RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

28.1.2019 - (COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Virginie Rozière


Proċedura : 2018/0189(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0036/2019
Testi mressqa :
A8-0036/2019
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

(COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0365),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0383/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0036/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita bis sħiħ il-kompetenza esklussiva tagħha fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni tagħha, se ssir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("l-Att ta' Ġinevra")2 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) …/…3 Il-partijiet kontraenti għall-Att ta' Ġinevra huma membri ta' Unjoni Speċjali maħluqa bil-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali4 tagħhom ("l-Unjoni Speċjali"). Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE).../..., l-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fl-Unjoni Speċjali.

(1)  Sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita għalkollox il-kompetenza esklussiva tagħha fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni tagħha, u biex tkun kompatibbli għalkollox mal-impenji tagħha skont il-Ftehim dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, se ssir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("l-Att ta' Ġinevra") skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) …/…3. Il-partijiet kontraenti għall-Att ta' Ġinevra huma membri ta' Unjoni Speċjali maħluqa bil-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom ("l-Unjoni Speċjali"). Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE).../..., l-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fl-Unjoni Speċjali.

__________________

__________________

2 http://www.wipo.int/edocs/lexdocs/treaties/en/lisbon/trt_lisbon_009en.pdf.

 

3 ĠU L […], […], p. […].

3 ĠU L […], […], p. […].

4 http://www.wipo.int/export/sites/www/lisbon/en/legal_texts/lisbon_agreement.pdf.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fis-6 ta' Ottubru 2015, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar l-estensjoni possibbli tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti mhux agrikoli, li fiha ppreżenta l-fehmiet tiegħu dwar din il-kwistjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Wara l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra, jenħtieġ li bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni tippreżenta applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tagħhom ta' lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw u huma protetti fit-territorju tal-Unjoni ("ir-Reġistru Internazzjonali"). Kif inhu l-każ għal xi ftehimiet bilaterali u reġjonali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li l-kriterji għall-istabbiliment ta' lista bħal din iqisu b'mod partikolari l-valur tal-produzzjoni u l-valur tal-esportazzjoni, il-protezzjoni skont ftehimiet oħra kif ukoll l-użu ħażin attwali jew potenzjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

(4)  Wara l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra, jenħtieġ li bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni tippreżenta applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tagħhom ta' lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw u huma protetti fit-territorju tal-Unjoni ("ir-Reġistru Internazzjonali"), fil-kuntest ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u l-produtturi kkonċernati. Għaldaqstant, sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi tali lista, Stat Membru, grupp ta' produtturi interessati jew produttur wieħed li jużaw indikazzjoni ġeografika li hi protetta u rreġistrata fl-Unjoni jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jixtiequ li jiġu inklużi f'dik il-lista. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi f'dik il-lista. Madankollu, abbażi ta' kriterji użati frekwentement għal xi ftehimiet bilaterali u reġjonali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, b'mod partikolari l-valur tal-produzzjoni u l-valur tal-esportazzjoni, il-protezzjoni skont ftehimiet oħra kif ukoll l-użu ħażin attwali jew potenzjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' toġġezzjona għaż-żieda ta' indikazzjoni ġeografika speċifika fil-lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw u huma protetti fit-territorju tal-Unjoniu jenħtieġ li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha f'dak ir-rigward. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-lista tinkludi l-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha li llum il-ġurnata jibbenefikaw mill-protezzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni u huma reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali minn dawk l-Istati Membri li kienu membri tal-Unjoni Speċjali qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex jiġi żgurat li indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali protetti u reġistrati fl-Unjoni jkunu reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali, huwa xieraq li fi stadju aktar tard, il-Kummissjoni tkun awtorizzata tippreżenta applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali bħal dawn, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew, f'każijiet eċċezzjonali, wara talba ta' produttur wieħed.

(5)  Sabiex jiġi żgurat li indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali protetti u reġistrati fl-Unjoni jkunu reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali, fosthom wara l-estensjoni possibbli tal-protezzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti mhux agrikoli, huwa xieraq li fi stadju aktar tard, il-Kummissjoni tkun awtorizzata tippreżenta applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali bħal dawn, fuq l-inizjattiva tagħha, fuq talba ta' Stat Membru, tal-Parlament Ewropew, ta' assoċjazzjonijiet kummerċjali rilevanti jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew, f'każijiet eċċezzjonali, fuq talba ta' produttur wieħed. Għaldaqstant, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti kollha fuq bażi regolari. Barra minn hekk, l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra jenħtieġ li ma tipperikolax il-protezzjoni attwali u futura tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fi ftehimiet bilaterali ta' kummerċ ħieles.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Iż-żieda ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fir-Reġistru Internazzjonali jenħtieġ li sservi l-finijiet li jkunu provduti prodotti ta' kwalità, kompetizzjoni ġusta u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Filwaqt li għandha valur kulturali u ekonomiku sinifikanti, iż-żieda ta' indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li tiġi vvalutata fir-rigward tal-valur maħluq għall-komunitajiet lokali, bil-ħsieb li jiġi appoġġat l-iżvilupp rurali u li jiġu promossi opportunitajiet ta' impjieg ġodda fil-produzzjoni, l-ipproċessar u servizzi relatati oħra.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża mekkaniżmu regolari biex tikkonsulta lill-Istati Membri, assoċjazzjonijiet kummerċjali u produtturi tal-Unjoni sabiex tistabbilixxi djalogu kontinwu mal-partijiet interessati rilevanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Huwa xieraq li tiġi prevista proċedura għall-irtirar ta' rifjut ta' protezzjoni, speċjalment fil-każ ta' żviluppi ulterjuri fil-liġi tal-Unjoni li jippermettu l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Huwa possibbli li s-seba' Stati Membri li kienu membri tal-Unjoni Speċjali jkunu jixtiequ jipparteċipaw ukoll fl-Att ta' Ġinevra sabiex jipproteġu l-indikazzjonijiet ġeografiċi li ma jibbenefikawx minn protezzjoni orizzontali fil-livell tal-Unjoni. Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni li huma jkunu permessi jipparteċipaw parzjalment fl-Att ta' Ġinevra, minkejja l-kompetenzi tal-Unjoni fejn applikabbli.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jiġi kopert kwalunkwe nuqqas fir-rigward tal-baġit operattiv tal-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tipprovdi kontribuzzjoni speċjali fi ħdan il-mezzi disponibbli għal dan il-għan fil-baġit annwali tal-Unjoni.

