Proċedura : 2018/0239(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0016/2019

Testi mressqa :

A8-0016/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/02/2019 - 9.5

Testi adottati :

P8_TA(2019)0066

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 179kWORD 55k
11.1.2019
PE 629.402v02-00 A8-0016/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali

(10784/2018 – C8-0431/2018 – 2018/0239(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Norica Nicolai

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali

(10784/2018 – C8-0431/2018– 2018/0239(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10784/2018),

  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (10788/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0431/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0016/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Partijiet oħra tal-Ftehim.


NOTA SPJEGATTIVA

Analiżi tal-Ftehim

L-objettiv ta' dan il-Ftehim huwa li jipprevjeni sajd mhux regolat (IUU) fil-parti tal-ibħra miftuħa tal-Oċean Artiku ċentrali. Il-Partijiet ta' dan il-Ftehim huma l-Kanada, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Renju tad-Danimarka fir-rigward tal-Gżejjer Faeroe u Greenland, l-Iżlanda, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Renju tan-Norveġja, il-Federazzjoni Russa, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern tal-Kanada ntgħażel bħala d-depożitarju tal-Ftehim u se jwettaq il-funzjonijiet kif stipulati fil-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1969 dwar il-Liġi tat-Trattati.

Il-Programm Konġunt ta' Riċerka Xjentifika u Monitoraġġ li se jiġi stabbilit fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, se jkollu bħala objettiv li jżid l-għarfien dwar ir-riżorsi ħajjin tal-baħar tal-Oċean Artiku ċentrali u l-ekosistemi tiegħu. Il-Programm Konġunt se jiġi żviluppat u implimentat mill-Partijiet u għandu jqis l-informazzjoni xjentifika pprovduta minn korpi u programmi oħra, kif ukoll l-għarfien indiġenu u lokali.

Abbażi tal-informazzjoni xjentifika miksuba mill-ħidma tal-Programm Konġunt ta' Riċerka Xjentifika u Monitoraġġ, il-Partijiet għandhom jiddeċiedu dwar miżuri ta' ġestjoni għal sajd esploratorju fiż-Żona tal-Ftehim u jekk jawtorizzawx bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex iwettqu sajd kummerċjali. Is-sajd esploratorju m'għandux idgħajjef l-objettiv tal-Ftehim u għandu jkun limitat fit-terminu, fl-ambitu u fl-iskala sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq l-istokkijiet. Kwalunkwe awtorizzazzjoni tas-sajd kummerċjali għandha tkun ibbażata fuq il-miżuri ta' ġestjoni miksuba mill-informazzjoni xjentifika mogħtija mill-Programm Konġunt jew ibbażata fuq il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati minn organizzazzjoni reġjonali jew subreġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RFMO), li topera fiż-Żona tal-Ftehim skont id-dritt internazzjonali u l-istandards internazzjonali.

Il-Ftehim huwa miftuħ għal stati oħra biex jidħlu, bil-fehim li dawk il-pajjiżi għandhom interess reali li jaderixxu għalih. Dawk li mhumiex partijiet huma mistiedna jieħdu miżuri li jkunu konsistenti mal-objettivi ta' dan il-Ftehim, iżda huwa d-dritt tal-Partijiet li jieħdu miżuri kontra bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż li mhuwiex parti kontraenti li jdgħajjef l-implimentazzjoni effikaċi.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 30 jum wara li l-Partijiet kollha jkunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni, u għall-pajjiżi l-oħra kollha li jixtiequ jaderixxu, il-Ftehim se jidħol fis-seħħ 30 jum wara li jkunu ssottomettew l-istrumenti tagħhom, meta jitqies li l-Ftehim ikun diġà fis-seħħ għall-Partijiet inizjali. Il-Ftehim jiskadi wara perjodu inizjali ta' 16-il sena u se jiġġedded awtomatikament għal 5 snin oħra jekk l-ebda parti ma tkun ifformulat xi oġġezzjoni għal estensjoni.

Kwalunkwe Parti tista' tirtira minn dan il-Ftehim billi tibgħat notifika tad-deċiżjoni tagħha lill-Gvern tal-Kanada, id-depożitarju tal-Ftehim. In-notifika għandha tispeċifika d-data eżatta tal-irtirar, li għandha tkun mill-inqas 6 xhur wara n-notifika. L-irtirar minn dan il-Ftehim mhux se jeżonera l-pajjiż mill-obbligi tiegħu fir-rigward tad-dritt internazzjonali u mhux se jwaqqaf lill-Partijiet l-oħra milli jkomplu japplikaw il-Ftehim.

Kummenti u konklużjonijiet tar-rapporteur

B'kunsiderazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Marzu 2017 u l-objettivi u l-istrumenti ta' dan il-Ftehim, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni Ewropea kkunsidrat ħafna mill-opinjonijiet espressi f'dik ir-Riżoluzzjoni.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li dan il-Ftehim għandu objettiv doppju, wieħed li jkompli jesplora u jifhem aħjar il-bijodiversità u l-ekosistema tal-Oċean Artiku Ċentrali u t-tieni wieħed li jiġġieled u jipprevjeni l-IUU f'dik iż-żona. Dawn iż-żewġ objettivi kienu ta' importanza kbira għall-Parlament Ewropew, flimkien ma' moratorju fuq is-sajd kummerċjali f'dik iż-żona.

Meta wieħed iqis it-tidwib tal-għata tas-silġ u ż-żoni dejjem jikbru disponibbli għall-esplorazzjoni fl-Oċean Artiku, l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, li jipprovdi xi miżuri ta' sikurezza u jinkludi l-approċċ prekawzjonarju fl-istadji kollha, se jipposponi u jipprevjeni kwalunkwe liċenzjar kummerċjali unilaterali tas-sajd. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-valur finanzjarju tal-istokkijiet tal-ħut li jinsabu fl-Oċean Artiku Ċentrali jista' jkun ta' tentazzjoni kbira ħafna għal ħafna pajjiżi u għalhekk, ir-rapporteur, tenfasizza li dan mhuwiex projbizzjoni totali tas-sajd kummerċjali fiż-żona iżda huwa pass 'il quddiem lejn approċċ sostenibbli u bbażat fuq ix-xjenza, minflok kompetizzjoni bejn il-pajjiżi li tkun bla kontroll u bbażata fuq il-profitti.

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Ftehim huwa f'konformità mal-PKS u mal-objettivi tal-UE. Li wieħed ikun parti minn dan il-Ftehim se jgħin lill-UE tippromwovi u tipproteġi l-objettivi ambjentali tagħha u se jagħti aċċess għall-informazzjoni xjentifika, lill-miżuri ta' ġestjoni u lill-istrumenti futuri kollha fis-seħħ għal dik iż-Żona. Ir-rapporteur hija tal-opinjoni li l-UE, permezz tal-vuċi tal-Kummissjoni, iżda wkoll permezz tax-xogħol tal-Istati Membri tagħha, għandha taħdem lejn l-iżvilupp, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' RFMO.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali

Referenzi

10784/2018 – C8-0431/2018 – COM(2018)04532018/0239(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

5.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

22.10.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

22.10.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

10.7.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Norica Nicolai

7.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

27.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, David Coburn, Diane Dodds, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Ole Christensen, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tilly Metz

Data tat-tressiq

16.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

EFDD

Sylvie Goddyn

PPE

Norbert Erdős, Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, José Blanco López, Renata Briano, Ole Christensen, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Tilly Metz

1

-

EFDD

David Coburn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2019Avviż legali