Proċedura : 2018/0403M(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0023/2019

Testi mressqa :

A8-0023/2019

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 20
CRE 12/02/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0093

RAPPORT     
PDF 197kWORD 60k
24.1.2019
PE 629.446v01-00 A8-0023/2019

li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra

(15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403M(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Antonio López-Istúriz White

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u Singapore, min-naħa l-oħra

(15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403M(NLE))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15375/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u Singapore, min-naħa l-oħra (08224/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0026/2019),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore, li ġie ffirmat fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-UE u Singapore, li ġew iffirmati fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni ASEAN-KEE, iffirmat f'Marzu 1980, li jikkostitwixxi l-qafas legali għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ASEAN(1),

–  wara li kkunsidra t-12-il Summit bejn l-Asja u l-Ewropa (ASEM), li sar fi Brussell fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-10 laqgħa interparlamentari bejn l-UE u Singapore, fit-23 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, ppubblikata mil-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE fl-Asja tal-Lvant, approvati mill-Kunsill fil-15 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-kooperazzjoni msaħħa tal-UE fis-sigurtà fl-Asja u mal-Asja,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar il-konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja, li hija bbażata fuq il-kunċett ta' konnettività sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar l-ASEAN, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN(2) u tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta'...(4) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0023/2019),

A.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u Singapore jmorru lura għexieren ta' snin, u huma mibnija fuq storja twila ta' ħbiberija u rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi mill-qrib; billi s-sħubija bilaterali hija msejsa fuq valuri komuni u impenn lejn dinja paċifika u għanja;

B.   billi ż-żewġ partijiet tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore jaffermaw mill-ġdid ir-rispett tagħhom lejn il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali applikabbli oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi Singapore huwa membru fundatur tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), li ċċelebrat l-40 anniversarju tagħha fl-2017;

D.   billi matul il-Presidenza tiegħu tal-ASEAN fl-2018, bil-motto "Reżiljenti u Innovattivi", Singapore ospita żewġ Summits tal-ASEAN u ppromwova l-unità, is-sigurtà u l-kooperazzjoni ekonomika tal-ASEAN, u vara inizjattivi bħall-ASEAN Youth Fellowship;

E.  billi Singapore huwa alleat mill-qrib tal-Istati Uniti, li miegħu kkonkluda Ftehim ta' Kummerċ Ħieles fl-2003, u li huwa jqis bħala indispensabbli għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-bilanċ reġjonali fir-reġjun Asja-Paċifiku;

F.  billi Singapore jinsab fid-disa' post fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-2017 tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti;

G.  billi Singapore jinsab fis-sitt post fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2017 ta' Transparency International, b'hekk huwa wieħed mill-pajjiżi l-inqas korrotti fid-dinja;

H.   billi l-ewwel Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ UE-ASEAN sar fi Frar 2018;

I.   billi Singapore esperjenza livelli rekord ta' tniġġis tal-arja b'riżultat ta' nirien fil-foresti f'pajjiżi ġirien, l-aktar minħabba l-ħruq intenzjonat bil-għan li l-art titwitta sabiex tintuża għall-kultivazzjoni ta' pjantaġġuni taż-żejt tal-palm u tal-injam;

J.  billi l-Kostituzzjoni ta' Singapore tiggarantixxi d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, li madankollu huma ristretti bil-kbir għal raġunijiet ta' sigurtà, protezzjoni tal-ordni pubbliku, moralità, privileġġ parlamentari, u armonija razzjali u reliġjuża; billi Singapore huwa kklassifikat fil-151 post minn 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018; billi l-liġijiet ta' Singapore dwar id-disprezz, is-sedizzjoni u l-libell huma użati biex jirrestrinġu l-vuċijiet kritiċi fost l-attivisti, il-bloggers u l-midja;

K.   billi Singapore għadu japplika l-piena tal-mewt; billi wara perjodu qasir ta' ebda eżekuzzjoni, l-għadd ta' eżekuzzjonijiet ilu jiżdied sa mill-2014;

L.   billi d-drittijiet tal-komunità LGBTI ta' Singapore huma ristretti bil-kbir; billi relazzjoni sesswali kunsenswali bejn żewġ irġiel hija illegali u ġġorr piena sa sentejn ħabs; billi r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti skont id-dritt ta' Singapore;

M.  billi Singapore għadu ma rratifikax żewġ konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u l-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni;

Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni UE-Singapore

1.   Jilqa' l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), li huwa ta' importanza strateġika u se jipprovdi qafas legali għar-relazzjonijiet bilaterali fit-tul u impenn għat-tisħiħ u t-twessigħ tal-kooperazzjoni fil-fora reġjonali u internazzjonali, u f'oqsma bħall-protezzjoni tal-ambjent, l-istabbiltà internazzjonali, il-ġustizzja, is-sigurtà u l-iżvilupp;

2.   Jenfasizza l-opportunitajiet pprovduti mill-FSK għall-oqsma ġodda ta' kooperazzjoni, bħad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà u nonproliferazzjoni ta' armi nukleari, u għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika f'oqsma bħall-enerġija, l-ambjent, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tar-riżorsi naturali u t-trasport, b'mod partikolari t-trasport marittimu u bl-ajru;

3.  Jilqa' l-kooperazzjoni fir-rabtiet interpersonali, fis-soċjetà tal-informazzjoni, fl-oqsma awdjoviżivi u tal-midja, fl-edukazzjoni u l-iskambji kulturali, fl-impjiegi u l-affarijiet soċjali, fis-saħħa u fl-istatistika li se jgħinu biex jiġi evalwat il-progress tal-ftehim;

4.  Iqis li l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, il-ftehim qafas, huwa politikament assoċjat mill-qrib u jikkomplementa l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment; ifakkar li l-Artikolu 44 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni jippermetti li l-ftehimiet ma jiġux eżegwiti f'każijiet ta' ksur sistematiku u serju ta' elementi essenzjali, inklużi l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

5.   Jilqa' l-fatt li, fil-21 ta' Ġunju 2017, Singapore ffirma l-Ftehim Multilaterali tal-Awtorità Kompetenti Multilaterali (MCAA) għall-implimentazzjoni tal-istandard globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għal finijiet ta' taxxa, u n-notifika tiegħu lill-OECD fit-30 ta' Ġunju 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li jattiva skambji awtomatiċi skont dak il-ftehim mal-Istati Membri kollha tal-UE peress li ma kien hemm l-ebda ftehim bilaterali fis-seħħ dwar l-istess għan; iħeġġeġ lill-Partijiet jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa fil-FSK;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

6.  Jafferma mill-ġdid l-impenn u l-involviment meħtieġa fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u tal-ħidma flimkien f'dan ir-rigward; ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem huma fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi; jistieden lill-awtoritajiet ta' Singapore jiżguraw, f'kull ċirkostanza, ir-rispett tad-dritt internazzjonali, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, f'konformità mal-Karta tan-NU u mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jqis li l-UE għandha tkompli tipprovdi appoġġ lil Singapore għall-inklużjoni soċjali, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u għall-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tar-riforma ġudizzjarja; jilqa' d-dibattitu pubbliku miftuħ dwar ir-reviżjoni tal-liġi li mhijiex infurzata dwar il-kastig ta' relazzjoni kunsenswali bejn persuni tal-istess sess, u jistieden lill-Gvern ta' Singapore jħares bis-sħiħ id-drittijiet tal-komunità LGBTI; jinsisti li l-Gvern ta' Singapore jabolixxi l-liġijiet li jippenalizzaw ir-relazzjonijiet sesswali bejn persuni tal-istess ġeneru; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa, u jħeġġeġ lill-Gvern ta' Singapore jiffaċilita l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali;

7.  Jappella lill-UE tidħol fi djalogu mal-Gvern ta' Singapore bil-għan li jiġi introdott moratorju immedjat fuq il-piena kapitali bħala pass lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

8.   Jistieden lill-Gvern ta' Singapore jħares il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda, peress li dawn huma elementi fundamentali ta' demokrazija li tiffunzjona sew;

9.  Jistieden lill-UE tinvolvi ruħha fi djalogu mal-awtoritajiet ta' Singapore bil-għan li tiġi ffaċilitata r-ratifika min-naħa ta' dan il-pajjiż tal-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; jirrikonoxxi li Singapore għadu ma rratifikax il-konvenzjonijiet dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u dwar id-Diskriminazzjoni, u ddenunzja l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat; jistenna li Singapore jkompli jinvolvi ruħu mal-ILO bil-għan li jagħmel progress lejn allinjament sħiħ mal-kontenut ta' dawn il-konvenzjonijiet, u fl-aħħar mill-aħħar biex iwettaq ir-ratifika tagħhom;

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u Singapore

10.  Jenfasizza li l-konklużjoni tal-FSK jipprovdi impetu qawwi għal involviment akbar bejn l-UE, Singapore u r-reġjun tax-Xlokk tal-Asja b'mod ġenerali;

11.   Jenfasizza l-valur politiku ta' relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment b'saħħithom bejn Singapore u l-UE;

12.   Jissottolinja l-esperjenza partikolari tal-UE fil-bini tal-istituzzjonijiet, fis-suq uniku, fil-konverġenza regolatorja, fil-ġestjoni tal-kriżijiet, fl-assistenza umanitarja u l-għajnuna f'każ ta' diżastru, u fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza li l-UE għandha tintensifika d-djalogi politiċi u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet bħad-drittijiet fundamentali u kwistjonijiet ta' tħassib komuni, inkluż l-istat tad-dritt u s-sigurtà u l-protezzjoni tal-libertà ta' espressjoni;

13.  Jilqa' l-fatt li l-FSK jappoġġa l-iskambji interpersonali, bħall-mobbiltà akkademika fl-ambitu tal-Programm Erasmus Mundus, u jiffaċilita l-iżvilupp ulterjuri ta' skambji kulturali sabiex jiżdiedu l-fehim u l-għarfien reċiproku tal-kulturi rispettivi;

14.   Jissottolinja r-rwol tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa (ASEF) ibbażata f'Singapore, bħala l-istrument ewlieni għall-iskambji kulturali bejn l-Asja u l-Ewropa; jilqa' r-rwol tagħha fl-inklużjoni tat-tħassib tas-soċjetà ċivili bħala komponent vitali għad-deliberazzjonijiet fl-ASEM;

15.  Jenfasizza li ċ-Ċentru tal-Unjoni Ewropea f'Singapore, li ġie stabbilit fl-2009 bi sħubija mal-Università Nazzjonali ta' Singapore u l-Università Teknoloġika ta' Nanyang, jippromwovi l-għarfien u l-fehim tal-UE u l-politiki tagħha u huwa parti min-netwerk globali ta' Ċentri ta' Eċċellenza tal-UE;

16.  Iħeġġeġ lir-riċerkaturi Singaporjani jwettqu riċerka u proġetti ta' innovazzjoni b'mod konġunt mal-entitajiet tal-UE fl-ambitu tal-inizjattivi ta' riċerka tal-UE bħall-programm Orizzont 2020, u jindirizzaw sfidi globali komuni relatati mat-tibdil fil-klima, l-ambjent, il-bijoteknoloġija, is-saħħa, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-enerġija, ir-riżorsi naturali u s-sikurezza alimentari;

Kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali

17.   Iqis li Singapore huwa sieħeb ewlieni fir-reazzjoni għad-diżastri umanitarji fix-Xlokk tal-Asja, kif ukoll attur importanti għall-istabbiltà politika fir-reġjun kollu;

18.  Jinsab imħasseb dwar it-tibdil fil-klima li se jkollu impatt kbir fuq Singapore u fuq ir-reġjun ASEAN; jilqa' l-kontribut pożittiv ta' Singapore lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jilqa' r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi minn Singapore fil-21 ta' Settembru 2016, u jistenna li Singapore jilħaq il-miri ppjanati ta' tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030; għandu l-ħsieb li jaħdem flimkien ma' Singapore u mal-ASEAN biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata assistenza lil Singapore u lill-bqija tal-pajjiżi tal-ASEAN sabiex jissaħħu l-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità, b'mod partikolari tal-iskolli tal-qroll, u r-riabilitazzjoni sistematika tal-ekosistemi tal-foresti; jilqa' r-rwol ta' Singapore dwar il-kwistjoni reġjonali tat-tnaqqis tad-deforestazzjoni; iħeġġeġ aktar kooperazzjoni bejn l-UE u Singapore biex jitrażżnu b'mod effikaċi n-nirien fil-foresti u biex jiġu adottati teknoloġiji li huma aktar ekoloġiċi għat-trasport u l-bini;

19.   Jemmen li jista' jkun hemm skop, interess u ħtieġa għall-UE u għall-ASEAN li jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw strateġija konġunta fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari;

20.   Jilqa' l-ħolqien tal-Forum Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ UE-ASEAN, li se jippermetti lill-mexxejja żgħażagħ mill-UE u mill-pajjiżi tal-ASEAN jiskambjaw ideat u jibnu relazzjonijiet sabiex jappoġġaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN;

21.   Jisħaq fuq il-fatt li l-FSK se jagħti lill-UE l-opportunità li tikkonsolida l-kontribut tagħha fl-implimentazzjoni tal-objettivi komuni fiż-żona Indo-Paċifika; jappella għal sforzi konġunti msaħħa għal reġjun Indo-Paċifiku liberu u miftuħ;

22.   Jappella għal kooperazzjoni ma' Singapore fl-insegwiment ta' interessi komuni relatati mal-implimentazzjoni tal-politiki ta' konnettività tal-ASEAN u tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' kollaborazzjoni dwar l-Inizjattiva One Belt One Road sabiex issir ħidma lejn l-implimentazzjoni tal-miri u l-kriterji ta' konnettività li ġew maqbula matul is-Summit li sar dan l-aħħar bejn l-UE u ċ-Ċina; itenni l-ħtieġa li tiġi promossa l-governanza multilaterali;

23.  Jenfasizza li Singapore huwa favur il-multilateraliżmu reġjonali fix-Xlokk tal-Asja; jieħu nota tar-rwol ta' Singapore fid-diplomazija interreġjonali u d-djalogi ekonomiċi u istituzzjonali bejn l-UE u l-ASEAN, u jissottolinja l-appoġġ ta' Singapore għall-integrazzjoni reġjonali fix-Xlokk tal-Asja;

24.   Jinnota li Singapore jinsab f'pożizzjoni strateġika; jieħu nota tal-kontribut ta' Singapore lejn is-sigurtà reġjonali u globali; jilqa' s-Summit annwali dwar is-Sigurtà tal-Asja, magħruf ukoll bħala d-Djalogu ta' Shangri-La, li ilu jsir fil-Lukanda ta' Shangri-La f'Singapore mill-2002;

25.   Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-tensjonijiet dejjem jikbru fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jistieden lill-ASEAN tħaffef il-konsultazzjonijiet dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim u l-kontroversji f'din iż-żona u lill-UE biex tappoġġa dan il-proċess; jinsisti li l-kwistjoni għandha tiġi solvuta skont id-dritt internazzjonali abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); jinsab kuntent li Singapore, pajjiż mhux rikorrent, ħeġġeġ lill-partijiet jiġġestixxu d-differenzi b'mod paċifiku u skont id-dritt internazzjonali, inkluża l-UNCLOS;

26.  Jappella, flimkien ma' Singapore, għal-libertà ta' navigazzjoni u ta' titjiriet fiż-żona, u jenfasizza li l-UE għandha interess qawwi li tippromwovi l-istabbiltà fix-Xlokk tal-Asja; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Forum Reġjonali tal-ASEAN u tas-Summit tal-Asja tal-Lvant fil-promozzjoni ta' djalogi dwar is-sigurtà bejn is-setgħat reġjonali u extra-reġjonali taċ-Ċina u tal-Istati Uniti;

27.  Jilqa' l-Programm ta' Kapaċità Ċibernetika tal-ASEAN varat fl-inizjattiva ta' Singapore, li għandu l-għan li jassisti lin-nazzjonijiet tal-ASEAN biex jidentifikaw theddidiet ċibernetiċi u jirrispondu għalihom; jifhem li l-ASEAN ma għandha l-ebda normi reċiproċi għall-protezzjoni ċibernetika, li jista' jimpedixxi l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika fir-reġjun; jappella lill-UE tikkondividi l-esperjenzi tagħha dwar kif tindirizza theddidiet ċibernetiċi u ibridi u tappoġġa l-bini ta' kapaċità tal-ASEAN f'dan il-qasam;

28.  Ifaħħar lil Singapore għall-iskjerament ta' truppi u materjal tiegħu biex jappoġġa l-koalizzjoni multinazzjonali fl-Iraq mill-2003 sal-2008 u l-kontribut sussegwenti tiegħu għall-operazzjonijiet kontra l-ISIS fl-Iraq u s-Sirja;

29.  Jirrikonoxxi li Singapore huwa lest li jospita u jiżvolġi r-rwol tiegħu bħala ospitant ta' laqgħat ta' summits organizzati biex jippromwovu l-paċi u l-bini ta' fiduċja fl-Asja u lil hinn minnha;

Qafas istituzzjonali fl-ambitu tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni

30.  Jilqa' l-istabbiliment, fl-ambitu tal-FSK, ta' Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti miż-żewġ naħat f'livell għoli xieraq, biex jiżgura l-funzjonament korrett u l-implimentazzjoni korretta tal-ftehim, jistabbilixxi prijoritajiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġu promossi l-objettivi tal-ftehim;

31.   Jappella sabiex ikun hemm skambji regolari bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Parlament, b'mod li dan tal-aħħar ikun jista' jsegwi l-implimentazzjoni tal-FSK u l-kisba tal-objettivi tiegħu;

°

°  °

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament ta' Singapore.

(1)

ĠU L 144, 10.6.1980, p. 2.

(2)

ĠU C 346, 27.9.2018, p. 44.

(3)

ĠU C 482, 23.12.2016, p. 75.

(4)

Testi adottati, P8_TA(0000)0000.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika ta’ Singapore

Referenzi

2018/0403M(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

8.11.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.1.2019

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

21.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Antonio López-Istúriz White

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Klaus Buchner, James Carver, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Doru-Claudian Frunzulică, Elisabetta Gardini, Rebecca Harms, Patricia Lalonde, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Axel Voss, Martina Werner

Data tat-tressiq

24.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

49

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Ilhan Kyuchyuk, Patricia Lalonde, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

ECR

Amjad Bashir, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden

PPE

Asim Ademov, Michèle Alliot-Marie, Arnaud Danjean, Norbert Erdős, Michael Gahler, Elisabetta Gardini, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Ramona Nicole Mănescu, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Dubravka Šuica, László Tőkés, Axel Voss, Željana Zovko

S&D

Francisco Assis, Goffredo Maria Bettini, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Wajid Khan, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Martina Werner, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Rebecca Harms, Barbara Lochbihler, Alyn Smith, Jordi Solé, Bodil Valero

2

-

NI

Georgios Epitideios, Dobromir Sośnierz

6

0

EFDD

James Carver, Aymeric Chauprade

ENF

Mario Borghezio

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Marie-Christine Vergiat

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2019Avviż legali