(10)  Sabiex jiġi kopert kwalunkwe nuqqas fir-rigward tal-baġit operattiv tal-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tipprovdi kontribuzzjoni speċjali fi ħdan il-mezzi disponibbli għal dan il-għan fil-baġit annwali tal-Unjoni minħabba l-valur ekonomiku u kulturali tal-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sħubija tal-Unjoni fl-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi stabbilita lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali tagħhom mal-Bureau Internazzjonali mal-adeżjoni mal-Att ta' Ġinevra, għall-preżentazzjoni sussegwenti ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika mal-Bureau Internazzjonali, għar-rifjut ta' oppożizzjoni, għal deċiżjoni dwar jekk tingħatax jew le protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, u għall-kanċellazzjoni tal-protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7 ,

(11)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sħubija tal-Unjoni fl-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi stabbilita lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali tagħhom mal-Bureau Internazzjonali mal-adeżjoni mal-Att ta' Ġinevra, għall-preżentazzjoni sussegwenti ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika mal-Bureau Internazzjonali, għar-rifjut ta' oppożizzjoni, għal deċiżjoni dwar jekk tingħatax jew le protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, għall-kanċellazzjoni tal-protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, u għall-irtirat ta' rifjut tal-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7. Il-lista tal-kumitati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jenħtieġ li tiġi aġġornata fil-każ li aktar żviluppi fid-dritt tal-Unjoni jippermettu l-protezzjoni ta' prodotti mhux agrikoli.

__________________

__________________

7 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

7 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Sabiex l-Unjoni tipparteċipa għalkollox fl-Att ta' Ġinevra, hu meħtieġ li tiġi stabbilita sistema biex jiġu mħarsa l-indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli, stabbilita permezz ta' leġiżlazzjoni orizzontali fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, ikun mixtieq li l-Kummissjoni tippreżenta, malajr kemm jista’ jkun, proposta leġiżlattiva li testendi l-protezzjoni mogħtija għall-indikazzjonijiet ġeografiċi skont id-dritt tal-Unjoni għal prodotti mhux agrikoli. Indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli protetti fl-Istati Membri jenħtieġ li ma jintlaqtux minn dan ir-Regolament sakemm tali sistema tiġi stabbilita.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Fil-perspettiva tal-parteċipazzjoni li għadha limitata ta' pajjiżi terzi li huma partijiet Kontraenti fl-Att ta' Ġinevra, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tissorvelja u tevalwa l-parteċipazzjoni tal-Unjoni f'dak l-Att matul iż-żmien. Sabiex twettaq tali evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li, inter alia, tqis l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti taħt id-dritt tal-Unjoni li jkunu ġew notifikati, dawk li jkunu ġew irrifjutati minn partijiet terzi, l-evoluzzjoni tal-għadd ta' pajjiżi terzi parteċipanti fl-att ta' Ġinevra, l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni biex dak l-għadd jikber, u l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli li joriġinaw minn Partijiet Kontraenti ta' pajjiżi terzi u li jkunu ġew irrifjutati mill-Kummissjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, denominazzjonijiet ta' oriġini, inklużi "denominazzjonijiet ta' oriġini" kif definiti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u indikazzjonijiet ġeografiċi, minn issa 'l quddiem it-tnejn jissejħu "indikazzjonijiet ġeografiċi".

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, denominazzjonijiet ta' oriġini, inklużi "denominazzjonijiet ta' oriġini" kif definiti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u indikazzjonijiet ġeografiċi, minn issa 'l quddiem it-tnejn jissejħu "indikazzjonijiet ġeografiċi, agrikoli u mhux agrikoli".

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Reġistrazzjoni internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi mal-adeżjoni

Reġistrazzjoni internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi mal-adeżjoni

Mal-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u reġistrati skont id-dritt tal-Unjoni u li jirrelataw ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att ta' Ġinevra.

1. Mal-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u reġistrati skont id-dritt tal-Unjoni u li jirrelataw ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att ta' Ġinevra.

Sabiex tivvaluta jekk tippreżentax jew le applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-ewwel paragrafu, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Dik il-lista għandu tinkludi l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej kollha, li ġew reġistrati diġà fir-Reġistru Internazzjonali minn dawk l-Istati Membri li kienu partijiet kontraenti tal-Unjoni Speċjali qabel l-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra.

 

3. Sa... [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], awtorità ta' Stat Membru, grupp ta' produtturi interessati jew produttur wieħed li jużaw indikazzjoni ġeografika protetta u rreġistrata fl-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jixtiequ jinkludu fil-lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 2.

Sabiex tiġi stabbilita l-lista msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari, dan li ġej:

Sabiex tiġi stabbilita l-lista msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-indikazzjonijiet ġeoġrafiċi notifikati kollha f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

 

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tirrifjuta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u l-produtturi kkonċernati, li tinkludi indikazzjoni ġeografika speċifika f'dik il-lista u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tqis, b'mod partikolari, dan li ġej:

(a)  il-valur tal-produzzjoni tal-indikazzjoni ġeografika;

 

(b)  il-valur tal-esportazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika;

(b)  il-valur tal-esportazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika jew il-potenzjal ta' esportazzjoni tagħha jew it-tnejn li huma;

 

(ba)  l-importanza ekonomika u reġjonali speċjali tal-indikazzjoni ġeografika;

(c)  il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika skont ftehimiet internazzjonali oħra;

 

(d)  l-użu ħażin attwali jew potenzjali tal-indikazzjoni ġeografika f'membri oħra tal-Unjoni Speċjali;

 

(e)  l-għadd totali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw mit-territorji tal-membri l-oħra tal-Unjoni Speċjali u reġistrati fir-reġistru tal-Bureau Internazzjonali ("ir-Reġistru Internazzjonali").

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Reġistrazzjoni internazzjonali sussegwenti ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni

Reġistrazzjoni internazzjonali sussegwenti ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni

Wara l-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew wara talba ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew ta' produttur uniku li jużaw indikazzjoni ġeografika protetta u reġistrata fl-Unjoni, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika protetta u reġistrata skont id-dritt tal-Unjoni u li tirrelata ma' prodott li joriġina fl-Unjoni mal-Bureau Internazzjonali.

Wara l-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni tista' fuq inizjattiva tagħha stess, jew għandha fuq talba ta' Stat Membru, tal-Parlament Ewropew jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew ta' produttur uniku li jużaw indikazzjoni ġeografika protetta u reġistrata fl-Unjoni, tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika protetta u reġistrata skont id-dritt tal-Unjoni u li tirrelata ma' prodott li joriġina fl-Unjoni mal-Bureau Internazzjonali. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri, assoċjazzjonijiet kummerċjali u produtturi tal-Unjoni fuq bażi regolari.

Sabiex tivvaluta jekk tippreżentax jew le applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Valutazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiż terz reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali

Valutazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiż terz reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali

(1)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pubblikazzjoni nnotifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinit skont l-Artikolu 1(xv) tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk fihiex l-elementi obbligatorji stabbiliti fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra ("ir-Regolamenti Komuni")8, u d-dettalji li jikkonċernaw il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) ta' dawk ir-Regolamenti, kif ukoll biex jiġi evalwat jekk il-pubblikazzjoni tirrelatax ma' prodott li fir-rigward tiegħu attwalment tingħata protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-perjodu biex issir din il-valutazzjoni m'għandux jaqbeż l-erba' xhur u m'għandux jinkludi valutazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, għal standards sanitarji u fitosanitarji, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u t-tikkettar tal-ikel.

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pubblikazzjoni nnotifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinit skont l-Artikolu 1(xv) tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk fihiex l-elementi obbligatorji stabbiliti fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra ("ir-Regolamenti Komuni")8, u d-dettalji li jikkonċernaw il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) ta' dawk ir-Regolamenti, kif ukoll biex jiġi evalwat jekk il-pubblikazzjoni tirrelatax ma' prodott li fir-rigward tiegħu tingħata protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-perjodu biex issir din il-valutazzjoni m'għandux jaqbeż l-erba' xhur u m'għandux jinkludi valutazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, għal standards sanitarji u fitosanitarji, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u t-tikkettar tal-ikel.

(2)  Fejn, fuq il-bażi tal-valutazzjoni magħmula skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu huma prima facie issodisfati, għandha tippubblika l-indikazzjoni ġeografika proposta għall-protezzjoni fl-Unjoni flimkien mat-tip ta' prodott u l-pajjiż ta' oriġini f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C.

2.  Fejn, fuq il-bażi tal-valutazzjoni magħmula skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu huma prima facie issodisfati, għandha tippubblika l-indikazzjoni ġeografika proposta għall-protezzjoni fl-Unjoni flimkien mat-tip ta' prodott u l-pajjiż ta' oriġini f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C.

(3)  Fejn, fuq il-bażi tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu mhumiex issodisfati, għandha tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13 (2). Fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li jkopru prodotti li ma jaqgħux fil-kompetenza tal-Kumitati maħsuba fl-Artikolu 13(1) id-deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

3.  Fejn, fuq il-bażi tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu mhumiex issodisfati, għandha tieħu deċiżjoni motivata li tirrifjuta l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13 (2).

Skont l-Artikolu 15(1) tal-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali bir-rifjut tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata fit-territorju tal-Unjoni, fi żmien sena minn meta tirċievi n-notifika ta' reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra.

Skont l-Artikolu 15(1) tal-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali bir-rifjut tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata fit-territorju tal-Unjoni, fi żmien sena minn meta tirċievi n-notifika ta' reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra.

 

3a.  Fejn, wara n-notifika tar-rifjut tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata fit-territorju tal-Unjoni minħabba n-nuqqas ta' protezzjoni għal kategorija ta' prodotti fi ħdan l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni, żviluppi ulterjuri fid-dritt tal-Unjoni jippermettu li l-kategorija ta' prodotti kkonċernati mir-rifjut tiġi protetta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid jekk l-indikazzjoni ġeografika li qabel kienet ġiet miċħuda tistax issa tiġi protetta fit-territorju tal-Unjoni.

 

Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 huma ssodisfati, hi għandha tieħu deċiżjoni li tirtira r-rifjut permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

 

Skont l-Artikolu 16 tal-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali bl-irtirar ta' rifjut tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata fit-territorju tal-Unjoni.

_________________

_________________

8Ir-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona kif adottati mill-Assemblea tal-Unjoni ta' Lisbona fil-11 ta' Ottubru 2017, http://www.wipo.int/meetings/en/doc_details.jsp?doc_id=376416, Dok. WIPO A/57/11 tal-11 ta' Ottubru 2017.

8 Ir-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona kif adottati mill-Assemblea tal-Unjoni ta' Lisbona fil-11 ta' Ottubru 2017. Dok. WIPO A/57/11 tal-11 ta' Ottubru 2017.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Skont l-Artikolu 4(2), fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-isem tal-indikazzjoni ġeografika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , l-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini, jew persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu u stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini, tista' tagħmel oppożizzjoni mal-Kummissjoni, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

(1)  Skont l-Artikolu 4(2), fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-isem tal-indikazzjoni ġeografika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini, jew persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu u stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini, tista' tagħmel oppożizzjoni mal-Kummissjoni, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li l-indikazzjoni ġeografika reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali għandha x'taqsam ma' prodott li fir-rigward tiegħu l-protezzjoni fl-UE ta' indikazzjonijiet ġeografiċi attwalment mhix ipprovduta;

imħassar

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Sorveljanza u rieżami

 

1.   Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-aspetti li ġejjin:

 

a)   l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti taħt id-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom tkun waslet notifika, b'ġustifikazzjoni għall-għażla ta' dawk l-indikazzjonijiet notifikati, u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti taħt id-dritt tal-Unjoni li jkunu ġew rifjutati minn partijiet terzi;

 

b)   l-evoluzzjoni tal-għadd ta' pajjiżi terzi parteċipanti fl-Att ta' Ġinevra u l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni biex dan l-għadd jikber; kif ukoll

 

c)   l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi li ġew irrifjutati mill-Kummissjoni.

 

2.   Sa ...[sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex testendi l-protezzjoni mogħtija lil indikazzjonijiet ġeografiċi skont id-dritt tal-Unjoni għal prodotti mhux agrikoli, fil-perspettiva tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra.

  • [1]    Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim ta' Lisbona dwar il-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom huwa trattat li jmur lura għall-1958, li joffri mezz biex tinkiseb protezzjoni għad-denominazzjonijiet ta' oriġini fil-Partijiet Kontraenti tiegħu. Bħalissa, il-Ftehim għandu tmienja u għoxrin Parti Kontraenti, inklużi seba' Stati Membri. Madankollu, l-Unjoni mhix parti kontraenti għax il-Ftehim ta' Lisbona jipprevedi biss is-sħubija ta' stati.

Il-Ftehim ta' Lisbona ġie aġġornat permezz tal-Att ta' Ġinevra, li jippermetti li organizzazzjonijiet internazzjonali jsiru Partijiet Kontraenti. B'hekk, il-Parlament se jkun mistieden jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita għalkollox il-kompetenza esklussiva tagħha fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni. Din il-proposta għal Regolament għaldaqstant se tippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-Unjoni lejn l-Unjoni ta' Lisbona.

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur tilqa' l-proposta, li se ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni fix-xena internazzjonali kif ukoll it-tmexxija tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-kultura u tal-produtturi lokali tagħha u se tgħin biex tagħti spinta lill-kummerċ għal ċerti prodotti Ewropej lil hinn mill-ftehimiet bilaterali konklużi mill-Unjoni mas-sħab tagħha.

Madankollu, fil-fehma tar-Rapporteur, xi nuqqasijiet fil-proposti għandhom jiġu indirizzati sabiex din tkun tista' toffri l-akbar benefiċċju possibbli għall-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni.

1.  Ir-Rapporteur tixtieq tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tippreżenta l-ewwel lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi bbażata fuq il-kontributi mill-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti. Fil-fatt, huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jidentifikaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi rilevanti li għandhom jiġu inklużi fir-Reġistru Internazzjonali. Barra minn hekk, ir-Rapporteur hi tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tinkludi fil-lista tagħha l-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha, li bħalissa jibbenefikaw mill-protezzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni u huma rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali minn dawk l-Istati Membri li kienu membri tal-Unjoni Speċjali qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra. Din il-lista għandha tiġi aġġornata aktar tard u għandha timmira li tinkludi l-akbar għadd possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Parlament għandu jkun jista' jissuġġerixxi indikazzjonijiet ġeografiċi biex jiġu rreġistrati fl-Unjoni ta' Lisbona.

2.  Filwaqt li l-Ftehim ta' Lisbona jkopri kemm indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli kif ukoll dawk li mhumiex agrikoli, l-Unjoni ma tipprevedix protezzjoni għal prodotti mhux agrikoli. Dan jikkostitwixxi nuqqas serju li, bħalissa jżomm lill-Unjoni milli tipparteċipa għalkollox fl-Att ta' Ġinevra. Barra minn hekk, minħabba l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, l-Istati Membri li jipproteġu indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli mhux se jkunu jistgħu jipproteġuhom taħt l-Att ta' Ġinevra. Ir-Rapporteur jiddispjaċiha dwar din is-sitwazzjoni, speċjalment minħabba li setgħet tiġi solvuta qabel l-adozzjoni ta' dan l-att, peress li kien hemm diversi talbiet mill-Parlament għall-iżvilupp ulterjuri tal-protezzjoni ta' din il-kategorija ta' prodotti f'dawn l-aħħar snin. B'konsegwenza ta' dan, ir-Rapporteur qed tipproponi li l-Kummissjoni tintroduċi b'ħeffa strument għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli permezz ta' leġiżlazzjoni orizzontali. Abbażi ta' dak is-suġġeriment, ir-Rapporteur għamlet modifika biex tiżgura li dan ir-Regolament ikun għadu adatt għall-iskop f'każ ta' żviluppi ulterjuri tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta' prodotti mhux agrikoli.

3.  Seba' Stati Membri huma membri tal-Unjoni ta' Lisbona u bħala tali aċċettaw il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi. Ir-Rapporteur tilqa' l-introduzzjoni ta' perjodu tranżitorju sabiex dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom assunti qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra. Ir-Rapporteur tixtieq ukoll tenfasizza li għandha tiġi studjata soluzzjoni bħal pereżempju parteċipazzjoni parzjali ta' dawk il-pajjiżi fl-Att ta' Ġinevra, sabiex huma jkunu jistgħu jkomplu jipproteġu għalkollox l-IĠ mhux agrikoli tagħhom.

4.  Għalkemm l-Att ta' Ġinevra jippermetti li organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu membru tal-Unjoni Speċjali, dan ma jagħtihomx dritt ta' vot b'mod awtomatiku. Tabilħaqq, kull organizzazzjoni internazzjonali għandu jkollha għadd ta' voti ugwali għall-għadd ta' Stati Membri tagħha li jkunu parti għall-Att. Minħabba l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, dan iċaħħad lill-Unjoni minn dritt tal-vot. Ir-Rapporteur tixtieq tesprimi t-tħassib tagħha dwar din is-sitwazzjoni u titlob lill-Kummissjoni tesplora soluzzjoni possibbli għal din il-kwistjoni, bħar-ratifika tal-istrument fl-interess tal-Unjoni mill-Istati Membri.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (3.12.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi
(COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Christophe Hansen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Proposta għandha l-għan li tiżgura l-qafas legali għall-parteċipazzjoni effettiva tal-UE fl-Unjoni ta' Lisbona tad-WIPO, ladarba l-UE tkun saret parti kontraenti fl-Att ta' Ġinevra. Ir-rapporteur jilqa' l-proposta attwali li qed issir f'kuntest ġeopolitiku diffiċli fejn l-ostakli fil-fora multilaterali sfortunatament inaqqsu l-perspettiva ta' avvanzi sinifikanti fil-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Il-proposta tiffoka fuq diversi aspetti u, fost l-oħrajn, tenfasizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

1.  Se jkun hemm vantaġġi sinifikanti marbuta mas-sħubija tal-UE fl-Att ta' Ġinevra. Ir-rapporteur jilqa' l-firxa potenzjali estiża għall-protezzjoni li l-Att ta' Ġinevra joffri lill-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Ewropej; barra minn hekk, wara l-adeżjoni mal-Att ta' Ġinevra, l-Unjoni tista' tkompli tfittex protezzjoni għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi permezz ta' ftehimiet bilaterali mas-sħab kummerċjali li (għadhom) mhumiex parti mill-Att ta' Ġinevra.

2.  Ir-rapporteur jixtieq jinsisti wkoll dwar il-kompatibbiltà tal-proposta kurrenti mal-Ftehim TRIPS tad-WTO, fid-dawl ta' tnaqqis potenzjali fil-futur.

3.  Jenħtieġ li l-UE tippreżenta lista tal-GI magħżula mil-listi ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-UE stabbiliti. Din il-lista jenħtieġ li tiġi stabbilita f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati rilevanti, u tista' tiġi adattata iktar tard biex tirrifletti l-ħtiġijiet ġodda tas-suq.

4.  Fil-prinċipju, il-GI tal-UE se jkollhom protezzjoni rapida, ta' livell għoli u definittiva fil-partijiet kollha preżenti u futuri għall-Att ta' Ġinevra, filwaqt li għandhom reputazzjoni miżjuda tal-GI tal-UE permezz tar-reġistru multilaterali u minħabba l-firxa ġeografika wiesgħa ta' protezzjoni skont l-Att ta' Ġinevra.

5.  Seba' Stati Membri huma membri tal-Unjoni ta' Lisbona u bħala tali aċċettaw il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi. Perjodu tranżitorju huwa meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi internazzjonali li wieħed jassumi qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra.

Ir-rapporteur jaqbel, b'mod ġenerali, ma' dawn l-aġġustamenti bl-eċċezzjoni tal-emendi li ġejjin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita bis sħiħ il-kompetenza esklussiva tagħha fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni tagħha, se ssir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("l-Att ta' Ġinevra")2 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE).../...3 Il-partijiet kontraenti għall-Att ta' Ġinevra huma membri ta' Unjoni Speċjali maħluqa bil-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom4 ("l-Unjoni Speċjali"). Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE).../..., l-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fl-Unjoni Speċjali.

(1)  Sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita bis sħiħ il-kompetenza esklussiva tagħha fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni tagħha, u b'kompatibbiltà sħiħa mal-impenji tagħha skont il-Ftehim dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, se ssir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("l-Att ta' Ġinevra")2 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE).../...3 Il-partijiet kontraenti għall-Att ta' Ġinevra huma membri ta' Unjoni Speċjali maħluqa bil-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom4 ("l-Unjoni Speċjali"). Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE).../..., l-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fl-Unjoni Speċjali.

__________________

__________________

2 http://www.wipo.int/edocs/lexdocs/treaties/en/lisbon/trt_lisbon_009en.pdf.

2 http://www.wipo.int/edocs/lexdocs/treaties/en/lisbon/trt_lisbon_009en.pdf.

3 ĠU L […], […], p. […].

3 ĠU L […], […], p. […].

4 http://www.wipo.int/export/sites/www/lisbon/en/legal_texts/lisbon_agreement.pdf.

4 http://www.wipo.int/export/sites/www/lisbon/en/legal_texts/lisbon_agreement.pdf.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Wara l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra, jenħtieġ li bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni tippreżenta applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tagħhom ta' lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw u huma protetti fit-territorju tal-Unjoni ("ir-Reġistru Internazzjonali"). Kif inhu l-każ għal xi ftehimiet bilaterali u reġjonali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li l-kriterji għall-istabbiliment ta' lista bħal din iqisu b'mod partikolari l-valur tal-produzzjoni u l-valur tal-esportazzjoni, il-protezzjoni skont ftehimiet oħra kif ukoll l-użu ħażin attwali jew potenzjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

(4)  Wara l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra, jenħtieġ li bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni tippreżenta applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tagħhom ta' lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw u huma protetti fit-territorju tal-Unjoni ("ir-Reġistru Internazzjonali"), f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u l-produtturi kkonċernati. Dik il-lista jenħtieġ li tinkludi, sa fejn ikun possibbli, indikazzjonijiet ġeografiċi diġà rreġistrati mill-Istati Membri li kienu partijiet kontraenti għall-Unjoni Speċjali qabel l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Att ta' Ġinevra. Barra minn hekk, kif inhu l-każ għal xi ftehimiet bilaterali u reġjonali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li l-kriterji għall-istabbiliment ta' lista bħal din iqisu b'mod partikolari l-valur tal-produzzjoni u l-valur tal-esportazzjoni, il-protezzjoni skont ftehimiet oħra kif ukoll l-użu ħażin attwali jew potenzjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex jiġi żgurat li indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali protetti u reġistrati fl-Unjoni jkunu reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali, huwa xieraq li fi stadju aktar tard, il-Kummissjoni tkun awtorizzata tippreżenta applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali bħal dawn, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew, f'każijiet eċċezzjonali, wara talba ta' produttur wieħed.

(5)  Sabiex jiġi żgurat li indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali jew futuri protetti u reġistrati fl-Unjoni jkunu reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali, inkluża l-possibbiltà tal-estensjoni tal-protezzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti mhux agrikoli, huwa xieraq li fi stadju aktar tard, il-Kummissjoni tkun awtorizzata tippreżenta applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali bħal dawn, fuq l-inizjattiva tagħha jew, f'każijiet ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli, fuq talba ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew, f'każijiet eċċezzjonali, fuq talba ta' produttur wieħed. L-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra ma tippreġudikax il-protezzjoni kurrenti u futura tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fi ftehimiet bilaterali ta' kummerċ ħieles. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża mekkaniżmu regolari biex tikkonsulta lill-Istati Membri, lill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u lill-produtturi Ewropej sabiex tistabbilixxi djalogu fluwidu mal-partijiet interessati.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jidher li hu ekwu li t-tariffi li għandhom jitħallsu skont l-Att ta' Ġinevra u r-Regolamenti Komuni għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika kif ukoll it-tariffi li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' entrati oħra fir-Reġistru Internazzjonali u għall-forniment ta' estratti, attestazzjonijiet jew informazzjoni oħra dwar il-kontenut ta' din ir-reġistrazzjoni internazzjonali jenħtieġ li jitħallsu mill-Istat Membru li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Istat Membru li jfittex rimborż ta' dawk it-tariffi mill-grupp ta' produtturi jew produttur uniku li juża l-indikazzjoni ġeografika li għaliha tkun mitluba r-reġistrazzjoni internazzjonali.

(9)  Jidher li hu ekwu li t-tariffi li għandhom jitħallsu skont l-Att ta' Ġinevra u r-Regolamenti Komuni għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika kif ukoll it-tariffi li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' entrati oħra fir-Reġistru Internazzjonali u għall-forniment ta' estratti, attestazzjonijiet jew informazzjoni oħra dwar il-kontenut ta' din ir-reġistrazzjoni internazzjonali jenħtieġ li jitħallsu mill-Istat Membru li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, denominazzjonijiet ta' oriġini, inklużi "denominazzjonijiet ta' oriġini" kif definiti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u indikazzjonijiet ġeografiċi, minn issa 'l quddiem it-tnejn jissejħu "indikazzjonijiet ġeografiċi".

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, denominazzjonijiet ta' oriġini, inklużi "denominazzjonijiet ta' oriġini" kif definiti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u indikazzjonijiet ġeografiċi, minn issa 'l quddiem it-tnejn jissejħu "indikazzjonijiet ġeografiċi, kemm dawk agrikoli kif ukoll mhux agrikoli".

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mal-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u reġistrati skont id-dritt tal-Unjoni u li jirrelataw ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att ta' Ġinevra.

Mal-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u reġistrati skont id-dritt tal-Unjoni u li jirrelataw ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' produtturi interessati, f'każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att ta' Ġinevra.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-ewwel paragrafu, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-ewwel paragrafu, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-lista għandha tinkludi, sa fejn hu possibbli, indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej diġà reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali mill-Istati Membri li kienu partijiet kontraenti għall-Unjoni Speċjali qabel l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Att ta' Ġinevra.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 3 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi stabbilita l-lista msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari, dan li ġej:

Sabiex tiġi stabbilita l-lista msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, fost oħrajn, dan li ġej:

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew wara talba ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew ta' produttur uniku li jużaw indikazzjoni ġeografika protetta u reġistrata fl-Unjoni, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika protetta u reġistrata skont id-dritt tal-Unjoni u li tirrelata ma' prodott li joriġina fl-Unjoni mal-Bureau Internazzjonali.

Wara l-adeżjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' produtturi interessati jew ta' produttur uniku li jużaw indikazzjoni ġeografika, kemm agrikola kif ukoll mhux agrikola, protetta u reġistrata fl-Unjoni, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika protetta u reġistrata skont id-dritt tal-Unjoni u li tirrelata ma' prodott li joriġina fl-Unjoni mal-Bureau Internazzjonali.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tuża mekkaniżmu regolari biex tikkonsulta lill-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u l-produtturi Ewropej.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tivvaluta jekk tippreżentax jew le applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Kif stipulat fl-ewwel paragrafu ta' dan l-artikolu, dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pubblikazzjoni nnotifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinit skont l-Artikolu 1(xv) tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk fihiex l-elementi obbligatorji stabbiliti fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra ("ir-Regolamenti Komuni")8, u d-dettalji li jikkonċernaw il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) ta' dawk ir-Regolamenti, kif ukoll biex jiġi evalwat jekk il-pubblikazzjoni tirrelatax ma' prodott li fir-rigward tiegħu attwalment tingħata protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-perjodu biex issir din il-valutazzjoni m'għandux jaqbeż l-erba' xhur u m'għandux jinkludi valutazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, għal standards sanitarji u fitosanitarji, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u t-tikkettar tal-ikel.

(1)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pubblikazzjoni nnotifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinit skont l-Artikolu 1(xv) tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk fihiex l-elementi obbligatorji stabbiliti fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra ("ir-Regolamenti Komuni")8, u d-dettalji li jikkonċernaw il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) ta' dawk ir-Regolamenti, kif ukoll biex jiġi evalwat jekk il-pubblikazzjoni tirrelatax ma' prodott li fir-rigward tiegħu tingħata protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-perjodu biex issir din il-valutazzjoni m'għandux jaqbeż l-erba' xhur u m'għandux jinkludi valutazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, għal standards sanitarji u fitosanitarji, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u t-tikkettar tal-ikel.

_________________

_________________

8 Ir-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona kif adottati mill-Assemblea tal-Unjoni ta' Lisbona fil-11 ta' Ottubru 2017, http://www.wipo.int/meetings/en/doc_details.jsp?doc_id=376416, Dok. WIPOA/57/11 tal-11 ta' Ottubru 2017

8 Ir-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona kif adottati mill-Assemblea tal-Unjoni ta' Lisbona fil-11 ta' Ottubru 2017, http://www.wipo.int/meetings/en/doc_details.jsp?doc_id=376416, Dok. WIPOA/57/11 tal-11 ta' Ottubru 2017

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandu jqis kwalunkwe żvilupp futur fil-leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju f'termini ta' protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi minbarra dawk agrikoli.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li l-indikazzjoni ġeografika reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali għandha x'taqsam ma' prodott li fir-rigward tiegħu l-protezzjoni fl-UE ta' indikazzjonijiet ġeografiċi attwalment mhix ipprovduta;

(e)  li l-indikazzjoni ġeografika reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali għandha x'taqsam ma' prodott li fir-rigward tiegħu l-protezzjoni fl-UE ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhix ipprovduta meta ssir l-oppożizzjoni;

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandu jqis kwalunkwe żvilupp futur fil-leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju f'termini ta' protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi minbarra dawk agrikoli.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni minn Stat Membru li jfittex rimborż tal-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu mill-grupp ta' produtturi jew produttur uniku li juża l-indikazzjoni ġeografika li għaliha hija mitluba r-reġistrazzjoni internazzjonali.

imħassar

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Referenzi

COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.9.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

10.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Christophe Hansen

29.8.2018

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Dita Charanzová, Sajjad Karim, Seán Kelly, Gabriel Mato, Georg Mayer, Ralph Packet, Johannes Cornelis van Baalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paloma López Bermejo, Francisco José Millán Mon, Anders Sellström, Miguel Urbán Crespo, Marco Zullo

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Johannes Cornelis van Baalen, Dita Charanzová, Elsi Katainen, Marietje Schaake

ECR

Sajjad Karim, Ralph Packet, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin, Marco Zullo

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini, Georg Mayer

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz, Miguel Urbán Crespo

NI

David Borrelli

PPE

Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christophe Hansen, Seán Kelly, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Sorin Moisă, Franck Proust, Tokia Saïfi, Anders Sellström, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

0

-

 

 

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (30.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi
(COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Referenzi

COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.9.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

10.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

30.8.2018

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Jiří Maštálka, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Ulrike Müller, Alojz Peterle, Keith Taylor, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Edward Czesak, Jens Geier, Jude Kirton-Darling, Vladimír Maňka, Anna Záborská

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Edward Czesak, Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Martina Anderson, Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling , Françoise Grossetête, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Alojz Peterle, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Anna Záborská

S&D

Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jens Geier, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jude Kirton Darling, Jo Leinen, Vladimír Maňka, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Tiemo Wölken

8

-

ECR

John Procter

EFDD

Julia Reid

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Keith Taylor

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

Ittra tal-1 ta' Ottubru 2018 mingħand Czesław Adam Siekierski, president tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, lil Pavel Svoboda, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Traduzzjoni

Sur President,

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (COM(2018)365final - 2018/0189(COD)), li għaliha l-kumitat ewlieni kien il-Kumitat JURI, ġiet trażmessa lill-Kumitat AGRI għal opinjoni.

Madankollu, waqt il-laqgħa tagħhom tad-29 ta' Awwissu 2018, il-Koordinaturi tal-Kumitat AGRI, fid-dawl tal-karattru essenzjalment tekniku ta' din il-proposta, iddeċidew li ma joħorġux opinjoni leġiżlattiva formali, iżda minflok jippreżentaw lill-kumitat ewlieni kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar is-suġġett fil-forma ta' din l-ittra.

Il-messaġġ ewlieni li nixtiequ nwasslu lir-rapporteurs, lix-shadows u lil Membri oħra tal-Kumitat JURI li qed jittrattaw din il-proposta huwa li tiġi enfasizzata l-importanza fundamentali li tingħata protezzjoni adegwata lid-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għas-setturi agrikoli u agroalimentari tal-UE, peress li l-biċċa l-kbira tal-ismijiet koperti minn tali denominazzjonijiet jew indikazzjonijiet jirrigwardaw prodotti tal-ikel. Kif imfakkar fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta, dan it-tip ta' protezzjoni huwa ta' valur kbir f'dak li jikkonċerna l-promozzjoni tal-kwalità, l-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur, il-preservazzjoni tat-tradizzjoni, il-kontribut għall-vijabilità taż-żoni rurali u, l-aktar importanti, l-għoti ta' primjum sinifikanti fil-prezz lill-produtturi.

Il-Kumitat AGRI kellu rwol deċiżiv fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni interna tal-UE f'dan il-qasam (b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013). Fil-livell internazzjonali, dan dejjem appoġġa l-politika ġenerali tal-UE li tippromwovi u ssaħħaħ il-protezzjoni tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi permezz ta' ftehimiet bilaterali, reġjonali u multilaterali, minkejja n-nuqqas ta' rieda evidenti ta' wħud mis-sħab kummerċjali tagħna. F'dan ir-rigward, l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona kif ukoll il-proposta leġiżlattiva relatata biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effikaċi tagħha f'dan l-istrument multilaterali jirrappreżentaw b'mod ċar żvilupp pożittiv.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tal-proposta, il-Kumitat AGRI jixtieq jagħmel dawn it-tliet osservazzjonijiet:

Ovvjament, l-għan ewlieni tal-Kummissjoni, meta teżerċita l-kompetenzi tagħha skont ir-Regolament propost, għandu jkun li tikseb l-akbar numru possibbli ta' ismijiet tal-UE protetti fir-Reġistru Internazzjonali tal-WIPO. Meta tinnegozja ftehimiet bilaterali (bħas-CETA jew il-ftehim li bħalissa qed jiġi nnegozjat ma' MercoSur), l-UE spiss ikollha toqgħod għal lista limitata ħafna ta' ismijiet, u dan joħloq ħafna frustrazzjoni fost dawk il-produtturi li d-Denominazzjonijiet ta' Oriġini jew l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tagħhom jitħallew barra minn tali lista. F'kuntest multilaterali, bħal dak tas-sistema ta' Lisbona, fejn il-pajjiżi parteċipanti kollha jirrikonoxxu l-valur u l-benefiċċji ta' protezzjoni adegwata tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, b'kuntrast, il-Kummissjoni m'għandhiex toqgħod lura milli tkun kuraġġuża u ambizzjuża fit-tentattiv tagħha li tikseb l-ismijiet kollha tal-UE (jew tal-anqas dawk b'valur kummerċjali internazzjonali ġenwin) inkluż fir-Reġistru.

Il-valur tas-sistema ta' Lisbona bħala strument għall-protezzjoni internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tagħna huwa b'xi mod imnaqqas mill-għadd limitat ħafna ta' parteċipanti f'din is-sistema. Fl-aħħar għadd, 23 pajjiż li mhumiex fl-UE biss kienu partijiet għall-Ftehim ta' Lisbona, u wieħed minnhom biss kien fil-klassifika fost l-aqwa għaxar sħab kummerċjali tagħna (it-Turkija). Għal din ir-raġuni, l-UE m'għandhiex iżżomm lura mill-isforzi tagħha, kemm biex tħeġġeġ lil pajjiżi oħra jissieħbu fis-sistema ta' Lisbona u kemm biex tkompli taħdem, permezz ta' negozjati bilaterali ma' pajjiżi li ma jipparteċipawx, favur il-protezzjoni tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tagħha li ma jistgħux jiġu żgurati permezz ta' dan l-istrument multilaterali.

Minn perspettiva istituzzjonali, fl-aħħar nett, il-Kumitat AGRI jixtieq jirrimarka li, skont il-proposta leġiżlattiva attwali, id-deċiżjonijiet importanti kollha li għandhom jittieħdu min-naħa l-UE fir-rigward ta', pereżempju, il-lista ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni inizjali għall-protezzjoni u r-reġistrazzjoni, il-preżentazzjoni sussegwenti ta' applikazzjonijiet addizzjonali tal-UE, l-għoti jew ir-rifjut ta' protezzjoni għal Indikazzjoni Ġeografika ta' pajjiżi terzi, jew it-tħassir sussegwenti ta' tali protezzjoni, jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni - li jeskludu tali deċiżjonijiet kważi kompletament mill-kontroll tal-Parlament. Il-kwistjoni titqajjem, għaldaqstant, dwar jekk għandux jiġi introdott xi tip ta' kontribut parlamentari fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż, pereżempju, il-possibbiltà li l-Parlament japprova l-lista inizjali ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi li għandha titfassal mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2 jew li jagħmel talbiet tiegħu stess għat-tressiq ta' applikazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 3, jekk ikun meħtieġ.

Inutli ngħid li jien nibqa' disponibbli jekk ir-rapporteur tiegħek jew inti stess tixtieq taqsam il-fehmiet tiegħek magħna dwar din il-kwistjoni, u nistenna bil-ħerqa l-inklużjoni tal-ideat t'hawn fuq fir-rapport leġiżlattiv li qed jitħejja mill-Kumitat JURI.

Dejjem tiegħek,

Czesław Adam SIEKIERSKI

CC:  Is-Sur Bernd Lange, President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Referenzi

COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.9.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

10.9.2018

ENVI

10.9.2018

AGRI

10.9.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Virginie Rozière

24.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.12.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Pascal Durand, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lola Sánchez Caldentey

Data tat-tressiq

28.1.2019

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, Luis de Grandes Pascual, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

2

-

ECR

Sajjad Karim, Kosma Złotowski

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Frar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza