Proċedura : 2018/0432(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0021/2019

Testi mressqa :

A8-0021/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.2

Testi adottati :

P8_TA(2019)0166

RAPPORT     ***I
PDF 173kWORD 53k
23.1.2019
PE 633.058v01-00 A8-0021/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

(COM(2018)0892 – C8-0512/2018 – 2018/0432(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Iskra Mihaylova

(Proċedura semplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

(COM(2018)0892 – C8-0512/2018 – 2018/0432(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0892),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0512/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0021/2019),

A.  billi, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa ġustifikat li l-votazzjoni ssir qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), ir-Renju Unit għandu joħroġ mill-Unjoni Ewropea mit-30 ta' Marzu 2019. Ġie negozjat trattat dwar il-ħruġ li jkun ikopri l-bosta problemi prattiċi u ġuridiċi matul il-perjodu ta' tranżizzjoni: dan it-trattat jipprevedi wkoll it-tkomplija tal-programmi ta' koeżjoni transfruntiera Ewropej l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq.

Madankollu, bħalissa mhuwiex ċar jekk ir-Renju Unit se jirratifikax it-trattat dwar il-ħruġ. Il-ħruġ tar-Renju Unit mingħajr ftehim bħal dan ikun jikkawża diffikultajiet konsiderevoli fl-Irlanda ta' Fuq u fl-inħawi mal-fruntiera tal-Irlanda, inkwantu l-istatus tagħhom skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, li jiggarantixxi l-paċi, jiddependi mill-fatt li ż-żewġ partijiet tal-gżira jinsabu fl-Unjoni Ewropea, bi fruntieri miftuħin.

Fl-eventwalità li r-Renju Unit joħroġ mingħajr ftehim, l-UE tista' tieħu miżura fundamentali li tikkonsisti f'deroga li tippermetti t-tkomplija tal-Programm PEACE IV u tal-programmi ta' kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda, li jiżvolġu parti importanti fil-bini ta' relazzjonijiet transfruntieri u interkomunitarji pożittivi.

Il-proposta tal-Kummissjoni b'hekk għandha l-għan li tippermetti t-tkomplija, tal-anqas sa tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 attwali, ta' dawk iż-żewġ programmi. (It-13-il programm ta' kooperazzjoni l-oħra li fihom jipparteċipa r-Renju Unit, li ma jaffettwawx lill-Irlanda ta' Fuq, mhux se jibbenefikaw minn din l-eċċezzjoni, u, fil-prinċipju, il-finanzjamenti jintemmu fid-29 ta' Marzu 2019.)

Il-proposta tilħaq dan l-għan billi tipprevedi li l-finanzjamenti għall-Irlanda ta' Fuq (u l-partijiet tal-Iskozja tal-Punent koperti mill-programm ta' kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda) ikomplu kif jipprevedi r-Regolament INTERREG (Nru 1299/2013). Barra minn hekk, ir-regola standard, skont liema mhux aktar minn 20 % tal-baġit ta' programm ta' kooperazzjoni jista' jintefaq barra mill-UE, mhijiex se tapplika għal dawn iż-żewġ programmi, billi l-infiq fl-Irlanda ta' Fuq inkella jkun limitat (Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1299/2013).

Il-Korp għall-Programmi Speċjali tal-UE jibqa' l-awtorità ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni għal dawn iż-żewġ programmi, u d-Dipartiment tal-Finanzi tal-Irlanda ta' Fuq ikompli jkun l-awtorità tal-awditjar kompetenti. Qiegħed jiġi propost li l-Kummissjoni u r-Renju Unit jaqblu bejniethom dwar il-mod kif isiru l-kontrolli u l-awditjar, u kif huma previsti s-salvagwardji għall-eventwalità jekk dan ma jkunx possibbli.

F'Marzu 2018 il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali mar fuq missjoni fl-Irlanda ta' Fuq u dwar dan fassal rapport ta' implimentazzjoni li stabbilixxa l-importanza tal-Programm PEACE IV partikolarment għall-ħajja ta' hemmhekk. Għaldaqstant ir-rapporteur tipproponi li din il-leġiżlazzjoni urġenti għandha tiġi approvata mingħajr emendi, fl-ambitu tal-proċedura semplifikata (Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura). Tittama, m'hemmx xi ngħidu, li r-regolament propost joħodlu postu qbil globali aktar sodisfaċenti, bħall-ftehim dwar il-ħruġ.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tkomplija tal-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u r-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta’ Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2018)0892 – C8-0512/2018 – 2018/0432(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.1.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.1.2019

CONT

14.1.2019

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

23.1.2019

CONT

22.1.2019

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Iskra Mihaylova

22.1.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

22.1.2019

Eżami fil-kumitat

22.1.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

23.1.2019

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2019Avviż legali