Proċedura : 2018/0267(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0030/2019

Testi mressqa :

A8-0030/2019

Dibattiti :

PV 11/02/2019 - 15
CRE 11/02/2019 - 15

Votazzjonijiet :

PV 12/02/2019 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0063

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 211kWORD 65k
28.1.2019
PE 629.693v01-00 A8-0030/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018-2024)

(10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: João Ferreira

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018-2024)

(10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10858/2018),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10856/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0387/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta'... dwar l-abbozz ta' deċiżjoni(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0030/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.

(1)

Testi Adottati ta' din id-data, P8_TA(0000)0000.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kosta tal-Avorju hija pajjiż b'aktar minn 20 miljun abitant u ta' aktar minn 60 grupp etniku. Dan l-aħħar, dan il-pajjiż għadda minn gwerra ċivili turbolenti, li ggravat l-inugwaljanza soċjali terribbli tiegħu. L-indiċi tal-iżvilupp u indikaturi soċjali oħra tiegħu jagħtu stampa allarmanti – pereżempju, għandu waħda mill-ogħla rati ta' mortalità tat-trabi fid-dinja (85 mewta minn kull elf twelid), aktar minn 50 % tan-nies tiegħu huma illitterati u kważi 90 % tal-impjiegi huma informali.

Għalkemm is-settur tiegħu tas-sajd huwa importanti bħala riżorsa tal-ikel u għas-soċjetà kollha kemm hi, huwa jikkontribwixxi ftit għall-ekonomija u jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-PDG. Il-Kosta tal-Avorju tiddependi fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd biex titma' l-popolazzjoni tagħha. Fil-fatt, anki jekk il-qabdiet li jsiru mill-flotta lokali jerġgħu jirpiljaw, il-livelli ta' qbid tagħha xorta ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħut tal-pajjiż.

Is-sajd artiġjanali, kostali u intern jammonta għal żewġ terzi tal-qbid. Il-flotot lokali jikkonsistu l-aktar f'kenuri b'tul ta' bejn 6 u 20 metru. Fl-2014, ġew irreġistrati 13 000. Għalhekk l-industrija tas-sajd tal-pajjiż, b'mod partikolari s-sajd fuq skala żgħira, teħtieġ appoġġ strutturali biex tkun tista' tikkontribwixxi b'mod aktar effettiv għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp nazzjonali u tal-ikel.

L-ewwel Ftehim tas-Sajd konkluż bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea jmur lura għall-1990. Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd li huwa fis-seħħ bħalissa ġie konkluż fl-2007 għal 6 snin u jiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta' 6 snin. Dan huwa ftehim dwar it-tonn li jippermetti lill-bastimenti tal-UE jistadu fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju u li jagħmel parti mill-ftehimiet dwar is-sajd tat-tonn fl-Afrika tal-Punent.

Il-Protokoll preċedenti ta' 5 snin li skada fit-30 ta' Ġunju 2018 kien qed jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għal Bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju lil 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun (16 għal Spanja u 12 għal Franza) u lil 10 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (7 għal Spanja u 3 għall-Portugall). Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali kienet ta' EUR 680 000/sena, inkluż EUR 257 500/sena (37,8 % tat-total) għall-appoġġ tas-settur tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.

Matul it-tieni fażi tan-negozjati tagħhom, li saret bejn it-13 u s-16 ta' Marzu 2018, l-UE u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju kkonkludew negozjati għal protokoll ġdid ta' 6 snin (2018-2024) mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data tal-iffirmar tiegħu.

Dan il-Protokoll il-ġdid iqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex ante u ex post tal-Protokoll preċedenti (2013-2018). L-evalwazzjoni kkonkludiet li s-settur tas-sajd tat-tonn tal-UE huwa interessat ferm fis-sajd fil-Kosta tal-Avorju, u li tiġdid tal-Protokoll jgħin biex isaħħaħ il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza, u jikkontribwixxi għat-titjib fil-governanza tas-sajd fir-reġjun. L-importanza ta' Abidjan, bħala wieħed mill-portijiet ewlenin tal-ħatt l-art u wieħed mill-postijiet ewlenin għall-ipproċessar fl-Afrika tal-Punent, tikkontribwixxi għar-relevanza tal-Protokoll il-ġdid previst, kemm għas-settur tas-sajd tat-tonn tal-UE kif ukoll għall-pajjiż sieħeb.

Kif kien il-każ għal protokolli preċedenti, l-għan ewlieni tal-Protokoll il-ġdid huwa li jipprovdi opportunitajiet ta' sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju, abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). Il-Protokoll il-ġdid se jippermetti wkoll lill-UE u lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju jikkollaboraw aktar mill-qrib biex jippromwovu l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju u biex jappoġġaw l-isforzi tal-Kosta tal-Avorju ħalli tiġi żviluppata l-ekonomija blu tagħha, fl-interessi taż-żewġ Partijiet.

Il-Protokoll il-ġdid jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għal Bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju lil 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer u lil 8 bastimenti tas-sajd bil-konz fil-wiċċ.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali hija ta' EUR 682 000, abbażi ta':

(a)  tunnellaġġ ta' referenza ta' 5 500 tunnellata, li għalih ġie stabbilit ammont annwali marbut mal-aċċess ta' EUR 330 000 għall-ewwel sentejn tal-applikazzjoni tal-Protokoll u ta' EUR 275 000 għas-snin li jkun fadal (mit-tielet sas-sitt sena);

(b)  appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju li jammonta għal EUR 352 000 fis-sena għall-ewwel sentejn tal-applikazzjoni tal-Protokoll u EUR 407 000 għas-snin li jkun fadal (mit-tielet sas-sitt sena). Dan l-appoġġ jissodisfa l-objettivi tal-politika nazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd intern u marittimu tal-Kosta tal-Avorju.

Tabella komparattiva tal-Protokolli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosta tal-Avorju 2013-2018 u 2018-2024

 

Protokoll 2013-2018

Protokoll 2018-2024

 

Kumpens finanzjarju

EUR 680 000 fis-sena

EUR 682 000 fis-sena

 

Tunnellaġġ ta' referenza

6500 tunnellata fis-sena

5500 tunnellata fis-sena

 

Kategoriji ta' bastimenti

28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer;

10 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer;

8 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

 

Punt li r-rapporteur jixtieq jenfasizza huwa li l-kontribuzzjonijiet maħsuba biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju jvarjaw bejn 51,6 % u 59,7 % tat-total li għandu jiġi trasferit, li, f'termini ta' perċentwali, jammontaw għal kontribut kbir u li qed jikber meta mqabbel mal-protokoll preċedenti. L-appoġġ għall-iżvilupp settorjali huwa l-kontribuzzjoni reali għas-sostenibbiltà ta' pajjiż sieħeb peress li dan jgħin biex isaħħaħ l-indipendenza operattiva tal-pajjiż, jirfed l-istrateġija ta' żvilupp tiegħu, u jiggarantixxi s-sovranità tiegħu. Dan l-approċċ huwa l-kontra tal-pożizzjoni neokolonjali li timxi skont il-motto "wieħed iħallas sabiex jinqeda" – li b'dan il-mod ir-riżorsi u l-komunitajiet jiġu sfruttati sal-limitu tagħhom – pożizzjoni li spiss tiddetermina r-realtà tas-sħubijiet li jiġu konklużi ma' pajjiżi li mhumiex membri.

Meta tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha dejjem iżżomm f'moħħha li r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju qed issegwi politika strateġika definita b'mod ċar bil-għan li żżid il-kapaċità tagħha ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-istokkijiet tal-ħut tagħha u tas-sajd li jsir fl-ilmijiet tagħha, b'enfasi partikolari fuq miżuri għall-ġlieda kontra s-sajd IUU, għat-titjib tal-għarfien xjentifiku disponibbli dwar l-ekosistemi tal-baħar lokali u l-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tagħhom, u għall-iżvilupp ta' sajd mhux industrijali bbażat lokalment u l-komunitajiet li jiddependu minnhom sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ekonomija lokali, jitjiebu s-sikurezza abbord u d-dħul tas-sajjieda, u jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' faċilitajiet lokali għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut, kemm għall-provvista tas-suq domestiku kif ukoll għall-esportazzjoni.

Ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament japprova l-iffirmar ta' dan il-protokoll peress li dan huwa ftehim importanti kemm għall-Kosta tal-Avorju kif ukoll għall-flotot tal-UE li joperaw fl-ibħra ta' dan il-pajjiż.

Madankollu, ir-rapporteur hu tal-fehma li huma meħtieġa evalwazzjoni u studju aktar dettaljati dwar dan il-ftehim, l-isfond tiegħu u l-perspettivi tiegħu għall-ġejjieni. Filwaqt li jitqiesu r-rwol u l-kompiti tal-Parlament f'dan il-qasam, ir-rapporteur iqis li huwa xieraq u meħtieġ li tiġi adottata riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar dan il-ftehim, li tispjega l-kunsiderazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li, huwa ttamat, se jitqiesu mill-Kummissjoni għall-perjodu sħiħ tal-Protokoll u fi kwalunkwe negozjati relatati li jistgħu jsiru fil-ġejjieni.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza ċerti aspetti li jeħtieġu attenzjoni partikolari.

Għalkemm l-ewwel Ftehim dwar is-Sajd bejn l-UE u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju ġie ffirmat 28 sena ilu, hija ħasra li mhumiex ħafna r-riżultati miksuba sa llum fil-qasam tal-kooperazzjoni settorjali. Dan irid jinbidel. Il-Ftehim irid jippromwovi żvilupp sostenibbli ġenwin fis-settur tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u fl-industriji u l-attivitajiet relatati, billi jiżdied il-valur miżjud li jibqa' fil-pajjiż minħabba l-isfruttament tar-riżorsi naturali tiegħu.

Hija meħtieġa koordinazzjoni aħjar bejn l-appoġġ settorjali previst fil-Ftehim dwar is-Sajd u l-istrumenti disponibbli bħala parti mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), jew permezz ta' programmar nazzjonali rilevanti jew inkella permezz ta' programmar reġjonali għar-reġjun tal-Afrika tal-Punent.

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa – inkluża r-reviżjoni possibbli u żieda fil-parti tal-ftehim relatata mal-appoġġ settorjali, flimkien mas-sejba ta' metodi ġodda u aħjar għaż-żieda tar-rata ta' assorbiment ta' dan l-appoġġ – sabiex titreġġa' lura x-xejra nnotata f'dawn l-aħħar deċennji.

Bħalma huwa l-każ għal pajjiżi oħra fir-reġjun, hemm ħtieġa ta' aktar data, u ta' data aktar affidabbli, dwar il-qabdiet u b'mod ġenerali dwar l-istat ta' konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, flimkien ma' appoġġ għall-Kosta tal-Avorju biex tiżviluppa l-kapaċitajiet tagħha stess ħalli tikseb tali data.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jenfasizza li l-Parlament jeħtieġ, f'kull stadju, jiġi infurmat bis-sħiħ u mingħajr dewmien dwar il-proċeduri relatati mal-Protokoll jew it-tiġdid tiegħu. Kull sena, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-programm settorjali pluriennali msemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll, u dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar tal-qabdiet;


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.12.2018)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018-2024)

(COM(2018)503 – C8-0387/2018 – 2018/0267(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Heidi Hautala

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Abbażi tad-Direttivi tan-negozjati rilevanti, il-Kummissjoni nnegozjat mal-Gvern tal-Kosta tal-Avorju bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fis-16 ta' Marzu 2018. Il-Protokoll ikopri perjodu ta' sitt snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data li fiha jkun iffirmat, kif huwa indikat fl-Artikolu 13.

L-aħħar Protokoll tal-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013 u skada fit-30 ta' Ġunju 2018.

Il-Protokoll il-ġdid għandu l-għan ewlieni li lill-bastimenti tal-Unjoni jagħtihom opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju, skont l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u filwaqt li jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). Dan il-Protokoll il-ġdid jikkunsidra r-riżultati ta' evalwazzjoni tal-aħħar Protokoll (2013-2018) u ta' valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. It-tnejn li huma twettqu minn esperti esterni. Il-Protokoll se jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju jikkollaboraw aktar mill-qrib biex jippromwovu l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju u jappoġġja l-isforzi tal-Kosta tal-Avorju biex tiżviluppa l-ekonomija blu tagħha, fl-interess taż-żewġ Partijiet.

Il-Protokoll il-ġdid għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta' EUR 682 000, abbażi ta':

•  tunnellaġġ ta' referenza ta' 5 500 tunnellata, li għalih ġie stabbilit ammont marbut mal-aċċess ta' EUR 330 000 għall-ewwel sentejn tal-applikazzjoni tal-Protokoll u EUR 275 000 għas-snin li jkun fadal (mit-tielet sas-sitt sena);

•  appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju li jammonta għal EUR 352 000 kull sena għall-ewwel sentejn tal-applikazzjoni tal-Protokoll u EUR 407 000 għas-snin li jkun fadal (mit-tielet sas-sitt sena). Dan l-appoġġ jissodisfa l-objettivi tal-politika nazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd intern u marittimu tal-Kosta tal-Avorju.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018-2024).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea hija mħeġġa żżomm enfasi - fi djalogu mal-awtoritajiet lokali - biex jiġi żgurat li b'mod partikolari n-nisa li jipproċessaw il-ħut f'livell lokali jibbenefikaw mill-ftehim, ikunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom u jagħtu kontribut sħiħ għas-sigurtà u l-iżvilupp tal-ikel lokali. 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018–2024)

Referenzi

10858/2018 – C8-0387/2018 – COM(2018)05032018/0267(NLE)

Kumitat responsabbli

 

PECH

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Heidi Hautala

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

5.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Karine Gloanec Maurin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Claudia Schmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Jean Arthuis

ENF

André Elissen

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Liadh Ní Riada

PPE

Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Pina Picierno, Manuel dos Santos, Daniele Viotti

VERTS/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

1

-

ALDE

Nedzhmi Ali

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (18.12.2018)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018-2024)

(10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Eleni Theocharous

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Dan il-Protokoll bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jikkonforma mar-regolament il-ġdid dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), li jpoġġi enfasi b'mod partikolari fuq is-sajd sostenibbli u l-governanza tajba, filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza ta' koerenza ta' politiki bejn il-PKS u l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE.

Il-Protokoll ikopri perjodu ta' sitt snin u b'hekk joffri ċerta stabbiltà.

L-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE, skont il-Kummissjoni, jirrispettaw l-aħjar opinjonijiet xjentifiċi disponibbli kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-"kwantità żejda disponibbli".

Il-Protokoll il-ġdid jistabbilixxi tunnellaġġ ta' referenza ta' 5 500 tunnellata fis-sena, li huwa aktar baxx minn dak taħt il-protokoll preċedenti (6 500 tunnellata fis-sena). Il-livell ta' qbid huwa għaldaqstant ikkontrollat, iżda xorta jippermetti kopertura komplementari taż-żoni tas-sajd għall-bastimenti Ewropej permezz tal-ftehimiet tas-sajd konklużi mill-UE ma' bosta pajjiżi oħra tal-Afrika tal-Punent, li jippermettilu jiġi inkluż f' "netwerk reġjonali ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd attivi".

Il-kontribuzzjoni finanzjarja previst f'dan il-protokoll jammonta għal EUR 682 000 fis-sena - żieda żgħira mill-protokoll preċedenti. Għall-ewwel sentejn, dan it-total se jkun maqsum f'ammonti annwali ta' EUR 330 000 għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u EUR  352 000 għall-fini speċifiku tal-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju. Għall-bqija tal-perjodu, id-diviżjoni ser tkun ta' EUR 275 000 u ta' EUR 407 000 rispettivament. Dan jammonta għal żieda sinifikanti u milqugħa tajjeb fil-baġit settorjali, filwaqt li jippromwovi sajd responsabbli u sfruttament sostenibbli tas-sajd, u jimmira b'mod partikolari li jtejjeb il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza, jappoġġa s-sajd fuq skala żgħira, itejjeb l-għarfien xjentifiku tal-istokkijiet tal-ħut, jappoġġa l-ekonomija blu u jiżviluppa l-akkwakultura.

Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-protokoll se jippromwovi l-isfruttament responsabbli u sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju fl-interess taż-żewġ Partijiet u għalhekk huwa konsistenti mal-objettivi tal-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur tipproponi li l-protokoll jiġi approvat.

******

Il-Kumitat dwar l-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018–2024).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018–2024)

Referenzi

10858/2018 – C8-0387/2018 – COM(2018)05032018/0267(NLE)

Kumitat responsabbli

 

PECH

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eleni Theocharous

19.9.2018

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Jean-Luc Schaffhauser, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Urbán Crespo

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

Mirja Vehkaperä

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

PPE

Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Bogusław Sonik

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein

VERTS/ALE

Maria Heubuch

1

-

PPE

Joachim Zeller

1

0

GUE/NGL

Miguel Urbán Crespo

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018–2024)

Referenzi

10858/2018 – C8-0387/2018 – COM(2018)05032018/0267(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

2.8.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

10.9.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.9.2018

BUDG

10.9.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

João Ferreira

16.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

27.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Ian Hudghton, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Verónica Lope Fontagné, Nosheena Mobarik, Maria Lidia Senra Rodríguez

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tim Aker, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jo Leinen

Data tat-tressiq

28.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, Nosheena Mobarik, Ruža Tomašić

EFDD

Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Alain Cadec, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Norbert Erdős, Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Jo Leinen, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

3

-

EFDD

Tim Aker, David Coburn

GUE/NGL

Maria Lidia Senra Rodríguez

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali