RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007

16.1.2019 - (COM(2018)0577 – C8-0391/2018 – 2018/0304(COD)) - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Ricardo Serrão Santos


Proċedura : 2018/0304(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0017/2019
Testi mressqa :
A8-0017/2019
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007

(COM(2018)0577 – C8-0391/2018 – 2018/0304(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0577),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0391/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0017/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minħabba li l-Partijiet Kontraenti tan-NAFO qed jemendaw ċerti dispożizzjonijiet tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar tan-NAFO iktar ta' sikwit u li dawn mistennija jkomplu jiġu emendati iktar fil-ġejjieni, u sabiex l-emendi tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar tan-NAFO li jsiru fil-ġejjieni jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mal-aspetti li ġejjin: mal-limiti taż-żmien għar-rappurtar u mal-iskadenzi għat-tressiq tar-rapporti; mad-definizzjonijiet; mal-lista ta' attivitajiet li l-bastimenti tar-riċerka huma pprojbiti milli jagħmlu; ma' ċerti limiti tal-qbid u tal-isforz; mad-dmirijiet marbutin mal-għeluq tas-sajd; mas-sitwazzjonijiet li fihom l-ispeċijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu kklassifikati bħala qabdiet aċċessorji u mal-ammonti massimi speċifikati għaż-żamma abbord il-bastiment tal-ispeċijiet ikklassifikati bħala qabdiet aċċessorji; ma' ċerti obbligi f'każ li f'sett wieħed jinqabżu l-limiti tal-qabdiet aċċessorji; mal-miżuri marbutin mas-sajd tar-rebekkini; mal-miżuri marbutin mas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana; mal-bidliet fil-fond tas-sajd u mar-referenzi għaż-żoni ristretti jew għaż-żoni magħluqin; mal-proċeduri marbutin mal-bastimenti awtorizzati li jkollhom abbord ħut li b'kollox ikun jiżen iktar minn 50 tunnellata ta' piż ħaj li jkun inqabad 'il barra miż-Żona Regolatorja u li jkunu deħlin f'dik iż-żona biex jistadu għall-ħalibatt tal-Groenlandja, u mal-prerekwiżiti biex wieħed jibda jistad għall-ħalibatt tal-Groenlandja; mal-għeluq ta' żona ġeografika għas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana u mal-għeluq ta' dan it-tip ta' sajd għal perjodu taż-żmien; mal-miżuri ta' konservazzjoni marbutin mal-klieb il-baħar, fosthom ir-rappurtar, il-projbizzjoni fuq il-qtugħ tal-pinen tal-klieb il-baħar abbord il-bastimenti, u ż-żamma, it-trażbord u l-ħatt l-art tal-klieb il-baħar; mal-karatteristiċi tekniċi tad-daqs tal-malji; mar-referenzi għall-mappa tal-impronta; u mar-referenzi għar-restrizzjonijiet fuq iż-żoni fejn jistgħu jsiru l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ; mad-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni tas-sejba ta' speċijiet li jservu ta' indikaturi tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar u mad-dmirijiet tal-osservaturi li jkunu ntbagħtu fuq il-bastimenti; mal-kontenut tat-trażmissjoni elettronika, mal-lista tad-dokumenti validi li jridu jinġarru abbord il-bastimenti u mal-kontenut tal-pjanijiet ta' kapaċità; mad-dokumenti dwar l-arranġamenti tal-kiri li jridu jinġarru abbord il-bastimenti; mal-obbligi dwar l-użu tal-ġurnali ta' abbord dwar is-sajd, tal-ġurnali ta' abbord tal-produzzjoni u tal-pjanijiet tal-istivar, fosthom id-dmirijiet ta' rappurtar u ta' trażmissjoni tagħhom; mad-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (il-VMS); mad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar elettroniku dwar il-kontenut tan-notifiki; mal-obbligi tal-kaptan ta' bastiment tas-sajd waqt l-ispezzjoni; mad-dmirijiet tal-ispetturi u tal-Istati Membri li jkunu qed iwettqu l-ispezzjonijiet; mal-lista tal-ksur li jitqies bħala ksur serju; mad-dmirijiet tal-Istati Membri tal-bandiera u tal-Istati Membri tal-port; mal-obbligi tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd; mar-rekwiżiti tad-dħul fil-port u mal-ispezzjonijiet tal-partijiet li mhumiex partijiet kontraenti; mal-lista tal-miżuri li l-Istati Membri jridu jieħdu kontra l-bastimenti mniżżlin fil-lista ta' bastimenti li jwettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;

(7)  It-traspożizzjoni fil-liġi tal-Unjoni ta' kwalunkwe rakkomandazzjoni futura li temenda l-Miżuri ta' Konservazzjoni u ta' Infurzar tan-NAFO għandha ssir permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li tittrasponi emendi futuri għal din il-Miżura ta' Konservazzjoni u ta' Infurzar tan-NAFO permezz ta' atti delegati. Dan prattikament ifisser li l-PE m'għandu l-ebda leħen fin-NAFO u, fil-futur, f'fora internazzjonali oħra. It-traspożizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd għandha tibqa' kompetenza konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jinnota li r-Regolament attwali jenfasizza l-istatus "fir-riskju" ta' speċijiet elasmobranki bħal klieb il-baħar u raj u li, skont il-konklużjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, il-popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar u b'hekk l-ekosistemi tal-baħar huma mhedda serjament.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  "impronta", li hija magħrufa wkoll bħala "żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ", tfisser dik il-parti miż-Żona Regolatorja fejn, b'mod storiku, kien isir is-sajd tal-qiegħ u li hija ddefinita mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 u murija fl-Istampa 2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(17)  "impronta", li hija magħrufa wkoll bħala "żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ", tfisser dik il-parti miż-Żona Regolatorja fejn, b'mod storiku, kien isir is-sajd tal-qiegħ u li hija ddefinita mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 u murija fl-Istampa 2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "speċi li sservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar" tfisser speċi li turi li hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, kif speċifikat fil-Parti VI tal-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(21)  "speċi li sservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar" tfisser speċi li turi li hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, kif speċifikat fil-Parti VI tal-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  "element li jservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar" tfisser l-element li jservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar li jissemma fil-karatteristiċi topografiċi, idrofiżiċi jew ġeoloġiċi li jista' jkun li jappoġġaw lill-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, kif speċifikat fil-Parti VII tal-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

(29)  "element li jservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar" tfisser l-element li jservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar li jissemma fil-karatteristiċi topografiċi, idrofiżiċi jew ġeoloġiċi li jista' jkun li jappoġġaw lill-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, kif speċifikat fil-Parti VII tal-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  iwettaq attivitajiet tas-sajd li ma jkunux kompatibbli mal-pjan tar-riċerka tiegħu; or

(a)  iwettaq attivitajiet tas-sajd li ma jkunux kompatibbli mal-pjan tar-riċerka tiegħu inklużi dawk li jseħħu barra miż-Żona Regolatorja; jew

Ġustifikazzjoni

Il-bastimenti ta' riċerka għandhom jinkludu fl-attivitajiet ta' riċerka tagħhom l-attivitajiet kollha tas-sajd li għandhom jitwettqu, inklużi dawk barra miż-Żona Regolatorja. L-attivitajiet ta' riċerka, għajr dawk previsti fil-pjanijiet ta' riċerka, m'għandhomx jiġu awtorizzati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jieħu għadd ta' gambli tat-Tramuntana mid-Diviżjoni 3L li jkun jaqbeż l-għadd allokat lill-Istat Membru.

(b)  jieħu għadd ta' gambli tat-Tramuntana mid-Diviżjoni 3L li jkun jaqbeż l-għadd allokat lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn jiġi ċċarat li l-għadd massimu ta' gambli tat-Tramuntana li jista' jinqabad fiż-żona 3L huwa dak stabbilit għall-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tar-riċerka.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  javża lill-Kummissjoni, b'mod elettroniku u fil-format preskritt fl-Anness II.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, bil-bastimenti kollha tar-riċerka li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera tiegħu li huwa jkun awtorizza biex iwettqu l-attivitajiet tar-riċerka fiż-Żona Regolatorja; u

(a)  javża lill-Kummissjoni, b'mod elettroniku u fil-format preskritt fl-Anness II.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness għal dan ir-Regolament, bil-bastimenti kollha tar-riċerka li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera tiegħu li huwa jkun awtorizza biex iwettqu l-attivitajiet tar-riċerka fiż-Żona Regolatorja; u

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-limiti kollha tal-qbid u tal-isforz japplikaw għall-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd li jkunu fis-seħħ u, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-kwoti kollha għandhom jingħataw bħala piż ħaj f'tunnellati metriċi.

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-limiti kollha tal-qbid u/jew tal-isforz japplikaw għall-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd li jkunu fis-seħħ u, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-kwoti kollha għandhom jingħataw bħala piż ħaj f'tunnellati metriċi.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li hemm limitazzjonijiet fuq il-qbid u l-isforz tas-sajd, li jkunu applikati għal stokkijiet b'mod indipendenti minn xulxin.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżgura li abbord il-bastimenti tiegħu ma jinżammx iktar redfish mid-Diviżjoni 3M wara d-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu l-qabdiet totali permissibbli (it-TACs) kollha għar-redfish fid-Diviżjoni 3M;

(c)  jiżgura li abbord il-bastimenti tiegħu ma jinżammx iktar redfish mid-Diviżjoni 3M wara d-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu l-qabdiet totali permissibbli (it-TACs) kollha għar-redfish fid-Diviżjoni 3M, ħlief meta jkunu awtorizzati mill-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-Diviżjoni 3M tinkludi dik il-parti tad-Diviżjoni 3L li hija delimitata mil-linji li jgħaqqdu flimkien il-punti deskritti fit-Tabella 1 u murija fl-Istampa 1(1) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-Diviżjoni 3M tinkludi dik il-parti tad-Diviżjoni 3L li hija delimitata mil-linji li jgħaqqdu flimkien il-punti deskritti fit-Tabella 1 u murija fl-Istampa 1(1) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 6 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ebda bastiment ma għandu jistad għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3M bejn 00:01 f'ħin universali kkoordinat (UTC) tal-1 ta'Ġunju u 24:00 f'UTC tal-31 ta' Diċembru fiż-żona deskritta fit-Tabella 2 u murija fl-Istampa 1(2) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

4.  L-ebda bastiment ma għandu jistad għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3M bejn 00:01 f'ħin universali kkoordinat (UTC) tal-1 ta'Ġunju u 24:00 f'UTC tal-31 ta' Diċembru fiż-żona deskritta fit-Tabella 2 u murija fl-Istampa 1(2) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 7 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-gambli tat-Tramuntana għandhom jiġu mistada fid-Diviżjoni 3L dejjem f'fond ta' iktar minn 200 metru. Is-sajd fiż-Żona Regolatorja għandu jkun limitat għal żona li tinsab fil-Lvant ta' linja delimitata mill-koordinati deskritti fit-Tabella 3 u murija fl-Istampa 1(3) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

5.  Il-gambli tat-Tramuntana għandhom jiġu mistada fid-Diviżjoni 3L dejjem f'fond ta' iktar minn 200 metru. Is-sajd fiż-Żona Regolatorja għandu jkun limitat għal żona li tinsab fil-Lvant ta' linja delimitata mill-koordinati deskritti fit-Tabella 3 u murija fl-Istampa 1(3) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 8 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  bastiment awtorizzat għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu tal-ħalibatt tal-Groenlandja f'port magħżul biss. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jagħżel port wieħed jew iktar fit-territorju tiegħu fejn il-bastimenti awtorizzati jistgħu jħottu l-art il-ħalibatt tal-Groenlandja;

(b)  bastiment awtorizzat għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu tal-ħalibatt tal-Groenlandja f'port magħżul biss. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jagħżel port wieħed jew iktar fejn il-bastimenti awtorizzati jistgħu jħottu l-art il-ħalibatt tal-Groenlandja;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 10(1)b jista' jinftiehem li jfisser li l-ħalibatt tal-Groenlandja jista' jinħatt l-art biss f'port magħżul fit-territorju tal-Istat Membru. S'issa dan ma kienx prassi standard u mhuwiex neċessarju.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bastiment awtorizzat, jew ir-rappreżentant tiegħu f'ismu, għandu javża lill-awtorità kompetenti tal-port bil-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bl-istima tal-kwantità ta' ħalibatt tal-Groenlandja li għandu abbord, u bl-informazzjoni dwar id-diviżjoni jew id-diviżjonijiet minn fejn ikun qabad dan il-ħut;

(d)  tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bastiment awtorizzat, jew ir-rappreżentant tiegħu f'ismu, għandu javża lill-awtorità kompetenti tal-kontroll tas-sajd tal-port bil-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bl-istima tal-kwantità ta' ħalibatt tal-Groenlandja li għandu abbord, u bl-informazzjoni dwar il-kwantitajiet stmati mid-diviżjoni jew id-diviżjonijiet minn fejn ikun qabad dan il-ħut;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test mas-sistema Spanjola ta' kompetenzi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  kull Stat Membru għandu jispezzjona l-ħatt l-art kollu tal-ħalibatt tal-Groenlandja li jsir fil-portijiet tiegħu u għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u jibagħtu lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data meta jkun temm l-ispezzjoni, u jibgħat kopja tiegħu lill-EFCA. Fir-rapport PSC 3 għandhom jiġu identifikati l-każijiet kollha ta' ksur tar-Regolament li jkunu ġew innutati waqt l-ispezzjoni fil-port u għandhom jingħataw id-dettalji dwarhom. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun disponibbli b'rabta mal-każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza.

(e)  kull Stat Membru għandu jispezzjona l-ħatt l-art kollu tal-ħalibatt tal-Groenlandja li jsir fil-portijiet tiegħu u għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 9 tal-Anness għal dan ir-Regolament u jibagħtu lill-Kummissjoni fi żmien erbatax-il jum tax-xogħol mid-data meta jkun temm l-ispezzjoni, u jibgħat kopja tiegħu lill-EFCA. Fir-rapport PSC-3 għandhom jiġu identifikati l-każijiet kollha ta' ksur tar-Regolament li jkunu ġew innutati waqt l-ispezzjoni fil-port u għandhom jingħataw id-dettalji dwarhom. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun disponibbli b'rabta mal-każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom:

5.  L-Istati Membri għandhom:

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħmlu riċerka sabiex jidentifikaw modi kif l-irkaptu tas-sajd ikun iktar selettiv biex jitħarsu l-klieb il-baħar;

(a)  jagħmlu riċerka sabiex jidentifikaw modi kif l-irkaptu tas-sajd ikun iktar selettiv biex jitħarsu l-klieb il-baħar u speċijiet ta' elasmobranki;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jagħmlu riċerka dwar il-parametri ewlenin bijoloġiċi u ekoloġiċi, dwar l-istorja ta' ħajjet il-klieb il-baħar, dwar kif dawn iġibu ruħhom u dwar ix-xejriet tal-migrazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni tal-immappjar potenzjali tal-ispeċijiet ewlenin tal-klieb il-baħar u taż-żoni ta' twelid u ta' tkabbir tagħhom.

(b)  jagħmlu riċerka dwar il-parametri ewlenin bijoloġiċi u ekoloġiċi, dwar l-istorja ta' ħajjet il-klieb il-baħar, dwar kif dawn iġibu ruħhom u dwar ix-xejriet tal-migrazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni tal-immappjar potenzjali tal-ispeċijiet ewlenin tal-klieb il-baħar u elasmobranki u taż-żoni ta' twelid u ta' tkabbir tagħhom.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-daqs tal-malji jitkejjel skont l-Anness III.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-daqs tal-malji jitkejjel skont l-Anness III.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 10 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  130 mm fil-każ tax-xbiek għall-ħut tal-qiegħ l-ieħor kollu, kif iddefinit fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(d)  130 mm fil-każ tax-xbiek għall-ħut tal-qiegħ l-ieħor kollu, kif iddefinit fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 11 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ebda bastiment ma għandu juża mezzi jew tagħmir li jimblokka l-malji jew li jċekken id-daqs tagħhom. Madankollu, il-bastimenti jistgħu jwaħħlu t-tagħmir deskritt fl-Anness III.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsejjaħ "Inforor tat-taħkik superjuri awtorizzati/ktajjen tat-tip "toggle" awtorizzati għall-gambli" man-naħa ta' fuq tal-manka b'tali mod li dan ma jkunx jimblokka l-malji tal-manka, fosthom kull biċċa għat-titwil tagħha. Man-naħa ta' taħt tal-manka ta' xibka, jista' jitwaħħal kanvas, xbiek jew xi drapp ieħor biss sal-punt li jkun meħtieġ biex ma ssirx ħsara lill-manka jew biex titnaqqas kemm jista' jkun it-tali ħsara.

2.  L-ebda bastiment ma għandu juża mezzi jew tagħmir li jimblokka l-malji jew li jċekken id-daqs tagħhom. Madankollu, il-bastimenti jistgħu jwaħħlu t-tagħmir deskritt fl-Anness III.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 12 tal-Anness għal dan ir-Regolament, imsejjaħ "Inforor tat-taħkik superjuri awtorizzati/ktajjen tat-tip "toggle" awtorizzati għall-gambli" man-naħa ta' fuq tal-manka b'tali mod li dan ma jkunx jimblokka l-malji tal-manka, fosthom kull biċċa għat-titwil tagħha. Man-naħa ta' taħt tal-manka ta' xibka, jista' jitwaħħal kanvas, xbiek jew xi drapp ieħor biss sal-punt li jkun meħtieġ biex ma ssirx ħsara lill-manka jew biex titnaqqas kemm jista' jkun it-tali ħsara.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-bastimenti li jistadu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjonijiet 3L jew 3M għandhom jużaw għeriebel jew gradilji li jkollhom spazju massimu ta' 22 mm bejn il-vireg tagħhom. Il-bastimenti li jistadu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3L għandu jkollhom ukoll ktajjen tat-tip "toggle" li jkunu twal mill-inqas 72 cm, kif imkejjel skont l-Anness III.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

3.  Il-bastimenti li jistadu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjonijiet 3L jew 3M għandhom jużaw għeriebel jew gradilji li jkollhom spazju massimu ta' 22 mm bejn il-vireg tagħhom. Il-bastimenti li jistadu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3L għandu jkollhom ukoll ktajjen tat-tip "toggle" li jkunu twal mill-inqas 72 cm, kif imkejjel skont l-Anness III.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 12 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ebda bastiment ma għandu jżomm abbord il-ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu stabbilit skont l-Anness I.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u għandu jerġa' jitfgħu mill-ewwel il-baħar.

1.  L-ebda bastiment ma għandu jżomm abbord il-ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu stabbilit skont l-Anness I.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 13 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u għandu jerġa' jitfgħu mill-ewwel il-baħar.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ħut ipproċessat li jkun iżgħar mit-tul ekwivalenti preskritt għal dik l-ispeċi fl-Anness I.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar jitqies li jkun ġej minn ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu tal-ħut preskritt għal dik l-ispeċi.

2.  Il-ħut ipproċessat li jkun iżgħar mit-tul ekwivalenti preskritt għal dik l-ispeċi fl-Anness I.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 13 tal-Anness għal dan ir-Regolament, jitqies li jkun ġej minn ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu tal-ħut preskritt għal dik l-ispeċi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mappa taż-żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja murija fl-Istampa 2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar hija delimitata mill-konfini taż-Żona Ekonomika Esklużiva tal-Kanada fuq in-naħa tal-Punent u mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fuq in-naħa tal-Lvant.

Il-mappa taż-żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja murija fl-Istampa 2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness għal dan ir-Regolament, hija delimitata mill-konfini taż-Żona Ekonomika Esklużiva tal-Kanada fuq in-naħa tal-Punent u mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 14 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fuq in-naħa tal-Lvant.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fi kwalunkwe żona murija fl-Istampa 3 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 5 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fi kwalunkwe żona murija fl-Istampa 3 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 5 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 16 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona tad-Diviżjoni 3O murija fl-Istampa 4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 6 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona tad-Diviżjoni 3O murija fl-Istampa 4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 17 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 6 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 18 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 18 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żoni 1 sa 13 murija fl-Istampa 5 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar f'ordni numerika u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

3.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żoni 1 sa 13 murija fl-Istampa 5 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 19 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 20 tal-Anness għal dan ir-Regolament, f'ordni numerika u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 18 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona 14 murija fl-Istampa 5 u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

4.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona 14 murija fl-Istampa 5 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 19 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 20 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura lejn il-koordinat numru 1.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ għandhom ikunu suġġetti għal esplorazzjoni minn qabel li ssir skont il-protokoll għas-sajd esploratorju stabbilit fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

1.  L-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ għandhom ikunu suġġetti għal esplorazzjoni minn qabel li ssir skont il-protokoll għas-sajd esploratorju stabbilit fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 21 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jibagħtu lill-Kummissjoni n-"Notifika li beħsiebhom iwettqu sajd esploratorju tal-qiegħ" skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, flimkien mal-valutazzoni meħtieġa skont l-Artikolu 20(1);

(a)  jibagħtu lill-Kummissjoni n-"Notifika li beħsiebhom iwettqu sajd esploratorju tal-qiegħ" skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 22 tal-Anness għal dan ir-Regolament, flimkien mal-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 20(1);

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jibagħtu lill-Kummissjoni r-"Rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju tal-qiegħ" skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fi żmien xahrejn minn meta jitlestew l-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ.

(d)  jibagħtu lill-Kummissjoni r-"Rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju tal-qiegħ" skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 23 tal-Anness għal dan ir-Regolament fi żmien xahrejn minn meta jitlestew l-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tindirizza l-elementi skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

(b)  tindirizza l-elementi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet esploratorji tas-sajd tal-qiegħ proposti skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 24 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-kaptani tal-bastimenti li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera tiegħu u li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja jikkwantifikaw il-qabda tal-ispeċijiet li jservu ta' indikaturi tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, meta, waqt il-ħidmiet tas-sajd tagħhom, isibu evidenza ta' speċijiet li jservu ta' indikaturi tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

2.  Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-kaptani tal-bastimenti li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera tiegħu u li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja jikkwantifikaw il-qabda tal-ispeċijiet li jservu ta' indikaturi tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, meta, waqt il-ħidmiet tas-sajd tagħhom, isibu evidenza ta' speċijiet li jservu ta' indikaturi tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 25 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jidentifika l-qroll, l-isponoż u l-organiżmi l-oħrajn sal-inqas livell tassonomiku possibbli bl-użu tal-"Formola għall-ġbir tad-data dwar is-sajd esploratorju" skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar; u

(a)  jidentifika l-qroll, l-isponoż u l-organiżmi l-oħrajn sal-inqas livell tassonomiku possibbli bl-użu tal-"Formola għall-ġbir tad-data dwar is-sajd esploratorju" skont l-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 26 tal-Anness għal dan ir-Regolament; u

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-lista tal-bastimenti tiegħu li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera tiegħu u li huwa jista' jawtorizza biex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, minn hawn 'il quddiem imsejħin "il-bastimenti nnotifikati", fil-format preskritt fl-Anness II.C1 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(a)  il-lista tal-bastimenti tiegħu li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera tiegħu u li huwa jista' jawtorizza biex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, minn hawn 'il quddiem imsejħin "il-bastimenti nnotifikati", fil-format preskritt fl-Anness II.C1 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 27 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kull bastiment li jitħassar mil-lista tal-bastimenti nnotifikati minn żmien għall-ieħor, mingħajr dewmien, fil-format preskritt fl-Anness II.C2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

(b)  kull bastiment li jitħassar mil-lista tal-bastimenti nnotifikati minn żmien għall-ieħor, mingħajr dewmien, fil-format preskritt fl-Anness II.C2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 28 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-awtorizzazzjoni individwali ta' kull bastiment mil-lista tal-bastimenti nnotifikati li huwa jkun awtorizza biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "bastiment awtorizzat", fil-format speċifikat fl-Anness II.C3 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u sa mhux aktar tard minn 20 jum qabel ma jibdew l-attivitajiet tas-sajd għal dik is-sena kalendarja.

(a)  l-awtorizzazzjoni individwali ta' kull bastiment mil-lista tal-bastimenti nnotifikati li huwa jkun awtorizza biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "bastiment awtorizzat", fil-format speċifikat fl-Anness II.C3 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 29 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u sa mhux aktar tard minn 20 jum qabel ma jibdew l-attivitajiet tas-sajd għal dik is-sena kalendarja.

Kull awtorizzazzjoni għandha tidentifika, b'mod partikulari, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-validità tagħha u l-ispeċijiet li għalihom jista' jsir is-sajd dirett, sakemm dan ma jkunx eżentat skont l-Anness II.C3 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar. Jekk il-bastiment ikun beħsiebu jistad għal speċijiet irregolati msemmijin fl-opportunitajiet tas-sajd, l-identifikazzjoni għandha tirreferi għall-istokk meta l-ispeċi rregolata tkun marbuta maż-żona kkonċernata;

Kull awtorizzazzjoni għandha tidentifika, b'mod partikulari, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-validità tagħha u l-ispeċijiet li għalihom jista' jsir is-sajd dirett, sakemm dan ma jkunx eżentat skont l-Anness II.C3 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 29 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk il-bastiment ikun beħsiebu jistad għal speċijiet irregolati msemmijin fl-opportunitajiet tas-sajd, l-identifikazzjoni għandha tirreferi għall-istokk meta l-ispeċi rregolata tkun marbuta maż-żona kkonċernata;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni fil-format preskritt fl-Anness II.C4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u mingħajr dewmien, f'każ li titneħħa l-awtorizzazzjoni kkonċernata jew li jinbidel bi kwalunkwe mod il-kontenut tagħha, meta dan iseħħ matul il-perjodu ta' validità tagħha;

(b)  is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni fil-format preskritt fl-Anness II.C4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 30 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u mingħajr dewmien, f'każ li titneħħa l-awtorizzazzjoni kkonċernata jew li jinbidel bi kwalunkwe mod il-kontenut tagħha, meta dan iseħħ matul il-perjodu ta' validità tagħha;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kodiċi alfa-3 għal kull speċi kif imniżżel fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(b)  il-kodiċi alfa-3 għal kull speċi kif imniżżel fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 31 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-kodiċi tal-preżentazzjoni tal-forma tal-prodott kif imniżżel fl-Anness II.K tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

(e)  il-kodiċi tal-preżentazzjoni tal-forma tal-prodott kif imniżżel fl-Anness II.K tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 32 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm ġurnal ta' abbord dwar is-sajd li għandu jinżamm abbord għal perjodu ta' mill-inqas 12-il xahar u li, skont l-Anness II.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar:

2.  Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm ġurnal ta' abbord dwar is-sajd li għandu jinżamm abbord għal perjodu ta' mill-inqas 12-il xahar u li, skont l-Anness II.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 33 tal-Anness għal dan ir-Regolament:

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jinżamm abbord sa ma l-ħut kollu jkun inħatt minn fuq il-bastiment.

(d)  li jinżamm abbord sa ma l-qabdiet kollha jkunu nħattu minn fuq il-bastiment.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kull bastiment tas-sajd għandu jibgħat rapporti dwar l-affarijiet li ġejjin liċ-ĊMS tiegħu, b'mod elettroniku u skont il-format u l-kontenut preskritti fl-Anness II.D u fl-Anness II.F tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar għal kull tip ta' rapport:

6.  Kull bastiment tas-sajd għandu jibgħat rapporti dwar l-affarijiet li ġejjin liċ-ĊMS tiegħu, b'mod elettroniku u skont il-format u l-kontenut preskritti fl-Anness II.D u fl-Anness II.F tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punti 34 u 35 tal-Anness għal dan ir-Regolament, għal kull tip ta' rapport:

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-qabdiet tal-ispeċijiet imniżżlin fil-lista tal-ispeċijiet mogħtija fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li l-piż totali tagħhom abbord ikun ta' inqas minn 100 kg f'piż ħaj jistgħu jiġu rrappurtati billi jintuża l-kodiċi tal-alfa-3 "MZZ" (speċijiet tal-baħar mhux speċifikati), ħlief fil-każ tal-klieb il-baħar. Sa fejn ikun possibbli, il-klieb il-baħar kollha għandhom jiġu rrappurtati fil-livell tal-ispeċijiet bil-kodiċi tal-alfa-3 li jikkorrispondi magħhom. Meta l-ispeċijiet tal-klieb il-baħar ma jkunux jistgħu jiġu rrappurtati skont l-ispeċi speċifika tagħhom, dawn għandhom jiġu rreġistrati jew bħala klieb il-baħar kbar (SHX) jew bħala mazzol (DGX), skont kif ikun xieraq u skont il-kodiċijiet tal-alfa-3 mogħtija fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

(g)  il-qabdiet tal-ispeċijiet imniżżlin fil-lista tal-ispeċijiet mogħtija fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 31 tal-Anness għal dan ir-Regolament, li l-piż totali tagħhom abbord ikun ta' inqas minn 100 kg f'piż ħaj jistgħu jiġu rrappurtati billi jintuża l-kodiċi tal-alfa-3 "MZZ" (speċijiet tal-baħar mhux speċifikati), ħlief fil-każ tal-klieb il-baħar. Sa fejn ikun possibbli, il-klieb il-baħar kollha għandhom jiġu rrappurtati fil-livell tal-ispeċijiet bil-kodiċi tal-alfa-3 li jikkorrispondi magħhom. Meta l-ispeċijiet tal-klieb il-baħar ma jkunux jistgħu jiġu rrappurtati skont l-ispeċi speċifika tagħhom, dawn għandhom jiġu rreġistrati jew bħala klieb il-baħar kbar (SHX) jew bħala mazzol (DGX), skont kif ikun xieraq u skont il-kodiċijiet tal-alfa-3 mogħtija fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 31 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 6 jistgħu jitħassru billi jintuża l-format speċifikat fl-Anness II.F(8) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar. Jekk xi wieħed minn dawn ir-rapporti jkun tranġa, għandu jintbagħat rapport ġdid minnufih wara r-rapport ta' tħassir fil-limiti taż-żmien stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 6 jistgħu jitħassru billi jintuża l-format speċifikat fl-Anness II.F(8) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 35 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk xi wieħed minn dawn ir-rapporti jkun tranġa, għandu jintbagħat rapport ġdid minnufih wara r-rapport ta' tħassir fil-limiti taż-żmien stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li, malli jirċievi r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 6, iċ-ĊMS tiegħu jibgħathom minnufih lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO b'mod elettroniku fil-format preskritt fl-Anness II.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, u jibgħat kopja tagħhom lill-Kummissjoni u lill-EFCA.

8.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li, malli jirċievi r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 6, iċ-ĊMS tiegħu jibgħathom minnufih lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO b'mod elettroniku fil-format preskritt fl-Anness II.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 34 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u jibgħat kopja tagħhom lill-Kummissjoni u lill-EFCA.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżgura li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 60 jum minn meta jintemm kull vjaġġ tas-sajd jew fil-format tal-"Extensible Markup Language" (XML) jew bħala fajl tal-"Microsoft Excel", u li din ikun fiha tal-inqas l-informazzjoni deskritta fl-Anness II.N tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

(b)  jiżgura li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 60 jum minn meta jintemm kull vjaġġ tas-sajd jew fil-format tal-"Extensible Markup Language" (XML) jew bħala fajl tal-"Microsoft Excel", u li din ikun fiha tal-inqas l-informazzjoni deskritta fl-Anness II.N tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 36 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li d-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti dwar il-pożizzjoni li tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO tkun konformi mal-format għall-iskambju tad-data stabbilit fl-Anness II.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.D ta' dawk il-miżuri.

(b)  li d-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti dwar il-pożizzjoni li tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO tkun konformi mal-format għall-iskambju tad-data fl-Anness II.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 37 tal-Anness għal dan ir-Regolament u deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.D ta' dawk il-miżuri stabbiliti fil-punt 34 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fil-każ tas-sajd fiż-żoni tal-għoljiet fil-baħar magħluqin għas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 18(1), jirrappurtaw, għal kull sett, l-ammonti kollha ta' kull speċi li sservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar kif imsemmi fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fit-taqsima tal-kummenti tar-rapport tal-osservatur imsemmi fl-Anness II.M ta' dawk il-miżuri;

(d)  fil-każ tas-sajd fiż-żoni tal-għoljiet fil-baħar magħluqin għas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 18(1), jirrappurtaw, għal kull sett, l-ammonti kollha ta' kull speċi li sservi ta' indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar kif imsemmi fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 38 tal-Anness għal dan ir-Regolament fit-taqsima tal-kummenti tar-rapport tal-osservatur imsemmi fl-Anness II.M ta' dawk il-miżuri stabbiliti fil-punt 25 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  malajr kemm jista' jkun wara li l-bastiment joħroġ miż-Żona Regolatorja u sa mhux aktar tard minn meta l-bastiment jasal fil-port, jibagħtu r-rapport f'format elettroniku lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-awtorità lokali tal-ispezzjoni fil-port, jekk issir spezzjoni fil-port, hekk kif stabbilit fl-Anness II.M tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar. Fi żmien 25 jum minn meta l-bastiment ikun wasal fil-port, l-Istat Membru tal-bandiera jibgħat ir-rapport lill-Kummissjoni bħala fajl tal-"Microsoft Excel". Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan ir-rapport lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.

(h)  malajr kemm jista' jkun wara li l-bastiment joħroġ miż-Żona Regolatorja u sa mhux aktar tard minn meta l-bastiment jasal fil-port, jibagħtu r-rapport f'format elettroniku lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-awtorità lokali tal-ispezzjoni fil-port, jekk issir spezzjoni fil-port, hekk kif stabbilit fl-Anness II.M tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 38 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Fi żmien 25 jum minn meta l-bastiment ikun wasal fil-port, l-Istat Membru tal-bandiera jibgħat ir-rapport lill-Kummissjoni bħala fajl tal-"Microsoft Excel". Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan ir-rapport lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 9 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  minbarra li jwettaq id-dmirijiet deskritti fl-Artikolu 27(3), jibgħat ir-rapport tal-osservatur (OBR) ta' kuljum liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera skont l-Anness II.G tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, li, min-naħa tiegħu, għandu jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12:00 f'UTC l-għada li jirċevih, li, min-naħa tagħha, se tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; and

(a)  minbarra li jwettaq id-dmirijiet deskritti fl-Artikolu 27(3), jibgħat ir-rapport tal-osservatur (OBR) ta' kuljum liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera skont l-Anness II.G tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 39 tal-Anness għal dan ir-Regolament, li, min-naħa tiegħu, għandu jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12:00 f'UTC l-għada li jirċevih, li, min-naħa tagħha, se tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; and

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 10 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jibgħat ir-rapport CAT ta' kuljum liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera skont l-Anness II.F(3) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, u jiżgura li l-qabdiet irrappurtati b'dan il-mod ikunu jaqblu mal-entrati fil-ġurnal ta' abbord. Min-naħa tiegħu, iċ-ĊMS għandu jibgħat dan ir-rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12:00 f'UTC l-għada li jirċevih, li, min-naħa tagħha, se tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; u

(a)  jibgħat ir-rapport CAT ta' kuljum liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera skont l-Anness II.F(3) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 40 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u jiżgura li l-qabdiet irrappurtati b'dan il-mod ikunu jaqblu mal-entrati fil-ġurnal ta' abbord. Min-naħa tiegħu, iċ-ĊMS għandu jibgħat dan ir-rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12:00 f'UTC l-għada li jirċevih, li, min-naħa tagħha, se tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; u

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Ir-rapporti kollha ta' spezzjoni, ta' sorveljanza u ta' investigazzjoni msemmijin f'dan il-Kapitolu u l-immaġnijiet u l-evidenza assoċjati magħhom għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali skont l-Anness II.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

10.  Ir-rapporti kollha ta' spezzjoni, ta' sorveljanza u ta' investigazzjoni msemmijin f'dan il-Kapitolu u l-immaġnijiet u l-evidenza assoċjati magħhom għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali skont l-Anness II.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 41 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jimla l-Formola tar-Rapport ta' Sorveljanza stabbilita fl-Anness IV.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar. Jekk l-ispettur ikun għamel evalwazzjoni volumetrika jew tal-kompożizzjoni tal-qabda tal-kontenut ta' sett, fir-Rapport ta' Sorveljanza għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompożizzjoni tat-tkarkir u għandha ssir referenza għall-metodu li jkun intuża għall-evalwazzjoni volumetrika;

(a)  jimla l-Formola tar-Rapport ta' Sorveljanza f'konformità mal-Anness IV.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 42 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk l-ispettur ikun għamel evalwazzjoni volumetrika jew tal-kompożizzjoni tal-qabda tal-kontenut ta' sett, fir-Rapport ta' Sorveljanza għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompożizzjoni tat-tkarkir u għandha ssir referenza għall-metodu li jkun intuża għall-evalwazzjoni volumetrika;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  juru, fuq il-bastiment ta' spezzjoni u fuq il-bastiment ta' imbarkazzjoni, il-bandiera murija fl-Anness IV.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(b)  juru, fuq il-bastiment ta' spezzjoni u fuq il-bastiment ta' imbarkazzjoni, il-bandiera murija fl-Anness IV.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jipprovdi sellum lill-ispetturi biex jitilgħu abbord skont l-Anness IV.G tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(c)  jipprovdi sellum lill-ispetturi biex jitilgħu abbord skont l-Anness IV.G tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 44 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  joqgħod lura milli jindaħal f'kull kuntatt li jista' jkun hemm bejn l-ispetturi u l-osservatur;

(h)  joqgħod lura milli jindaħal f'kull kuntatt li jista' jkun hemm bejn l-ispetturi u l-osservatur u jippermetti l-użu taż-żoni jew l-ispazji kollha previsti għal dan il-għan;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ispetturi tiegħu jimlew rapport tal-ispezzjoni fil-formola stabbilita fl-Anness IV.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar b'rabta ma' kull spezzjoni.

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ispetturi tiegħu jimlew rapport tal-ispezzjoni fil-formola preskritta fl-Anness IV.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 45 tal-Anness għal dan ir-Regolament, b'rabta ma' kull spezzjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jkunu qed iqabblu l-entrati tal-ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni ma' dawk tal-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, l-ispetturi għandhom jaqilbu l-piż tal-produzzjoni f'piż ħaj billi jqisu l-fatturi ta' konverżjoni li jkun uża l-kaptan;

(b)  meta jkunu qed iqabblu l-entrati tal-ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni ma' dawk tal-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, l-ispetturi għandhom jaqilbu l-piż tal-produzzjoni f'piż ħaj billi jqisu l-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Annessi XIII, XIV u XV għar-Regolament UE Nru 404/2011; għal speċijiet u preżentazzjonijiet li ma jkunux koperti minn dawk l-Annessi, għandhom jiġu applikati l-fatturi ta' konverżjoni li jkun uża l-kaptan;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  iwaħħlu b'mod sikur is-siġill tal-ispezzjoni muri fis-Siġill tal-Ispezzjoni tan-NAFO mogħti fl-Anness IV.F tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, kif ikun xieraq, u jniżżlu l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu u n-numru tas-serje ta' kull siġill fir-rapport tal-ispezzjoni;

(d)  iwaħħlu b'mod sikur is-siġill tal-ispezzjoni muri fis-Siġill tal-Ispezzjoni tan-NAFO mogħti fl-Anness IV.F tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 46 tal-Anness għal dan ir-Regolament, kif ikun xieraq, u jniżżlu l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu u n-numru tas-serje ta' kull siġill fir-rapport tal-ispezzjoni;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jibgħat notifika bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFCA dwar il-każ ta' ksur irrappurtat mill-ispetturi tiegħu fi żmien 24 siegħa minn x'ħin jinstab il-ksur u, min-naħa tagħha, l-EFCA għandha tibgħat din in-notifika lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni, u lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. In-notifika bil-miktub għandu jkun fiha l-informazzjoni mdaħħla fil-punt 15 tar-Rapport tal-Ispezzjoni tal-Anness IV.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, għandha ssemmi l-miżuri rilevanti u tiddeskrivi fid-dettall il-bażi għall-ħruġ tal-avviż ta' każ ta' ksur u l-evidenza li tappoġġa l-avviż u, meta dan ikun possibbli, għandu jkollha magħha l-immaġnijiet tal-irkaptu, tal-qabdiet jew ta' kull evidenza oħra marbuta mal-każ ta' ksur imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(a)  jibgħat notifika bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFCA dwar il-każ ta' ksur irrappurtat mill-ispetturi tiegħu fi żmien 24 siegħa minn x'ħin jinstab il-ksur u, min-naħa tagħha, l-EFCA għandha tibgħat din in-notifika lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni, u lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. In-notifika bil-miktub għandu jkun fiha l-informazzjoni mdaħħla fil-punt 15 tar-Rapport tal-Ispezzjoni tal-Anness IV.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 45 tal-Anness għal dan ir-Regolament; għandha ssemmi l-miżuri rilevanti u tiddeskrivi fid-dettall il-bażi għall-ħruġ tal-avviż ta' każ ta' ksur u l-evidenza li tappoġġa l-avviż u, meta dan ikun possibbli, għandu jkollha magħha l-immaġnijiet tal-irkaptu, tal-qabdiet jew ta' kull evidenza oħra marbuta mal-każ ta' ksur imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  il-fatt li l-ispetturi jew l-osservaturi jiġu mfixkla milli jwettqu dmirijiethom jew li jiġu intimidati, jew li jkun hemm indħil waqt li dawn ikunu qed iwettqu dmirijiethom jew li dawn ma jitħallewx iwettqu dmirijiethom b'xi mod ieħor;

(l)  il-fatt li l-ispetturi jew l-osservaturi jiġu mfixkla milli jwettqu dmirijiethom jew li jiġu intimidati, jew li jkun hemm indħil waqt li dawn ikunu qed iwettqu dmirijiethom jew li dawn ma jitħallewx iwettqu dmirijiethom b'xi mod ieħor jew li jiġu eżerċitati forom ta' pressjoni indiretta, pereżempju li ma jitħallewx jistrieħu sew jew li l-privatezza tagħhom tiġi affettwata;

Ġustifikazzjoni

L-osservaturi jqattgħu perjodi twal abbord bastimenti tas-sajd u t-tentattivi bil-ħsieb li jfixklu l-mistrieħ tagħhom jew jinterferixxu fil-ħajja privata tagħhom, mingħajr ma jfixklu b'mod ovvju x-xogħol tagħhom, huma mezz indirett biex jikkompromettu l-kapaċità tagħhom li jwettqu dmirijiethom.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 39 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu japplikaw għall-ħatt l-art u għat-trażbord fil-portijiet tal-Istati Membri min-naħa ta' bastimenti tas-sajd li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO u li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, u għall-użu tat-tali portijiet min-naħa ta' dawn il-bastimenti. Id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-ħut li jinqabad fiż-Żona Regolatorja u għall-prodotti tal-ħut li jkunu ġejjin mit-tali ħut li ma jkunux inħattu l-art jew ġew ittrażbordati f'xi port ieħor qabel.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu japplikaw għall-ħatt l-art u għat-trażbord fil-portijiet tal-Istati Membri min-naħa ta' bastimenti tas-sajd li jkollhom id-dritt itajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO u li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, u għall-użu tat-tali portijiet min-naħa ta' dawn il-bastimenti. Dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-qabdiet fiż-Żona Regolatorja u għall-prodotti tal-ħut li jkunu ġejjin mit-tali qabdiet li ma jkunux inħattu l-art jew ġew ittrażbordati f'xi port ieħor qabel.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet japplikaw għar-riżorsi kollha tas-sajd u mhux għall-ħut biss.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru tal-port għandu jistabbilixxi perjodu minimu għat-talba minn qabel. Il-perjodu għat-talba minn qabel għandu jkun ta' tlett ijiem tax-xogħol qabel il-ħin mistenni tal-wasla tal-bastiment fil-port. Madankollu, bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru tal-port jista' jipprevedi perjodu ieħor għat-talba minn qabel, filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, it-tip ta' prodott maqbud u d-distanza bejn il-postijiet għas-sajd u l-portijiet tiegħu. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat l-informazzjoni dwar il-perjodu għat-talba minn qabel lill-Kummissjoni, li se tippubblikaha fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza bħala dokument PDF.

2.  L-Istat Membru tal-port għandu jistabbilixxi perjodu minimu ta' tlett ijiem tax-xogħol qabel il-ħin mistenni tal-wasla tal-bastiment fil-port għal kull talba minn qabel. Madankollu, bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru tal-port jista' jipprevedi perjodu ieħor għat-talba minn qabel, filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, it-tip ta' prodott maqbud u d-distanza bejn il-postijiet għas-sajd u l-portijiet tiegħu. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat l-informazzjoni dwar il-perjodu għat-talba minn qabel lill-Kummissjoni, li se tippubblikaha fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza bħala dokument PDF.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk il-konferma ma tasalx fi żmien 14-il jum minn meta l-ħut jinħatt l-art, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jeħles minnu skont ir-regoli nazzjonali.

(c)  jekk il-konferma ma tasalx fi żmien 14-il jum mit-tmiem tal-operazzjonijiet tal-isbark, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skont ir-regoli nazzjonali.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istat Membru tal-port għandu jgħarraf minnufih lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd bid-deċiżjoni tiegħu li jawtorizza d-dħul fil-port jew le, jew li jawtorizza l-ħatt l-art, it-trażbord jew xi użu ieħor tal-port jew le f'każ li l-bastiment ikun fil-port. Jekk jawtorizza d-dħul fil-port, l-Istat Membru tal-port għandu jibgħat kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar lill-kaptan bil-Parti C mimlija kif xieraq. Din il-kopja għandha tintbagħat ukoll lill-Kummissjoni minnufih, sabiex tiġi ppubblikata fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza. F'każ li ma jawtorizzax id-dħul fil-port, l-Istat Membru tal-port għandu javża wkoll lill-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera b'dan.

8.  L-Istat Membru tal-port għandu jgħarraf minnufih lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd bid-deċiżjoni tiegħu li jawtorizza d-dħul fil-port jew le, jew li jawtorizza l-ħatt l-art, it-trażbord jew xi użu ieħor tal-port jew le f'każ li l-bastiment ikun fil-port. Jekk jawtorizza d-dħul fil-port, l-Istat Membru tal-port għandu jibgħat kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 47 tal-Anness għal dan ir-Regolament, lill-kaptan bil-Parti C mimlija kif xieraq. Din il-kopja għandha tintbagħat ukoll lill-Kummissjoni minnufih, sabiex tiġi ppubblikata fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza. F'każ li ma jawtorizzax id-dħul fil-port, l-Istat Membru tal-port għandu javża wkoll lill-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera b'dan.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  L-ispezzjonijiet għandhom isiru b'mod konsistenti mal-Anness IV.H tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar minn spetturi awtorizzati tal-Istat Membru tal-port li għandhom jippreżentaw id-dokumenti ta' identità tagħhom lill-kaptan tal-bastiment qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

11.  L-ispezzjonijiet għandhom isiru b'mod konsistenti mal-Anness IV.H tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 48 tal-Anness għal dan ir-Regolament u mwettqa minn spetturi awtorizzati tal-Istat Membru tal-port li għandhom jippreżentaw id-dokumenti ta' identità tagħhom lill-kaptan tal-bastiment qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 13 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  l-informazzjoni kollha dwar il-qabdiet li tkun ingħatat fil-Formoli għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li jkunu ntbagħtu minn qabel;

(iii)  l-informazzjoni kollha dwar il-qabdiet li tkun ingħatat fil-Formoli għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 47 tal-Anness għal dan ir-Regolament, li jkunu ntbagħtu minn qabel;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 40 - paragrafu 16 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  Kull spezzjoni għandha tkun iddokumentata billi timtela l-formola msejħa "PSC 3" (il-Formola tal-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port) stabbilita fl-Anness IV.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar. Il-proċess biex jimtela r-Rapport dwar l-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port u biex jiġi ttrattat dan il-mili għandu jinkludi dan li ġej:

16.  Kull spezzjoni għandha tkun iddokumentata billi timtela l-formola msejħa "PSC 3" (il-Formola tal-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port) stabbilita fl-Anness IV.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 49 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Il-proċess biex jimtela r-Rapport dwar l-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port u biex jiġi ttrattat dan il-mili għandu jinkludi dan li ġej:

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrażbordah jew li jkun wettaq ħidmiet ta' trażbord 'il barra minn port, għandu jikkonferma dan billi jibgħat lura kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar mibgħuta skont l-Artikolu 40(5) bil-Parti B mimlija kif xieraq, li fiha jistqarr dan li ġej:

2.  L-Istat Membru ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrażbordah jew li jkun wettaq ħidmiet ta' trażbord 'il barra minn port, għandu jikkonferma dan billi jibgħat lura kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 47 tal-Anness għal dan ir-Regolament, mibgħuta skont l-Artikolu 40(5) bil-Parti B mimlija kif xieraq, li fiha jistqarr dan li ġej:

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jidħol fil-port jew l-aġent tiegħu għandhom jgħaddu t-talba għad-dħul lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port fil-perjodu għat-talba msemmi fl-Artikolu 40(2). Mat-tali talba għandha tintbagħat il-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port prevista fl-Anness II.L.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, mimlija kif xieraq, kif ġej:

1.  Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jidħol fil-port jew l-aġent tiegħu għandhom jgħaddu t-talba għad-dħul lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port fil-perjodu għat-talba msemmi fl-Artikolu 40(2). Mat-tali talba għandha tintbagħat il-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port prevista fl-Anness II.L.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 47 tal-Anness għal dan ir-Regolament, mimlija kif xieraq, kif ġej:

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 42 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kaptan jew aġent jistgħu jħassru talba minn qabel billi javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-port li kien beħsiebhom jużaw b'dan. Mat-tali talba għandha tintbagħat kopja tal-Formola oriġinali għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar, bil-kelma "mħassra" miktuba fuqha.

2.  Kaptan jew aġent jistgħu jħassru talba minn qabel billi javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-port li kien beħsiebhom jużaw b'dan. Mat-tali talba għandha tintbagħat kopja tal-Formola oriġinali għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port tal-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 47 tal-Anness għal dan ir-Regolament, bil-kelma "mħassra" miktuba fuqha.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, il-kaptani tal-bastimenti u l-ekwipaġġ għandhom jittrattaw ir-rapporti kollha ta' spezzjoni u ta' investigazzjoni u l-immaġnijiet u l-evidenza kollha assoċjati magħhom u l-formoli msemmijin f'dan il-Kapitolu bħala kunfidenzjali skont l-Anness II.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.

L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, il-kaptani tal-bastimenti u l-ekwipaġġ għandhom jittrattaw ir-rapporti kollha ta' spezzjoni u ta' investigazzjoni u l-immaġnijiet u l-evidenza kollha assoċjati magħhom u l-formoli msemmijin f'dan il-Kapitolu bħala kunfidenzjali skont l-Anness II.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 41 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jibgħat l-informazzjoni lill-Kummissjoni minnufih billi juża l-format tar-rapport ta' sorveljanza stabbilit fl-Anness IV.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar;

(a)  jibgħat l-informazzjoni lill-Kummissjoni minnufih billi juża l-format tar-rapport ta' sorveljanza fl-Anness IV.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 42 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jibgħat is-sejbiet tal-ispettur lill-Kummissjoni minnufih billi juża l-formola tar-rapport tal-ispezzjoni stabbilita fl-Anness IV.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar; u

(i)  jibgħat is-sejbiet tal-ispettur lill-Kummissjoni minnufih billi juża l-formola tar-rapport tal-ispezzjoni stabbilita fl-Anness IV.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar stabbiliti fil-punt 45 tal-Anness għal dan ir-Regolament; u

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 52 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 53 dwar:

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 53 li jemenda dan ir-Regolament sabiex tadattah għall-miżuri adottati min-NAFO dwar:

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 52 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-Anness;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 54

imħassar

Implimentazzjoni ta' ċerti partijiet mill-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u tal-Annessi ta' dawn il-miżuri

 

1.  Il-partijiet mill-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u l-Annessi ta' dawn il-miżuri msemmijin fid-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan ir-Regolament għandhom jibdew japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha u jkunu jistgħu jiġu infurzati kontra l-persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2:

 

(a) fl-Artikolu 3(17), (21) u (29);

 

(b) fl-Artikolu 4(3)(a);

 

(c) fl-Artikolu 9(1), (4) u (5);

 

(d) fl-Artikolu 10(1)(e);

 

(e) fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 13(2)(d);

 

(f) fl-Artikolu 14(2) u (3);

 

(g) fl-Artikolu 16(1) u (2);

 

(h) fl-Artikolu 17;

 

(i) fl-Artikolu 18(1) sa (4);

 

(j) fl-Artikolu 19(1) u fl-Artikolu 19(2)(a) u (d);

 

(k) fl-Artikolu 20(2)(b);

 

(l) fl-Artikolu 21(2) u fl-Artikolu 21(4)(a);

 

(m) fl-Artikolu 22(1)(a) u (b) u (5)(a);

 

(n) fl-Artikolu 22(5)(a)(b);

 

(o) fl-Artikolu 24(1)(b) u (e);

 

(p) fl-Artikolu 25(2) u (6), fl-Artikolu 25(6)(g), fl-Artikolu 25(7) u (8) u fl-Artikolu 25(9)(b);

 

(q) fl-Artikolu 26(9)(b);

 

(r) fl-Artikolu 27(3)(d) u (h);

 

(s) fl-Artikolu 28(9)(a) u (10)(a);

 

(t) fl-Artikolu 29(10);

 

(u) fl-Artikolu 31(1)(a);

 

(v) fl-Artikolu 32(b);

 

(w) fl-Artikolu 33(c);

 

(x) fl-Artikolu 34(1);

 

(y) fl-Artikolu 35(1)(d) u (2)(a);

 

(z) fl-Artikolu 40(8) u (11), fl-Artikolu 40(13)(a)(iii) u fl-Artikolu 40(16);

 

(aa) fl-Artikolu 41(2);

 

(bb) fl-Artikolu 42(1), fl-Artikolu 42(1)(a)(b) u fl-Artikolu 42(2);

 

(cc) fl-Artikolu 43;

 

(dd) fl-Artikolu 44; u

 

(ee) fl-Artikolu 46(1)(a) u (d).

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-partijiet mill-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u l-Annessi ta' dawn il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-emendi sussegwenti tal-partijiet mill-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar u tal-Annessi ta' dawn il-miżuri li jkunu diġà ġew ippubblikati skont l-ewwel subparagrafu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar minn meta dawk il-bidliet jibdew jorbtu lill-Unjoni u lill-Istati Membri.

 

Emenda    81

Proposta għal regolament

Anness (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness

 

[kull punt [għandu] jimtela bil-kontenut tal-miżura msemmija fi]

 

(1) It-Tabella 4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fil-punt 17 tal-Artikolu 3

 

(2) L-Istampa 2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fil-punt 17 tal-Artikolu 3;

 

(3) Il-Parti VI tal-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 3;

 

(4) Il-Parti VII tal-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fil-punt 29 tal-Artikolu 3;

 

(5) Il-Format preskritt fl-Anness II.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(3);

 

(6) It-Tabella 1 u l-Istampa 1(1) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 9(1);

 

(7) It-Tabella 2 u l-Istampa 1(2) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 9(4);

 

(8) It-Tabella 3 u l-Istampa 1(3) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu9(5);

 

(9) Il-Format preskritt fl-Anness IV.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1);

 

(10) L-Anness III.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 13(1);

 

(11) L-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 13(2);

 

(12) L-Anness III.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 14(2) u (3);

 

(13) L-Anness I.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 16(1) u (2);

 

(14) It-Tabella 4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 17;

 

(15) L-Istampa 3 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 18(1);

 

(16) It-Tabella 5 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 18(1);

 

(17) L-Istampa 4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 18(2):

 

(18) It-Tabella 6 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 18(2);

 

(19) L-Istampa 5 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu18(3) u (4);

 

(20) It-Tabella 7 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu18(3) u (4);

 

(21) Il-Protokoll esploratorju fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 19(1);

 

(22) In-Notifika li beħsiebhom iwettqu sajd esploratorju tal-qiegħ fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 19(2)(a);

 

(23) Ir-Rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju tal-qiegħ fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 19(2)(d);

 

(24) L-Elementi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet esploratorji tas-sajd tal-qiegħ proposti fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 20(2)(b);

 

(25) Il-Lista ta' speċijiet indikaturi tal-VME fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikoli 21(2) u 27(3)(d);

 

(26) Il-Formola tal-Ġbir tad-Data tas-Sajd Esploratorju fl-Anness I.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 21(4)(a);

 

(27) Il-Format preskritt għal-lista ta' bastimenti fl-Anness II.C1 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 22(1)(a);

 

(28) Il-Format preskritt għat-tħassir mil-lista ta' bastimenti fl-Anness II.C2 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 22(1)(b);

 

(29) Il-Format speċifikat għal awtorizzazzjoni individwali għal kull bastiment fl-Anness II.C3, tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 22(5)(a);

 

(30) Il-Format preskritt għas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni fl-Anness II.C4 tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmi fl-Artikolu 22(5)(b);

 

(31) Il-Lista ta' speċijiet fl-Anness I.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikoli 24(1)(b) u 25(6)(g);

 

(32) Il-Lista ta' kodiċijiet ta' formoli ta' preżentazzjoni fl-Anness II.K tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 24(1)(e);

 

(33) Il-Mudell għall-ġurnal ta' abbord tas-sajd fl-Anness II.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 25(2);

 

(34) Il-Format għar-rapport dwar il-qbid fl-Anness II.D tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 25(6) u (8);

 

(35) Il-Format għall-kanċellazzjoni tar-rapport tal-qbid fl-Anness II.F tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 25(6) u (7);

 

(36) L-Anness II.N tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 25(9)(b);

 

(37) Il-Format għall-iskambju tad-data fl-Anness II.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 26(9)(b);

 

(38) Ir-Rapport tal-Osservatur fl-Anness II.M tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 27(3)(d) u (h);

 

(39) Ir-Rapport fl-Anness II.G tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar trażmessi kull jum mill-osservatur kif imsemmi fl-Artikolu 28(9)(a);

 

(40) Ir-Rapport CAT fl-Anness II. F(3) tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar trażmess kull jum mill-kaptan tal-bastiment kif imsemmi fl-Artikolu 28(10)(a);

 

(41) Ir-Regoli dwar il-kunfidenzjalità fl-Anness II.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikoli 29(10) u 44;

 

(42) Il-Formola ta' Rapport ta' Sorveljanza fl-Anness IV.A tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikoli 31(1) (a) u 46(1)(a);

 

(43) L-Immaġni ta' bandiera fl-Anness IV.E tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 32(b);

 

(44) Ir-Regoli dwar il-forniment ta' sellum tal-imbark fl-Anness IV.G tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 33(c);

 

(45) Ir-Rapport ta' spezzjoni fl-Anness IV.B tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikoli 34(1), 35(2)(a) u 46(1)(d);

 

(46) Is-Siġill ta' Spezzjoni tan-NAFO fl-Anness IV.F tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 35(1)(d);

 

(47) Il-Formola ta' Talba għal Kontroll minn Qabel mill-Istat tal-Port fl-Anness II.L tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikoli 40(8) u (13)(a)(iii), 41(2) kif ukoll 42(1) u (2);

 

(48) L-Anness IV.H tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar dwar spezzjonijiet msemmija fl-Artikolu 40(11);

 

(49) Il-Formola ta' spezzjoni tal-Kontroll mill-Istat tal-Port fl-Anness IV.C tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar imsemmija fl-Artikolu 40(16).

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

1) Is-Sustanza tal-Proposta

Fis-7 ta' Awwissu, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal regolament bil-għan li jiġu trasposti fid-dritt tal-Unjoni Ewropea l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (in-NAFO), li l-Unjoni Ewropea ilha parti kontraenti tagħha sa mill-1979. In-NAFO hija l-organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral. Il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tan-NAFO japplikaw esklussivament fiż-Żona Regolatorja tiegħu fl-ibħra internazzjonali. Bħalissa, l-Unjoni awtorizzat 35 bastiment biex joperaw fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO b'ħatt l-art limitat għall-portijiet ta' Aveiro fil-Portugall u ta' Vigo fi Spanja.

Il-partijiet kontraenti kollha tan-NAFO huma membri tal-Kummissjoni tan-NAFO li, skont il-Konvenzjoni NAFO, tfittex li tadotta miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar b'kunsens jew, b'mod eċċezzjonali, b'maġġoranza ta' żewġ terzi. Fil-laqgħat tal-Kummissjoni tan-NAFO, l-Unjoni hija rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li għandha mandat ta' ħames snin u ssegwi d-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. Fil-laqgħat annwali tad-Delegazzjoni tal-UE għan-NAFO jieħdu sehem il-Kummissjoni, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati.

Skont il-Konvenzjoni tan-NAFO, il-miżuri ta' konservazzjoni li l-Kummissjoni tan-NAFO tadotta huma vinkolanti u l-partijiet kontraenti huma obbligati jimplimentawhom. Waqt il-laqgħat annwali tagħha, il-Kummissjoni tan-NAFO tadotta miżuri ġodda li s-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO javża bihom lill-partijiet kontraenti wara l-laqgħa bħala deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tan-NAFO. Wara li tirċievi notifika, il-Kummissjoni tavża lill-Kunsill li ġew adottati miżuri ġodda u tavżah bid-data ppjanata għad-dħul fis-seħħ tagħhom.

L-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-UE trid tħares bis-sħiħ il-liġi internazzjonali. Dan jinkludi li tikkonforma mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar tan-NAFO.

Din il-proposta għandha x'taqsam mal-miżuri li n-NAFO adottat mill-2008 'l hawn u mad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni emendata tan-NAFO fit-18 ta' Mejju 2017.

2) Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta għal regolament li titrasponi fid-dritt tal-Unjoni l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar l-aktar riċenti tan-NAFO.

Hu jfakkar li, għalkemm id-daqs tal-flotta tal-Unjoni li hija awtorizzata għas-sajd fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO jitnaqqas, b'total ta' 35 bastiment, il-volumi tal-qabdiet madankollu huma sinifikanti fir-rigward tad-daqs tal-flotta. Skont l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web tan-NAFO, il-bastimenti tas-sajd fl-Unjoni (minn sitt pajjiżi differenti) irreġistraw qabdiet totali ta' 50 936 tunnellata fl-2017. Il-Portugall u Spanja flimkien jammontaw għal kważi 80 % tal-piż totali tal-qabdiet tal-Unjoni (38,18 % jew 19 448 tunnellata u 41,63 % jew 21 207 tunnellata rispettivament).

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-aħjar miżuri ta' konservazzjoni għas-sajd f'dawn l-ilmijiet jiġu applikati u mmonitorjati peress li xi speċijiet fil-mira huma partikolarment sensittivi għall-ġestjoni, b'mod partikolari dawk b'ċiklu twil ta' ħajja. Dan huwa aggravat bl-użu predominanti ta' rkaptu tat-tkarkir, li jista' jikkawża ħsara f'qiegħ il-baħar u għalhekk f'ħabitats.

Għaldaqstant, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi implimentata b’mod ġenerali mill-flotot kollha tas-sajd tal-Unjoni, irrispettivament miż-żona ġeografika operattiva tagħhom. Hu essenzjali li jiġi żgurat li b'dan il-mod l-isfruttar ta' riżorsa waħda ikollha impatt limitat fuq riżorsi u speċijiet oħra, u għal dan il-għan, il-Kummissjoni hija mistiedna, fil-qafas tal-laqgħat tan-NAFO, u b'mod partikolari meta n-NAFO tadotta miżuri ta' konservazzjoni, biex tfittex li tintroduċi dispożizzjonijiet li jnaqqsu u possibilment jeliminaw għal kollox il-qbid skartat. L-istess regoli għandhom japplikaw irrispettivament miż-żona ġeografika li joperaw fihom il-bastimenti tal-Unjoni sabiex jiġu evitati disparitajiet, b'hekk jiġu allinjati r-regoli dwar il-prattiki obbligatorji applikabbli għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE f'żoni ġeografiċi oħra.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur josserva li, minħabba l-ħtieġa li l-emendi tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar jiġu trasposti b'mod rapidu fil-liġi tal-UE, l-ebda emenda ma ġiet imressqa għal-lista estensiva ta' 30 att delegat proposti fl-Artikolu 52. Filwaqt li jirrikonoxxi li dan se jiffaċilita t-traspożizzjoni immedjata fid-dritt tal-Unjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar l-aktar reċenti tan-NAFO, huwa jikkunsidra li għandu jinstab mezz biex jiġi evitat l-użu ta' bosta atti delegati. Għal dan il-għan, hu jinforma lill-Kummissjoni li l-Kummissjoni tas-Sajd se tiżgura li l-atti delegati li għandhom jiġu ppreżentati jkunu strettament limitati għall-adozzjoni ta' emendi għal miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fid-dritt tal-Unjoni, skont l-Artikolu 52(2) tal-proposta.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal regolament li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

Referenzi

COM(2018)0577 – C8-0391/2018 – 2018/0304(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.8.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

10.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ricardo Serrão Santos

4.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

27.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, David Coburn, Diane Dodds, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Ole Christensen, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tilly Metz

Data tat-tressiq

16.1.2019

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

EFDD

Sylvie Goddyn

NI

Diane Dodds

PPE

Norbert Erdős, Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, José Blanco López, Renata Briano, Ole Christensen, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Tilly Metz

1

-

EFDD

David Coburn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza