Proċedura : 2018/0390(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0047/2019

Testi mressqa :

A8-0047/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.4
CRE 04/04/2019 - 6.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0336

RAPPORT     ***I
PDF 198kWORD 75k
29.1.2019
PE 632.052v01-00 A8-0047/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018)0745 – C8-0483/2018 – 2018/0390(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Claude Moraes

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018)0745 – C8-0483/2018 – 2018/0390(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0745),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0483/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0047/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-gvern tar-Renju Unit iddikjara l-intenzjoni tiegħu li ma jeħtieġx li ċ-ċittadini tal-EU-27 ikollhom viża meta jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit għal soġġorni qosra għal negozju jew għal turiżmu minn dakinhar li d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit. F'każ li r-Renju Unit jintroduċi ħtieġa ta' viża għall-persuni bin-nazzjonalità ta' mill-inqas Stat Membru wieħed fil-futur, jenħtieġ li japplika l-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst [fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001]26. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaġixxu bla dewmien biex japplikaw il-mekkaniżmu.

(6)  Il-gvern tar-Renju Unit iddikjara l-intenzjoni tiegħu li ma jeħtieġx li ċ-ċittadini tal-EU-27 ikollhom viża meta jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit għal soġġorni qosra għal negozju jew għal turiżmu minn dakinhar li d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit.

_________________

 

26 Ara n-nota 23 f'qiegħ il-paġna.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq l-aspettattiva li, fl-interess li jinżammu relazzjonijiet sodi, ir-Renju Unit se jagħti reċiproċità sħiħa fir-rigward tal-viża liċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha. F'każ li fil-futur ir-Renju Unit jintroduċi ħtieġa ta' viża għall-persuni bin-nazzjonalità ta' mill-inqas Stat Membru wieħed, jenħtieġ li japplika l-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst [fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001]1a. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaġixxu bla dewmien biex japplikaw il-mekkaniżmu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja r-rispett tal-prinċipju ta' reċiproċità fuq bażi kontinwa u tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi kwalunkwe żvilupp li jista' jipperikola r-rispett ta' dan il-prinċipju.

 

_________________

 

1a Ara n-nota 23 f'qiegħ il-paġna.


NOTA SPJEGATTIVA

L-isfond

Din il-proposta tal-Kummissjoni hija parti mill-miżuri leġiżlattivi meħtieġa biex id-dritt tal-Unjoni jiġi adattat għall-Brexit. Hija għandha l-għan li tiċċara s-sitwazzjoni taċ-ċittadini tar-Renju Unit meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għalihom fir-rigward tal-politika tal-viża.

Bħalissa, iċ-ċittadini tar-Renju Unit bħala ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt jidħlu fi kwalunkwe Stat Membru ieħor mingħajr ebda viża ta' dħul jew formalità ekwivalenti. Madankollu, mal-ħruġ mill-Unjoni, huma se jsiru ċittadini ta' pajjiż terz fis-sens tad-dritt tal-UE. Għalhekk, se jkun hemm bżonn li jiġi ddeterminat jekk dawn hux se jkunu suġġetti għal ħtieġa ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri jew hux se jkunu eżenti minn dik il-ħtieġa.

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001(1), li fih l-acquis tal-UE fil-qasam tal-viżi, jelenka fl-Anness I il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa ta' viża, u fl-Anness II dawk il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa. Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kriterji biex jiġi deċiż jekk pajjiż għandux jitqiegħed fl-Anness I jew fl-Anness II. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-koleġiżlaturi permezz ta' emenda tar-Regolament.

Hekk kif deskritt fin-nota spjegattiva tal-proposta, il-Kummissjoni evalwat is-sitwazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (Dawn il-kriterji huma relatati, "inter alia, mal-immigrazzjoni irregolari, il-politika pubblika u s-sigurtà, il-benefiċċji ekonomiċi, partikolarment f'termini ta' turiżmu u ta' kummerċ barrani u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi rilevanti, inklużi, partikolarment, konsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta' koerenza reġjonali u reċiproċità.") Il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tar-Renju Unit li huma ċittadini Brittaniċi għandhom ikunu eżenti mill-ħtieġa ta' viża meta jivvjaġġaw lejn l-Unjoni għal soġġorni qosra.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li ddaħħal lir-Renju Unit fir-rigward taċ-ċittadini Brittaniċi fl-Anness II, jiġifieri l-lista ta' pajjiżi terzi mingħajr viża. Tipproponi wkoll żewġ bidliet tekniċi oħra meħtieġa biex jirriflettu b'mod korrett is-sitwazzjoni legali l-ġdida fit-test tar-Regolament.

Il-proposta tinkludi wkoll fl-Artikolu 2a tfakkira li l-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst mir-Regolament (KE) Nru 539/2001 japplika fil-każ li r-Renju Unit jintroduċi ħtieġa ta' viża għaċ-ċittadini ta' mill-inqas Stat Membru wieħed.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 3 jistipula li dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Marzu 2019 u għandu japplika mill-jum wara dak li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur iqis li l-Kummissjoni evalwat b'mod korrett il-kriterji li għandhom jiggwidaw id-deċiżjoni f'din il-kwistjoni. L-eżenzjoni taċ-ċittadini tar-Renju Unit mill-ħtieġa ta' viża, fis-sitwazzjoni attwali, hija l-unika deċiżjoni sensibbli li għandha tittieħed.

(1)

  Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 għadu kemm għadda minn kodifikazzjoni u huwa sostitwit bir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-14 ta' Novembru 2018 li jidħol fis-seħħ fit-18 ta' Diċembru 2018. Ir-referenzi fit-testi leġiżlattivi se jiġu aġġustati.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0745 – C8-0483/2018 – 2018/0390(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.11.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.11.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Claude Moraes

26.11.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.12.2018

10.1.2019

29.1.2019

 

Data tal-adozzjoni

29.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Romeo Franz, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Maria Grapini, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, John Procter, Emil Radev, Kārlis Šadurskis, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, Jill Seymour

Data tat-tressiq

29.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

53

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, Monica Macovei, John Procter, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Jonathan Bullock, Jill Seymour

ENF

Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Martina Anderson, Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, József Nagy, Emil Radev, Kārlis Šadurskis, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

0

-

 

 

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Frar 2019Avviż legali