Proċedura : 2018/0168(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0035/2019

Testi mressqa :

A8-0035/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.8
CRE 13/02/2019 - 16.8

Testi adottati :

P8_TA(2019)0110

RAPPORT     ***I
PDF 381kWORD 143k
28.1.2019
PE 629.546v02-00 A8-0035/2019

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2009/103/KE tas-16 ta' Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(COM(2018)0336 – C8-0211/2018 – 2018/0168(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Dita Charanzová

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2009/103/KE tas-16 ta' Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(COM(2018)0336 – C8-0211/2018 – 2018/0168(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0336),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0211/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0035/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur) hi ta' importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta' assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi potenzjali ta' inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta' assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja, konklużi fl-Unjoni. L-assigurazzjoni ta' vetturi b'mutur għandha wkoll impatt fuq il-moviment ħieles ta' persuni u vetturi. Jinħtieġ għaldaqstant li l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jkun għan ewlieni tal-azzjoni tal-Unjoni.

(1)  Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur) hi ta' importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta' assigurazzjoni kif ukoll għal dawk li potenzjalment jistgħu jkunu partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta' assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja fl-Unjoni. L-assigurazzjoni ta' vetturi b'mutur għandha wkoll impatt sinifikanti fuq il-moviment ħieles ta' persuni, merkanzija u vetturi, u b'hekk fuq is-suq intern u ż-żona Schengen. Jenħtieġ għaldaqstant li l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jkunu għan ewlieni tal-azzjoni tal-Unjoni.

 

(Jekk din l-emenda tiġi adottata, għandhom jiġu abbozzati emendi korrispondenti oħra għall-premessi ta' dan l-att emendatorju.)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tirrimedja għal żvista li seħħet meta d-direttivi kollha dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi ġew amalgamati fl-2009. Xi Artikoli jinkludu t-terminu "vittma" li kien meqjus li jinkludi biss vittmi diretti ta' inċident, filwaqt li Artikoli oħra jużaw it-terminu "parti li tkun sofriet ħsara" li kien meqjus li jinkludi kemm vittmi diretti kif ukoll vittmi indiretti (bħal membri tal-familja wara inċident fatali). Sabiex jiġi żgurat li l-pretensjonijiet potenzjali kollha jkunu koperti, it-terminu "parti/partijiet li tkun/ikunu sofriet/sofrew ħsara" għandu jintuża fit-test kollu. Għandu jiġi nnutat li, filwaqt li t-terminu "vittma" mhuwiex definit, it-terminu "parti li tkun sofriet ħsara" huwa definit fl-Artikolu 1.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, inklużi l-effiċjenza tagħha l-effettività u l-koerenza ma' politiki oħra tal-Unjoni. Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni kienet li d-Direttiva 2009/103/KE tiffunzjona tajjeb b'mod ġenerali, u ma teħtieġx emenda f'ħafna aspetti. Madankollu, ġew identifikati erba' oqsma fejn emendi mmirati jkunu xierqa: il-kumpens tal-vittmi ta' inċidenti f'każijiet ta' insolvenza ta' impriża ta' assigurazzjoni, l-ammonti minimi obbligatorji ta' kopertura tal-assigurazzjoni, il-kontrolli tal-assigurazzjoni tal-vetturi mill-Istati Membri, u l-użu ta' dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi ta' poloz minn impriża ta' assigurazzjoni ġdida.

(2)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, inklużi l-effiċjenza, l-effettività u l-koerenza tagħha ma' politiki oħra tal-Unjoni. Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni kienet li d-Direttiva 2009/103/KE tiffunzjona tajjeb b'mod ġenerali, u ma teħtieġx emenda f'ħafna aspetti. Madankollu, ġew identifikati erba' oqsma fejn emendi mmirati jkunu xierqa: il-kumpens tal-partijiet li jkunu sofrew ħsara f'inċidenti f'każijiet ta' insolvenza ta' impriża ta' assigurazzjoni, l-ammonti minimi obbligatorji ta' kopertura tal-assigurazzjoni, l-ispezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi mill-Istati Membri, u l-użu ta' dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi ta' poloz minn impriża ta' assigurazzjoni ġdida. Minbarra dawn l-erba' oqsma, sabiex il-partijiet li jkunu sofrew ħsara jiġu protetti aħjar, jenħtieġ li jiddaħħlu regoli ġodda dwar ir-responsabbiltà f'każ ta' inċident li jinvolvi trejler irmunkat minn vettura motorizzata.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

15 Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Ċerti vetturi bil-mutur bħar-roti elettriċi u s-segways huma iżgħar u għalhekk huwa inqas probabbli li jikkaġunaw dannu sinifikanti lill-persuni jew lill-proprjetà minn vetturi oħra. Ikun sproporzjonat u ma jibqax validu fil-futur li dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE, billi dan jimponi obbligu ta' kopertura tal-assigurazzjoni għalja u eċċessiva għal dawn il-vetturi. Sitwazzjoni bħal din timmina wkoll l-użu ta' dawn il-vetturi u tiskoraġġixxi l-innovazzjoni, għalkemm m'hemmx biżżejjed evidenza li dawn il-vetturi jistgħu jikkaġunaw inċidenti li jirriżultaw f'partijiet li jkunu sofrew ħsara fuq l-istess skala bħal vetturi oħra, bħall-karozzi jew it-trakkijiet. B'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ir-rekwiżiti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru dawk il-vetturi li għandhom il-potenzjal li jikkaġunaw dannu sinifikanti f'sitwazzjoni transfruntiera. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE jiġi limitat għal dawk il-vetturi li għalihom l-Unjoni tqis li jeħtieġ li jkun hemm rekwiżiti ta' sikurezza u sigurtà qabel ma dawk il-vetturi jitqiegħdu fis-suq, i.e. il-vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Madankollu, huwa importanti li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu fil-livell nazzjonali l-livell xieraq ta' protezzjoni ta' partijiet li potenzjalment isofru ħsara dannu minn vetturi għajr dawk soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet obbligatorji ġodda li jkopru l-protezzjoni tal-utenti ta' dawn it-tipi oħra ta' vetturi sabiex jipproteġu lil partijiet li potenzjalment isofru ħsara minħabba inċident tat-traffiku. Meta Stat Membru jagħżel li jirrikjedi tali kopertura tal-assigurazzjoni fil-forma ta' assigurazzjoni obbligatorja, jenħtieġ li jqis il-possibbiltà li vettura tista' tintuża f'sitwazzjoni transfruntiera u l-ħtieġa ta' protezzjoni ta' partijiet li potenzjalment isofru ħsara fi Stat Membru ieħor.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Huwa xieraq ukoll li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE l-vetturi intiżi esklużivament għall-isports tal-muturi, peress li dawn il-vetturi ġeneralment huma koperti b'forom oħra ta' assigurazzjoni tar-responsabbiltà u mhumiex soġġetti għal assigurazzjoni obbligatorja ta' vetturi bil-mutur meta jintużaw unikament għal kompetizzjoni. Peress li l-użu ta' tali vetturi huwa limitat għal track jew spazju kkontrollat, il-possibbiltà ta' inċident bl-involviment ta' vetturi jew persuni mhux relatati hija limitata wkoll. Madankollu, huwa importanti li l-Istati Membri jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet obbligatorji ġodda biex ikopru vetturi li jieħdu sehem f'avveniment tal-isports tal-muturi.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)  Din id-Direttiva tiżgura bilanċ xieraq bejn l-interess pubbliku u l-ispejjeż potenzjali għall-awtoritajiet pubbliċi, l-assiguraturi u d-detenturi tal-poloz, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-miżuri proposti jkunu kosteffettivi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 3e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e)  L-użu ta' vettura fit-traffiku jenħtieġ li jinkludi l-użu ta' vettura fiċ-ċirkolazzjoni f'toroq pubbliċi u privati. Dan jista' jinkludi t-toroq privati, il-parkeġġi jew kwalunkwe żona ekwivalenti oħra fuq art privata li tkun aċċessibbli mill-pubbliku. L-użu ta' vettura f'żona magħluqa, fejn ebda aċċess ma jkun possibbli mill-pubbliku ġenerali, jenħtieġ li ma jitqiesx bħala l-użu ta' vettura fit-traffiku. Madankollu, meta vettura tintuża fit-traffiku fi kwalunkwe ħin u għalhekk tkun soġġetta għal rekwiżit ta' assigurazzjoni obbligatorja, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-vettura tkun koperta minn polza ta' assigurazzjoni li tinkludi l-partijiet li potenzjalment isofru ħsara, matul il-perjodu tal-kuntratt, irrispettivament minn jekk il-vettura tintużax fit-traffiku jew le fil-ħin tal-inċident, ħlief meta l-vettura tintuża f'avveniment tal-isports tal-muturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw il-kopertura tal-assigurazzjoni mhux relatata mat-traffiku meta ma jkun hemm ebda obbligu raġonevoli ta' kopertura, bħal fil-każ ta' trattur involut f'inċident li fih il-funzjoni prinċipali tiegħu, dak il-ħin, ma kinitx li jservi bħala mezz ta' trasport iżda li, bħala magna għax-xogħol, jiġġenera l-potenza motriċi meħtieġa biex jiffunzjona.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 3f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3f)  L-użu ta' vettura esklussivament f'sitwazzjonijiet li fihom ma jkunx hemm traffiku jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux kopertura tal-assigurazzjoni għal vetturi li jkunu dereġistrati b'mod permanenti jew temporanju minħabba li ma jistgħux jintużaw bħala mezz ta' trasport, minħabba li, pereżempju, ikunu f'mużew, ikunu qed jiġu restawrati jew ma jkunux intużaw għal perjodu estiż ta' żmien għal raġuni oħra, bħal pereżempju l-użu staġonali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jinħtieġ li l-Istati Membri jastjenu milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fir-rigward ta' vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Żviluppi teknoloġiċi ġodda jippermettu l-verifika tal-assigurazzjoni tal-vetturi mingħajr ma jkollhom għalfejn jitwaqqfu u mingħajr ma jixxekkel il-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk huwa xieraq li jitħallew isiru dawk il-verifiki dwar tal-assigurazzjoni fuq il-vetturi, jekk ma jiddiskriminawx, jekk ikunu meħtieġa u proporzjonati, jekk jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' verifiki fuq it-territorju nazzjonali u ma jkunx meħtieġ li titwaqqaf il-vettura.

(4)  L-Istati Membri bħalissa qed jastjenu milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fir-rigward ta' vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Żviluppi teknoloġiċi ġodda, bħat-teknoloġija li tippermetti r-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċa, jippermettu l-ispezzjoni diskreta tal-assigurazzjoni tal-vetturi mingħajr ma jkollhom għalfejn jitwaqqfu u mingħajr ma jixxekkel il-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk huwa xieraq li jitħallew isiru dawk l-ispezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq il-vetturi, jekk ma jiddiskriminawx, jekk ikunu meħtieġa u proporzjonati, jekk jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' verifiki fuq it-territorju nazzjonali, li jsiru anke fir-rigward ta' vetturi bbażati fit-territorju tal-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjonijiet, ma jkunx meħtieġ li titwaqqaf il-vettura u jekk isiru b'rispett sħiħ tad-drittijiet, tal-libertajiet u tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Sabiex sistema bħal din tkun tista' tiffunzjona, jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri biex ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur anke jekk vettura tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor. Dan l-iskambju ta' informazzjoni, ibbażat fuq is-sistema eżistenti EUCARIS (is-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan), jenħtieġ li jsir b'mod li ma jkunx diskriminatorju, peress li l-vetturi kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess verifika. L-emendi introdotti minn din id-Direttiva jkollhom impatt limitat fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi peress li din is-sistema ta' skambju diġà teżisti u tintuża biex jiġu indirizzati reati tat-traffiku.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema attwali ta' skambju ta' informazzjoni, EUCARIS, għandha tintuża għal spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Is-sewqan mhux assigurat, i.e. l-użu ta'vettura bil-mutur mingħajr kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili hija problema li qed tikber fl-Unjoni. Il-kost li jirriżulta minn dak is-sewqan mhux assigurat ġie stmat li, fl-2011, laħaq it-EUR 870 miljun fi pretensjonijiet għall-Unjoni kollha kemm hi. Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li s-sewqan mhux assigurat jaffettwa b'mod negattiv bosta partijiet ikkonċernati inklużi vittmi ta' inċidenti, assiguraturi, fondi ta' garanzija u detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  B'konformità ma' dawk il-prinċipji, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jżommux data aktar mill-perjodu meħtieġ biex jiġi vverifikat jekk vettura għandhiex kopertura tal-assigurazzjoni valida. Meta jinstab li vettura tkun koperta, id-data kollha relatata ma' din il-verifika jenħtieġ li titħassar. Meta sistema ta' verifika ma tkunx tista' tiddetermina jekk vettura tkunx assigurata, dik id-data jenħtieġ li tinżamm biss għal perjodu massimu ta' 30 jum jew sakemm tkun ġiet iddeterminata kopertura tal-assigurazzjoni valida tal-vettura, skont liema perjodu jkun l-iqsar. Għal dawk il-vetturi li jkun instab li mhumiex koperti minn kopertura tal-assigurazzjoni valida, huwa raġonevoli li jkun meħtieġ li din id-data tinżamm sakemm jiġi kkompletat kwalunkwe proċess amministrattiv jew ġudizzjarju u l-vettura tkun koperta minn polza ta' assigurazzjoni valida.

Ġustifikazzjoni

L-iskannjar tal-vetturi jippermetti lill-gvernijiet jittraċċaw il-moviment ta' individwi. Dan jista' jikkostitwixxi invażjoni tal-privatezza tagħhom. Id-dritt għall-privatezza għandu jitneħħa biss għal raġunijiet leġittimi. Tali raġuni tista' tkun meta jinstab li vettura ma jkollhiex l-assigurazzjoni meħtieġa. Madankollu, għal dawk il-vetturi li wrew li huma koperti minn assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur (l-hekk imsejħa vetturi "no-hit"), dan ir-rekord m'għandu jintuża għal ebda raġuni oħra u għandu jitħassar f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Dan il-perjodu ta' żamma għandu jkun limitat u stabbilit fil-leġiżlazzjoni, b'konformità ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE bħad-Direttiva E-call.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-protezzjoni effettiva u effiċjenti tal-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku teħtieġ li dawk il-vittmi jirċievu rimborż dejjem għad-danni personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom, irrispettivament minn jekk l-impriża ta' assigurazzjoni tal-parti responsabbli hix solventi jew le. Jinħtieġ li l-Istati Membri għalhekk iwaqqfu jew jaħtru korp li jipprovdi kumpens inizjali għall-partijiet li jkunu ġarrbu dannu li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fuq it-territorju rispettiv tagħhom, u li għandu dritt jirkupra dak il-kumpens mill-korp li twaqqaf jew ġie maħtur għall-istess skop fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet il-polza tal-vettura tal-parti responsabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jiġu introdotti pretensjonijiet paralleli, jinħtieġ li l-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku ma jitħallewx jippreżentaw pretensjoni għal kumpens quddiem dak il-korp jekk ikunu diġà ppreżentaw il-pretensjoni tagħhom jew ikunu ħadu miżuri legali kontra l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata u dik il-pretensjoni għadha qed tiġi kkunsidrata u l-kawża għadha pendenti.

(7)  Il-protezzjoni effettiva u effiċjenti ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċidenti tat-traffiku teħtieġ li dawk il-partijiet li jkunu sofrew ħsara dejjem jirċievu rimborż tal-ammonti dovuti għad-danni personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom, irrispettivament minn jekk l-impriża ta' assigurazzjoni tal-parti responsabbli hix solventi jew le. Jenħtieġ li l-Istati Membri għalhekk iwaqqfu jew jaħtru korp li jipprovdi, mingħajr ebda dewmien, kumpens inizjali, tal-anqas sal-limiti tal-assigurazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/103/KE jew il-limiti ta' garanzija preskritti mill-Istat Membru, jekk ikunu ogħla, għall-partijiet li jkunu sofrew ħsara li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju rispettiv tagħhom, u li għandu dritt jirkupra dak il-kumpens mill-korp li twaqqaf jew ġie maħtur għall-istess skop fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet il-polza tal-vettura tal-parti responsabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jiġu introdotti pretensjonijiet paralleli, jenħtieġ li l-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku ma jitħallewx jippreżentaw pretensjoni għal kumpens quddiem dak il-korp jekk ikunu diġà ppreżentaw il-pretensjoni tagħhom u dik il-pretensjoni għadha qed tiġi kkunsidrata.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li individwu m'għandux jitħalla jitlob pretensjonijiet ta' kumpens mingħand korpi ta' kumpens differenti, m'hemm ebda raġuni biex dawn il-pretensjonijiet ma jitħallewx isiru jekk ikunu qed jiftħu kawża kontra l-kumpanija insolventi. Jista' jkun hemm ħafna raġunijiet biex individwu jiftaħ kawża kontra kumpanija insolventi, lil hinn minn dak li huwa kopert mill-assigurazzjoni minima ta' vetturi bil-mutur. Fl-istess ħin, jistgħu jgħaddu ħafna snin qabel ma tingħata deċiżjoni f'kawżi ta' insolvenza. Għalhekk, vittma ta' inċident m'għandhiex tkun meħtieġa tistenna għall-kumpens. Naturalment, l-Istati Membri jistgħu jieħdu lura dak il-kumpens jekk deċiżjoni tingħata favurihom.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti ta' detenturi ta' polza tal-assigurazzjoni li jridu jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda ma' impriżi tal-assigurazzjoni jinħtieġ li tiġi vverifikata faċilment sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent ta' din l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti meta' tiġi konkluża polza ġdida tal-assigurazzjoni. Sabiex tiġi ssimplifikata l-verifika u l-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti, huwa importanti li l-kontenut u l-format tad-dikjarazzjoni ta' din l-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti jkunu l-istess madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni li jqisu d-dikjarazzjonijiet dwar l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti sabiex jiddeterminaw il-primjums tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur jinħtieġ li ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew fuq il-bażi biss tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tad-detentur tal-polza. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw kif l-impriżi tal-assigurazzjoni jitrattaw id-dikjarazzjonijiet ta' evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti, jinħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom fir-rigward ta' kif jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti meta jikkalkulaw il-primjums.

(8)  L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti ta' detenturi ta' polza tal-assigurazzjoni li jridu jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda ma' impriżi tal-assigurazzjoni jenħtieġ li tiġi vverifikata faċilment sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent ta' din l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti meta' tiġi konkluża polza ġdida tal-assigurazzjoni. Sabiex tiġi ssimplifikata l-verifika u l-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti, huwa importanti li l-kontenut u l-format tad-dikjarazzjoni ta' din l-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti jkunu l-istess madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni li jqisu d-dikjarazzjonijiet dwar l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti sabiex jiddeterminaw il-primjums tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur jenħtieġ li ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew fuq il-bażi biss tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tad-detentur tal-polza. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni jenħtieġ li jittrattaw pretensjoni minn Stat Membru ieħor bħala ugwali għal pretensjoni domestika u japplikaw kwalunkwe skont disponibbli għal klijent potenzjali identiku u dawk l-iskonti li huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sistemi bonus-malus peress li tali sistemi huma nazzjonali min-natura tagħhom, mingħajr ebda element transfruntier, u, għalhekk, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, it-teħid ta' deċiżjonijiet rigward dawk is-sistemi jenħtieġ li jibqa' f'idejn l-Istati Membri. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw kif l-impriżi tal-assigurazzjoni jittrattaw id-dikjarazzjonijiet ta' evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti, jenħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom fir-rigward ta' kif jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti meta jikkalkulaw il-primjums.

Ġustifikazzjoni

L-impriżi tal-assigurazzjoni mhux biss m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-barranin jew iċ-ċittadini li jirritornaw fil-pajjiż u jiċċarġjawhom żejjed, iżda għandhom jittrattaw il-pretensjoni bħala ugwali għal pretensjoni domestika u japplikaw kwalunkwe skont disponibbli għal klijent potenzjali identiku u dawk l-iskonti li huma meħtieġa skont il-liġi ta' Stat Membru. L-adozzjoni, minn Stat Membru, ta' leġiżlazzjoni dwar sistemi bonus-malus, għandha tibqa' kompetenza nazzjonali. Tali sistemi huma nazzjonali min-natura tagħhom, mingħajr ebda element transfruntier, iżda lil hinn minn dan għandhom jiġu applikati b'mod ugwali għal kulħadd f'territorju wieħed.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jinħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut u l-forma tad-dikjarazzjoni tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti. Dawn is-setgħat ta' implimentazzjoni jinħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

__________________

 

20 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Sabiex jiġi implimentat bis-sħiħ l-użu tad-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums, l-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni f'għodod ta' tqabbil tal-prezzijiet trasparenti.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jiġi żgurat li l-ammonti minimi jibqgħu konformi mar-realtà ekonomika li qed tevolvi (u ma jispiċċawx maż-żmien), is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament ta' dawk l-ammonti minimi ta' kopertura ta' assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili ta' vetturi bil-mutur sabiex tirrifletti r-realtà ekonomika li qed tevolvi, kif ukoll biex tiddefinixxi l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi mwaqqfa biex jipprovdu kumpens jew fdati bil-kompitu li jipprovdi kumpens skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-kumpens. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(10)  Is-setgħa li jiġu adottati atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kontenut u l-forma ta' dikjarazzjonijiet ta' pretensjonijiet preċedenti. Sabiex jiġi żgurat li l-ammonti minimi ta' kopertura ta' assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili ta' vetturi bil-mutur jibqgħu konformi mar-realtà ekonomika li qed tevolvi (u ma jispiċċawx maż-żmien), is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament ta' dawk l-ammonti minimi, kif ukoll id-definizzjoni tal-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi mwaqqfa biex jipprovdu kumpens jew fdati bil-kompitu li jipprovdi kumpens skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2009/103/KE fir-rigward tar-rimborż. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

 

__________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Bħala parti mill-evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-applikazzjoni tad-Direttiva, fejn tqis in-numru ta' vittmi, l-ammont tal-pretensjonijiet pendenti minħabba dewmien fil-pagamenti wara każijiet ta' insolvenza transfruntiera, il-livell ta' ammonti minimi ta' kopertura fl-Istati Membri, l-ammont ta' pretensjonijiet dovuti għal sewqan mhux assigurat marbut mat-traffiku transfruntier u n-numru ta' lmenti fuq id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti

(11)  Bħala parti mill-evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva, fejn tqis in-numru ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara, l-ammont tal-pretensjonijiet pendenti minħabba dewmien fil-pagamenti wara każijiet ta' insolvenza transfruntiera, il-livell ta' ammonti minimi ta' kopertura fl-Istati Membri, l-ammont ta' pretensjonijiet dovuti għal sewqan mhux assigurat marbut mat-traffiku transfruntier u n-numru ta' lmenti fuq id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li timmonitorja u teżamina mill-ġdid id-Direttiva 2009/103/KE fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż l-użu akbar ta' vetturi awtonomi u semiawtonomi, sabiex tiżgura li tibqa' taqdi l-funzjoni tagħha, li hija li tipproteġi lil partijiet li potenzjalment isofru ħsara minħabba inċidenti li jinvolvu vetturi bil-mutur. Jenħtieġ li tanalizza wkoll is-sistema ta' responsabbiltà ta' vetturi ħfief b'veloċità għolja, u soluzzjoni potenzjali fl-Unjoni kollha ta' sistema bonus-malus.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiżguraw l-istess protezzjoni minima lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni kollha u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-vittmi f'każ ta' insolvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħhom, jiġu miksuba aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(12)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiżguraw l-istess protezzjoni minima lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni kollha, biex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom f'każ ta' insolvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u biex jiżguraw trattament ugwali fl-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' pretensjonijiet preċedenti mill-assiguraturi għal detenturi ta' poloz potenzjali li jaqsmu l-fruntieri interni tal-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħhom, jiġu miksuba aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Sabiex jiġi promoss approċċ konsistenti għall-partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċidenti fejn vettura bil-mutur tintuża bħala arma biex jitwettaq reat vjolenti jew att terroristiku, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-korp ta' kumpens tagħhom stabbilit jew awtorizzat b'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/103/KE jittratta l-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw minn tali reat jew att.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Il-kelma "vittma" hija sostitwita b'"parti li tkun sofriet ħsara" u "vittmi" hija sostitwita b'"partijiet li jkunu sofrew ħsara", fid-Direttiva kollha.

 

(Id-diċitura eżatta finali ta' "parti li tkun sofriet ħsara" trid tiġi ddeterminata każ każ, abbażi tal-ħtiġijiet grammatikali, u l-adozzjoni ta' din l-emenda tirriżulta fil-ħolqien ta' emendi korrispondenti oħra tad-Direttiva emendata.)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tirrimedja għal żvista li seħħet meta d-direttivi kollha dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi ġew amalgamati fl-2009. Xi Artikoli jinkludu t-terminu "vittma" li kien meqjus li jinkludi biss vittmi diretti ta' inċident, filwaqt li Artikoli oħra jużaw it-terminu "parti li tkun sofriet ħsara" li kien meqjus li jinkludi kemm vittmi diretti kif ukoll vittmi indiretti (bħal membri tal-familja wara inċident fatali). Sabiex jiġi żgurat li l-pretensjonijiet potenzjali kollha jkunu koperti, it-terminu "parti/partijiet li tkun/ikunu sofriet/sofrew ħsara" għandu jintuża fit-test kollu. Għandu jiġi nnutat li, filwaqt li t-terminu "vittma" mhuwiex definit, it-terminu "parti li tkun sofriet ħsara" huwa definit fl-Artikolu 1.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  "użu ta' vettura" jfisser kwalunkwe użu ta' tali vettura, normalment maħsuba biex isservi bħala mezz ta' trasport, li huwa konformi mal-funzjoni normali ta' dik il-vettura, irrispettivament mill-karatteristiċi tal-vettura u irrispettivament mill-karatteristiċi tal-art li fuqha tintuża l-vettura bil-mutur u jekk hix wieqfa jew miexja.

1a.  "użu ta' vettura" tfisser kwalunkwe użu ta' vettura fit-traffiku li jkun konformi mal-funzjoni tal-vettura bħala mezz ta' trasport meta seħħ l-inċident, irrispettivament mill-karatteristiċi tal-vettura u irrispettivament mill-karatteristiċi tal-art li fuqha tintuża l-vettura bil-mutur u jekk hix wieqfa jew miexja;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 2 – paragrafi 1a u 1b (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

"Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal vetturi koperti bir-Regolament (UE) 2018/858*, bir-Regolament (UE) Nru 167/2013** jew bir-Regolament (UE) Nru 168/2013***.

 

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi intiżi esklussivament għall-użu fil-kuntest ta' parteċipazzjoni f'attività sportiva kompetittiva, jew f'attivitajiet sportivi relatati, f'żona magħluqa.

 

__________________

 

* Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2917, p. 1).

 

** Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

 

*** Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52)."

Justification

While the inclusion of non-type approved vehicles might increase insurance coverage, it will also dissuade the uptake of alternative vehicles, like e-bikes, which are better for the environment. Moreover, most non-type approved vehicles are small in size and therefore the chance of significant damage to persons or property is limited. Other forms of liability insurance than Motor Insurance should cover these non-type approved vehicles. Motor Sports are generally covered by other forms of insurance. The addition of MID requirements would only add an additional cost. Insurance companies might also shift the risks of sporting events into the premiums of normal vehicle users. This would have a negative effect on consumers, while bring limited benefits in terms of potential accident victims. The exclusion should not prevent from individuality requiring equivalent insurance coverage at Member State level.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Fl-Artikolu 3 jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkun meħtieġ li vettura jkollha assigurazzjoni skont l-ewwel paragrafu, l-assigurazzjoni tkun ukoll valida u tkopri lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara fil-każ ta' inċidenti li jseħħu:

 

(a) meta l-vettura tkun fit-traffiku u ma tkunx qed tintuża b'konformità mal-funzjoni primarja tagħha; u

 

(b) barra l-użu tal-vettura fit-traffiku.

 

L-Istati Membri jistgħu jadottaw limitazzjonijiet fuq il-kopertura tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-użu barra l-użu tal-vettura fit-traffiku kif imsemmi fil-punt (a) tal-ħames paragrafu. Din id-dispożizzjoni għandha tintuża bħala eċċezzjoni u meta jkun meħtieġ biss, meta l-Istati Membri jqisu li tali kopertura tmur lil hinn minn dak li jista' jkun mistenni raġonevolment minn assigurazzjoni ta' vettura bil-mutur. Din id-dispożizzjoni qatt ma tista' tintuża biex jiġu evitati l-prinċipji u r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva."

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli tal-assigurazzjoni sakemm dawk il-kontrolli ma jkunux diskriminatorji, ikunu neċessarji u proporzjonati biex jiksbu l-għan mixtieq, u

Madankollu, jistgħu jwettqu dawn l-ispezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni sakemm dawk l-ispezzjonijiet ma jkunux diskriminatorji, ikunu neċessarji u proporzjonati biex jilħqu l-għan mixtieq, jirrispettaw id-drittijiet, il-libertajiet u l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, u

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' kontrolli fuq it-territorju nazzjonali u ma jirrikjedux li titwaqqaf il-vettura.

(b)  jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' spezzjonijiet fit-territorju nazzjonali li jitwettqu anke fir-rigward ta' vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju tal-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjoni, u ma jirrikjedux li titwaqqaf il-vettura.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Bil-għan li jitwettqu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, Stat Membru għandu jagħti lil Stati Membri oħra aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat dwarhom:

 

(a)  data dwar jekk vettura hijiex koperta b'assigurazzjoni obbligatorja;

 

(b)  data relatata mas-sidien jew mad-detenturi tal-vettura li hija rilevanti għall-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tagħhom soġġetta għall-Artikolu 3.

 

L-aċċess għal dik id-data għandha tingħata permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali tal-Istati Membri, kif magħżula skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2015/413*.

 

__________________

 

* Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9).

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Meta jsir tiftix fl-għamla ta' talba maħruġa, il-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq spezzjoni dwar l-assigurazzjoni għandu juża numru ta' reġistrazzjoni sħiħ. Dak it-tiftix għandu jitwettaq f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI*. L-Istat Membru li jwettaq spezzjoni dwar l-assigurazzjoni għandu juża d-data miksuba sabiex jistabbilixxi jekk vettura hijiex koperta minn assigurazzjoni obbligatorja valida soġġetta għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.

 

__________________

 

* Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

Ġustifikazzjoni

L-iskambju tad-data dwar l-assigurazzjonijiet huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ewlieni ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-vetturi bejn l-Istati Membri u li jitneħħew l-ostakli għall-funzjonament xieraq ta' suq integrat għall-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Barra minn hekk, għandna nużaw is-sistema eżistenti EUCARIS li hija stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI sabiex jiġi żgurat li dan l-iskambju ta' informazzjoni jista' verament isir.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data trażmessa, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dik imsemmija fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, u l-verżjonijiet emendati ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software, f'konformità mal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI. Il-verżjonijiet emendati tal-applikazzjonijiet tas-software għandhom jipprevedu kemm skambju online f'ħin reali kif ukoll mod ta' skambju bil-lott, li permezz tiegħu jista' jkun hemm skambju ta' diversi talbiet jew tweġibiet f'messaġġ wieħed.

Ġustifikazzjoni

L-iskambju tad-data dwar l-assigurazzjonijiet huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ewlieni ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-vetturi bejn l-Istati Membri u li jitneħħew l-ostakli għall-funzjonament xieraq ta' suq integrat għall-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Barra minn hekk, għandna nużaw is-sistema eżistenti EUCARIS li hija stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI sabiex jiġi żgurat li dan l-iskambju ta' informazzjoni jista' verament isir.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafi 1a, 1b u 1c (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, b'mod partikolari, għandhom jispeċifikaw l-għan eżatt, jirreferu għall-bażi ġuridika rilevanti, jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà u jirrispettaw il-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tal-limitazzjoni tal-iskop, u għandhom jistabbilixxu perjodu proporzjonat ta' żamma tad-data.

 

Id-data personali pproċessata skont dan l-Artikolu ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop tal-immaniġġjar ta' spezzjoni dwar l-assigurazzjoni. Dik id-data għandha titħassar b'mod sħiħ hekk kif ma tibqax meħtieġa għal dak il-għan. Meta spezzjoni dwar l-assigurazzjoni turi li vettura tkun koperta b'assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, il-kontrollur għandu jħassar dik id-data minnufih. Meta spezzjoni ma tkunx tista' tiddetermina jekk vettura hijiex koperta b'assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, id-data għandha tinżamm għal perjodu proporzjonat ta' mhux aktar minn 30 jum jew sal-ħin meħtieġ biex jiġi ddeterminat li l-kopertura tal-assigurazzjoni teżisti, skont liema perjodu jkun l-iqsar.

 

Meta Stat Membru jiddetermina li vettura qed tiċċirkola mingħajr assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, jista' japplika l-penali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 27.

Ġustifikazzjoni

L-iskannjar tal-vetturi jippermetti lill-gvernijiet jittraċċaw il-moviment ta' individwi. Dan jista' jikkostitwixxi invażjoni tal-privatezza tagħhom. Id-dritt għall-privatezza għandu jitneħħa biss għal raġunijiet leġittimi. Tali raġuni tista' tkun meta jinstab li vettura ma jkollhiex l-assigurazzjoni meħtieġa. Madankollu, għal dawk il-vetturi li wrew li huma koperti minn assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur (l-hekk imsejħa vetturi "no-hit"), dan ir-rekord m'għandu jintuża għal ebda raġuni oħra u għandu jitħassar f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Dan il-perjodu ta' żamma għandu jkun limitat u għandu jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni, b'konformità ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE bħad-Direttiva E-call.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għal danni personali: EUR 6 070 000 għal kull inċident, irrispettivament min-numru ta' vittmi, jew EUR 1 220 000 għal kull vittma;

(a)  għal danni personali: EUR 6 070 000 għal kull inċident, irrispettivament min-numru ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara, jew EUR 1 220 000 għal kull parti li tkun sofriet ħsara;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għal ħsara fuq il-proprjetà, EUR 1 220 000 għall kull pretensjoni, irrispettivament min-numru ta' vittmi.

(b)  għal ħsara fuq il-proprjetà, EUR 1 220 000 għal kull inċident, irrispettivament min-numru ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata traspożizzjoni mhux korretta, it-terminu "għal kull pretensjoni" li għandu tifsiriet differenti meta jiġi tradott għandu jinbidel bit-terminu "għal kull inċident" li jwassal għal fehim aktar komuni.

Amendments    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 10, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta' assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew danni persunali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta' assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.

"Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta' assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) jew il-limiti ta' garanzija preskritti mill-Istat Membru, jekk ikunu ogħla, għal ħsara lill-proprjetà jew danni personali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta' assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat, inkluż fir-rigward ta' inċidenti li fihom vettura bil-mutur tintuża bħala arma biex jitwettaq reat vjolenti jew att terroristiku."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa peress li hija intrinsikament marbuta mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10a dwar il-protezzjoni ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara f'każ ta' insolvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew nuqqas ta' kooperazzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 10a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Artikolu 10a

Il-protezzjoni ta' partijiet li ġarrbu danni f'każ ta' insolvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew nuqqas ta' kooperazzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni

Il-protezzjoni ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara f'każ ta' insolvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni

 

-1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-partijiet li jkunu sofrew ħsara jkollhom id-dritt jitolbu kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) jew il-garanziji ta' limitu preskritti mill-Istat Membru, jekk ikunu ogħla, għal danni personali jew dannu lill-proprjetà kkawżat minn vettura assigurata minn impriża tal-assigurazzjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta' falliment; jew

 

(b)  l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċedura ta' stralċ kif definita fl-Artikolu 268(d) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jawtorizzaw korp sabiex jikkumpensaw lill-partijiet li ġarrbu l-ħsara, abitwalment residenti fit-territorju tagħhom, mill-inqas fil-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) għad-danni personali jew ħsara fuq il-proprjetà, ikkawżati minn vettura assigurata minn impriża tal-assigurazzjoni f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp sabiex jikkumpensa lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara, abitwalment residenti fit-territorju tagħhom, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu -1.

(a)  l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta' falliment;

 

(b)  l-impriża tal-assigurazzjoni hija soġġetta għal proċedura ta' stralċ kif definit fl-Artikolu 268(d) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***;

 

(c)  l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha ma pprovdietx tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba għal kumpens fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-parti li ġarrbet dannu ppreżentat il-pretensjoni tagħha ma' dik l-impriża tal-assigurazzjoni.

 

2.  Il-partijiet li ġarrbu dannu ma jistgħux jippreżentaw pretensjoni lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jekk huma jkunu ppreżentaw pretensjoni direttament jew ħadu azzjoni legali direttament kontra l-impriża tal-assigurazzjoni u tali pretensjoni jew azzjoni għadhom pendenti.

 

3.  Il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta tweġiba għall-pretensjoni fi żmien xahrejn wara d-data ta' meta l-parti li ġarrbet dannu ppreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens.

3.  Il-parti li tkun sofriet ħsara tista' tapplika għal kumpens direttament mingħand il-korp imsemmi fil-paragrafu 1. Dak il-korp, abbażi tal-informazzjoni pprovduta fuq talba tiegħu mill-parti li tkun sofriet ħsara, għandu jagħti tweġiba motivata lill-parti li tkun sofriet ħsara rigward il-ħlas ta' kwalunkwe kumpens fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-parti li tkun sofriet ħsara tapplika għal kumpens.

 

Meta jkun dovut kumpens, il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandu fi żmien tliet xhur minn meta jikkomunika t-tweġiba tiegħu, jipprovdi l-kumpens sħiħ lill-parti li tkun sofriet ħsara jew, meta l-kumpens ikun fil-forma ta' pagamenti perjodiċi miftiehma, jibda t-tali pagamenti.

 

Meta parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat pretensjoni lil impriża tal-assigurazzjoni jew lir-rappreżentant tal-pretensjonijiet tagħha, li qabel jew waqt pretensjoni tkun saret soġġetta għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu -1, u dik il-parti li tkun sofriet ħsara tkun għadha ma rċevietx tweġiba motivata minn dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew mir-rappreżentant tal-pretensjonijiet tagħha, il-parti li tkun sofriet ħsara għandha tkun tista' tippreżenta mill-ġdid il-pretensjoni tagħha għal kumpens lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1.

4.  Meta l-parti li tkun ġarrbet dannu tkun residenti fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-impriża tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-korp imsemmi fil-paragrafu 1, li jkun ta kumpens lil dik il-parti li ġarrbet dannu fl-Istat Membru ta' residenza tagħha, għandu jkollu d-dritt li jitlob ir-rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza tal-parti responsabbli hija stabbilita.

4.  Meta l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni b'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru li għalih huwa kompetenti l-korp imsemmi fil-paragrafu 1, dak il-korp għandu jkollu d-dritt li jitlob ir-rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni.

5.  Il-paragrafi minn 1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għal:

5.  Il-paragrafi minn -1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għal:

(a)  id-dritt tal-Istati Membri li jqisu kumpens imħallas mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 bħala sussidjarju jew mhux-sussidjarju;

(a)  id-dritt tal-Istati Membri li jqisu kumpens imħallas mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju;

(b)  id-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu l-ħlas ta' pretensjonijiet fir-rigward tal-istess inċidenti bejn:

(b)  id-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu l-ħlas ta' pretensjonijiet fir-rigward tal-istess inċidenti bejn:

(i)  il-korp imsemmi fil-paragrafu 1;

(i)  il-korp imsemmi fil-paragrafu 1;

(ii)  il-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident;

(ii)  il-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident;

(iii)  impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi tas-sigurtà soċjali li jridu jikkumpensaw il-parti li ġarrbet id-dannu.

(iii)  impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi tas-sigurtà soċjali li jridu jikkumpensaw il-parti li tkun sofriet ħsara.

6.  L-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jissoġġetta l-ħlas ta' kumpens għal xi kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u b'mod partikolari mhux għar-rekwiżit li l-parti li tkun ġarrbet ħsara trid tiddetermina li l-parti responsabbli ma tkunx tista' jew tirrifjuta li tħallas.

6.  L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jissoġġetta l-ħlas ta' kumpens għal xi tnaqqis jew xi kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jagħmel il-pagament tal-kumpens soġġett għar-rekwiżit li l-parti li tkun sofriet ħsara trid tiddetermina li l-parti responsabbli jew l-impriża tal-assigurazzjoni ma tkunx tista' jew tirrifjuta li tħallas.

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b sabiex tiddefinixxi l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi stabbiliti jew awtorizzati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tar-rimborż.

7.  Dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ:

 

(a)  wara li jkun ġie konkluż ftehim bejn il-korpi kollha msemmija fil-paragrafu 1, stabbiliti jew awtorizzati mill-Istati Membri, rigward il-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għal rimborż;

 

(b)  minn data li għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni malli tkun aċċertat, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, li l-ftehim imsemmi fil-punt (a) ikun ġie konkluż."

 

7a.  Il-partijiet li jkunu sofrew ħsara msemmija fl-Artikolu 20(1) jistgħu, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu -1, japplikaw għal kumpens mill-korp ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 24 fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom.

 

7b.  Il-parti li tkun sofriet ħsara tista' tapplika għal kumpens direttament mingħand il-korp ta' kumpens li, abbażi ta' informazzjoni pprovduta fuq talba tiegħu mill-parti li tkun sofriet ħsara, għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara bi tweġiba motivata fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tapplika għal kumpens.

 

Malli jirċievi l-pretensjoni, il-korp ta' kumpens għandu jinforma lill-persuni jew lill-korpi li ġejjin li jkun irċieva pretensjoni mill-parti li tkun sofriet ħsara:

 

(a)  l-impriża tal-assigurazzjoni soġġetta għal proċeduri ta' falliment jew stralċ;

 

(b)  l-istralċarju maħtur għal dik l-impriża tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 268(f) tad-Direttiva 2009/138/KE;

 

(c)  il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn seħħ l-inċident; u

 

(d)  il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE f'każ li dak l-Istat Membru jkun differenti mill-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident.

 

7c.  Malli tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7b, il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident għandu jinforma lill-korp ta' kumpens fl-Istat Membru ta' residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara dwar jekk il-kumpens mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandux jitqies bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju. Il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru ta' residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara għandu jqis dik l-informazzjoni meta jipprovdi kumpens.

 

7d.  Il-korp ta' kumpens li jkun ta kumpens lill-parti li tkun sofriet ħsara fl-Istat Membru ta' residenza tagħha għandu jkun intitolat jitlob rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp ta' kumpens fl-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE.

 

7e.  Il-korp tal-aħħar għandu jkun surrogat għall-parti li tkun sofriet ħsara fid-drittijiet tagħha kontra l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 stabbilit fl-Istat Membru fejn l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE, sa fejn il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru ta' residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara jkun ipprovda kumpens għal danni personali jew dannu lil proprjetà.

 

Kull Stat Membru għandu jkun obbligat jirrikonoxxi din is-surroga kif prevista minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

 

7f.  Il-ftehim bejn il-korpi ta' kumpens, imsemmi fl-Artikolu 24(3), għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-funzjonijiet, l-obbligi u l-proċeduri għal rimborż tal-korpi ta' kumpens li jirriżultaw minn dan l-Artikolu.

 

7g.  Fin-nuqqas tal-ftehim imsemmi fil-punt 9(a) tal-paragrafu 7, jew fin-nuqqas ta' emenda tal-ftehim skont il-paragrafu 7f sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b li tistabbilixxi l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi stabbiliti jew awtorizzati skont dan l-Artikolu fir-rigward tar-rimborż, jew li temenda l-ftehim skont l-Artikolu 24(3), jew it-tnejn, jekk ikun meħtieġ.

 

__________________

 

* Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

*** Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 15

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 15

"Artikolu 15

Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor

Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor

1.  B'deroga mit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 88/357/KEE, fejn vettura hi mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor, l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat l-Istat Membru destinatarju, minnufih mill-aċċettazzjoni ta' kunsinna mix-xerrej għal perjodu ta' tletin ġurnata, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet uffiċċjalment reġistrata fl-Istat Membru destinatarju.

1.  B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 13, punt 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fejn vettura hi mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor, l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat li huwa jew l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew, minnufih mill-aċċettazzjoni ta' kunsinna mix-xerrej, l-Istat Membru destinatarju, għal perjodu ta' tletin ġurnata, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet uffiċjalment reġistrata fl-Istat Membru destinatarju.

2.  Fil-każ li l-vettura hi involuta f'inċident matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta ma kinitx assigurata, il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru destinatarju għandu jkun responsabbli għall-kumpens previst fl-Artikolu 9.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jinnotifikaw liċ-ċentru tal-informazzjoni tal-Istat Membru li fih tkun irreġistrata l-vettura li jkunu ħarġu polza tal-assigurazzjoni għall-użu tal-vettura inkwistjoni.

 

__________________

 

* Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)."

Justification

Article 15 on dispatched vehicles was created in order to make it easier for a consumer to buy a vehicle from another Member State without having to seek an insurer from that other Member State. In practice, it does not currently work. Despite this, to delete it would only cancel past attempts to solve this problem without offering a solution. This amendment seeks to address this by giving more options to the consumer, by allowing them to seek insurance either in their home Member State or in the Member State of sale of the vehicle. They will be able to find a solution which works for them for the limited period of time it takes to move the vehicle from one Member State to the Member State of residence of the owner of the vehicle.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15a

 

Responsabbiltà f'każ ta' inċident li jinvolvi trejler irmunkat minn vettura motorizzata

 

Fil-każ ta' inċident ikkawżat minn sett ta' vetturi li jikkonsistu minn trejler irmunkat minn vettura motorizzata, il-parti li tkun sofriet ħsara għandha tiġi kkumpensata mill-impriża li tkun assigurat it-trejler, meta:

 

- inħarġu responsabbiltajiet ta' partijiet terzi separati; u

 

- it-trejler jista' jiġi identifikat, iżda l-vettura motorizzata li rmunkatu ma tistax tiġi identifikata.

 

L-impriża li tikkumpensa lill-parti li tkun sofriet ħsara f'dan il-każ għandu jkollha rikors għall-impriża li assigurat il-vettura tal-irmonk motorizzata jekk dan ikun previst fil-liġi nazzjonali."

Justification

The recognition of a license plate can be an issue in accident with a truck or vehicle with a trailer, where the license plate of the main vehicle is not clearly visible from behind. This can lead to situations where it is impossible to identify the driver. For commercial transport, it is also often the case that the powered vehicle is of a different ownership, and sometimes national registration, than the trailer that is being towered and is subject to individual, unrelated, insurance policies. Therefore, in case of accidents involving a motorized towing vehicle and a trailer and the motorized towing vehicle and the trailer have distinct insurers, the insurer of the trailer should compensate injured parties if the towing vehicle cannot be identified. Nevertheless, the insurer of the trailer has recourse against the insurer of the towing vehicle. This change should bring better protection to injured parties.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew il-korpi kif imsemmija fit-tieni subparagrafu, meta jkunu qiegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b'mod diskriminatorju jew iżommu ż-żejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-korpi kif imsemmija fit-tieni subparagrafu, meta jkunu qiegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b'mod diskriminatorju jew iżommu ż-żejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tagħhom.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta impriża tal-assigurazzjoni tieħu kont tad-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti meta jkunu qed jiġu ddeterminati l-primjums, għandha tqis ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni bbażati fi Stati Membri oħra bħala ugwali għal dawk maħruġa minn impriża tal-assigurazzjoni fl-istess Stat Membru u għandhom japplikaw, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe rekwiżit statutorju fir-rigward tat-trattament tal-primjums.

Ġustifikazzjoni

L-impriżi tal-assigurazzjoni mhux biss m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-barranin jew iċ-ċittadini li jirritornaw fil-pajjiż u jiċċarġjawhom żejjed, iżda għandhom jittrattaw il-pretensjoni bħala ugwali għal pretensjoni domestika u japplikaw kwalunkwe skont disponibbli għal klijent potenzjali identiku u dawk l-iskonti li huma meħtieġa skont il-liġi ta' Stat Membru. L-adozzjoni, minn Stat Membru, ta' leġiżlazzjoni dwar sistemi bonus-malus, għandha tibqa' kompetenza nazzjonali. Tali sistemi huma nazzjonali min-natura tagħhom, mingħajr ebda element transfruntier, iżda lil hinn minn dan għandhom jiġu applikati b'mod ugwali għal kulħadd f'territorju wieħed.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom meta jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums.

Mingħajr preġudizzju għall-politiki dwar l-ipprezzar tal-impriżi tal-assigurazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom meta jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 28s(2) li jispeċifikaw il-kontenut u l-forma tad-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti msemmija fit-tieni subparagrafu. Din id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar dan kollu li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28b li jistabbilixxu l-kontenut u l-forma tad-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti msemmija fit-tieni paragrafu. Din id-dikjarazzjoni, bħala minimu, għandu jkun fiha informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)  l-identità tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet id-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti;

(a)  l-identità tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet id-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti;

(b)  l-identità tad-detentur ta' polza;

(b)  l-identità tad-detentur ta' polza, inklużi d-data tat-twelid, l-indirizz ta' kuntatt u, meta applikabbli, in-numru u d-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan;

(c)  il-vettura assigurata;

(c)  il-vettura assigurata u n-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Vettura tagħha;

(d)  il-perjodu tal-kopertura tal-vettura assigurata:

(d)  id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-kopertura tal-assigurazzjoni tal-vettura;

(e)  in-numru u l-valur tal-pretensjonijiet iddikjarati tar-responsabbiltà ċivili matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti.

(e)  in-numru tal-pretensjonijiet iddikjarati tar-responsabbiltà ċivili matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti li fiha d-detentur tal-polza kellu tort, inklużi d-data u n-natura ta' kull pretensjoni, fir-rigward ta' dannu personali jew lil proprjetà, u jekk il-pretensjoni bħalissa tkunx miftuħa jew magħluqa.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti qabel ma tadotta dawk l-atti delegati u għandha tipprova tilħaq ftehim reċiproku bejn il-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-kontenut u tal-forma tad-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti.

Ġustifikazzjoni

Id-dikjarazzjonijiet huma utli biss jekk ikunu adattati għall-iskop tagħhom u jinkludu informazzjoni li tkun rilevanti għad-determinazzjoni tar-riskju ta' detentur potenzjali ta' polza. Biex tifhem x'inhu rilevanti, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati qabel ma tadotta att ta' implimentazzjoni.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 16a

 

Għodda ta' Tqabbil tal-Prezzijiet

 

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess bla ħlas għal mill-inqas għodda indipendenti waħda ta' tqabbil tal-prezzijiet, li tippermettilhom iqabblu u jevalwaw il-prezzijiet u t-tariffi ġenerali bejn il-fornituri tal-assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-konsumaturi.

 

2.  Il-fornituri tal-assigurazzjoni obbligatorja għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal tali għodda u għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun eżatta u aġġornata kif meħtieġ biex din l-eżattezza tkun żgurata. Tali għodda tista' tinkludi wkoll opzjonijiet addizzjonali ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur minbarra l-assigurazzjoni obbligatorja skont l-Artikolu 3.

 

3.  L-għodda ta' tqabbil għandha:

 

(a)  topera b'mod indipendenti mill-fornituri tas-servizzi, u b'hekk tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;

 

(b)  tiżvela b'mod ċar is-sidien u l-operaturi tal-għodda ta' tqabbil;

 

(c)  tistabbilixxi kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;

 

(d)  tuża lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;

 

(e) tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;

 

(f)  tkun miftuħa għal kwalunkwe fornitur ta' assigurazzjoni obbligatorja li jagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli, u tinkludi firxa wiesgħa ta' offerti li jkopru parti sinifikanti mis-suq u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tagħtix stampa sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati;

 

(g)  tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta' informazzjoni żbaljata;

 

(h)  tinkludi dikjarazzjoni li l-prezzijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta u mhumiex vinkolanti għall-fornituri tal-assigurazzjoni.

 

4.  L-għodod ta' tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 3, fuq talba tal-fornitur tal-għodda, għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti.

 

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b, li jissupplementa din id-Direttiva billi jistabbilixxi l-forma u l-funzjonijiet ta' tali għodda ta' tqabbil u l-kategoriji ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri tal-assigurazzjoni fid-dawl tan-natura individwalizzata tal-poloz tal-assigurazzjoni.

 

6.  Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u f'konformità mal-Artikolu 27, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu penali, inklużi multi, għal operaturi ta' għodod ta' tqabbil li jqarrqu bil-konsumaturi jew li ma jiżvelawx b'mod ċar is-sjieda tagħhom u jekk jirċevux remunerazzjoni minn xi fornitur tal-assigurazzjoni."

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ tal-biċċa l-kbira tas-setturi finanzjarji l-oħra, il-konsumaturi qed ifittxu dejjem aktar online għall-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Dan wassal għal diversi siti web ta' tqabbil, li jistgħu ikunu jew ma jkunux ibbilanċjati u li jistgħu jkunu jew ma jkunux qarrieqa għall-konsumaturi. Kif meħtieġ minn leġiżlazzjoni Ewropea oħra, kull Stat Membru għandu jara li jkollu mill-inqas sit web wieħed li jippermetti li jsir tqabbil tal-offerti. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jimponu sanzjonijiet fuq siti web jekk ma jkunux ċari rigward is-sjieda tagħhom u r-remunerazzjoni minn kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 18a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 18a

 

Aċċess għar-rapporti dwar l-inċidenti

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt tal-parti li tkun sofriet ħsara li tikseb kopja tar-rapport dwar l-inċident mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien raġonevoli. F'konformità mal-liġi nazzjonali, meta Stat Membru ma jitħalliex jippubblika r-rapport sħiħ dwar l-inċident minnufih, għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara verżjoni redatta sakemm tkun disponibbli l-verżjoni sħiħa. Kwalunkwe redazzjoni tat-test għandha tkun limitata għal dawk strettament neċessarji u meħtieġa għal konformità mad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali."

Ġustifikazzjoni

Wara inċident, huwa importanti li l-parti li tkun sofriet ħsara jkollha aċċess għar-rapport tal-pulizija dwar l-inċident. Dan mhux dejjem iseħħ illum u din il-kwistjoni ma ssolvietx bl-Artikolu 26 attwali. Għalhekk, għandu jkun ċar li rapport dwar l-inċident, anke verżjoni redatta, għandu jkun disponibbli mill-aktar fis possibbli sabiex parti li tkun sofriet ħsara tkun tista' titlob kumpens.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) – punt a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

 

(a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jkunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha meħtieġa mir-reġistru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, inklużi n-numri ta' reġistrazzjoni kollha koperti b'polza tal-assigurazzjoni maħruġa minn impriża. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll li l-impriżi tal-assigurazzjoni jinfurmaw liċ-ċentru tal-informazzjoni meta polza ma tibqax valida qabel id-data ta' skadenza tal-polza jew inkella ma tibqax tkopri numru rreġistrat ta' vettura.";

Justification

Under Article 23, there is an existing requirement that Member States keep a record of all registered vehicles and the insurance policy covering those vehicles. Insurance companies are not however require to declare this information to the information centres. While this information may be available via other government authorities (e.g. Departments of Motor vehicle registration), this may not be the case. More importantly, there is no requirement to declare when a policy insurance is no longer valid for a registered vehicle. There is no evidence that vehicles owners systematic inform authorities when their insurances lapses. Therefore, insurance companies should inform this information directly to Member States and to the national information centre.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) – punt b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 23 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"5a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jinżamm u jiġi aġġornat, u jiġi integrat bis-sħiħ fil-bażijiet ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, u li jkun aċċessibbli għall-punti ta' kuntatt nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2015/413.";

Ġustifikazzjoni

L-ispezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni jkunu possibbli biss jekk l-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni u l-assigurazzjoni tal-vettura tkun disponibbli għall-awtoritajiet li jikkontrollaw il-vetturi. Din il-bażi ta' data diġà teżisti fl-Artikolu 21, iżda m'hemm ebda rekwiżit biex din il-bażi ta' data tinżamm jew li jingħata aċċess lill-kontrolluri tad-data ta' reġistrazzjoni tal-vetturi. Din l-emenda tindirizza din il-kwistjoni.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) – punt c (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 23 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6.  L-ipproċessar tad-data personali li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 5 għandu jsir skont il-miżuri nazzjonali meħuda skont id-Direttiva 95/46/KE.

"6.   L-ipproċessar tad-data personali li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 5a għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.".

Ġustifikazzjoni

Mill-adozzjoni tar-reviżjoni tal-2009 tal-MID, il-GDPR ħa post id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u għalhekk ir-referenza għandha tiġi korretta.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5d (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)  Jiddaħħal l-Artikolu 26a li ġej:

 

"Artikolu 26a

 

Korpi ta' Kumpens

 

1.  L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li l-korpi ta' kumpens imsemmija fl-Artikoli 10, 10a u 24 jiġu amministrati bħala unità amministrattiva waħda li tkopri l-funzjonijiet kollha tal-korpi ta' kumpens differenti koperti minn din id-Direttiva.

 

2.  Meta Stat Membru ma jamministrax dawn il-korpi bħala unità amministrattiva waħda, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan il-fatt u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu."

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun aktar sempliċi u kemm jista' jkun faċli għall-amministrazzjonijiet, l-assiguraturi u l-partijiet li jkunu sofrew ħsara biex ifittxu rimedju, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa joħolqu korp wieħed biex ikopri l-funzjonijiet kollha tal-korpi ta' kumpens differenti inklużi f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi jagħżlu mod ieħor, iżda għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet bażiċi għaliex jemmnu li dan huwa meħtieġ.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5e (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5e)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 26b

 

Perjodu ta' limitazzjoni

 

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li perjodu ta' limitazzjoni ta' mill-anqas erba' snin japplika għall-pretensjonijiet skont l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20(1) fir-rigward tal-kumpens għal danni personali u danni lil proprjetà li jiġu kkawżati minn inċident tat-triq b'implikazzjonijiet transfruntiera. Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibda japplika mill-jum li fih ir-rikorrent ikun sar jaf, jew kellu raġunijiet raġonevoli biex isir jaf, bil-portata tal-korriment, tat-telf jew tal-ħsara, bil-kawża tagħhom u bl-identità tal-persuna responsabbli u l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri li din il-persuna għar-responsabbiltà ċivili, jew ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet jew il-korp ta' kumpens li jkun responsabbli li jipprovdi l-kumpens u li kontrih tkun tressqet il-pretensjoni.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-liġi nazzjonali applikabbli għall-pretensjoni tipprevedi perjodu ta' limitazzjoni itwal minn erba' snin, għandu japplika tali perjodu ta' limitazzjoni itwal.

 

3.  L-Istati Membri għandhom li jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-limitazzjoni fir-rigward ta' danni kkawżati minn inċidenti tat-traffiku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sommarju tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni."

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5f (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5f)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 26c

 

Sospensjoni tal-limitazzjoni

 

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni previst fl-Artikolu 26a jiġi sospiż matul il-perjodu bejn it-tressiq tal-pretensjoni mir-rikorrent:

 

(a)  lill-impriża tal-assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentanti responsabbli għall-pretensjonijiet skont l-Artikoli 21 u 22; jew

 

(b)  lill-korp ta' kumpens imsemmi fl-Artikoli 24 u 25, u r-rifjut tal-pretensjoni mill-konvenut.

 

2.  Jekk il-parti li jifdal tal-perjodu ta' limitazzjoni, wara t-tmiem tal-perjodu ta' sospensjoni, tkun anqas minn sitt xhur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rikorrent ikollu perjodu minimu ta' sitt xhur addizzjonali biex jibda proċedimenti ġudizzjarji.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk, it-tmiem ta' perjodu jinzerta s-Sibt, il-Ħadd jew f'waħda mill-festi pubbliċi tagħhom, il-perjodu għandu jiġi estiż sal-aħħar tal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss."

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5g (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5g)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 26d

 

Kalkolu tal-limiti ta' żmien

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-limiti ta' żmien kollha previsti f'din id-Direttiva jiġu kkalkolati kif ġej:

 

(a)  il-kalkolu għandu jibda fil-jum wara dak li fih ikun seħħ il-każ rilevanti;

 

(b)  meta perjodu jiġi espress fi snin, għandu jiskadi fis-sena sussegwenti rilevanti fix-xahar li jkollu l-istess isem u fil-jum li jkollu l-istess numru bħax-xahar u l-jum li fihom ikun seħħ il-każ rilevanti. Jekk ix-xahar sussegwenti rilevanti ma jkollux jum bl-istess numru, il-perjodu għandu jiskadi fl-aħħar jum ta' dak ix-xahar;

 

(c)  il-perjodi ma għandhomx jiġu sospiżi matul il-vaganzi tal-qrati."

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28a

imħassar

Il-proċedura ta' kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE ****. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****.

 

2.  Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 9(2) u 10a(7) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 30.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(2) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja]. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 10a(7g), il-ħames paragrafu tal-Artikolu 16 u l-Artikolu 16a(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja].

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 9(2) u 10a(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(2); l-Artikolu 10a(7g), il-ħames paragrafu tal-Artikolu 16 u l-Artikolu 16a(5) għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28c

Artikolu 28c

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni u rieżami

Mhux aktar tard minn seba' snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, għandha ssir evalwazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni, flimkien mal-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward ta':

 

(a)  l-applikazzjoni tagħha fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-vetturi awtonomi u semiawtonomi;

 

(b)  l-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha, meta jitqiesu r-riskji ta' inċidenti relatati ma' vetturi bil-mutur differenti, fid-dawl ta' tibdil probabbli fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward ta' vetturi ħfief b'veloċità għolja li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' vettura msemmija fl-Artikolu 2(2)(h), (i), (j), (k) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, bħar-roti elettriċi, is-segways jew l-iscooters elettriċi, u jekk huwiex probabbli li s-sistema ta' responsabbiltà li tipprovdi tissodisfa l-ħtiġijiet tal-futur;

 

(c)  it-tħeġġiġ tal-impriżi tal-assigurazzjoni biex jinkludu sistema ta' bonus-malus fil-kuntratti tal-assigurazzjoni tagħhom, inklużi skontijiet permezz ta' "no claims bonus", fejn il-primjums jiġu influwenzati mid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi tal-polza.

 

Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bl-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

(1)

ĠU C 440, 6.12.2018, p. 85.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta, kif imressqa mill-Kummissjoni, għandha l-għan li temenda d-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur (2009/103/KE) f'ħames oqsma speċifiċi: (i) l-insolvenza tal-assiguratur; (ii) il-pretensjonijiet preċedenti; (iii) ir-riskji minħabba sewqan mhux assigurat; (iv) l-ammonti minimi ta' kopertura; u (v) il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Ir-rapporteur taqbel li, b'mod ġenerali, id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur għadha adatta għall-iskop tagħha, filwaqt li f'ċerti każijiet hemm marġni ta' titjib.

Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, li diskutibilment jista' jitqies bħala l-parti l-iktar ikkontestata tal-proposta, ir-rapporteur tinnota li wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzaj (il-kawżi Vnuk C-162/13, Rodrigues de Andrade C-514/16 u Torreiro C-334/16), kien hemm ftit konfużjoni fost l-Istati Membri dwar liema vetturi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Dan jikkonċerna, b'mod partikolari, vetturi bħar-roti elettriċi, is-segways jew l-iscooters elettriċi, iżda anke, pereżempju, vetturi li jintużaw għall-isports tal-muturi. Ir-rapporteur temmen li, bħala prinċipju, id-Direttiva m'għandhiex tkopri tali vetturi, peress li r-rekwiżit ta' assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur jista' jxekkel l-użu, pereżempju, ta' roti elettriċi jew jista' jżid bla bżonn il-primjums tal-assigurazzjoni għall-vetturi kollha.

Għalhekk, ir-rapporteur ipproponiet li l-vetturi li huma soġġetti għal rekwiżiti ta' approvazzjoni tat-tip biss għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom l-opzjoni li jirrikjedu li anke vetturi oħra jkollhom kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, jekk iqisu li tkun meħtieġa. Fir-rigward tad-definizzjoni ta' "użu ta' vettura", ir-rapporteur temmen li huwa importanti li jiġi ċċarat li dan jimplika vettura li tintuża fit-traffiku, kemm fit-toroq pubbliċi kif ukoll f'dawk privati, iżda mhux f'każijiet fejn il-vettura tintuża esklussivament f'żona magħluqa, b'ebda aċċess għall-pubbliku ġenerali. Madankollu, jekk tali vettura - li tintuża kemm f'żoni magħluqa kif ukoll fit-traffiku u konsegwentement hija obbligata li jkollha kopertura tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur - tkun involuta f'inċident f'żona magħluqa, l-assiguratur tal-vettura għandu jibqa' responsabbli vis-à-vis il-partijiet li jġarrbu dannu.

It-tieni, ir-rapporteur tqis li d-dispożizzjonijiet rigward spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni (Artikolu 4) għadhom vagi wisq rigward il-proċeduri kif l-awtorità ta' Stat Membru tista' tivverifika jekk vettura, li tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor, ikollhiex kopertura tal-assigurazzjoni. Ir-rapporteur tirrimarka li diġà hemm applikazzjoni ta' software msejħa EUCARIS (Sistema ta' Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan) disponibbli, li tippermetti skambju malajr, sigur u kunfidenzjali ta' VRD (data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi) speċifika bejn l-Istati Membri. Dan l-applikazzjoni, inter alia, tintuża għall-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq skont id-Direttiva (UE) 2015/413. Għalhekk, huwa xieraq li l-applikazzjoni EUCARIS tista' tintuża wkoll biex jiġi vverifikat jekk vettura, irreġistrata fi Stat Membru ieħor, għandhiex kopertura obbligatorja ta' assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Naturalment, jeħtieġ li jkunu fis-seħħ salvagwardji tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fir-rigward taż-żamma tad-data, b'konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Fir-rigward tal-insolvenza tal-assiguratur (Artikolu 10 ġdid), ir-rapporteur għandha xi tħassib dwar id-dispożizzjoni (paragrafu 2), skont liema l-partijiet li jkunu sofrew ħsara ma jistgħux jippreżentaw pretensjoni lil korp ta' kumpens, jekk ikunu ħadu azzjoni kontra l-impriża tal-assigurazzjoni insolventi u l-azzjoni tkun pendenti. Fil-fehma tar-rapporteur, din ir-restrizzjoni tkun wisq detrimentali għall-parti li tkun sofriet ħsara u mhijiex ġustifikata, speċjalment jekk wieħed kemm jistgħu jdumu għaddejjin il-proċedimenti ġuridiċi kontra assiguratur.

Barra minn hekk, id-Direttiva tinkludi l-Artikolu 15 dwar il-vetturi mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor, li fl-opinjoni tal-professjonisti fil-qasam, ma jirriflettix is-sitwazzjoni fil-prattika. Għaldaqstant, ir-rapporteur tqis li dan l-artikolu għandu jiġi emendat sabiex il-konsumatur jingħata l-għażla li jfittex assigurazzjoni jew fl-Istat Membru ta' oriġini tiegħu (Stat Membru ta' destinazzjoni) jew fl-Istat Membru tal-bejgħ tal-vettura. Dan jipprovdi soluzzjoni għaż-żmien limitat li huwa meħtieġ biex vettura tintbagħat minn Stat Membru għal ieħor u biex tiġi rreġistrata fl-Istat Membru ta' residenza tas-sid.

Ir-rapporteur tipproponi wkoll li tiġi indirizzata sitwazzjoni speċifika ta' responsabbiltà f'każ ta' inċident li jinvolvi trejler irmunkat minn vettura motorizzata (Artikolu 15a ġdid). F'tali inċidenti (minn wara), ħafna drabi ma jkunx possibbli li wieħed jara l-pjanċa tal-vettura prinċipali. Barra minn hekk, it-trejlers u l-vetturi tal-irmonk jistgħu ma jkunux irreġistrati mal-istess sid, jista' jkollhom poloz tal-assigurazzjoni differenti u jistgħu saħansitra jkunu rreġistrati fi Stati Membri differenti. F'każijiet li fihom il-vettura tal-irmonk ma tistax tiġi identifikata, il-parti li tkun sofriet ħsara għandha tiġi kkumpensata mill-assiguratur tat-trejler li mbagħad jista' jirrikorri għand l-assiguratur tal-vettura tal-irmonk.

Fir-rigward tal-pretensjonijiet preċedenti, ir-rapporteur trid tikkjarifika li l-fornituri tal-assigurazzjoni għandhom, bħala prinċipju, jittrattaw id-dikjarazzjonijiet ta' pretensjonijiet preċedenti, maħruġa fi Stat Membru, bl-istess mod li jittrattaw id-dikjarazzjonijiet domestiċi, għad-determinazzjoni tal-primjums, u għandhom japplikaw kwalunkwe skont disponibbli għal klijent identiku jew dawk l-iskonti previsti mil-liġi ta' Stat Membru. Ġew introdotti wkoll xi dispożizzjonijiet ġodda dwar l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti. Barra minn hekk, it-test issa jipprevedi għodda indipendenti ta' tqabbil tal-prezzijiet biex il-konsumaturi jqabblu l-prezzijiet ta' fornituri ta' assigurazzjoni obbligatorja.

Sabiex il-partijiet li jkunu sofrew ħsara jkunu jistgħu jitolbu kumpens, id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu ċentri ta' informazzjoni (Artikolu 23) li, inter alia, iżommu reġistru tan-numri ta' reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur, abbażi tat-territorji tagħhom, u n-numri tal-poloz tal-assigurazzjoni li jkopru l-użu ta' dawk il-vetturi. Ir-rapporteur tinnota bi tħassib, madankollu, li bħalissa m'hemm ebda obbligu fuq l-assiguraturi biex jinfurmaw lil dawk iċ-ċentri ta' informazzjoni meta polza ma tibqax valida għal vettura rreġistrata, u dan jista' jwassal biex tinħażen data żbaljata fir-reġistru. Għalhekk, jeħtieġ li r-reġistru jiġi aġġornat kontinwament u jiġi integrat bis-sħiħ mal-bażijiet ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, biex tiġi massimizzata l-eżattezza tal-informazzjoni maħżuna fihom.

Id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur telenka wkoll diversi korpi ta' kumpens, li l-kompetenza tagħhom hija differenti, skont jekk l-inċident jinvolvix element transfruntier (Artikoli 20-26) jew le (Artikoli 10, 10a ġdid). Ir-rapporteur temmen li sistema bħal din għandha tiġi ssimplifikata, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, l-assiguraturi u l-partijiet li jkunu sofrew ħsara li jfittxu rimedju, u dawk il-korpi għandhom jiġu amministrati bħala unità amministrattiva waħda li tkopri l-funzjonijiet kollha tal-korpi ta' kumpens differenti. Jekk Stat Membru jippreferi jżomm dawk il-korpi separati, għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan u jipprovdi ġustifikazzjonijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tinnota wkoll li wara l-2009, meta ġew ikkonsolidati ħames direttivi preċedenti, id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur issa fiha kemm it-terminu "vittma" kif ukoll it-terminu "parti li tkun sofriet ħsara", filwaqt li t-terminu tal-aħħar biss ġie ddefinit fid-Direttiva. It-terminu "parti li tkun sofriet ħsara" nftiehem li jinkludi kemm lill-vittmi diretti kif ukoll lil dawk indiretti (pereżempju l-membri tal-familja wara inċident fatali). Għalhekk, huwa importanti li d-diċitura tkun allinjata mat-terminu "parti li tkun sofriet ħsara" fid-dispożizzjonijiet kollha tat-test.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tqis li huwa importanti li tiddaħħal klawżola ta' rieżami biex, mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tat-traspożizzjoni, jiġi evalwat jekk d-Direttiva għadhiex adatta għall-iskop tagħha, b'mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-vetturi awtonomi u semiawtonomi. Jekk ikun meħtieġ, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva.

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur temmen li l-elementi elenkati hawn fuq jindirizzaw il-punti l-aktar pertinenti fejn il-proposta tal-Kummissjoni u d-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur iridu jittejbu, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-vittmi ta' inċidenti b'vetturi bil-mutur u biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-vetturi bejn l-Istati Membri.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (20.12.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2009/103/KE tas-16 ta' Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(COM(2018)0336 – C8-0211/2018 – 2018/0168(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Joëlle Bergeron

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-ewwel direttiva tal-UE dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi tmur lura għall-1972. Minn dak iż-żmien 'l hawn daħlu ħames direttivi oħra li gradwalment saħħuha u ssupplimentawha u dawn ġew kodifikati mid-Direttiva 2009/103/KE.

Fil-programm ta' ħidma tagħha għall-2016, il-Kummissjoni kienet ħabbret valutazzjoni ta' din tal-aħħar. Wara din il-valutazzjoni deher li kienu meħtieġa għadd ta' emendi u adattamenti sabiex din id-direttiva tissodisfa l-għan primarju tagħha, b'mod partikolari biex tipprovdi l-protezzjoni għall-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku f'sitwazzjonijiet transfruntieri. Jistgħu jiġu identifikati ħames punti ġodda: l-insolvenza tal-assiguratur, ir-rikonoxximent tad-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-pretensjonijiet, il-kontrolli tal-assigurazzjoni għall-ġlieda kontra s-sewqan mhux assigurat, l-armonizzazzjoni ta' ammonti minimi ta' kopertura, u l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Ir-rapporteur tqis li din il-proposta għal direttiva se tkun effettiva biex tissodisfa r-rekwiżiti l-ġodda ta' protezzjoni tal-vittmi ta' inċidenti fit-toroq fi Stati Membri tal-UE oħrajn apparti dak tar-residenza tagħhom, u tal-vittmi ta' xi inċident ikkawżat minn sewwieq li jiġi minn Stat Membru ieħor.

Bil-każijiet tal-insolvenza tal-assiguraturi, b'mod partikolari f'kuntest transfruntier, li qed jimmultiplikaw, u bil-proċeduri ta' kumpens li huma xi kultant, f'xi pajjiżi tal-UE, twal u kumplessi, ir-rapporteur tqis il-possibbiltà li jiġi previst mekkaniżmu għal kumpens rapidu u adegwat tal-vittmi bħala pass ’il quddiem. Il-proposta tinkludi l-ħolqien, f'kull Stat Membru, ta' fond ta' kumpens iffinanzjat mill-assiguraturi nazzjonali, surrogat għall-assiguratur insolventi. F'sitwazzjonijiet transfruntiera, il-vittma tkun ikkumpensata direttament mill-fond nazzjonali tal-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident qabel ma dak il-fond jiġi rimborżat mill-fond ta' kumpens nazzjonali tal-assiguratur insolventi. Diġà teżisti sistema ta' fondi ta' garanzija f'ħafna Stati Membri u, fil-fehma tar-rapporteur, il-fatt li qed jitqies li din tiġi estiża għall-Istati Membri kollha fil-forma ta' ftehimiet volontarji jikkostitwixxi progress reali.

L-abbozz tal-Kummissjoni jipprevedi wkoll l-applikazzjoni mill-assiguraturi tal-istess trattament għad-dikjarazzjonijiet preċedenti kollha tal-pretensjonijiet maħruġa fl-UE. Ir-rapporteur approvat l-approċċ tal-Kummissjoni li jikkonsisti mid-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-pretensjonijiet u, fl-istess ħin, li jimponi l-istess trattament għal dawn id-dikjarazzjonijiet irrispettivament mill-Istat Membru ta' oriġini tad-detentur ta' polza. Din il-miżura se tipprevedi aktar ugwaljanza bejn id-detenturi ta' polza permezz tal-applikazzjoni mill-assiguraturi tal-istess trattament għad-dikjarazzjonijiet preċedenti kollha tal-pretensjonijiet maħruġa fl-Ewropa. L-għan huwa li jkun hemm inqas frodi fl-assigurazzjonijiet u aktar trasparenza permezz tal-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-pretensjonijiet.

Dwar il-kwistjoni tal-kontrolli tal-assigurazzjoni, ir-rapporteur tqis li huwa essenzjali li tiġi limitata l-projbizzjoni attwali tagħhom u li l-Istati Membri jitħallew iwettqu kontrolli mingħajr xkiel fuq bażi volontarja. Il-kontrolli se jitqiesu bħala kontrolli li ma joħolqux xkiel sal-punt fejn it-tekniki użati ma jkunux jobbligaw lill-vetturi jieqfu, ma jkunux diskriminatorji, u jkunu neċessarji u proporzjonati. Ir-rapporteur tqis li l-għoti tal-possibbiltà lill-Istati Membri li jużaw għodod diġitali ta' rikonoxximent tal-pjanċi huwa inizjattiva tajba. Kwalunkwe dispożizzjoni ġdida li tippermetti li jitnaqqas is-sewqan mhux assigurat għandha titħeġġeġ.

Il-proposta għal direttiva tipprevedi wkoll garanzija ta' ammonti minimi ta' kopertura ta' assigurazzjoni fil-każ ta' ħsara lill-proprjetà jew korrimenti personali u irrispettivament mill-kategorija tal-vettura kkonċernata. Ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ din id-dispożizzjoni l-ġdida bil-patt u l-kundizzjoni li l-Istati jkunu jistgħu jaqbżu dan il-minimu u li ma tkunx tinvolvi l-armonizzazzjoni tal-prezzijiet tal-assigurazzjonijiet, peress li din mhijiex fattibbli llum fid-dawl tad-disparitajiet ekonomiċi eżistenti bejn il-pajjiżi differenti tal-Unjoni.

Fl-aħħar, rigward il-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva, ir-rapporteur tappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkodifika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta' definizzjoni ta' "użu ta' vettura". Madankollu, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni adottata għadha restrittiva wisq u tista' teskludi għadd ta' vetturi li ma jkunux "normalment intenzjonati li jintużaw bħala mezz ta' trasport" iżda li safrattant ikunu l-kawża ta' ħsarat materjali ta' korrimenti personali. Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-attività stricto sensu tat-trasport tal-vettura m'għandhiex tkun fattur determinanti fl-applikazzjoni ta' din id-direttiva. L-inċidenti jistgħu, per eżempju, jiġu kkawżati minn vetturi użati għal attivitajiet tal-kostruzzjoni transfruntiera. Ir-rapporteur temmen li d-definizzjoni tal-użu tal-vetturi għandha tkun wiesgħa kemm jista' jkun sabiex tiġi żgurata protezzjoni massima għall-vittmi tal-inċidenti. Għandha titressaq emenda dwar dan il-punt.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur) hi ta' importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta' assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi potenzjali ta' inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta' assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja, konklużi fl-Unjoni. L-assigurazzjoni ta' vetturi b'mutur għandha wkoll impatt fuq il-moviment ħieles ta' persuni u vetturi. Jinħtieġ għaldaqstant li l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jkun għan ewlieni tal-azzjoni tal-Unjoni.

(1)  Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur) hi ta' importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta' assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi potenzjali ta' inċident. Hija wkoll ta' importanza ewlenija għal impriżi ta' assigurazzjoni peress li tikkostitwixxi parti importanti min-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja li jsir fl-Unjoni. L-assigurazzjoni ta' vetturi b'mutur għandha wkoll impatt sinifikanti fuq il-moviment ħieles ta' persuni, merkanzija u vetturi, u b'hekk fuq is-suq intern u ż-żona Schengen. Jenħtieġ għaldaqstant li l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jkun għan ewlieni tal-azzjoni tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, inklużi l-effiċjenza tagħha l-effettività u l-koerenza ma' politiki oħra tal-Unjoni. Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni kienet li d-Direttiva 2009/103/KE tiffunzjona tajjeb b'mod ġenerali, u ma teħtieġx emenda f'ħafna aspetti. Madankollu, ġew identifikati erba' oqsma fejn emendi mmirati jkunu xierqa: il-kumpens tal-vittmi ta' inċidenti f'każijiet ta' insolvenza ta' impriża ta' assigurazzjoni, l-ammonti minimi obbligatorji ta' kopertura tal-assigurazzjoni, il-kontrolli tal-assigurazzjoni tal-vetturi mill-Istati Membri, u l-użu ta' dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi ta' poloz minn impriża ta' assigurazzjoni ġdida.

(2)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, inklużi l-effiċjenza tagħha, l-effettività u l-koerenza ma' politiki oħra tal-Unjoni. Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni kienet li d-Direttiva 2009/103/KE tiffunzjona tajjeb b'mod ġenerali, u ma teħtiġx emenda f'ħafna aspetti. Madankollu, ġew identifikati erba' oqsma fejn emendi mmirati jkunu xierqa: il-kumpens tal-vittmi ta' inċidenti f'każijiet ta' insolvenza ta' impriża ta' assigurazzjoni, l-ammonti minimi obbligatorji ta' kopertura tal-assigurazzjoni, il-kontrolli tal-assigurazzjoni tal-vetturi mill-Istati Membri, u l-użu ta' dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi ta' poloz minn impriża ta' assigurazzjoni ġdida. Jenħtieġ li tiġi introdotta wkoll sistema obbligatorja ta' "bonus-malus" biex tintuża fil-kalkolu ta' primjums tal-assigurazzjoni bbażati fuq dikjarazzjonijiet ta' pretensjonijiet preċedenti minn impriżi tal-assigurazzjoni. Tali sistema tkun inċentiv għal sewqan sikur u b'hekk tagħmel it-traffiku fit-toroq aktar sikur. Din twassal ukoll għal primjums tal-assigurazzjoni aktar ġusti għall-konsumaturi.

_________________

_________________

15 Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

15 Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-prinċipju il-vetturi bil-mutur kollha eżistenti u ġodda jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE. Madankollu, b'mod partikolari fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi, bħar-roti elettriċi, l-iskuters elettriċi u s-Segways, dan ma jidhirx li huwa assolutament meħtieġ. Dawn huma ħafna iżgħar u għandhom veloċità massima aktar baxxa, għalhekk il-potenzjal tagħhom ta' ħsara/korriment mhux daqshekk kbir. L-applikazzjoni mhux iddifferenzjata tal-assigurazzjoni obbligatorja tidher sproporzjonata, speċjalment minħabba l-ħtieġa li jiġi promoss l-iżvilupp ta' modi alternattivi ġodda ta' trasport, li jokkupaw inqas spazju pubbliku tat-toroq u li jirrispettaw aktar l-ambjent. Din id-Direttiva jenħtieġ li għalhekk tapplika biss għal dawk il-vetturi li skont il-liġi tal-Unjoni jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza bħala kundizzjoni għall-approvazzjoni. Ovvjament, jistgħu jseħħu inċidenti anki meta jintużaw tali vetturi, u għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jadottaw jew iżommu fil-livell nazzjonali regoli li jipprevedu wkoll assigurazzjoni ta' responsabbiltà għal vetturi li mhumiex suġġetti għall-approvazzjoni tat-tip. Billi ssegwi l-objettivi ġenerali li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku fit-toroq u li jiffaċilitaw il-moviment liberu ta' persuni u vetturi fl-Unjoni kollha, din id-Direttiva se tgħin biex ittejjeb il-fiduċja fis-suq uniku għall-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur billi żżid iċ-ċertezza legali dwar il-bejgħ transfruntier ta' assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur abbażi tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li tnaqqas ir-riskji li jistgħu jinqalgħu matul il-proċess ta' kumpens għall-vittmi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Din id-Direttiva tikseb bilanċ xieraq bejn l-interess pubbliku u l-ispejjeż potenzjali għall-awtoritajiet pubbliċi, l-assiguraturi u d-detenturi tal-poloz, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-miżuri proposti jkunu kosteffettivi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jinħtieġ li l-Istati Membri jastjenu milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fir-rigward ta' vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Żviluppi teknoloġiċi ġodda jippermettu l-verifika tal-assigurazzjoni tal-vetturi mingħajr ma jkollhom għalfejn jitwaqqfu u mingħajr ma jixxekkel il-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk huwa xieraq li jitħallew isiru dawk il-verifiki dwar tal-assigurazzjoni fuq il-vetturi, jekk ma jiddiskriminawx, jekk ikunu meħtieġa u proporzjonati, jekk jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' verifiki fuq it-territorju nazzjonali u ma jkunx meħtieġ li titwaqqaf il-vettura.

(4)  L-Istati Membri bħalissa qed iżommu lura milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fir-rigward ta' vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Żviluppi teknoloġiċi ġodda, bħat-teknoloġija tal-għarfien tal-pjanċa tan-numru, jippermettu l-verifika diskreta tal-assigurazzjoni tal-vetturi mingħajr ma jkollhom għalfejn jitwaqqfu u mingħajr ma jixxekkel il-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk huwa xieraq li jitħallew isiru dawk il-verifiki tal-assigurazzjoni fuq il-vetturi biss jekk ma jiddiskriminawx, jekk ikunu meħtieġa u proporzjonati, jekk jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' verifiki fuq it-territorju nazzjonali u ma jkunx meħtieġ li titwaqqaf il-vettura u jekk jiggarantixxu d-drittijiet, il-libertajiet u l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Is-sewqan mhux assigurat, iċ-ċirkolazzjoni b'vettura bil-mutur mingħajr assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili għall-vetturi bil-mutur, huma problema li qed tikber fl-Unjoni. L-ispiża ġiet stmata li fl-2011 laħħqet it-EUR 870 miljun f'pretensjonijiet għall-Unjoni kollha kemm hi. Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li s-sewqan mhux assigurat jaffettwa b'mod negattiv bosta partijiet ikkonċernati inklużi vittmi ta' inċidenti, assiguraturi, fondi ta' garanzija u detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-protezzjoni effettiva u effiċjenti tal-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku teħtieġ li dawk il-vittmi jirċievu rimborż dejjem għad-danni personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom, irrispettivament minn jekk l-impriża ta' assigurazzjoni tal-parti responsabbli hix solventi jew le. Jinħtieġ li l-Istati Membri għalhekk iwaqqfu jew jaħtru korp li jipprovdi kumpens inizjali għall-partijiet li jkunu ġarrbu dannu li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fuq it-territorju rispettiv tagħhom, u li għandu dritt jirkupra dak il-kumpens mill-korp li twaqqaf jew ġie maħtur għall-istess skop fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet il-polza tal-vettura tal-parti responsabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jiġu introdotti pretensjonijiet paralleli, jinħtieġ li l-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku ma jitħallewx jippreżentaw pretensjoni għal kumpens quddiem dak il-korp jekk ikunu diġà ppreżentaw il-pretensjoni tagħhom jew ikunu ħadu miżuri legali kontra l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata u dik il-pretensjoni għadha qed tiġi kkunsidrata u l-kawża għadha pendenti.

(7)  Il-protezzjoni effettiva u effiċjenti tal-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku teħtieġ li dawk il-vittmi jirċievu rimborż dejjem għad-danni personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom, irrispettivament minn jekk l-impriża ta' assigurazzjoni tal-parti responsabbli hix solventi jew le. Jenħtieġ li l-Istati Membri għalhekk iwaqqfu jew jaħtru korp li jipprovdi, mingħajr dewmien, kumpens inizjali għall-partijiet li jkunu ġarrbu dannu li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju rispettiv tagħhom, u li jkollu d-dritt li jirkupra dak il-kumpens mill-korp li twaqqaf jew inħatar għall-istess skop fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet il-polza tal-vettura tal-parti responsabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jiġu introdotti pretensjonijiet paralleli, jinħtieġ li l-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku ma jitħallewx jippreżentaw pretensjoni għal kumpens quddiem dak il-korp jekk ikunu diġà ppreżentaw il-pretensjoni tagħhom jew ikunu ħadu miżuri legali kontra l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata u dik il-pretensjoni għadha qed tiġi kkunsidrata u l-kawża għadha pendenti.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti ta' detenturi ta' polza tal-assigurazzjoni li jridu jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda ma' impriżi tal-assigurazzjoni jinħtieġ li tiġi vverifikata faċilment sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent ta' din l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti meta' tiġi konkluża polza ġdida tal-assigurazzjoni. Sabiex tiġi ssimplifikata l-verifika u l-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti, huwa importanti li l-kontenut u l-format tad-dikjarazzjoni ta' din l-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti jkunu l-istess madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni li jqisu d-dikjarazzjonijiet dwar l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti sabiex jiddeterminaw il-primjums tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur jinħtieġ li ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew fuq il-bażi biss tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tad-detentur tal-polza. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw kif l-impriżi tal-assigurazzjoni jitrattaw id-dikjarazzjonijiet ta' evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti, jinħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom fir-rigward ta' kif jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti meta jikkalkulaw il-primjums.

(8)  L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti ta' detenturi ta' polza tal-assigurazzjoni li jridu jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda ma' impriżi tal-assigurazzjoni jenħtieġ li tiġi vverifikata faċilment sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent ta' din l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti meta' tiġi konkluża polza ġdida tal-assigurazzjoni. Sabiex tiġi ssimplifikata l-verifika u l-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti, huwa importanti li l-kontenut u l-format tad-dikjarazzjoni ta' din l-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti jkunu l-istess madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni jenħtieġ li jużaw sistema obbligatorja ta' "bonus-malus" sabiex jiddeterminaw il-primjums tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur. Id-dikjarazzjonijiet ta' pretensjonijiet preċedenti jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. M'għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew fuq il-bażi biss tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tad-detentur tal-polza. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw kif l-impriżi tal-assigurazzjoni jittrattaw id-dikjarazzjonijiet ta' evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti, jenħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom fir-rigward ta' kif jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti meta jikkalkulaw il-primjums.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Bħala parti mill-evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-applikazzjoni tad-Direttiva, fejn tqis in-numru ta' vittmi, l-ammont tal-pretensjonijiet pendenti minħabba dewmien fil-pagamenti wara każijiet ta' insolvenza transfruntiera, il-livell ta' ammonti minimi ta' kopertura fl-Istati Membri, l-ammont ta' pretensjonijiet dovuti għal sewqan mhux assigurat marbut mat-traffiku transfruntier u n-numru ta' lmenti fuq id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti

(11)  Bħala parti mill-evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-applikazzjoni tad-Direttiva, fejn tqis in-numru ta' vittmi, l-ammont tal-pretensjonijiet pendenti minħabba dewmien fil-pagamenti wara każijiet ta' insolvenza transfruntiera, il-livell ta' ammonti minimi ta' kopertura fl-Istati Membri, l-ammont ta' pretensjonijiet dovuti għal sewqan mhux assigurat marbut mat-traffiku transfruntier u n-numru ta' lmenti fuq id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE, il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li teżamina u tevalwa jekk, fid-dawl tal-progress teknoloġiku, inkluż l-użu akbar ta' vetturi awtonomi u semiawtonomi, tibqax taqdi l-funzjoni tagħha li tipproteġi lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku mill-insolvenza tal-assiguraturi f'inċidenti kkawżati minn vetturi. Fl-istess ħin, dak il-monitoraġġ jenħtieġ li jibqa' validu fil-futur u jfittex li jiżgura li jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva fir-rigward ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda f'oqsma bħall-vetturi elettriċi u l-vetturi awtonomi u semiawtonomi.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiżguraw l-istess protezzjoni minima lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni kollha u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-vittmi f'każ ta' insolvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħhom, jiġu miksuba aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(12)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiżguraw l-istess protezzjoni minima lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni kollha, biex jiżguraw il-protezzjoni tal-vittmi f'każ ta' insolvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u biex jiżguraw trattament ugwali fl-awtentikazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti minn assiguraturi għal detenturi potenzjali ta' poloz li jaqsmu l-fruntieri interni tal-Unjoni ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħhom, jiġu miksuba aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fl-Artikolu 2, jiddaħħal paragrafu ġdid:

 

"Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal vetturi koperti mir-Regolament (UE) Nru 2018/858*, mir-Regolament (UE) Nru 167/2013** jew mir-Regolament (UE) Nru 168/2013***.

 

* Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2917, p. 1).

 

** Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

 

*** Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52)."

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli tal-assigurazzjoni sakemm dawk il-kontrolli ma jkunux diskriminatorji, ikunu neċessarji u proporzjonati biex jiksbu l-għan mixtieq, u

Madankollu, jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli tal-assigurazzjoni sakemm dawk il-kontrolli ma jkunux diskriminatorji, ikunu neċessarji u proporzjonati biex jiksbu l-għan mixtieq, jiggarantixxu d-drittijiet, il-libertajiet u l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, u

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew il-korpi kif imsemmija fit-tieni subparagrafu, meta jkunu qiegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b'mod diskriminatorju jew iżommu ż-żejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-korpi kif imsemmija fit-tieni subparagrafu, meta jkunu qiegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b'mod diskriminatorju jew iżommu ż-żejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tagħhom.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-korpi msemmija fit-tieni subparagrafu jinkorporaw sistema obbligatorja ta' "bonus-malus" fil-kuntratti tagħhom ta' assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili għall-vetturi bil-mutur, li tikkalkula l-ammont tal-primjums tal-assigurazzjoni ta' kull detentur ta' polza skont id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom meta jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom meta jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums, partikolarment ukoll fir-rigward tas-sistema "bonus-malus" li jużaw.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn seba' snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, għandha ssir evalwazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni, flimkien mal-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, għandha ssir evalwazzjoni tagħha. B'mod partikolari, l-espedjenza ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi relatati ma' vetturi awtonomi u semiawtonomi għandha tiġi vvalutata, u għandu jiġi eżaminat jekk ir-reġim ta' responsabbiltà ta' din id-Direttiva jqisx il-kundizzjonijiet teknoloġiċi ġodda jew jekk għandux jiġi introdott reat strett ta' responsabbiltà ġdid li jkun ibbażat biss fuq vetturi awtonomi bħala sors ta' periklu u fl-istess ħin ma jkun jinvolvi l-ebda riskju ta' responsabbiltà mhux ikkontrollata, sabiex ma jkunx ostakolat l-użu ta' teknoloġiji ġodda. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni, flimkien mal-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn ikun meħtieġ.

(Żball tekniku: id-direttiva inkwistjoni hija proposta għal Direttiva 2018/0168 (COD) li temenda d-Direttiva 2009/103/KE.)

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

Referenzi

COM(2018)0336 – C8-0211/2018 – 2018/0168(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Joëlle Bergeron

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

11.10.2018

20.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Luis de Grandes Pascual, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Daniel Buda, Luis de Grandes Pascual, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

Referenzi

COM(2018)0336 – C8-0211/2018 – 2018/0168(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dita Charanzová

19.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.10.2018

21.11.2018

21.1.2019

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Philippe Juvin, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Edward Czesak, Martin Schirdewan, Adam Szejnfeld, Josef Weidenholzer

Data tat-tressiq

28.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

PPE

 

 

S&D

 

Verts/ALE

Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

Marco Zullo

Mylène Troszczynski

Dennis de Jong, Martin Schirdewan

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu

Biljana Borzan, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Josef Weidenholzer

Pascal Durand, Igor Šoltes

1

-

ENF

John Stuart Agnew

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2019Avviż legali