jikkonsisti f'żewġ saffi ta' ppjanar, in-netwerk komprensiv (ikopri r-reġjuni Ewropej kollha u għandu jiġi implimentat sal-2050) u n-netwerk ewlieni (l-aktar konnessjonijiet importanti u li għandu jiġi implimentat sal-2030).

L-implimentazzjoni tan-netwerk tat-TEN-T, b'enfasi partikolari fuq il-konnessjonijiet transfruntieri u fil-limiti taż-żmien stabbiliti, se tnaqqas il-konġestjonijiet, tagħlaq id-distakk bejn il-kollegamenti - b'mod speċjali bejn is-sezzjonijiet transfruntieri - u ttejjeb l-interoperabbiltà bejn il-modi differenti ta' trasport.

Madankollu, hemm tħassib li minħabba l-problemi identifikati li jikkonċernaw id-dewmien u l-inċertezzi tad-dritt, l-iskadenza stabbilita tal-2030 għat-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T mhux se tiġi rrispettata.

L-għan ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jiġu indirizzati d-dewmien u l-livell għoli ta' inċertezza li jaffettwaw it-twettiq effikaċi tal-proġetti TEN-T. Il-fatturi problematiċi identifikati huma:

i)  Stadji differenti u l-awtoritajiet involuti fil-proċeduri tal-għoti tal-permessi;

ii)  In-nuqqas ta' limiti taż-żmien jew il-limiti taż-żmien mhux infurzati;

iii)  Il-proċeduri varji tal-akkwist pubbliku għall-proġetti transfruntieri tat-TEN-T;

iv)  L-isfidi tal-koordinazzjoni għat-twettiq tal-proġetti transfruntieri;

iv)  L-inċertezzi perċepiti relatati mal-proċeduri fl-ambitu tal-għajnuna mill-Istat.

Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni tiffoka fuq:

-  Aktar koordinazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku għall-proġetti transfruntieri,

-  Simplifikazzjoni u ffissar ta' limiti ta' żmien għar-regoli tal-għoti ta' permessi,

-  Simplifikazzjoni tad-dokumenti u l-proċeduri amministrattivi fil-mezzi kollha tat-trasport,

-  Tnaqqis tad-dewmien fil-proġetti infrastrutturali,

-  Faċilitazzjoni tal-involviment tal-investituri privati,

-  Kjarifika tar-regoli għall-konsultazzjonijiet pubbliċi.

In-netwerk tat-TEN-T huwa kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni Ewropej. Ir-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li t-TEN-T iqis ir-reġjuni periferiċi u l-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni transfruntieri ġirien. Għaldaqstant, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) hija għodda importanti lejn din id-direzzjoni.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-valur miżjud tas-CEF għal dak li jirrigwarda t-TEN-T peress li hemm effett ta' ingranaġġ fuq it-tkabbir sostenibbli u fuq l-impjiegi kif ukoll fuq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. Sabiex jiġi massimizzat l-effett tal-finanzjament tal-UE, ir-rapporteur jappoġġa l-aħjar użu tal-iskemi ta' finanzjament pubbliċi u privati, anki fid-dawl tat-taħlit tas-CEF u l-Orizzont 2020 mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u strumenti finanzjarji oħra.

Ir-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni, il-Koordinaturi Ewropej u l-partijiet interessati l-oħra involuti jagħtu l-istess importanza lill-proġetti TEN-T fuq skala kbira u dawk iżgħar u lill-benefiċċji fuq perjodu qasir, medju u fit-tul li jistgħu jiġu ġġenerati permezz ta' proġetti bħal dawn;

Il-Kummissjoni Ewropea stmat li l-investimenti meħtieġa għat-twettiq tan-netwerk ewlieni TEN-T se jammontaw għal madwar EUR 500 biljun bejn l-2021 u l-2030, u se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' 13-il miljun impjieg fis-sena sal-2030 u għall-ġenerazzjoni ta' dħul addizzjonali ta' 1,8 % tal-PDG tal-UE.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jirrikonoxxi l-importanza li jitħarsu l-aspetti ambjentali marbuta mal-ippjanar u l-implimentazzjoni tat-TEN-T permezz tal-promozzjoni tat-trasport b'emissjonijiet baxxi u l-ilħuq tal-għanijiet ta' emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra. Barra minn hekk, l-aspetti kollha dwar is-saħħa u l-benessri soċjali b'rabta mat-trasport għandhom ikunu protetti bl-istess mod.

L-implimentazzjoni effikaċi tal-proġetti TEN-T tiddependi wkoll fuq l-involviment tal-partijiet interessati mill-bidu nett tal-istadju ta' ppjanar tal-infrastruttura u l-organizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet mal-pubbliku, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali rilevanti b'mod effiċjenti u fil-ħin. Id-djalogu soċjali u ċiviku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jista' jagħmel kontribuzzjonijiet ewlenin biex tingħata spinta lill-aċċettazzjoni pubblika ta' proġetti ta' infrastruttura fis-settur tat-trasport, biex b'hekk tiżdied il-kredibbiltà u jitnaqqsu l-konflitti fl-aħħar stadji tal-proġett.

Ir-rapporteur jiddikjara li permezz tal-iżgurar li l-proġett jikkontribwixxi b'mod effikaċi għall-iżvilupp reġjonali u lokali, il-perċezzjoni tal-proġett għandha awtomatikament ittejjeb u żżid is-sentiment ta' ġid komuni u ta' sjieda fil-livell lokali.

Ir-rapporteur jenfasizza l-benefiċċji ġenerali għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-UE li jirriżultaw mit-tlestija tat-TEN-T. F'dan ir-rigward, huwa importanti li l-Istati Membri jiddeċiedu dwar il-pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali tagħhom skont l-għanijiet tat-TEN-T bil-ħsieb li jipprovdu perspettiva integrata li tippermetti mobbiltà akbar u aktar mobbiltà għaċ-ċittadini kollha tal-UE - fattur kritiku għall-inklużjoni soċjali u l-ħarsien tal-ambjent.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 171(2) u l-Artikolu 172 tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi qafas komuni għall-ħolqien ta' netwerks interoperabbli mill-aktar avvanzati għall-iżvilupp tas-suq intern. In-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) għandhom struttura ta' żewġ saffi: in-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, filwaqt li n-netwerk ewlieni jikkonsisti mill-elementi tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika. Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiddefinixxi miri tat-tlestija vinkolanti għall-implimentazzjoni biex in-netwerk ewlieni jitlesta sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi qafas komuni għall-ħolqien ta' netwerks interoperabbli mill-aktar avvanzati għall-iżvilupp tas-suq intern li jenħtieġ li jqis ukoll id-dinamiċi tal-iżvilupp tas-settur tat-trasport u ta' teknoloġiji ġodda fil-ġejjieni. L-ippjanar, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' netwerks trans-Ewropej tat-trasport (ΤΕΝ-T) għandhom l-għan li jiżviluppaw mobbiltà intelliġenti, sikura u sostenibbli ta' persuni u oġġetti, filwaqt li jiżguraw l-aċċessibbiltà u l-konnettività għar-reġjuni kollha tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni remoti, insulari u ultraperiferiċi u jikkontribwixxu għal tkabbir ekonomiku u kompetittività ulterjuri, filwaqt li jsegwu għanijiet ta' żvilupp ambjentali, soċjali u sostenibbli. It-TEN-T għandhom struttura ta' żewġ saffi: in-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, filwaqt li n-netwerk ewlieni jikkonsisti mill-elementi tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika. Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiddefinixxi miri tat-tlestija vinkolanti għall-implimentazzjoni biex in-netwerk ewlieni jitlesta sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050, bil-għan li tinkiseb mobbiltà intelliġenti, sikura u sostenibbli li tappoġġa l-iżvilupp u l-konnettività bejn iż-żoni urbani, periurbani u rurali, u tiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni.

__________________

__________________

22Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

22Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Minkejja l-ħtieġa u l-iskadenzi vinkolanti, mill-esperjenza jidher li ħafna investimenti bil-għan li jitlesta t-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' proċeduri tal-għoti tal-permessi, proċeduri transfruntieri tal-akkwist u proċeduri oħrajn li huma kumplessi. Din is-sitwazzjoni xxekkel l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proġetti, u ħafna drabi twassal għal dewmien sinifikanti u aktar spejjeż. Biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u ssir tlestija sinkronizzata tat-TEN-T, hemm bżonn azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni.

(2)  Minkejja l-ħtieġa u l-iskadenzi vinkolanti, mill-esperjenza jidher li ħafna investimenti bil-għan li jitlesta t-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' proċeduri kajmani u kkumplikati tal-għoti tal-permessi, proċeduri transfruntieri tal-akkwist u proċeduri kumplessi oħrajn. Din is-sitwazzjoni xxekkel l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proġetti, u ħafna drabi twassal għal dewmien sinifikantiu aktar spejjeż, kif ukoll inċertezza għall-promoturi ta' proġetti u investituri privati potenzjali. Biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u ssir tlestija sinkronizzata tat-TEN-T, hemm bżonn azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeċiedu dwar il-pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali tagħhom f'konformità mal-għanijiet tat-TEN-T.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-oqfsa legali ta' ħafna Stati Membri jingħata trattament ta' prijorità lil ċerti kategoriji ta' proġetti abbażi tal-importanza strateġika tagħhom għall-ekonomija. It-trattament prijoritarju hu kkaratterizzat minn skadenzi iqsar, proċeduri simultanji jew perjodi taż-żmien limitati għall-appelli filwaqt li jiżgura li jintlaħqu wkoll l-għanijiet ta' politiki orizzontali oħra. Meta jkun jeżisti qafas bħal dan fi ħdan qafas legali nazzjonali, jenħtieġ li dan ikun japplika awtomatikament għall-proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

(3)  Fl-oqfsa legali ta' ħafna Stati Membri jingħata trattament ta' prijorità lil ċerti kategoriji ta' proġetti li jibbenefikaw minn proċeduri rapidi abbażi tal-valur miżjud Ewropew akbar tagħhom u tal-importanza strateġika tagħhom għall-ekonomija. It-trattament prijoritarju hu kkaratterizzat minn tnaqqis fl-għadd ta' permessi li jridu jinkisbu, skadenzi iqsar, proċeduri simultanjiu simplifikati jew perjodi taż-żmien limitati għat-tlestija tal-proċedura biex jinkiseb permess jew għall-appelli filwaqt li jiżgura li jintlaħqu wkoll l-għanijiet ta' politiki orizzontali oħra. Meta jkun jeżisti qafas bħal dan fi ħdan qafas legali nazzjonali, jenħtieġ li dan ikun japplika awtomatikament għall-proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, sabiex l-għanijiet ewlenin ta' proġetti bħal dawn ikunu jistgħu jiġu ssodisfati f'livell pan-Ewropew.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Biex titjieb l-effikaċja tal-valutazzjonijiet ambjentali u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ambjentali ta' proġetti tan-netwerk ewlieni jkun joriġina simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE, u minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħalma huma d-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2010/75/UE, id-Direttiva 2012/18/UE u d-Direttiva 2011/42/KE, l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li tkun prevista proċedura konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi.

(4)  Biex titjieb l-effikaċja tal-valutazzjonijiet ambjentali u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet, filwaqt li jsiru konformi mal-għanijiet tal-2030 għal arja nadifa, relatati ma' kwistjonijiet ambjentali ta' proġetti tan-netwerk ewlieni jkun joriġina simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE, u minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħalma huma d-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2010/75/UE, id-Direttiva 2012/18/UE u d-Direttiva 2011/42/KE, l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li tkun prevista proċedura konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi. Barra minn hekk, l-eżami bikri tal-impatti ambjentali u diskussjoni bikrija mal-awtorità kompetenti dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet ambjentali jistgħu jnaqqsu d-dewmien waqt il-fażi tal-permessi u b'mod ġenerali jtejbu l-kwalità tal-valutazzjonijiet. Minbarra l-valutazzjonijiet ambjentali, valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti soċjali hija meħtieġa wkoll għal dak li jikkonċerna l-impjiegi, il-koeżjoni tal-UE, is-saħħa (tnaqqis fl-inċidenti), il-kwalità tal-ħajja, il-benefiċċji lokali u l-inklużjoni soċjali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-proġetti tan-netwerk ewlieni jenħtieġ ikunu appoġġati minn proċeduri integrati tal-għoti tal-permessi biex issir ġestjoni ċara tal-proċedura ġenerali possibbli u biex jingħata punt uniku ta' servizz għall-investituri. L-Istati Membri jenħtieġ jaħtru awtorità kompetenti b'konformità mal-oqfsa legali nazzjonali u strutturi amministrattivi tagħhom.

(5)  Il-proġetti tan-netwerk ewlieni TEN-T, kemm fuq skala kbira kif ukoll fuq skala iżgħar, jenħtieġ ikunu appoġġati minn proċeduri integrati tal-għoti tal-permessi biex issir ġestjoni ċara, trasparenti u koeżiva tal-proċedura ġenerali possibbli u biex jingħata punt uniku ta' servizz għall-investituri. L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità kompetenti b'konformità mal-oqfsa legali nazzjonali u strutturi amministrattivi tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jenħtieġ li bl-istabbiliment ta' awtorità kompetenti unika fil-livell nazzjonali li tintegra l-proċeduri kollha tal-għoti tal-permessi (punt uniku ta' servizz) tonqos il-kumplessità, titjieb l-effiċjenza u tiżdied it-trasparenza tal-proċeduri. Jenħtieġ ukoll li titjieb il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri meta xieraq. Il-proċeduri jenħtieġ jippromwovu koperazzjoni reali bejn l-investituri u l-awtorità kompetenti unika, u għalhekk jenħtieġ jippermettu l-ambitu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi waqt il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni. Dan l-ambitu jenħtieġ ikun integrat fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni u jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE.

(6)  Jenħtieġ li bl-istabbiliment ta' awtorità kompetenti unika fil-livell nazzjonali li tintegra l-proċeduri kollha tal-għoti tal-permessi (punt uniku ta' servizz) tonqos il-kumplessità, jitnaqqas il-kost, jitjiebu l-effiċjenza u l-koordinazzjoni u tiżdied it-trasparenza u r-rapidità tal-adozzjoni tal-proċeduri sabiex il-proġetti jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod effiċjenti u l-għanijiet stabbiliti jintlaħqu. Jenħtieġ li jsaħħaħ ukoll il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u jippromwovi s-sinerġija bejn l-istrumenti varji għal dan il-għan, peress li l-istimulu tat-TEN-T se jikkontribwixxi għat-titjib fil-kompetittività tan-negozju fis-suq uniku Ewropew, filwaqt li jiffavorixxi l-kummerċ intra-Komunitarju. Il-proċeduri jenħtieġ li jippromwovu koperazzjoni reali bejn l-investituri u l-awtorità kompetenti unika, u għalhekk jenħtieġ li jippermettu l-ambitu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi waqt il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni. Dan l-ambitu jenħtieġ li jkun integrat fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni u jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-proċedura stabbilita b'dan ir-Regolament jenħtieġ tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti ddefiniti mil-liġi internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

(7)  Il-proċedura stabbilita b'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti ddefiniti mil-liġi internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u b'emissjonijiet baxxi u permezz tal-ilħuq tal-għan li l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jitnaqqsu għal livelli baxxi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Minħabba l-urġenza biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi jenħtieġ tkun akkumpanjata b'limitu taż-żmien li matulu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli jenħtieġ jieħdu deċiżjoni komprensiva fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien jenħtieġ jistimola trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent u l-parteċipazzjoni pubblika.

(8)  Minħabba l-urġenza biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi jenħtieġ li tkun akkumpanjata b'limitu taż-żmien li matulu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli jenħtieġ li jieħdu deċiżjoni komprensiva fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien jenħtieġ li jiżgura trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent u l-parteċipazzjoni pubblika.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-istabbiliment ta' proċeduri ta' konsultazzjoni effikaċi u wiesgħa mal-pubbliku, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti mill-fażijiet l-aktar bikrija ta' ppjanar preliminari se jindirizza d-dewmien fl-għoti ta' permessi għall-proġetti u l-proċessi ta' implimentazzjoni u jiggarantixxi l-benefiċċju lokali tal-proġetti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-proġetti infrastrutturali transfruntieri tat-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari fejn tidħol il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi. Jenħtieġ li l-Koordinaturi Ewropej ikollhom is-setgħa li jimmonitorjaw dawn il-proċeduri u jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom.

(10)  Il-proġetti infrastrutturali transfruntieri tat-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari fejn tidħol il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi. Sabiex jiġi evitat dewmien fl-implimentazzjoni transfruntiera ta' dawn il-proġetti, jenħtieġ li l-Koordinaturi Ewropej, megħjuna mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jingħataw is-setgħa li jimmonitorjaw dawn il-proċeduri u jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom filwaqt li jsaħħu l-koperazzjoni eżekuttiva u jibnu fuq proġetti INTERREG dwar il-mobbiltà sostenibbli f'żoni transfruntiera.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri ta' interess komuni jenħtieġ jitmexxa skont it-Trattat u d-Direttivi 2014/25/UE u/jew 2014/24/UE. Biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġetti transfruntieri ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni, jenħtieġ li l-akkwist pubbliku mwettaq minn entità konġunta jkun soġġett għal leġiżlazzjoni nazzjonali unika. B'deroga mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, ir-regoli nazzjonali applikabbli jenħtieġ, fil-prinċipju, ikunu dawk tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Jenħtieġ jibqa' possibbli li l-leġiżlazzjoni applikabbli tiġi ddefinita fi ftehim intergovernattiv.

(11)  L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri ta' interess komuni jenħtieġ li jitmexxa skont it-Trattat u d-Direttivi 2014/25/UE u/jew 2014/24/UE. Biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġetti transfruntieri ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni, jenħtieġ li l-akkwist pubbliku mwettaq minn entità konġunta jkun soġġett għal leġiżlazzjoni nazzjonali unika. B'deroga mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, ir-regoli nazzjonali applikabbli jenħtieġ li, fil-prinċipju, ikunu dawk tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew il-leġiżlazzjoni applikabbli jenħtieġ li tiġi ddefinita fi ftehim intergovernattiv.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Kummissjoni mhix involuta sistematikament fl-awtorizzazzjoni ta' proġetti individwali. Iżda xi drabi, ċerti aspetti tat-tħejjija tal-proġetti jkunu suġġetti għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tkun involuta fil-proċeduri, din se tagħti trattament ta' prijorità lill-proġetti ta' interess komuni tal-Unjoni u tiżgura ċertezza lill-promoturi tal-proġetti. F'xi każijiet, jaf ikun hemm bżonn approvazzjoni ta' għajnuna mill-Istat. Skont il-Kodiċi tal-Aqwa Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex il-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T li jikkunsidraw bħala prijorità, jittrattawhom bi skedi taż-żmien aktar prevedibbli skont l-approċċ tal-portafoll tal-każ jew l-ippjanar miftiehem b'mod reċiproku.

(12)  Il-Kummissjoni mhix involuta sistematikament fl-awtorizzazzjoni ta' proġetti individwali. Iżda xi drabi, ċerti aspetti tat-tħejjija tal-proġetti jkunu suġġetti għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tkun involuta fil-proċeduri, din se tagħti trattament ta' prijorità lill-proġetti ta' interess komuni tal-Unjoni u tiżgura ċertezza lill-promoturi tal-proġetti. F'xi każijiet, jaf ikun hemm bżonn approvazzjoni ta' għajnuna mill-Istat filwaqt li proċedura ta' evalwazzjoni rapida tiġi adottata f'każijiet fejn proġett ikun f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, biex b'hekk tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt u l-prevedibbiltà tal-investiment. Skont il-Kodiċi tal-Aqwa Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex il-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T li jikkunsidraw bħala prijorità, jittrattawhom bi skedi taż-żmien aktar prevedibbli skont l-approċċ tal-portafoll tal-każ jew l-ippjanar miftiehem b'mod reċiproku. Il-Kummissjoni se jkollha bżonn ukoll tiżgura li tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki sabiex tiżgura netwerk trans-Ewropew tat-trasport li jirnexxi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-implimentazzjoni ta' proġetti infrastrutturali tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T jenħtieġ jiġu appoġġati wkoll mil-linji gwida tal-Kummissjoni li jġibu aktar ċarezza b'rabta mal-implimentazzjoni ta' ċerti tipi ta' proġetti filwaqt li jirrispettaw l-acquis tal-Unjoni. Pereżempju l-Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija23 jipprevedi din il-gwida biex jagħti aktar ċarezza ħalli jiġu rispettati d-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats. Jenħtieġ li l-appoġġ dirett relatat mal-akkwist pubbliku jkun disponibbli għall-proġetti ta' interess komuni biex ikun żgurat l-aqwa valur għall-flus pubbliċi24. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun disponibbli ċerta assistenza teknika xierqa permezz tal-mekkaniżmi żviluppati għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, bil-għan li tingħata għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta' interess komuni tat-TEN-T.

(13)  L-implimentazzjoni ta' proġetti infrastrutturali tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T jenħtieġ li tiġi appoġġata wkoll mil-linji gwida tal-Kummissjoni li jġibu aktar ċarezza b'rabta mal-implimentazzjoni ta' ċerti tipi ta' proġetti filwaqt li jirrispettaw l-acquis tal-Unjoni, il-ħtiġijiet għall-iżvilupp u l-għanijiet tal-UE għat-tibdil fil-klima. Pereżempju l-Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija23 jipprevedi din il-gwida biex jagħti aktar ċarezza ħalli jiġu rispettati d-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats. Il-mekkaniżmu stabbilit ta' valutazzjoni ex ante volontarja tal-aspetti relatati mal-akkwist pubbliku għal proġetti ta' infrastruttura kbar jenħtieġ li jkun disponibbli għall-proġetti TEN-T kollha. Permezz ta' taħlita ta' għodod (helpdesk, mekkaniżmu ta' notifika u skambju ta' informazzjoni), l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-promoturi tal-proġetti se jibbenefikaw b'mod konsiderevoli minn għarfien espert eżistenti u jiksbu l-aqwa valur għall-flus pubbliċi24. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun disponibbli ċerta assistenza teknika xierqa permezz tal-mekkaniżmi żviluppati għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, bil-għan li tagħti għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta' interess komuni tat-TEN-T, u b'hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet multimodali tal-Kummissjoni.

__________________

__________________

23 COM(2017) 198 final.

23 COM(2017) 198 final.

24 COM(2017) 573 final

24 COM(2017) 573 final

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi qafas biex issib riżorsi addizzjonali għal proġetti b'valur miżjud tal-Unjoni mingħajr ma tnaqqas l-approprjazzjoni baġitarja għall-istrumenti tal-Politika ta' Koeżjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "awtorità kompetenti unika" tfisser l-awtorità li l-Istati Membri jaħtru bħala dik responsabbli biex twettaq id-dmirijiet li joħorġu minn din id-Direttiva;

(d)  "awtorità kompetenti unika" tfisser awtorità eżistenti jew li għadha kif ġiet stabbilita, identifikata minn Stat Membru fil-livell amministrattiv xieraq, li taġixxi bħala punt ta' kuntatt għal promoturi ta' proġetti, taħdem mill-qrib mal-Koordinaturi Ewropej rispettivi u tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Biex ikunu żgurati proċeduri amministrattivi effiċjenti marbuta ma' proġetti ta' interess komuni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawn il-proġetti jingħataw l-aktar trattament rapidu li hu legalment possibbli, inkluż fejn jidħlu r-riżorsi allokati.

3.  Biex ikunu żgurati proċeduri amministrattivi rapidi u effiċjenti marbuta ma' proġetti ta' interess komuni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawn il-proġetti jingħataw l-aktar trattament rapidu, effikaċi u effiċjenti li hu legalment possibbli, inkluż fejn jidħlu r-riżorsi allokati.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex jiġu ssodisfati l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 6 u jonqos il-piż amministrattiv relatat mat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, il-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw mil-liġi applikabbli, kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, għandhom jiġu integrati u jwasslu għal deċiżjoni komprensiva waħda biss.

1.  Biex jiġu ssodisfati l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 6, tiġi promossa s-sinerġija bejn l-istrumenti disponibbli u jonqos il-piż amministrattiv relatat mat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, il-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw mil-liġi applikabbli, kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, għandhom jiġu integrati u jwasslu għal deċiżjoni komprensiva waħda biss.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każ ta' proġetti ta' interess komuni li għalihom l-obbligu li jsiru valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u liġijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti proċeduri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/92/UE.

2.  Fil-każ ta' proġetti ta' interess komuni li għalihom l-obbligu li jsiru valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u liġijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti proċeduri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/92/UE. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw ukoll il-kumplessitajiet rigward l-impatti ambjentali potenzjali fi proġetti transfruntiera, inkluż fejn xieraq, l-impatti fuq ir-riżorsi tal-ilma jew iż-żoni protetti ta' NATURA 2000. Huwa meħtieġ appoġġ speċjalizzat għall-proġetti fis-settur tat-trasport fuq l-ilma – li jinkludi portijiet marittimi, portijiet interni u passaġġi fuq l-ilma interni – minħabba d-dipendenza ta' dak is-settur fuq ir-riżorsi tal-ilma. Jeħtieġ li dawn il-proġetti jiġu vvalutati fil-kuntest tar-rekwiżiti tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-awtorità responsabbli għandha tikkoordina mal-Istati Membri dwar proġetti transfruntiera

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 4 - punt b - punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  it-tappi ewlenin li jridu jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li trid tittieħed;

(iv)  it-tappi ewlenin li jridu jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li trid tittieħed, u l-qafas taż-żmien skedat ġenerali;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-awtorità kompetenti unika għandha tivvaluta l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni komprensiva fi żmien sena mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza aktar bikrija, meta xieraq.

8.  L-awtorità kompetenti unika għandha tivvaluta l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni komprensiva fi żmien sena mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza aktar bikrija, meta xieraq, kif ukoll japplikaw sanzjonijiet f'każ ta' skadenzi mhux rispettati.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Koordinatur Ewropew imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE)² Nru 1315/2013 għandu jingħata s-setgħa li jsegwi mill-qrib il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-proġetti transfruntieri ta' interess komuni, kif ukoll li jiffaċilita l-kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti.

2.  Il-Koordinatur Ewropew imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE)² Nru 1315/2013 u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw is-setgħa li jsegwu mill-qrib il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-proġetti transfruntieri ta' interess komuni, kif ukoll li jiffaċilitaw il-kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'talba mill-promotur tal-proġett jew minn Stat Membru, skont il-programmi rilevanti ta' finanzjament tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali, l-Unjoni għandha tagħmel disponibbli assistenza teknika biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni.

B'talba mill-promotur tal-proġett jew minn Stat Membru, skont il-programmi rilevanti ta' finanzjament tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali, l-Unjoni għandha tagħmel disponibbli assistenza teknika mmirata biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Hija meħtieġa wkoll assistenza speċjali għall-iżgurar tal-manutenzjoni tan-netwerk sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-prestazzjoni tal-infrastruttura tat-TEN-T. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mal-BEI, għandhom jeżaminaw skemi ta' finanzjament ġodda biex jiffaċilitaw investimenti fil-manutenzjoni tan-netwerk.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ‘l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

Referenzi

COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Demetris Papadakis

20.6.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Raymond Finch, Iratxe García Pérez, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Daniel Buda, Ivana Maletić, Tonino Picula, Bronis Ropė, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mircea Diaconu, David Martin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Mircea Diaconu, Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee

PPE

Pascal Arimont, Daniel Buda, Krzysztof Hetman, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Milan Zver

S&D

Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Iratxe García Pérez, Constanze Krehl, David Martin, Tonino Picula, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Monika Vana

5

-

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski

EFDD

Raymond Finch

ENF

Steeve Briois

NI

Konstantinos Papadakis

1

0

GUE/NGL

Martina Anderson

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ‘l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

Referenzi

COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

IMCO

11.6.2018

REGI

11.6.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.6.2018

IMCO

19.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dominique Riquet

6.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Andrey Novakov, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

15.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Roberts Zīle

ENF

Georg Mayer

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Csaba Sógor

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Sergei Stanishev, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Michael Cramer, Pascal Durand, Keith Taylor

6

-

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren, Tomasz Piotr Poręba

EFDD

Daniela Aiuto, Rosa D'Amato

ENF

Mylène Troszczynski

4

0

ECR

Evžen Tošenovský

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Jannar 2019Avviż legali