Proċedura : 2018/0267M(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0034/2019

Testi mressqa :

A8-0034/2019

Dibattiti :

PV 11/02/2019 - 15
CRE 11/02/2019 - 15

Votazzjonijiet :

PV 12/02/2019 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0064

RAPPORT     
PDF 178kWORD 60k
28.1.2019
PE 629.695v01-00 A8-0034/2019

li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024)

(10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267M(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: João Ferreira

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024)

(10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267M(NLE))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10858/2018),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10856/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0387/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta'... dwar l-abbozz ta' deċiżjoni(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0034/2019),

A.  billi l-Kummissjoni u l-Gvern tal-Kosta tal-Avorju nnegozjaw ftehim ta' sħubija ġdid dwar is-sajd sostenibbli (Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju) u protokoll ta' implimentazzjoni għal perjodu ta' sitt snin;

B.  billi l-għan ġenerali tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju huwa li jżid il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju, fl-interess taż-żewġ partijiet, billi jippromwovi politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-Kosta tal-Avorju;

C.  billi l-assorbiment tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli preċedenti bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju ammonta, bħala medja, għal 79 %, ċifra meqjusa bħala waħda tajba b'mod ġenerali; billi matul dak il-perjodu, madankollu, il-bastimenti tas-sajd bil-konz ma għamlux użu mill-opportunitajiet tas-sajd disponibbli;

D.  billi l-fatt li l-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju ġew konklużi wieħed wara l-ieħor kien qed jgħin lill-ekonomija tal-Kosta tal-Avorju sal-punt li ġew utilizzati l-baħħara lokali u l-port ta' Abidjan u l-faċilitajiet tat-tqegħid fil-laned, il-qabdiet aċċessorji tal-bastimenti tal-UE li jistadu għat-tonn bit-tartarun ittieħed kont tagħhom, u ġew imsaħħa l-kapaċitajiet ta' monitoraġġ lokali (għalkemm dawn huma meqjusa bħala ġeneralment modesti);

E.  billi l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jippromwovi żvilupp sostenibbli aktar effettiv tal-komunitajiet tas-sajd Avorjani u tal-industriji u l-attivitajiet relatati; billi l-appoġġ li għandu jiġi pprovdut skont il-Protokoll irid ikun konsistenti mal-pjanijiet ta' żvilupp nazzjonali – b'mod partikolari l-Pjan Strateġiku għall-Iżvilupp tat-Trobbija tal-Bhejjem, is-Sajd, u l-Akkwakultura (PSDEPA) – u l-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Tkabbir Blu, imfassal man-Nazzjonijiet Uniti biex iżid il-produzzjoni fis-settur, u jipprofessjonalizzah, sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni f'dawk li huma ikel u impjiegi; billi, skont il-Pjan Strateġiku msemmi hawn fuq, l-ilħuq ta' dawk l-għanijiet teħtieġ baġit ta' aktar minn EUR 140 miljun;

F.  billi l-UE, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, qed tikkontribwixxi baġit pluriennali ta' EUR 273 miljun għall-Kosta tal-Avorju, li jiffoka fuq, fost l-oħrajn, l-infrastruttura, is-saħħa, u l-għajnuna umanitarja;

1.  Huwa tal-fehma li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jkollu żewġ għanijiet importanti ndaqs: (1) li jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE fiż-ŻEE tal-Kosta tal-Avorju, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u mingħajr ma jinterferixxi fil-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-organizzazzjonijiet reġjonali li għalihom tappartieni l-Kosta tal-Avorju – primarjament l-ICCAT – jew jaqbeż l-eċċess disponibbli; u (2) li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju bil-ħsieb li tinħoloq politika tas-sajd sostenibbli u jsir sfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd Avorjan permezz tal-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika, mingħajr ma jimmina l-għażliet u l-istrateġiji sovrani tal-Kosta tal-Avorju fir-rigward ta' dak l-iżvilupp;

2.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet tal-valutazzjoni retrospettiva u prospettiva tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju, prodotta f'Settembru 2017, li ddikjarat li l-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli tal-2013-2018 b'mod ġenerali kien wera li kien effikaċi, effiċjenti, xieraq għall-interessi involuti, u konsistenti mal-politika settorjali Avorjana u kellu grad għoli ta' aċċettabbiltà għall-partijiet ikkonċernati, u li rrakkomandat l-għażla li jiġi konkluż protokoll ġdid;

3.  Isostni li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju u l-Protokoll tiegħu, meta jiġu implimentati u jekk dawn jiġu riveduti u/jew imġedda, iridu jipprevedu u jkunu allinjati mal-PSDEPA u mal-Pjan ta' Tkabbir Blu għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u b'mod speċifiku għandhom:

–  Itejbu l-governanza: l-abbozzar u l-validazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-użu ta' pjanijiet ta' ġestjoni bħala bażi;

–  Isaħħu l-kontroll u s-sorveljanza fiż-ŻEE tal-Kosta tal-Avorju;

–  Isaħħu l-miżuri biex jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), inkluż fl-ilmijiet interni;

–  Jippermettu li jinbnew u/jew jiġu rinnovati mollijiet għall-ħatt l-art u portijiet, inkluż – iżda mhux biss – fil-Port ta' Abidjan;

–  Itejbu l-kundizzjonijiet fil-kmamar tal-affumikar, b'mod partikolari għan-nisa, biex b'hekk ikun hemm sistema ta' preservazzjoni iktar effettiva;

–  Jappoġġaw it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għan-nisa, li huma primarjament responsabbli mit-trattament tal-qabdiet inċidentali;

–  Jistabbilixxu żoni protetti tal-baħar;

–  Issaħħu s-sħubiji ma' pajjiżi terzi fis-sura ta' ftehimiet dwar is-sajd, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza permezz tal-pubblikazzjoni tal-kontenut ta' dawn il-ftehimiet, u wkoll billi jistabbilixxu programm reġjonali għat-taħriġ u l-użu tal-osservaturi;

–  Jippermettu li jinbnew pixkeriji;

–  Jippermettu li jissaħħu l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-irġiel u lin-nisa fl-industrija tas-sajd, speċjalment dawk involuti fis-sajd artiġjanali, u b'hekk jgħinu biex jissaħħu l-kapaċitajiet tekniċi, ta' ġestjoni u ta' negozjar;

–  Iservu biex jiġu stabbiliti u/jew jiġu mmodernizzati ċentri ta' taħriġ bażiku u vokazzjonali, biex b'hekk jgħollu l-livelli tal-ħiliet tas-sajjieda u tal-baħħara;

–  Isaħħu l-kapaċitajiet ta' riċerka xjentifika u l-abbiltà li jiġu mmonitorjati r-riżorsi tas-sajd;

–  Itejbu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-baħar b'mod ġenerali;

4.  Iqis li r-regoli rigward ir-reklutaġġ ta' baħħara mill-AKP għall-bastimenti tas-sajd tal-UE, li jammontaw għal 20 % tal-ekwipaġġ, jistgħu jkunu aktar ambizzjużi; itenni l-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-prinċipji tal-ILO u, b'mod partikolari, jirrakkomanda l-iffirmar tal-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO, li jimplika l-obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ġenerali tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' negozjar kollettiv ħieles għall-ħaddiema u tan-nondiskriminazzjoni fl-impjiegi u fuq il-post tax-xogħol; jitlob ukoll li tingħata kunsiderazzjoni lit-talbiet tal-junjins tal-baħħara lokali li s-sigurtà soċjali, is-saħħa u l-kopertura tal-irtirar għall-baħħara tal-AKP jiġu tradotti f'applikazzjoni aħjar;

5.  Iqis li għandha tinġabar informazzjoni dwar il-benefiċċji li l-implimentazzjoni tal-Protokoll iġġib għall-ekonomiji lokali (impjiegi, infrastruttura, titjibiet soċjali);

6.  Iqis li huwa mixtieq li tittejjeb il-kwantità u l-preċiżjoni tad-data dwar il-qabdiet kollha (speċijiet fil-mira u qabdiet inċidentali) u dwar l-istatus ta' konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-appoġġ settorjali sabiex ikun jista' jiġi evalwat b'mod aktar preċiż l-impatt li jkollu l-Ftehim fuq l-ekosistema tal-baħar u fuq il-komunitajiet tas-sajd; jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex jiġi żgurat li l-korpi responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, inkluż kumitat xjentifiku konġunt li għandu jiġi stabbilit għal dak il-għan, ikunu jistgħu joperaw b'mod regolari u trasparenti, bl-involviment tal-assoċjazzjonijiet tas-sajjieda artiġjanali u tan-nisa affumikaturi, it-trejdjunjins, ir-rappreżentanti tal-komunitajiet kostali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Avorjani;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-kooperazzjoni tagħhom u fil-politiki tagħhom tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp li jiffokaw fuq il-Kosta tal-Avorju, iżommu f'moħħhom li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-appoġġ settorjali stabbilit f'dan il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli għandhom jikkumplementaw lil xulxin bil-għan li jikkontribwixxu b'mod aktar rapidu u effettiv għar-responsabbilizzazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd lokali u għall-eżerċizzju sħiħ tas-sovranità tal-Kosta tal-Avorju fuq ir-riżorsi ta' dak il-pajjiż;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju tuża l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-protokoll biex issaħħaħ b'mod sostenibbli l-industrija nazzjonali tas-sajd tagħha, tinkoraġġixxi d-domanda għal investiment lokali u proġetti industrijali, u toħloq impjiegi lokali;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament u tagħmel pubblikament disponibbli l-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll, u l-eżiti tal-evalwazzjonijiet annwali; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-attendenza tar-rappreżentanti tal-Parlament, bħala osservaturi, fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat tagħhom, jgħarrfu lill-Parlament immedjatament u bis-sħiħ dwar kull stadju tal-proċeduri relatati mal-Protokoll u, jekk applikabbli, it-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.

