Proċedura : 2017/0288(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0032/2019

Testi mressqa :

A8-0032/2019

Dibattiti :

PV 13/02/2019 - 25
CRE 13/02/2019 - 25

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0125

RAPPORT     ***I
PDF 304kWORD 115k
28.1.2019
PE 623.746v02-00 A8-0032/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank

(COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Roberts Zīle

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank

(COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0647),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0396/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018(1),

–  wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0032/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 uriet li l-operaturi fis-swieq nazzjonali qed iħabbtu wiċċhom ma' ostakli biex jiżviluppaw it-trasport interurban tal-kowċ. Barra minn hekk, is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ma mxewx paripassu mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini li dejjem qed jevolvu, fejn jidħlu d-disponibbiltà u l-kwalità, u l-modi tat-trasport sostenibbli għad għandhom sehem modali żgħir. Minħabba f'hekk, ċerti gruppi ta' ċittadini qed ikunu żvantaġġati fejn tidħol id-disponibbiltà tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, filwaqt li qed jiġru aktar inċidenti tat-traffiku u qed jiżdiedu l-emissjonijiet u l-konġestjonijiet għax qed jiżdiedu l-karozzi fit-toroq.

(1)  L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 uriet li xi operaturi fis-swieq nazzjonali qed iħabbtu wiċċhom ma' ostakli mhux iġġustifikati biex jiżviluppaw it-trasport interurban tal-kowċ għall-benefiċċju tal-passiġġieri. Barra minn hekk, is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ma mxewx paripassu mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini li dejjem qed jevolvu, fejn jidħlu d-disponibbiltà u l-kwalità, u l-modi tat-trasport sostenibbli għad għandhom sehem modali żgħir. Minħabba f'hekk, ċerti gruppi ta' ċittadini qed ikunu żvantaġġati fejn tidħol id-disponibbiltà tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, filwaqt li qed jiġru aktar inċidenti tat-traffiku u qed jiżdiedu l-emissjonijiet, il-konġestjonijiet u ż-żieda fl-ispejjeż tal-infrastruttura għax qed jiżdiedu l-karozzi fit-toroq.

__________________

__________________

17 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

17 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Biex ikun żgurat qafas koerenti għat-trasport interurban tal-passiġġieri b'servizz regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank madwar l-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ japplika għal kull trasport interurban li jsir bis-servizzi regolari. Għalhekk jenħtieġ jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)  Biex ikun żgurat qafas koerenti għat-trasport interurban tal-passiġġieri b'servizz regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank madwar l-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ japplika għal kull trasport interurban li jsir bis-servizzi regolari. Għalhekk jenħtieġ jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, iżda jenħtieġ li ma jiġix applikat għaċ-ċentri urbani jew suburbani jew konurbazzjonijiet, u jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'kull Stat Membru jenħtieġ jinħatar korp regolatorju indipendenti u imparzjali biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp jista' jkun responsabbli wkoll għal setturi regolati oħrajn fosthom is-settur ferrovjarju, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni.

(3)  Kull Stat Membru jenħtieġ jaħtar korp regolatorju indipendenti u imparzjali, bil-kompitu li joħroġ opinjonijiet vinkolanti, biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp jista' jkun responsabbli wkoll għal setturi regolati oħrajn fosthom is-settur ferrovjarju, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku. Għaldaqstant, il-korp regolatorju jenħtieġ ikun jista' jwettaq analiżi ekonomika oġġettiva biex jiżgura li dan ikun il-każ.

(4)  Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti tas-servizz pubbliku eżistenti jew mogħtija, f'konformità mar-Regolament 1370/2007. Għaldaqstant, il-korp regolatorju jenħtieġ ikun jista' jwettaq analiżi ekonomika oġġettiva u jenħtieġ li jkollu l-awtorità, fejn xieraq, li jipproponi l-miżuri neċessarji biex jiżgura li dan ikun il-każ. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali ta' servizz regolari ma jikkompetux mal-fornituri tat-trasport li jkunu ngħataw drittijiet esklużivi biex jipprovdu ċerti servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Is-servizzi regolari fil-forma ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ jenħtieġ ikunu bil-kundizzjoni li tkun inkisbet liċenzja tal-Komunità. Jenħtieġ jiġu ċċarati r-regoli dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-Komunità ħalli l-awtoritajiet tal-infurzar isibuha faċli jwettqu kontrolli effettivi ta' dawk is-servizzi.

(5)  Is-servizzi regolari fil-forma ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ jenħtieġ ikunu bil-kundizzjoni li tkun inkisbet liċenzja tal-Komunità, u jenħtieġ li jintuża takografu intelliġenti f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill. Jenħtieġ jiġu ċċarati r-regoli dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-Komunità ħalli l-awtoritajiet tal-infurzar isibuha faċli jwettqu kontrolli effettivi ta' dawk is-servizzi u jenħtieġ li jiġi żviluppat il-modulu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) biex jintbagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar u l-applikazzjonijiet elettroniċi, biex b'hekk l-ispetturi li jkunu qed iwettqu l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ikun jista' jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għad-data u l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) u fis-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern, u dan bil-għan li jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali jiġu tassew imħallsa għax-xufiera tax-xarabank stazzjonati.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-operaturi tas-servizzi regolari jenħtieġ jingħataw drittijiet tal-aċċess għal vendi fl-Unjoni b'mod ġust, ekwu, mhux diskriminatorju u trasparenti ħalli tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. L-appelli kontra xi deċiżjonijiet li jirrifjutaw jew jillimitaw l-aċċess jenħtieġ jitressqu quddiem il-korp regolatorju.

(6)  L-operaturi tas-servizzi regolari jenħtieġ jingħataw drittijiet tal-aċċess għal vendi fl-Unjoni b'mod ġust, ekwu, mhux diskriminatorju u trasparenti ħalli tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. It-tħaddim ta' venda għandu jkun approvat minn awtorità nazzjonali, li għandha tivverifika liema rekwiżiti huma meħtieġa u liema għandhom jiġu ssodisfati. L-appelli kontra xi deċiżjonijiet li jirrifjutaw jew jillimitaw l-aċċess jenħtieġ jitressqu quddiem il-korp regolatorju. L-Istati Membri jistgħu jeskludu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Għas-servizzi regolari nazzjonali kif ukoll internazzjonali, l-awtorizzazzjoni jenħtieġ tkun soġġetta għal proċedura tal-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni jenħtieġ tingħata, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal rifjut marbuta mal-applikant, jew sakemm is-servizz ma jkunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Jenħtieġ jiddaħħal limitu tad-distanza biex ikun żgurat li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku. Jekk xi rotot ikunu diġà moqdija b'aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed, jenħtieġ ikun possibbli li dan il-limitu jiżdied.

(8)  Għas-servizzi regolari nazzjonali kif ukoll internazzjonali, l-awtorizzazzjoni jenħtieġ tkun soġġetta għal proċedura tal-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni jenħtieġ tingħata, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal rifjut marbuta mal-applikant, jew sakemm is-servizz ma jkunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Jenħtieġ jiddaħħal limitu tad-distanza, determinat mill-Istati Membri, li fl-ebda każ m'għandu jaqbeż distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru, biex ikun żgurat li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  It-trasportaturi mhux residenti jenħtieġ jitħallew joperaw servizzi regolari nazzjonali bl-istess kundizzjonijiet bħat-trasportaturi residenti.

(9)  It-trasportaturi mhux residenti jenħtieġ jitħallew joperaw servizzi regolari nazzjonali bl-istess kundizzjonijiet bħat-trasportaturi residenti, dment li dawn ikunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-formalitajiet amministrattivi jenħtieġ jitnaqqsu kemm jista' jkun mingħajr ma jkunu abbandunati l-kontrolli u l-penali li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Il-formola tal-vjaġġ toħloq piż amministrattiv bla bżonn u għalhekk jenħtieġ titneħħa.

(10)  Il-formalitajiet amministrattivi jenħtieġ jitnaqqsu meta possibbli mingħajr ma jkunu abbandunati l-kontrolli u l-penali li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-eskursjonijiet lokali huma operazzjoni ta' kabotaġġ awtorizzati u jkopruhom ir-regoli ġenerali dwar il-kabotaġġ. Għalhekk jenħtieġ jitħassar l-Artikolu dwar l-eskursjonijiet lokali.

imħassar

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tingħata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, u biex tissupplimenta dak ir-Regolament b'regoli li jikkonċernaw il-format taċ-ċertifikati għal operazzjonijiet tat-trasport għall-kont proprju, il-format tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet innifishom, il-proċedura u l-kriterji li jridu jitħaddmu biex jinstab jekk is-servizz propost ikunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku, u l-obbligi tar-rappurtar tal-Istati Membri. Hu importanti b'mod partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet18. B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(14)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tingħata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, u biex tissupplimenta dak ir-Regolament b'regoli li jikkonċernaw il-format taċ-ċertifikati għal operazzjonijiet tat-trasport għall-kont proprju, il-format tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet innifishom, il-proċedura u l-kriterji li jridu jitħaddmu biex jinstab jekk is-servizz propost ikunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku, u l-obbligi tar-rappurtar tal-Istati Membri. Hu importanti b'mod partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet18. B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

_________________

_________________

18 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

18 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 1 − paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens minn trasportatur mhux residenti kif previst fil-Kapitolu V.";

4.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali interurbani tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens minn trasportatur mhux residenti kif previst fil-Kapitolu V, u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru  1370/2007.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 1, punt (c)

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  "venda" tfisser faċilità b'superfiċje minima ta' 600 m2, li tipprovdi post ta' parkeġġ għall-kowċijiet u x-xarabank biex irikkbu u jniżżlu l-passiġġieri.

9.  "venda" tfisser faċilità awtorizzata li tipprovdi post ta' parkeġġ għall-kowċijiet u x-xarabank biex iniżżlu jew irikkbu l-passiġġieri.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  "operatur tal-venda" tfisser kull entità responsabbli biex tagħti aċċess għal venda;

10.  "operatur tal-venda" tfisser kull entità fi Stat Membru responsabbli għall-ġestjoni ta' venda, li tissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza professjonali u kapaċità finanzjarja.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  "alternattiva vijabbli" tfisser venda oħra li tkun aċċettabbli ekonomikament għat-trasportatur u li tippermettilu jopera s-servizz tal-passiġġieri kkonċernat.;

11.  "alternattiva vijabbli" tfisser venda oħra li tkun aċċettabbli ekonomikament għat-trasportatur u tipprovdi infrastruttura u konnettività komparabbli mal-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha, tippermetti lill-passiġġieri jkollhom aċċess għal forom oħra ta' trasport u li tippermetti lit-trasportatur jopera s-servizz tal-passiġġieri kkonċernat b'mod simili għall-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a.  "kuntratt għal servizz pubbliku" tfisser att wieħed jew iktar li jorbtu legalment li jikkonfermaw il-ftehim bejn awtorità kompetenti u operatur ta' servizz pubbliku biex jafdaw lil dak l-operatur ta' servizz pubbliku bil-ġestjoni u l-operat ta' servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri soġġetti għall-obbligi ta' servizz pubbliku; skont il-liġi tal-Istat Membru, il-kuntratt jista' jikkonsisti wkoll f'deċiżjoni adottata mill-awtorità kompetenti li tieħu l-forma ta' att leġiżlattiv jew regolatorju individwali, jew li fiha kondizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti nnifisha tipprovdi s-servizzi jew tafda l-forniment ta' dawn is-servizzi lil operatur intern;

Ġustifikazzjoni

Il-kuntratt ta' servizz pubbliku għandu jkun definit skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11b. "rotta alternattiva" tfisser rotta bejn l-istess punt tat-tluq u destinazzjoni meħuda minn servizz regolari eżistenti li tista' tintuża minflok ir-rotta tas-soltu.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar korp regolatorju nazzjonali uniku għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp għandu jkun awtorità imparzjali li, mil-lat organizzattiv, funzjonali, ġerarkiku u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, tkun distinta legalment u indipendenti minn kull entità pubblika jew privata oħra. Dan għandu jkun indipendenti minn kull awtorità kompetenti involuta fl-għoti ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku.

L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandu jaħtar korp regolatorju nazzjonali pubbliku għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp għandu jkun awtorità imparzjali li, mil-lat organizzattiv, funzjonali, ġerarkiku u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, tkun distinta legalment, trasparenti u indipendenti minn kull entità pubblika jew privata oħra. Dan għandu jkun indipendenti minn kull awtorità kompetenti involuta fl-għoti ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp regolatorju jista' jkun responsabbli għal setturi regolati oħra.

Il-korp regolatorju jista' jkun korp eżistenti responsabbli għal servizzi regolati oħra.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-korp regolatorju għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa mil-lat ta' riżorsi umani u riżorsi oħrajn, b'mod li tkun proporzjonata mal-importanza ta' dak is-settur fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  Il-korp regolatorju għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa mil-lat ta' riżorsi umani, finanzjarji u riżorsi oħrajn biex iwettaq dmirijietu, b'mod proporzjonat mal-importanza ta' dak is-settur fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq domestiku għal servizzi regolari ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq, bil-ħsieb li jipprevjeni d-diskriminazzjoni jew l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq, fosthom permezz tas-sottokuntrattar; L-opinjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġbor u jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-vendi; kif ukoll

(b)  jiġbor u jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-vendi bil-għan li jiżgura li l-aċċess għall-vendi għall-operaturi tas-servizzi jkun iggarantit taħt kundizzjonijiet ġusti, ekwi, trasparenti u mhux diskriminatorji;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiddeċiedi dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi.

(c)  jiddeċiedi dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi; kif ukoll

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  joħloq reġistru elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku, li jelenka s-servizzi regolari nazzjonali u internazzjonali awtorizzati kollha.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Waqt il-qadi ta' dmirijietu, il-korp regolatorju jista' jitlob informazzjoni rilevanti mingħand l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tal-vendi, l-applikanti għall-awtorizzazzjoni u xi parti terza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Waqt il-qadi ta' dmirijietu, il-korp regolatorju jista' jitlob informazzjoni rilevanti mingħand awtoritajiet kompetenti oħrajn, l-operaturi tal-vendi, l-applikanti għall-awtorizzazzjoni u xi parti terza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju u mhux itwal minn xahar. F'każijiet ġustifikati, il-korp regolatorju jista' jestendi l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-informazzjoni sa mhux aktar minn ġimagħtejn. Il-bord regolatorju għandu jkun jista' jinforza t-talbiet għall-informazzjoni permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju li m'għandux ikun itwal minn xahar. F'każijiet debitament ġustifikati, il-korp regolatorju jista' jestendi l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-informazzjoni sa mhux aktar minn ġimagħtejn. Il-bord regolatorju għandu jkun jista' jinforza t-talbiet għall-informazzjoni permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja. Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista' jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma' l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja immedjata. Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista' jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma' l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 3a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju għandhom isiru pubbliċi.;

6.  Id-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju għandhom isiru pubbliċi fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni tagħhom;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5a - paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta l-operaturi tal-venda jagħtu aċċess, l-operaturi tax-xarabank u l-kowċ għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tal-venda.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-talbiet għall-aċċess jistgħu jiġu rifjutati biss meta jkun hemm bażi ta' nuqqas ta' kapaċità.

It-talbiet għall-aċċess għall-vendi jistgħu jiġu rifjutati biss meta jkun hemm bażi debitament ġustifikata ta' kunsiderazzjonijiet ta' nuqqas ta' kapaċità, nuqqas ripetut ta' pagament tat-tariffi, ksur serju u ripetut debitament iddokumentat min-naħa tal-operatur tat-trasport bit-triq, jew dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, dment li dawn ikunu applikati b'mod konsistenti u ma jiddiskriminawx la fil-konfront ta' trasporti partikolari li jfittxu aċċess għal venda, u la fil-konfront tal-mudelli ta' negozju assoċjati tagħhom. Jekk talba tiġi miċħuda, l-operatur tal-vendi għandu jikkomunika wkoll id-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità regolatorja.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta operatur ta' venda jirrifjuta talba għall-aċċess, dan għandu jindika kwalunkwe alternattiva vijabbli.

Meta operatur ta' venda jirrifjuta talba għall-aċċess, dan huwa mħeġġeġ jindika l-aqwa alternattiva vijabbli li hu konxju minnha.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi tal-vendi għandhom għall-inqas jippubblikaw din l-informazzjoni li ġejja b'żewġ lingwi uffiċjali jew aktar tal-Unjoni:

L-operaturi tal-vendi għandhom għall-inqas jippubblikaw din l-informazzjoni li ġejja fil-lingwi nazzjonali rispettivi u fl-lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni:

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  lista tal-infrastruttura eżistenti kollha u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha tal-venda;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5a - paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess. Meta jikkunsidraw applikazzjoni għal esklużjoni, il-korpi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-disponibbiltà ta' alternattivi vijabbli.";

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk ma jkunx jista' jingħata aċċess, kif mitlub fl-applikazzjoni, l-operatur tal-venda għandu jibda konsultazzjonijiet mat-trasportaturi interessati kollha bl-għan li jilqa' l-applikazzjoni.

imħassar

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5b – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operatur tal-venda għandu jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni tal-aċċess għal venda fi żmien xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar l-aċċess għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

3.  L-operatur tal-venda għandu jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni tal-aċċess għal venda mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Meta l-aċċess jiġi rrifjutat, l-operatur tal-vendi għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 5b – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju dwar l-appell għandha tkun vinkolanti. Il-bord regolatorju għandu jkun jista' jinforzaha permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju dwar l-appell għandha tkun vinkolanti, u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju. Il-bord regolatorju għandu jkun jista' jinforzaha permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza inqas minn 100 km f'linja dritta

Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza ta' mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8 − paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu u jiġu ttrasportati għal distanzi inqas minn 100 km f'linja dritta. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma' kopji ta' dokumenti rilevanti oħrajn, fi żmien ġimagħtejn minn meta dawn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-applikazzjoni b'talba għall-qbil tagħhom. Fl-istess ħin, l-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat dawn id-dokumenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li t-territorji tagħhom jiġu traversati, għall-finijiet ta' informazzjoni.

1.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu u jiġu ttrasportati għal distanzi definiti minn kull Stat Membru, ta' mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma' kopji ta' dokumenti rilevanti oħrajn, fi żmien ġimagħtejn minn meta dawn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-applikazzjoni b'talba għall-qbil tagħhom. Fl-istess ħin, l-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat dawn id-dokumenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li t-territorji tagħhom jiġu traversati, għall-finijiet ta' informazzjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jintalab il-qbil tagħhom, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur. Dan il-limitu taż-żmien għandu jiġi kkalkulat mid-data meta tkun waslet it-talba għal qbil kif turi l-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom, dawn għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jintalab il-qbil tagħhom, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni fi żmien xahrejn. Dan il-limitu taż-żmien għandu jiġi kkalkulat mid-data meta tkun waslet it-talba għal qbil kif turi l-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom, dawn għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8 − paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien erba' xhur mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni.

3.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8 − paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista' jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8c(2).

4.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista' jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet oġġettivi marbuta mal-interess pubbliku elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8c(2).

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8 - paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  F'każ li servizz internazzjonali regolari bix-xarabank u bil-kowċ jikkomprometti l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt tas-servizz pubbliku, minħabba raġunijiet eċċezzjonali li ma setgħux jiġu previsti fiż-żmien meta ngħatat l-awtorizzazzjoni u li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tas-sid tal-kuntratt ta' servizz pubbliku, l-Istat Membru jista', bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni għall-għoti tas-servizz, wara li jkun ta avviż minn sitt xhur qabel lit-trasportatur. It-trasportatur għandu jkun jista' jappella tali deċiżjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8 − paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri kkonċernati.

6.  Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn xahrejn minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza ta' 100 km jew iżjed f'linja dritta

Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza ta' aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni.

1.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista' jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 8c(2).

2.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista' jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (ca) tal-Artikolu 8c(2).

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma' kopji ta' dokumenti rilevanti oħrajn, u l-valutazzjoni tagħha, għall-finijiet ta' informazzjoni.

3.  L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma' kopji ta' dokumenti rilevanti oħrajn, u l-valutazzjoni tagħha, għall-finijiet ta' informazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta tasal l-applikazzjoni, b'talba biex jesprimu l-qbil tagħhom. L-awtorità awtorizzanti għandha wkoll tibgħat id-dokumenti rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr passiġġieri jitilgħu jew jinżlu, għall-finijiet ta' informazzjoni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8a - paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitilgħu jew jinżlu ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni għal waħda mir-raġunijiet stipulati fil-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata, iżda l-kwistjoni tista' tiġi riferuta lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tasal it-tweġiba tagħha.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8a – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8a – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika sakemm l-Istati Membri jaqblu u l-awtorità awtorizzanti tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Dan jista' jiġi estiż għal erba' xhur meta tintalab analiżi skont l-Artikolu 8c(2)(d).

1.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Dan jista' jiġi estiż għal tliet xhur meta tintalab analiżi skont l-Artikolu 8c(2)(d).

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari nazzjonali għandhom jingħataw għajr meta r-rifjut ikun jista' jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 8c(2) u, jekk is-servizz hu l-ġarr tal-passiġġieri għal distanzi inqas minn 100 km f'linja dritta, l-Artikolu 8c(2)(d).

2.  L-awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari nazzjonali għandhom jingħataw għajr meta r-rifjut ikun jista' jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (ca) tal-Artikolu 8c(2) u, jekk is-servizz hu l-ġarr tal-passiġġieri għal distanzi sa, iżda mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru, l-Artikolu 8c(2)(d).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8b – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-distanza msemmija fil-paragrafu 2 tista' tiżdied għal 120 km jekk is-servizz regolari li se jiddaħħal ikun jaqdi punt tat-tluq u destinazzjoni li diġà huma moqdija b'aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed.

imħassar

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8c – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet li applikazzjoni ġiet rifjutata jew li ngħatat b'limitazzjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

Id-deċiżjonijiet li applikazzjoni ġiet rifjutata, li ngħatat awtorizzazzjoni b'limitazzjonijiet, jew li awtorizzazzjoni ġiet sospiża jew rtirata għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom u, fejn applikabbli, jieħdu kont tal-analiżi tal-korp regolatorju. L-applikant jew it-trasportatur li jopera s-servizz ikkonċernat għandu jkollhom il-possibilità li jappellaw id-deċiżjonijiet tal-awtorità awtorizzanti.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8c – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista' jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tista' tiġi rrifjutata biss minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8c – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk l-applikant ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport bit-triq u b'mod partikolari mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, jew ikun wettaq xi ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u għall-perjodi tas-sewqan u l-mistrieħ tax-xufiera;

(b)  jekk l-applikant ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport bit-triq u b'mod partikolari mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, jew ikun wettaq xi ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, nazzjonali jew, fejn xieraq, reġjonali dwar it-trasport bit-triq, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għar-rekwiżiti tekniċi u l-istandards tal-emissjonijiet kif ukoll għall-perjodi tas-sewqan u l-mistrieħ tax-xufiera;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8c – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-applikant talab awtorizzazzjoni għal servizz regolari biex jopera fuq l-istess rotta jew rotta alternattiva, meta awtorità kompetenti tkun tat lil operatur ta' servizz pubbliku d-dritt esklużiv li jipprovdi ċerti servizzi ta' trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din ir-raġuni għal rifjut hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8d(1a) ta' dan ir-Regolament;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8c – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jekk b'analiżi ekonomika oġġettiva, il-korp regolatorju jistabbilixxi li s-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku.

(d)  jekk b'analiżi ekonomika oġġettiva, il-korp regolatorju jistabbilixxi li s-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Dik l-analiżi għandha tivvaluta l-karatteristiċi strutturali u ġeografiċi rilevanti tas-suq u n-netwerk konċernat (id-daqs, il-karatteristiċi tad-domanda, il-kumplessità tan-netwerk, l-iżolament tekniku u ġeografiku, u s-servizzi koperti mill-kuntratt), u għandu jitqies ukoll jekk is-servizz il-ġdid iwassalx għal servizzi ta' kwalità aħjar jew għal aktar valur għall-flus.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8c – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet awtorizzanti ma għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni sempliċiment għax it-trasportatur ikun qed joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi bit-triq oħrajn jew għax ir-rotta inkwistjoni tkun diġà qed issir minn trasportaturi bit-triq oħrajn.

L-awtoritajiet awtorizzanti ma għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni sempliċiment għax it-trasportatur li jitlob awtorizzazzjoni ikun qed joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi bit-triq oħrajn, sakemm l-awtorità regolatorja jew korpi nazzjonali rilevanti oħra ma jistabbilixxux li l-applikant li jixtieq jidħol fis-suq qed jippjana li joffri servizzi b'valur inferjuri għal dak li normalment jinvolvu għal perjodu ta' żmien estiż, u b'hekk, x'aktarx ixekkel il-kompetizzjoni ġusta. L-awtoritajiet awtorizzanti m'għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni esklużivament minħabba l-fatt li r-rotta inkwistjoni tkun diġà qed issir minn trasportaturi bit-triq oħrajn.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt tal-aċċess għas-suq nazzjonali u internazzjonali għas-servizzi regolari jekk is-servizz regolat propost ikun jittrasporta passiġġieri għal distanzi inqas minn 100 km f'linja dritta u jekk is-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku.

1.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt tal-aċċess għas-suq nazzjonali u internazzjonali għas-servizzi regolari tax-xarabank u l-kowċ jekk is-servizz regolat propost ikun jittrasporta passiġġieri għal mhux iktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 km u jekk is-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku, jew għal kwalunkwe distanza jekk iseħħ f'ċentru urban jew suburban jew f'konurbazzjoni, jew jekk jissodisfa l-ħtiġijiet tat-trasport bejnu u bejn iż-żoni tal-madwar, jew jekk l-applikant ma jkunx ikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8d – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta awtorità kompetenti tkun tat drittijiet esklużivi lil impriża li twettaq servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi għandha tkun relatata biss mal-operazzjoni tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri li jaqdu l-istess rotot jew rotot alternattivi. Dik l-għotja ta' drittijiet esklużivi m'għandhiex tipprekludi l-awtorizzazzjoni ta' servizzi regolari ġodda meta dawk is-servizzi ma jkunux qed jikkompetu mas-servizz ipprovdut fil-kuntratt ta' servizz pubbliku, jew joperaw fuq rotot oħrajn.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8d – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp regolatorju għandu jeżamina t-talba u jiddeċiedi jekk għandhiex issir l-analiżi ekonomika. Dan għandu jinforma lill-partijiet interessati bid-deċiżjoni tiegħu.

Meta tasal tali talba, il-korp regolatorju għandu jeżamina t-talba u jista' jiddeċiedi jekk għandhiex issir l-analiżi ekonomika f'konformità mal-Artikolu 8c(2)(d) sakemm ma jkunx hemm raġunijiet prattiċi eċċezzjonali jew raġunijiet oħra li jiġġustifikaw deċiżjoni biex tali analiżi ma ssirx. Dan għandu jinforma lill-partijiet interessati bid-deċiżjoni tiegħu.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8d – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-korp regolatorju jagħmel analiżi ekonomika, dan għandu jinforma lill-partijiet interessati kollha bir-riżultati ta' dik l-analiżi u bil-konklużjonijiet tiegħu fi żmien sitt ġimgħat minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju jista' jikkonkludi li l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, għandha tingħata b'xi kundizzjonijiet, jew għandha tiġi rifjutata.

Meta l-korp regolatorju jagħmel analiżi ekonomika, dan għandu jinforma lill-partijiet interessati kollha bir-riżultati ta' dik l-analiżi u bil-konklużjonijiet tiegħu mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju jista' jikkonkludi li l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, għandha tingħata b'xi kundizzjonijiet, jew għandha tiġi rifjutata.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8d - paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji li għandhom jitħaddmu għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.;

5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji li għandhom jitħaddmu għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari meta twettaq l-analiżi ekonomika.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 8d – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri jistgħu jkomplu jilliberalizzaw is-sistema ta' awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u l-limiti ta' kilometri.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 11 - paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu 3a li ġej:

 

"3a.   Stat Membru jista' jiddeċiedi li jitlob lil trasportatur mhux residenti jissodisfa l-kundizzjonijiet b'rabta mar-rekwiżit tal-istabbiliment, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fl-Istat Membru ospitanti wara li tingħata awtorizzazzjoni għal servizz regolari nazzjonali lil dan it-trasportatur u qabel it-trasportatur jibda jopera s-servizz rilevanti. Tali deċiżjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati; Id-deċiżjoni għandha tqis id-dimensjoni u t-tul ta' żmien tal-attività tat-trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti. Jekk l-Istat Membru ospitanti jistabbilixxi li t-trasportatur mhux residenti ma jissodisfax ir-rekwiżit ta' stabbiliment, dan jista' jirtira l-awtorizzazzjonijiet rilevanti mogħtija lilu għal servizzi regolari nazzjonali jew jissospendihom sakemm jiġi ssodisfat ir-rekwiżit."

 

__________________

 

* Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32009R1073&qid=1548063430167&from=MT)

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  jitħassar l-Artikolu 13;

imħassar

(Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda (¨Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15¨) tikkorrispondi għall-¨Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14¨ tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 7 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fil-verżjoni Griega))

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni mill-ġdid tal-artikolu rilevanti hija meħtieġa biex tiżgura li l-eskursjonijiet lokali jitqiesu bħala servizz ta' trasport internazzjonali wieħed u mhux bħala operazzjonijiet ta' kabotaġġ.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi okkażjonali mwettqa b'mod temporanju;

(b)  is-servizzi okkażjonali;

(Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda (¨Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16¨) tikkorrispondi għall-¨Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 7 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fil-verżjoni Griega))

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 15, paragrafu 1, punt (c)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-servizzi regolari mwettqa skont dan ir-Regolament.;

(c)  is-servizzi regolari imwettqa f'konformità ma' dan ir-Regolament minn trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti fil-kors ta' kull servizz internazzjonali regolari b'konformità ma' dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport li jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċentru urban jew konurban, jew ħtiġijiet tat-trasport ta' dawn tal-aħħar u l-inħawi tal-madwar. L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ m'għandhomx isiru indipendentement minn dak is-servizz internazzjonali.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a)  is-servizzi regolari, imwettqa minn trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti, tul servizz nazzjonali regolari f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 16 - paragrafu 1 - parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(16a)  fl-Artikolu 16(1), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

1.  It-twettiq tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

"1.  It-twettiq tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*u għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

 

__________________

 

* Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:300:0088:0105:MT:PDF)

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  jitħassar l-Artikolu 17;

imħassar

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 17

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(17a)  l-Artikolu 17 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 17

"Artikolu 17

Dokumenti ta' kontroll għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ

 

Dokumenti ta' kontroll għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ

1.  L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu taħt ilkopertura ta' formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12 li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

1.   L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu taħt il-kopertura ta' formola tal-vjaġġ bil-miktub jew f'format diġitali, li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata fuq talba ta' kwalunkwe spettur awtorizzat.

2.  L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:

2.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:

(a)  il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz;

(a)   il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz;

(b)  id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.

(b)   id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.

3.   Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f'kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment.

 

4.   Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja ċertifikata awtentika tiegħu, għandha sservi bħala dokument ta' kontroll.

4.   Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja ċertifikata awtentika tiegħu, għandha sservi bħala dokument ta' kontroll. Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

 

5.  Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b'mod konformi ma' proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew korp.

5. Waqt il-kontrolli, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi id-dokumenti mitluba."

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 28 − paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar […the first January following the entry into force of this Regulation], l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta' awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa matul is-sena ta' qabel u t-total ta' awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fil-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod separat għal kull pajjiż tad-destinazzjoni tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni wkoll bid-data dwar l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ, fil-forma ta' servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa matul is-sena ta' qabel mit-trasportaturi residenti.

1.  Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar […l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta' awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa matul is-sena ta' qabel u t-total ta' awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fil-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod separat għal kull pajjiż tad-destinazzjoni tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni wkoll bid-data dwar l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ, fil-forma ta' servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa matul is-sena ta' qabel mit-trasportaturi residenti.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1073/2009

Artikolu 28 − paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sa mhux aktar tard minn [please insert the date calculated 5 years after date of application of this Regulation], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar sa liema punt dan ir-Regolament ikkontribwixxa għal funzjonament aħjar tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq.

5.  Sa mhux aktar tard minn [5 snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar sa liema punt dan ir-Regolament ikkontribwixxa għal funzjonament aħjar tas-sistema tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, b'mod partikolari għall-passiġġieri, il-forza tax-xogħol tax-xarabank u tal-kowċ u l-ambjent."

(1)

  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 47


NOTA SPJEGATTIVA

Ix-xarabank u l-kowċ huma fost l-aktar modi ta' trasport aċċessibbli u importanti fl-UE. Dawn jikkonnettjaw iż-żoni rurali u ż-żoni urbani tal-Istati Membri, u ta' spiss huma l-uniku mezz ta' trasport pubbliku disponibbli f'ċerti reġjuni. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-passiġġieri jirċievu l-aħjar servizz possibbli. L-aħjar mod biex jinkiseb dan huwa permezz ta' kompetizzjoni ġusta u b'saħħitha..

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament rilevanti maħsub biex jiftaħ il-kummerċ għat-trasportaturi mhux residenti li attwalment mhux jitħallew jidħlu f'suq nazzjonali biex joffru servizzi interurbani bil-kowċ. Bħala tali, trasportatur minn pajjiż A għandu jkun jista' joffri liberament servizzi nazzjonali mill-punt X sal-punt Y f'pajjiż B. Fis-suq uniku ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta' stabbiliment.

Permezz tal-emendi t'hawn taħt, ir-Rapporteur żamm l-ispirtu tal-proposta fis-seħħ, jiġifieri il-liberalizzazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xarabank u tal-kowċ. Fl-istess ħin, ir-Rapporteur iqis il-fatt li s-sitwazzjoni fis-suq tal-karozzi tal-linja tvarja minn pajjiż għall-ieħor u dejjem kien hemm attenzjoni biex ma jixxekklux is-sistemi li jiffunzjonaw tajjeb f'ċerti Stati Membri.

Il-protezzjoni tal-kuntratti tas-servizz pubbliku u taż-żoni urbani

Il-kuntratti tas-servizz pubbliku jservu skop speċifiku u ta' valur kbir. Protezzjoni xierqa ta' tali kuntratti hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ftuħ tas-suq tax-xarabank u tal-kowċ ma jwassalx għal tnaqqis fis-servizzi fir-reġjuni rilevanti u li l-parteċipanti l-ġodda fis-suq jagħżlu biss rotot li jħallu l-qligħ. Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur introduċa klawsola ġdida li bis-saħħa tagħha awtorizzazzjoni għal servizz ġdid tista' tiġi miċħuda b'mod effikaċi anki 'l fuq mil-limitu ta' 100 km propost mill-Kummissjoni jekk is-servizz rilevanti jimmina kuntratt tas-servizz pubbliku eżistenti li jkun inkiseb b'mod trasparenti mingħajr il-possibilità ta' estensjoni, jinkludi rotot li jħallu qligħ u rotot li ma jħallux qligħ u ma jirċievi l-ebda sussidju pubbliku sinifikanti li jaf jimmina l-kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni.

Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni għal servizz eżistenti jista' wkoll jiġi sospiż jew rtirat jekk korp regolatorju, abbażi ta' analiżi ekonomika oġġettiva, jistabbilixxi li s-servizz ikun ikkomprometta l-bilanċ ekonomiku ta' xi kuntratt tas-servizz pubbliku eżistenti. Ir-Rapporteur jittama li dawn il-miżuri jkunu suffiċjenti u proporzjonati biex jiġi żgurat li l-kuntratti tas-servizz pubbliku jiġu protetti b'mod adegwat waqt li s-suq ikun miftuħ għall-kompetizzjoni.

Sabiex ikompli jittaffa t-tħassib, ir-Rapporteur introduċa dispożizzjoni addizzjonali li permezz tagħha l-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess għal servizz regolari nazzjonali jekk, fost affarijiet oħra, jiġi f'kuntatt ma' ċentru urban jew suburban jew jekk is-servizz propost ikun qed jipprovdi l-istess servizz tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fuq rotta jew netwerk partikolari fejn awtorità kompetenti tkun tat id-dritt esklużiv lil operatur ta' servizz pubbliku, u minflok jingħata liberazzjoni mill-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt tas-servizz pubbliku.

L-iżgurar ta' kompetizzjoni ġusta u salvagwardji kontra l-abbuż ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq

Minbarra l-protezzjoni tal-kuntratti tas-servizz pubbliku, ir-Rapporteur jinsab impenjat li jipprevjeni sitwazzjoni fejn il-ftuħ tas-suq rilevanti jwassal għal riżultati mhux mixtieqa. Il-korp regolatorju propost għandu jiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni bejn it-trasportaturi. Dan jinkludi l-prevenzjoni tal-abbuż ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq jew pożizzjoni ta' monopolju, inkluż permezz tas-sottokuntrattar, jew l-istabbiliment ta' tali kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, l-awtoritajiet awtorizzanti jkollhom il-permess li jirrifjutaw applikazzjoni jekk l-awtorità regolatorja tistabbilixxi li l-applikant li jixtieq jidħol fis-suq qed jippjana li joffri servizzi b'valur inferjuri għal dak li normalment jinvolvu għal perjodu ta' żmien estiż, u b'hekk ixekkel il-kompetizzjoni ġusta.

Rekwiżit ta' stabbiliment u l-possibilità għal reġim aktar liberali

Biex jiġi impedit l-abbuż tal-ispirtu tal-proposta u jiġu akkomodati r-rekwiżiti l-aktar stretti ta' xi Stati Membri, ir-Rapporteur introduċa wkoll il-possibilità li l-Istati Membri jirrikjedu l-istabbiliment tat-trasportatur fl-Istat Membru ospitanti wara li tingħata awtorizzazzjoni għal servizz regolari nazzjonali.

Fl-istess ħin, ir-Rapporteur iċċara li dawk l-Istati Membri li diġà għandhom reġim aktar liberali jistgħu jżommuh. Bl-istess mod, l-Istati Membri li jixtiequ jiftħu s-suq lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti f'din il-proposta għandhom jitħallew jagħmlu dan.

L-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni

Permezz ta' emendi oħra żgħar, iżda neċessarji ferm, ir-Rapporteur impenja ruħu biex ikompli jtejjeb u jiċċara l-ispirtu tal-proposta. Pereżempju, bil-għan li jiżgura li s-sjieda privata tiġi protetta, l-Istati Membri jistgħu jeskludu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-venda u jintużaw biss minnu għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq tiegħu stess.

Ir-Rapporteur għaldaqstant huwa kunfidenti li l-proposta emendata indirizzat it-tħassib mhux biss ta' dawk li qed ifittxu aktar protezzjoni, speċjalment għall-kuntratti tas-servizz pubbliku, iżda wkoll dawk li qed ifittxu approċċ aktar liberali. Il-proposta emendata hija impenjata li ssib il-bilanċ ġust bejn l-interessi tal-passiġġieri, tal-kumpaniji tat-trasport u tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali. Ir-Rapporteur jinsab ottimist li din il-proposta tgħin biex isiru passi lejn suq tax-xarabank u l-kowċ tassew uniku u ġust fl-Unjoni Ewropea.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank

Referenzi

COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

29.11.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

29.11.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

7.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Roberts Zīle

16.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

1.2.2018

10.7.2018

5.11.2018

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

14

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Markus Ferber, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, João Pimenta Lopes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christelle Lechevalier, Francisco José Millán Mon

Data tat-tressiq

28.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

26

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini

S&D

Inés Ayala Sender, Maria Grapini, Peter Kouroumbashev, Bogusław Liberadzki, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

14

-

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Christelle Lechevalier, Georg Mayer

GUE/NGL

João Pimenta Lopes, Marie-Pierre Vieu

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Karoline Graswander-Hainz, Gabriele Preuß, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

0

S&D

Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali