Proċedura : 2018/0282(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0022/2019

Testi mressqa :

A8-0022/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0094

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 181kWORD 55k
23.1.2019
PE 628.593v02-00 A8-0022/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport

(13111/2018 – C8-0473/2018 – 2018/0282(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Karima Delli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport

(13111/2018 – C8-0473/2018 – 2018/0282(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13111/2018),

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91 u 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0473/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 1tal08(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0022/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tat-trattat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija, tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Kosovo(2), tal-Montenegro u tar-Repubblika tas-Serbja.

(1)

ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3

(2)

Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Il-kooperazzjoni mal-Balkani tal-Punent fil-qasam tat-trasport kienet ġiet regolata permezz tal-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa (SEETO), Memorandum ta' Qbil tal-11 ta' Ġunju 2004 li ġie ffirmat mill-Albanija, mill-Bożnija-Ħerzegovina, mill-Kroazja, mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mill-Montenegro, mis-Serbja, mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo u mill-Kummissjoni. L-objettiv ewlieni tal-Memorandum ta' Qbil kien li n-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u l-politiki relatati jiġu estiżi għall-Balkani tal-Punent. Peress li l-Memorandum ta' Qbil sussegwentement wera l-limiti tiegħu, fl-2008, il-Kummissjoni pproponiet li tinnegozja ftehim li jipprevedi li l-leġiżlazzjoni, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikati mis-sħab tal-Balkani tal-Punent jiġu magħmula kompatibbli ma' dawk tal-Unjoni, abbażi tal-esperjenza pożittiva bl-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija.

Kontenut tal-ftehim

It-Trattat li jistabbilixxi Komunità tat-Trasport (TKT) għandu l-għan li jieħu approċċ aktar komprensiv bl-involviment ta' politiki oħra dwar it-trasport u oqsma oħra relatati mat-trasport. It-Trattat għandu l-għan li joħloq Komunità tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu kif ukoll l-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport bejn l-Unjoni Ewropea u l-Balkani tal-Punent, imsejħa "l-Komunità tat-Trasport". Il-Komunità tat-Trasport għandha tissejjes fuq l-integrazzjoni progressiva tas-swieq tat-trasport tal-Balkani tal-Lbiċ fis-suq tat-trasport tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-acquis rilevanti, inkluż fl-oqsma tal-istandards tekniċi, l-interoperabbiltà, is-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tat-traffiku, il-politika soċjali, l-akkwist pubbliku u l-ambjent, għall-metodi kollha tat-trasport bl-esklużjoni tat-trasport bl-ajru.

It-TKT huwa ta' benefiċċju għall-proċessi ta' adeżjoni tal-Balkani tal-Punent, għat-trawwim tal-kooperazzjoni reġjonali u għall-proċess ta' riforma fil-kuntest tal-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kif ukoll l-implimentazzjoni tat-TEN-T kif estiż għall-Balkani tal-Punent.

Proċedura

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati fl-2008 u l-2009. Id-diskussjonijiet fil-livell tekniku ġew ikkompletati b'suċċess f'Lulju 2010. Madankollu, minħabba l-fatt li ma kienx possibbli jintlaħaq qbil dwar l-isem xieraq ta' waħda mill-partijiet, il-finalizzazzjoni tat-TKT baqgħet imwaħħla għal kważi tliet snin. Id-diskussjonijiet tkomplew fl-2013, u fl-2016 intlaħaq qbil dwar il-verżjoni finali tat-TKT.

It-TKT ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-12 ta' Lulju u fid-9 ta' Ottubru 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2017/1937, li awtorizzat l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Il-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa kollha għajr il-Kosovo diġà rratifikaw it-TKT. Sadanittant, it-TKT ġie applikat b'mod provviżorju fost il-Partijiet f'konformità mal-Artikolu 41(3) tat-TKT.

Abbażi tal-fatti msemmijin hawn fuq, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li l-Kumitat TRAN jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan it-Trattat.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport

Referenzi

13111/2018 – C8-0473/2018 – COM(2018)05322018/0282(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

9.11.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.11.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Karima Delli

19.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, João Pimenta Lopes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christelle Lechevalier

Data tat-tressiq

23.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Luis de Grandes Pascual, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

3

-

ENF

Christelle Lechevalier

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

PPE

Dieter-Lebrecht Koch

1

0

EFDD

Daniela Aiuto

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Frar 2019Avviż legali