(1)

Testi adottati, P8_TA(0000)0000.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (18.12.2018)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar mozzjoni għal riżoluzzjoni nonleġiżlattiva dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018-2024)

(2018/0267M(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Eleni Theocharous

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-punti li ġejjin waqt l-implimentazzjoni tal-ftehim:

1.  L-aċċess għall-bastimenti tal-UE għandu jkun limitat għar-riżorsi tas-sajd li l-Kosta tal-Avorju m'għandhiex il-kapaċità li tistad (riżorsi żejda) u m'għandhom qatt jinvolvu qabdiet li jaqbżu r-rendiment massimu sostenibbli; il-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-popolazzjoni lokali għandu jkollhom prijorità, sabiex titjieb is-sigurtà tal-ikel, u jiġu riflessi fl-obbligi ta' ħatt l-art lokali;

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju tuża l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-protokoll għal appoġġ settorjali biex issaħħaħ b'mod sostenibbli l-industrija nazzjonali tas-sajd tagħha, b'mod partikolari s-sajd artiġjanali, tinkoraġġixxi d-domanda għal investiment lokali u proġetti industrijali fl-ekonomija blu, u toħloq impjiegi lokali;

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz biex fil-programm settorjali pluriennali, previst fl-Artikolu 4 tal-protokoll, tinkludi objettivi li:

–  jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli tas-settur lokali u dak artiġjanali tas-sajd u tal-ipproċessar tal-ħut lokali, kif ukoll attivitajiet u sħubijiet lokali oħra marbuta ma' dan is-settur;

–  jippromwovu r-rwol tan-nisa u taż-żgħażagħ fis-sajd artiġjanali, b'mod partikolari billi jirregolaw il-bejgħ ta' qabdiet aċċessorji u ta' tonn ta' kwalità inferjuri, 'il hekk imsejjaħ "ħut falz", sabiex parti sewwa tinbiegħ direttament lill-atturi tas-suq lokali;

–  isaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd fl-ilmijiet Ivorjani billi jistabbilixxu strateġija ta' protezzjoni koerenti għaż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE), u b'hekk ikomplu jipprevjenu sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat u l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali negattivi tiegħu;

–  jiggarantixxu t-trasparenza tal-użu tal-finanzjament settorjali fi ħdan il-protokoll, sabiex jissorveljaw u jtejbu r-rati ta' assorbiment u jiżguraw li l-ftehim jipproduċi riżultati tanġibbli li jkunu ta' appoġġ għas-sajd lokali u għall-popolazzjoni lokali b'mod ġenerali;

4.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju fil-ġestjoni tal-kapaċità ta' assorbiment tagħha tal-fondi li tirċievi sabiex jiġi żgurat kemm l-aħjar użu tagħhom kif ukoll li l-ftehim jagħti riżultati tanġibbli għas-sajd lokali u l-popolazzjoni lokali b'mod ġenerali;

5.  Għandhom jiġu sfruttati b'mod sħiħ il-possibbiltajiet ta' impjiegi għall-baħħara mill-AKP fuq bastimenti tal-UE kif previst fil-protokoll, bi prijorità mogħtija lill-baħħara Ivorjani;

6.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz biex tiżgura li l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet stabbiliti fil-protokoll u fil-programm settorjali pluriennali segwenti jiġu rrispettati sabiex jiġu salvagwardjati l-prattiki sostenibbli, il-liġijiet tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti kif ukoll il-protezzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-ftehim; għandu jiġi ppreżentat rapport annwali lill-Parlament u lill-Kunsill biex tiġi mħeġġa t-trasparenza u jiġi żgurat li l-baġit maħsub biex jappoġġja l-politika tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju jintuża tabilħaqq għal dak il-għan; l-aspetti reġjonali għandhom jitqiesu wkoll meta jitħejja r-rapport sabiex titqiegħed enfasi fuq l-impatt tal-ftehimiet tas-sajd konklużi mill-UE fir-reġjun u fuq l-effett tagħhom fir-rigward tal-ftehim tas-sajd mal-Kosta tal-Avorju.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018–2024)

Referenzi

2018/0267M(NLE)

Kumitat responsabbli

 

PECH

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

25.10.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eleni Theocharous

19.9.2018

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Jean-Luc Schaffhauser, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Urbán Crespo

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

Mirja Vehkaperä

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

PPE

Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Bogusław Sonik

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein

VERTS/ALE

Maria Heubuch

0

-

 

 

2

0

GUE/NGL

Miguel Urbán Crespo

PPE

Joachim Zeller

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2018–2024)

Referenzi

2018/0267M(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

28.9.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

25.10.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

25.10.2018

BUDG

25.10.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

9.7.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

João Ferreira

16.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Ian Hudghton, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Verónica Lope Fontagné, Nosheena Mobarik, Maria Lidia Senra Rodríguez

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tim Aker, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jo Leinen

Data tat-tressiq

28.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, Nosheena Mobarik, Ruža Tomašić

EFDD

Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Maria Lidia Senra Rodríguez

PPE

Alain Cadec, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Norbert Erdős, Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

2

-

EFDD

Tim Aker, David Coburn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali