Proċedura : 2018/0231(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0052/2019

Testi mressqa :

A8-0052/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/02/2019 - 9.12
CRE 12/02/2019 - 9.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0073

RAPPORT     ***I
PDF 883kWORD 275k
30.1.2019
PE 628.465v02-00 A8-0052/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 2017/826

(COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Nicola Danti

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Ralph Packet, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Lukas Mandl, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Patrizia Toia, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Sofia Ribeiro, Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 2017/826

(COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0441),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikoli 114, 173 u 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0254/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0052/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-suq intern huwa pedament tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-bidu tiegħu, kien kontributur ewlieni għat-tkabbir, għall-kompetittività u għall-impjiegi. Huwa ġġenera opportunitajiet ġodda u ekonomiji ta' skala għan-negozji Ewropej, b'mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u saħħaħ il-kompetittività industrijali tagħhom. Is-suq intern ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' impjiegi u offra għażla akbar bi prezzijiet orħos lill-konsumaturi. Qed ikompli jkun magna għall-bini ta' ekonomija aktar b'saħħitha, aktar bilanċjata u aktar ġusta. Huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-UE u l-aħjar assi tagħha f'dinja li kulma tmur qed tkun dejjem aktar globalizzata.

(1)  Is-suq intern huwa pedament tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-bidu tiegħu, kien kontributur ewlieni għat-tkabbir, għall-kompetittività u għall-impjiegi. Huwa ġġenera opportunitajiet ġodda u ekonomiji ta' skala għan-negozji Ewropej, b'mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u saħħaħ il-kompetittività industrijali tagħhom, u jenħtieġ li jkompli jibbenefika liċ-ċittadini kollha b'mod ugwali. Is-suq intern ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' impjiegi u offra għażla akbar bi prezzijiet orħos lill-konsumaturi filwaqt li ggarantixxa kwalità għolja għall-prodotti u s-servizzi offruti. Qed ikompli jkun magna għall-bini ta' suq aktar intergrat u ekonomija aktar b'saħħitha, aktar bilanċjata u aktar ġusta. Huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-UE u l-aħjar assi tagħha f'dinja li kulma tmur qed tkun dejjem aktar globalizzata, kif ukoll hu element prinċipali sabiex tinkiseb it-trasformazzjoni f'ekonomija sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi u fl-enerġija sabiex tiġi indirizzata l-pressjoni dejjem tiżdied tat-tibdil fil-klima.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet għan-negozji u għall-individwi, toħloq prodotti u mudelli ta' negozju ġodda iżda tikkostitwixxi wkoll sfida għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar.

(2)  Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet u benefiċċji lill-ekonomija u l-ħajja ta' kuljum, speċjalment għan-negozji u għall-individwi, toħloq prodotti u mudelli ta' negozju ġodda iżda tikkostitwixxi wkoll sfida għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar u għas-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern.

(3)  Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu għad fadal ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern jew qed jitfaċċaw ostakoli ġodda. L-istabbiliment tar-regoli huwa biss l-ewwel pass iżda li jirnexxielhom jaħdmu huwa daqstant importanti. Fl-aħħar mill-aħħar din hija kwistjoni ta' fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni, fil-kapaċità tagħha li tagħti riżultati, u l-abbiltà tagħha li toħloq impjiegi u tkabbir filwaqt li tipproteġi l-interess pubbliku.

(4)  Madankollu, għad fadal ostakli mhux ġustifikati, diskriminatorji u sproporzjonati għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u qed jitfaċċaw ostakli ġodda. L-istabbiliment tar-regoli huwa biss l-ewwel pass iżda li jirnexxielhom jaħdmu huwa daqstant importanti. Infurzar inadegwat tar-regoli eżistenti, ostakli għall-moviment ħieles tal-prodotti u s-servizzi, u livelli baxxi ta' akkwist pubbliku transfruntier jillimitaw l-opportunitajiet għan-negozji u l-konsumaturi. Li jiġu indirizzati dawn l-ostakli, fl-aħħar mill-aħħar hija kwistjoni ta' fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni, fil-kapaċità tagħha li tagħti riżultati, u l-abbiltà tagħha li toħloq impjiegi ta' kwalità u tkabbir filwaqt li tipproteġi l-interess pubbliku.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjenti. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli, trasparenti, simplifikat u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb u sostenibbli. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti li jisiltu lezzjonijiet mill-programmi li jeżistu. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern, iżda jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjoni ma' programmi u azzjonijiet relatati tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew billi jiġi provdut qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE.

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew eżistenti billi jiġi provdut qafas għall-ġbir tad-data kif ukoll għall-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu korrett, l-applikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm il-ġdid jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika Ewropea ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli, anki dwar kwistjonijiet bħalma huma l-kummerċ u l-migrazzjoni, sabiex jintridfu t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE b'konformità mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

__________________

__________________

47 Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

47 Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea (il-"Programm"). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta' żmien ta' seba' snin mill-2021 sal-2027.

(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit il-Programm għas-Suq Uniku, biex jissaħħaħ is-suq intern u jitjieb il-funzjonament tiegħu, fl-oqsma tal-kompetittività u tas-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, l-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-katina tal-provvista tal-ikel u l-istatistika Ewropea (il-"Programm"). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta' żmien ta' seba' snin mill-2021 sal-2027.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex jagħti s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern: lin-negozji, liċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura l-kompetittività tan-negozji, b'mod partikolari tal-SMEs, iżda wkoll li jappoġġa l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli ta' sikurezza u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom l-għodod ġusti, l-għarfien u l-kompetenza biex jagħmlu deċiżjonijiet informati u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar ta' standards ukoll billi jiżgura l-involviment l-aktar wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali.

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex jagħti s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern: lin-negozji, liċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi u l-impjegati, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura kemm il-kompetittività u s-sostenibbiltà tan-negozji, b'mod partikolari tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, iżda wkoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi jappoġġa l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli ta' sikurezza, kif ukoll l-istandards ambjentali u soċjali u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom l-għodod ġusti, l-informazzjoni u l-assistenza xierqa, l-għarfien u l-kompetenza biex jagħmlu deċiżjonijiet informati u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-programmi ta' taħriġ, tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar ta' standards ukoll billi jiżgura l-involviment l-aktar wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Suq intern modern jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewropej joħolqu l-impjiegi u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jiksbu dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli, u jiżgura qafas regolatorju li jista' jakkomoda mudelli ta' negozju innovattivi ġodda.

(9)  Suq intern modern li huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-ġustizzja, tat-trasparenza u tal-fiduċja reċiproka, jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewropej joħolqu l-impjiegi u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jinkiseb dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għal monitoraġġ aħjar tal-iżviluppi tas-suq intern, inkluż tal-impatt ta' żvilupp teknoloġiku ġdid, l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakli mhux ġustifikati, diskriminatorji u sproporzjonati li fadal, u jiżgura li l-qafas regolatorju jista' jakkomoda mudelli ta' negozju innovattivi ġodda , inklużi mudelli ta' ekonomija kollaborattiva u intraprenditorija soċjali, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni soċjali, inkluż għall-imprendituri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-ostakli regolatorji fuq is-suq intern tneħħew għal ħafna prodotti industrijali permezz ta' mekkaniżmi ta' prevenzjoni, l-adozzjoni ta' regoli komuni u, fejn ma jeżistux dawn it-tipi ta' regoli tal-Unjoni, permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Għal ċerti oqsma fejn ma teżistix leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jfisser li l-prodotti li huma kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru jgawdu d-dritt tal-moviment liberu u jistgħu jinbiegħu fi Stat Membru ieħor. Iżda meta r-rikonoxximent reċiproku ma jiġix applikat kif xieraq, il-kumpaniji jsibuha ferm aktar diffiċli biex jaċċessaw is-swieq fi Stati Membri oħra. Minkejja l-livell għoli ta' integrazzjoni tas-suq fil-qasam tal-prodotti, dan iwassal biex jintilfu l-opportunitajiet għall-ekonomija b'mod ġenerali. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-oġġetti u li jnaqqas l-għadd ta' oġġetti illegali u mhux konformi li jidħlu fis-suq.

(10)  L-ostakli regolatorji fuq is-suq intern tneħħew għal ħafna prodotti industrijali permezz ta' mekkaniżmi ta' prevenzjoni, l-adozzjoni ta' regoli komuni u, fejn ma jeżistux dawn it-tipi ta' regoli tal-Unjoni, permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. F'oqsma fejn ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jfisser li l-oġġetti li huma kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru jgawdu d-dritt tal-moviment liberu u jistgħu jinbiegħu fi Stat Membru ieħor, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux raġunijiet biex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti, sakemm tali restrizzjoni ma tkunx diskriminatorja, ġustifikata minn objettivi leġittimi ta' interess pubbliku, kif stabbilit fl-Artikolu 36 tat-Trattat jew rikonoxxuta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, u proporzjonata mal-għan mixtieq. Iżda meta r-rikonoxximent reċiproku ma jiġix applikat kif xieraq, bħal restrizzjonijiet mhux ġustifikati jew sproporzjonati, il-kumpaniji jsibuha ferm aktar diffiċli biex jaċċessaw is-swieq fi Stati Membri oħra. Minkejja l-livell għoli ta' integrazzjoni tas-suq fil-qasam tal-oġġetti, dan iwassal biex jintilfu l-opportunitajiet għall-ekonomija b'mod ġenerali. Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru xxx/2018 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku se tgħin biex tingħata spinta lill-benefiċċji ekonomiċi f'dan il-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-oġġetti, filwaqt li jirrealizza l-potenzjal sħiħ tiegħu u li jnaqqas l-għadd ta' oġġetti illegali u mhux konformi li jidħlu fis-suq, permezz ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ immirati, ta' appoġġ għall-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti u ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti għal rikonoxximent reċiproku u bit-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-isfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda huma relatati mat-tibdil rapidu fl-ambjent tar-rivoluzzjoni diġitali, fir-rigward ta' kwistjonijiet bħaċ-ċibersigurtà, l-Internet tal-Oġġetti jew l-Intelliġenza Artifiċjali. Jekk issir il-ħsara, ir-regoli stretti dwar is-sikurezza tal-prodotti u r-responsabbiltà għalihom huma essenzjali biex jiġi żgurat rispons politiku li jippermetti liċ-ċittadini Ewropej, inkluż il-konsumaturi u n-negozji li jibbenefikaw minn regoli bħal dawn. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-adattament u l-infurzar rapidi tal-iskema ta' responsabbiltà għall-prodotti tal-Unjoni li trawwem l-innovazzjoni.

(11)  L-isfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda huma relatati mat-tibdil rapidu fl-ambjent tar-rivoluzzjoni diġitali, fir-rigward ta' kwistjonijiet bħaċ-ċibersigurtà, il-politika ta' privatezza u l-protezzjoni tad-data, l-Internet tal-Oġġetti jew l-Intelliġenza Artifiċjali u l-istandards etiċi relatati. Jekk issir il-ħsara, ir-regoli stretti dwar is-sikurezza tal-prodotti u ċ-ċarezza fir-rigward tar-responsabbiltà għalihom, kif ukoll ta' infurzar strett tar-regoli, huma essenzjali biex jiġi żgurat rispons politiku li jippermetti liċ-ċittadini Ewropej, inkluż il-konsumaturi u n-negozji li jibbenefikaw minn regoli bħal dawn. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-adattament rapidu u l-infurzar aħjar tal-iskema ta' responsabbiltà għall-prodotti tal-Unjoni li trawwem l-innovazzjoni, filwaqt li jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-utenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-tqegħid fis-suq ta' prodotti li mhumiex konformi mad-dritt tal-Unjoni jqiegħed lil dawk li jikkonformaw fi żvantaġġ u jista' jipperikola lill-konsumaturi. Ħafna intraprendituri jinjoraw ir-regoli, jew minħabba nuqqas ta' għarfien, jew apposta, biex jiksbu vantaġġ kompetittiv. Spiss l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ma jkollhomx fondi biżżejjed u jkunu limitati mill-fruntieri nazzjonali, filwaqt li l-intraprendituri jinnegozjaw fil-livell tal-Unjoni jew saħansitra anki dinji. B'mod partikolari, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibuha ferm diffiċli biex jittraċċaw prodotti mhux konformi li jiġu importati minn pajjiżi terzi u biex jidentifikaw l-entità responsabbli fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-konformità tal-prodotti billi jipprovdi l-inċentivi t-tajba lill-intraprendituri, isaħħaħ il-kontrolli tal-konformità u jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tal-qafas eżistenti għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, iħeġġeġ azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq minn Stati Membri differenti, itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jippromwovi l-konverġenza u integrazzjoni aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.

(12)  It-tqegħid fis-suq ta' prodotti li mhumiex konformi mad-dritt tal-Unjoni irrispettivament minn jekk dawn il-prodotti jitqegħdux fis-suq b'mezzi tradizzjonali jew elettroniċi u irrispettivament minn jekk jiġux prodotti fl-Unjoni jew jidħlu fiha minn pajjiżi terzi, iqiegħed liċ-ċittadini u lill-konsumaturi Ewropej f'riskju. L-operaturi ekonomiċi li jbigħu prodotti konformi jiffaċċjaw kompetizzjoni distorta minn dawk li ma jikkonformawx mar-regoli jew minħabba nuqqas ta' għarfien, jew apposta, biex jiksbu vantaġġ kompetittiv. Spiss l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma jkollhomx fondi biżżejjed u jkunu limitati mill-fruntieri nazzjonali, filwaqt li l-intraprendituri jinnegozjaw fil-livell tal-Unjoni jew saħansitra anki dinji. B'mod partikolari, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibuha ferm diffiċli biex jittraċċaw prodotti mhux konformi li jiġu importati minn pajjiżi terzi, biex jidentifikaw l-entità responsabbli fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom jew biex iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju jew testijiet tas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' aċċess fiżiku għall-prodotti. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-konformità tal-prodotti billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq, jipprovdi regoli ċari, trasparenti u komprensivi lill-operaturi ekonomiċi, iqajjem kuxjenza dwar ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, isaħħaħ il-kontrolli tal-konformità, inkluż permezz tal-użu sistematiku tal-kontrolli fuq il-kampjuni ta' prodotti li jirrappreżentaw perċentwali sinifikanti ta' kull tip ta' prodotti mqiegħda fis-suq u xiri simulat li jsir mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif ukoll jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tal-qafas eżistenti għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, iħeġġeġ azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq minn Stati Membri differenti, itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jippromwovi l-konverġenza u integrazzjoni aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, b'mod partikolari billi jiżgura li r-rekwiżiti ġodda introdotti mir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jiġu implimentati b'mod strett sabiex jiġi evitat il-bejgħ ta' prodotti mhux konformi liċ-ċittadini Ewropej. Il-programm jenħtieġ li għalhekk isaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni u jikkontribwixxi għal aktar omoġeneità bejn l-Istati Membri, li jibbenefikaw ugwalment mis-Suq Intern f'termini ta' prosperità ekonomika u tkabbir sostenibbli, filwaqt li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom b'mod imfassal apposta.

_____________________

1a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2917, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Is-sikurezza tal-prodotti hija tħassib komuni. Il-korpi li jivvalutaw il-konformità jivverifikaw jekk il-prodotti jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sikurezza qabel jitqiegħdu fis-suq. Għaldaqstant huwa importanti ferm li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jkunu affidabbli u kompetenti. L-Unjoni daħħlet sistema ta' akkreditament tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, li tivverifika l-kompetenza, l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom. Issa l-isfida ewlenija hi li tinżamm is-sistema ta' akkreditament allinjata mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u li jkun żgurat li tiġi applikata bl-istess mod strett fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-miżuri biex jiżgura li l-korpi li jivvalutaw il-konformità jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji u biex tissaħħaħ is-sistema ta' akkreditament Ewropea, b'mod partikolari f'oqsma ġodda tal-politika, billi tiġi appoġġata l-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(13)  Is-sikurezza tal-prodotti hija tħassib komuni. Il-korpi li jivvalutaw il-konformità jivverifikaw jekk il-prodotti jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sikurezza qabel jitqiegħdu fis-suq. Għaldaqstant huwa importanti ferm li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jkunu affidabbli u kompetenti. L-Unjoni daħħlet sistema ta' akkreditament tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, li tivverifika l-kompetenza, l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 ġie implimentat b'ħafna modi differenti fil-livell nazzjonali. Dawn id-differenzi jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni interna fil-livell nazzjonali, il-livell ta' riżorsi finanzjarji allokati ddedikati għas-sorveljanza tas-suq u l-istrateġiji u l-approċċi tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll is-setgħat fir-rigward ta' prodotti mhux konformi u l-livell ta' penali għal ksur, li jirriżultaw fl-infurzar frammentat tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni. Din il-frammentazzjoni wasslet biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar rigoruża f'xi Stati Membri milli f'oħrajn, li potenzjalment iddgħajjef l-effett deterrenti tal-leġiżlazzjoni, fejn toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi bejn in-negozji f'xi Stati Membri u tirriżulta fi żbilanċi fil-livell ta' sikurezza tal-prodotti fl-Unjoni. Issa l-isfida ewlenija hi li tinżamm is-sistema ta' akkreditament allinjata mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u li jkun żgurat li tiġi applikata bl-istess mod strett fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-miżuri biex jiżgura li l-korpi li jivvalutaw il-konformità jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji, speċjalment bl-użu ta' valutazzjoni ta' parti terza bil-għan li jissaħħu l-proċeduri imparzjali u indipendenti u biex tissaħħaħ is-sistema ta' akkreditament Ewropea, b'mod partikolari f'oqsma ġodda tal-politika, billi tiġi appoġġata l-uniformità tal-kontrolli u tal-penali, kif ukoll il-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

__________________

__________________

48 Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Barra minn hekk, peress li s-swieq tal-konsumaturi ma għandhomx fruntieri bl-iżvilupp tal-kummerċ online u s-servizzi tal-ivvjaġġar, huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi residenti fl-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni adegwata meta jimportaw oġġetti u servizzi mingħand operaturi ekonomiċi bbażati f'pajjiżi terzi. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jippermetti li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti li jinsabu f'pajjiżi terzi sħab kummerċjali ewlenin tal-Unjoni fejn meħtieġ.

(14)  L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku jista' joħloq ċerti kwistjonijiet rigward il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti finali minn prodotti mhux konformi. Barra minn hekk, peress li s-swieq tal-konsumaturi ma għandhomx fruntieri bl-iżvilupp tal-kummerċ online u s-servizzi tal-ivvjaġġar, huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi residenti fl-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni ekwivalenti meta jimportaw oġġetti u servizzi mingħand operaturi ekonomiċi bbażati f'pajjiżi terzi. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jippermetti li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti li jinsabu f'pajjiżi terzi sħab kummerċjali ewlenin tal-Unjoni fejn meħtieġ fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar prodotti mhux konformi, dwar l-iżviluppi xjentifiċi reċenti u t-teknoloġiji ġodda, dwar ir-riskji emerġenti u dwar aspetti oħra relatati ma' attivitajiet tal-kontroll.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-akkwist pubbliku jintuża mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw valur għall-flejjes pubbliċi minfuqa u biex jikkontribwixxu għal suq intern aktar innovattiv, sostenibbli, inklużiv u kompetittiv. Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51 jipprovdu l-qafas legali għall-integrazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-swieq tal-akkwist pubbliku li jirrappreżentaw 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, inkluż l-konsumaturi. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jiżguraw adozzjoni usa' tal-akkwist pubbliku strateġiku, il-professjonalizzazzjoni ta' xerrejja pubbliċi, aċċess imtejjeb għas-swieq tal-akkwist għall-SMEs, aktar trasparenza, integrità u data mtejba, it-titjib tat-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist u l-promozzjoni ta' akkwist konġunt, permezz tat-tisħiħ tal-approċċ ta' sħubija mal-Istati Membri, it-titjib tal-ġbir tad-data u tal-analiżi tad-data, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' għodod tal-IT iddedikati, l-appoġġ għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin, l-għoti ta' gwida, it-tiftix ta' ftehimiet kummerċjali ta' benefiċċju, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u t-tnedija ta' proġetti pilota.

(15)  L-akkwist pubbliku jintuża mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw valur għall-flejjes pubbliċi minfuqa u biex jikkontribwixxu għal suq intern aktar innovattiv, sostenibbli, inklużiv u kompetittiv, inkluż, fejn dan ikun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni, billi jiġu applikati kriterji oħrajn għajr sempliċement l-aktar prezz baxx jew il-kosteffettività, filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, aspetti kwalitattivi, ambjentali, ta' kummerċ ġust u soċjali u billi tiġi faċilitata d-diviżjoni tal-offerti f'lottijiet għal infrastruttura kbira. Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51 jipprovdu l-qafas legali għall-integrazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-swieq tal-akkwist pubbliku li jirrappreżentaw 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, inkluż l-konsumaturi. Ir-regoli tal-akkwist pubbliku implimentati b'mod korrett huma għodda kruċjali biex jissaħħaħ is-suq uniku u biex tingħata spinta lit-tkabbir tal-kumpaniji tal-Unjoni u l-impjiegi tal-Unjoni. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jiżguraw adozzjoni usa' tal-akkwist pubbliku strateġiku, il-professjonalizzazzjoni ta' xerrejja pubbliċi, sabiex jiġi ffaċilitat u mtejjeb l-aċċess għas-swieq tal-akkwist għall-SMEs u l-intrapriżi mikro, b'mod partikolari permezz ta' servizzi ta' konsulenza u taħriġ, aktar trasparenza, integrità u data mtejba, it-titjib tat-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist u l-promozzjoni ta' akkwist konġunt, permezz tat-tisħiħ tal-approċċ ta' sħubija mal-Istati Membri, it-titjib tal-ġbir tad-data u tal-analiżi tad-data, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' għodod tal-IT iddedikati, l-appoġġ għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin, ir-referenzjar tal-istandards Ewropej u internazzjonali, l-għoti ta' gwida, it-tiftix ta' ftehimiet kummerċjali ta' benefiċċju, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u t-tnedija ta' proġetti pilota.

__________________

__________________

49 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

49 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

50 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

50 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

51 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda, iwaqqgħu s-sajlos bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi l-provvediment ta' informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku biex titjieb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri.

(16)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent, li jkunu dejjem iżjed diġitalment orjentati u aċċessibbli kompletament u l-isforzi tal-amministrazzjoni elettronika u tal-gvern elettroniku jridu jissaħħu aktar filwaqt li jiżguraw protezzjoni tad-data u tal-privatezza xierqa. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda u aktar innovattivi, sabiex iwaqqgħu s-sajlos bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata, preċiża u faċli biex tinftiehem dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi, kif ukoll li is-simplifikazzjoni tagħhom. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, li tappoġġa l-awtoritajiet pubbliċi fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. L-għodod ta' governanza tas-suq intern eżistenti diġà għandhom rwol importanti biex jagħmluha aktar faċli li jintlaħqu dawn l-objettivi. Għal dan il-għan, u sabiex jinżamm il-pass mal-iżviluppi tat-teknoloġija u tas-suq, kif ukoll mal-isfidi regolatorji u tal-infurzar il-ġodda, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-titjib tal-kwalità, il-viżibbiltà u t-trasparenza u tal-affidabbiltà tal-għodod ta' governanza tas-suq intern. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa, fost oħrajn, l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku biex titjieb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt soċjetarju u l-governanza korporattiva, kif ukoll il-liġi kuntrattwali, bl-għan li n-negozju jsir aktar effiċjenti u kompetittiv filwaqt li tingħata protezzjoni lill-partijiet ikkonċernati affettwati mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji, u li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ta' politiki emerġenti. Jenħtieġ ukoll li jiżgura evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-acquis rilevanti, jinforma u jassisti lill-partijiet ikkonċernati u jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa aktar l-inizjattivi tal-Kummissjoni favur qafas legali ċar u adattat għall-ekonomija tad-data u għall-innovazzjoni. Dawk l-inizjattivi huma neċessarji biex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-liġi kuntrattwali u extra kuntrattwali, b'mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà u l-etika fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti, bħal pereżempju l-internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-istampar 3D. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jiġi stimulat l-iżvilupp tan-negozju mmexxi mid-data, minħabba li dan se jkun deċiżiv għall-pożizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni f'kompetizzjoni dinjija.

(17)  Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt soċjetarju u l-governanza korporattiva, kif ukoll il-liġi kuntrattwali, bl-għan li n-negozji, speċjalment l-SMEs, isiru aktar effiċjenti u kompetittivi filwaqt li tingħata protezzjoni lill-partijiet ikkonċernati affettwati mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji, u li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ta' politiki emerġenti. Jenħtieġ ukoll li jiżgura evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-acquis rilevanti, jinforma u jassisti lill-partijiet ikkonċernati u jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa aktar l-inizjattivi tal-Kummissjoni favur qafas legali ċar u adattat għall-ekonomija tad-data u għall-innovazzjoni. Dawk l-inizjattivi huma neċessarji biex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-liġi kuntrattwali u extra kuntrattwali, b'mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà u l-etika fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti, bħal pereżempju l-internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-istampar 3D. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jiġi stimulat l-iżvilupp tan-negozju mmexxi mid-data filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-privatezza, minħabba li dan se jkun deċiżiv għall-pożizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni f'kompetizzjoni dinjija.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Peress li s-suq intern kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jinkludi sistema li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx imxekkla, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, in-netwerks u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-qrati kif ukoll jilħaq grupp usa' ta' partijiet ikkonċernati fil-komunikazzjoni u l-ispjegazzjoni tad-drittijiet, l-benefiċċji u l-obbligi tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni.

(20)   Peress li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinkludi sistema ta' regoli li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx imxekkla fis-suq intern, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jappoġġa l-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, billi jtejjeb u jsaħħaħ il-kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali u l-qrati, inkluż billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali kif ukoll billi jikkomunika u jispjega d-drittijiet, il-benefiċċji u l-obbligi tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm jgħin b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-analiżi u l-valutazzjoni tagħha tal-iżviluppi tas-suq, anke permezz ta' użu estensiv tal-inkjesti settorjali u permezz ta' kondiviżjoni sistematika tar-riżultati u tal-aħjar prattiki fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi għal kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi, ukoll fil-livell internazzjonali, u jagħti lin-negozji, partikolarment lill-SMEs, u lill-konsumaturi l-mezzi li bihom jiksbu l-benefiċċji tas-Suq Uniku.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  B'mod partikolari l-Programm irid jindirizza l-implikazzjonijiet radikali għall-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw mit-trasformazzjoni kontinwa tal-ekonomija u tal-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari permezz tat-tkabbir esponenzjali u l-użu tad-data, waqt li jiġi kkunsidrat l-użu dejjem jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali u ta' għodod oħrajn u l-għarfien espert tal-IT mill-kumpaniji u l-konsulenti tagħhom. Huwa wkoll essenzjali li l-Programm jappoġġa n-netwerks u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri, minħabba li l-kompetizzjoni mhux imxekkla u l-funzjonament tas-suq intern jiddependu ferm mill-azzjoni ta' dawn l-entitajiet. Fid-dawl tar-rwol partikolari tal-politika dwar il-kompetizzjoni fil-prevenzjoni tal-ħsara lis-suq intern li tirriżulta mill-imġiba antikompetittiva lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, kif xieraq. Finalment, it-twessigħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni huwa meħtieġ sabiex jippermetti li aktar ċittadini u negozji jiksbu l-benefiċċji sħaħ ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Minħabba li għadd ta' inizjattivi fil-Programm huma ġodda u li l-parti tal-kompetizzjoni tal-Programm hija partikolarment affettwata mill-iżviluppi dinamiċi fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, l-aktar f'dak li jirrigwarda l-Intelliġenza Artifiċjali, l-algoritmi, il-big data, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija forensika, li l-pass u d-daqs tagħhom huma diffiċli li jiġu stmati, huwa antiċipat li se tkun meħtieġa flessibbiltà biex jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu taħt din il-parti tal-Programm.

(21)  B'mod partikolari l-Programm irid jindirizza l-implikazzjonijiet radikali għall-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw mit-trasformazzjoni kontinwa tal-ekonomija u tal-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari permezz tat-tkabbir esponenzjali u l-użu tad-data, waqt li jiġi kkunsidrat l-użu dejjem jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-big data u l-algoritmi u ta' għodod oħrajn u l-għarfien espert tal-IT mill-kumpaniji u l-konsulenti tagħhom. Huwa wkoll essenzjali li l-Programm jappoġġa n-netwerks u l-involviment usa' u aktar profond mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri, minħabba li l-kompetizzjoni mhux imxekkla u l-funzjonament tas-suq intern jiddependu ferm mill-azzjoni ta' dawn l-entitajiet. Fid-dawl tar-rwol partikolari tal-politika dwar il-kompetizzjoni fil-prevenzjoni tal-ħsara lis-suq intern li tirriżulta mill-imġiba antikompetittiva lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, kif xieraq. Finalment, it-twessigħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni huwa meħtieġ sabiex jippermetti li aktar ċittadini u negozji jiksbu l-benefiċċji sħaħ ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jintwerew il-benefiċċji tanġibbli tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni liċ-ċittadini Ewropej permezz tal-involviment ma' gruppi tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati milquta b'mod dirett. Minħabba li għadd ta' inizjattivi fil-Programm huma ġodda u li l-parti tal-kompetizzjoni tal-Programm hija partikolarment affettwata mill-iżviluppi dinamiċi u rapidi fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, l-aktar f'dak li jirrigwarda l-iżviluppi diġitali, l-Intelliġenza Artifiċjali, l-algoritmi, il-big data, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija forensika, li l-pass u d-daqs tagħhom huma diffiċli li jiġu stmati, huwa antiċipat li se tkun meħtieġa flessibbiltà biex jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu taħt din il-parti tal-Programm.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Huwa importanti ferm li tissaħħaħ il-kompetittività tal-impriżi Ewropej waqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-Ewropa, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda b'dimensjoni reġjonali u lokali.

(22)  Huwa importanti ferm li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi Ewropej waqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-Ewropa, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda ta' kwalità fis-setturi kollha b'dimensjoni reġjonali u lokali, u għalhekk b'koeżjoni soċjali. L-SMEs huma strumentali biex tiġi segwita t-tranżizzjoni tal-enerġija u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Pariġi. Il-Programm jenħtieġ għalhekk li jtejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw prodotti u servizzi ta' kwalità għolja u favur l-ambjent u li jappoġġa l-isforzi tagħhom biex iżidu l-effiċjenza fir-riżorsi, f'konformità mal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel". B'hekk, il-Programm jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb il-kompetittività tal-SMEs tal-Unjoni fis-suq globali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-SMEs jikkondividu sfidi komuni li ma jaffettwawx ditti akbar bl-istess mod biex jiksbu finanzjament, biex isibu forza tax-xogħol bl-aqwa ħiliet, biex itaffu l-piż amministrattiv, biex jadottaw il-kreattività u l-innovazzjoni, biex jaċċessaw is-swieq u biex irawmu attivitajiet ta' internazzjonalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-Programm jindirizza t-tali fallimenti tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn.

(23)  L-SMEs jikkondividu sfidi komuni li ma jaffettwawx ditti akbar bl-istess mod biex jiksbu finanzjament, biex isibu forza tax-xogħol bl-aqwa ħiliet, biex itaffu l-piż amministrattiv, biex jadottaw il-kreattività u l-innovazzjoni, biex jaċċessaw is-swieq u biex irawmu attivitajiet ta' internazzjonalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-Programm jindirizza t-tali nuqqasijiet tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn. B'mod partikolari, il-programm jenħtieġ li joħloq kundizzjonijiet xierqa biex tiġi introdotta l-innovazzjoni teknoloġika u organizzattiva fil-proċessi ta' produzzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni lil forom speċifiċi ta' SMEs bħal mikrointrapriżi, intrapriżi involuti f'attivitajiet artiġjanali, dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali u intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni lil intraprendituri potenzjali, ġodda, żgħażagħ u nisa, kif ukoll lil gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħall-anzjani, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a)  Il-programm jenħtieġ li jappoġġa u jippromwovi kultura tal-innovazzjoni, filwaqt li jiżviluppa ekosistema li tkun kapaċi tiffavorixxi l-ħolqien u t-tkabbir tal-intrapriżi, b'mod partikolari l-intrapriżi mikro u l-SMEs innovattivi li jkunu kapaċi jappoġġaw l-isfidi ta' ambjent dejjem aktar kompetittiv u mgħaġġel. Il-bidla kbira fil-proċessi tal-innovazzjoni teħtieġ l-iżvilupp ta' mudell ta' innovazzjoni miftuħ biż-żieda tar-riċerka kollaborattiva u tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-proprjetà intellettwali bejn organizzazzjonijiet differenti. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa l-proċess tal-innovazzjoni li jinkorpora mudelli kummerċjali kollaborattivi ġodda ċċentrati fuq l-iżvilupp tan-netwerks u fuq l-integrazzjoni tal-għarfien u tar-riżorsi fi ħdan il-komunitajiet interorganizzattivi.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi żviluppata ekosistema ta' innovazzjoni li tista' tkun katalizzatur ekonomiku.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23b)  Il-Programm jenħtieġ li jindirizza dawn in-nuqqasijiet tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali lill-azzjonijiet li huma ta' benefiċċju dirett għall-SMEs u għan-netwerks tal-intrapriżi, u filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn.

Ġustifikazzjoni

Il-Programm jenħtieġ li jqis l-SMEs u n-netwerks tal-intrapriżi fl-attivitajiet kollha tiegħu.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex jiksbu l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u ma jkollhomx biżżejjed kollateral. Sfidi addizzjonali ta' finanzjament jirriżultaw mill-ħtieġa tal-SMEs li jibqgħu kompetittivi billi jinvolvu ruħhom eż. fl-attivitajiet ta' diġitalizzazzjoni, internazzjonalizzazzjoni u innovazzjoni u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. L-aċċess limitat għall-finanzjament għandu effett negattiv fuq il-ħolqien, it-tkabbir u r-rati ta' sopravivenza tan-negozji, kif ukoll fuq ir-rieda ta' intraprendituri ġodda li jidħlu responsabbli għal kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta' suċċessjoni ta' negozju.

(24)  Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex jiksbu l-aċċess għall-finanzi minħabba li jkollhom nuqqas ta' informazzjoni, jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom, ma jkollhomx biżżejjed kollateral jew sempliċement minħabba li jkollhom ftit għarfien dwar mekkaniżmi eżistenti li jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew lokali. Sfidi addizzjonali ta' finanzjament jirriżultaw mid-daqs iżgħar tal-intrapriżi mikro u mill-ħtieġa tal-SMEs li jibqgħu kompetittivi billi jinvolvu ruħhom eż. fl-attivitajiet ta' diġitalizzazzjoni, internazzjonalizzazzjoni u innovazzjoni u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. L-aċċess limitat għall-finanzjament għandu effett negattiv fuq il-ħolqien, it-tkabbir u r-rati ta' sopravivenza tan-negozji, kif ukoll fuq ir-rieda ta' intraprendituri ġodda li jidħlu responsabbli għal kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta' suċċessjoni ta' negozju.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Sabiex jingħelbu dawn il-fallimenti tas-suq u biex tiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ permezz ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Il-faċilità tal-garanzija għal self stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU.

(25)  Sabiex jingħelbu dawn in-nuqasijiet tas-suq u biex jiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, u bħala xprunatur għal ekonomija sostenibbli, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ permezz ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Il-faċilità tal-garanzija għal self skont il-programm COSME stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. Jenħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lil komunikazzjoni aħjar u lill-kampanji pubbliċi sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni għal benefiċjarji potenzjali dwar id-disponibbiltà tal-Programm għall-SMEs. Biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni li jappoġġaw l-SMEs, l-azzjonijiet li huma kompletament jew parzjalment iffinanzjati minn dan il-Programm, inklużi l-intermedjarji, jenħtieġ li jinkorporaw l-emblema Ewropea (il-bandiera) assoċjata ma' sentenza li tirrikonoxxi l-appoġġ riċevut minn dan il-Programm.

__________________

__________________

52 COM(2018) 439 finali

52 COM(2018) 439 finali

53 Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-objettivi ta' politika ta' dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(26)  L-objettivi ta' politika ta' dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. It-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU jenħtieġ li jkollha punt ġenerali ċentrali li jipprovdi informazzjoni dwar il-Programm f'kull Stat Membru, sabiex jiżdiedu l-aċċessibbiltà u s-sensibilizzazzjoni dwar il-fondi għall-SMEs. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern, u jenħtieġ li b'mod ċar joffri addizzjonalità u jtejjeb is-sinerġiji mal-programmi Ewropej l-oħra. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a)  L-azzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-industrija tal-UE jew l-industrija tal-Istati Membri jenħtieġ li ma jidduplikawx il-finanzjamenti privati jew jissostitwixxuhom, u lanqas ma għandhom ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern iżda, b'referenza għall-iskemi ta' garanzija pubbliċi u privati lokali li diġà huma stabbiliti, għandhom jiffavorixxu l-integrazzjoni ma' dawn is-sistemi bil-għan prinċipali li jsaħħu u jżidu l-benefiċċji reali għar-riċevituri finali, li huma l-SMEs fir-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, bil-għan li jkun hemm addizzjonalità reali tal-interventi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26b)  Minbarra l-aċċess għall-finanzjament, l-aċċess għall-ħiliet huwa kruċjali wkoll, fosthom il-ħiliet maniġerjali u l-għarfien huma fatturi kritiċi għall-SMEs biex jaċċessaw fondi eżistenti, jinnovaw, jikkompetu u jikbru. Għalhekk, it-twassil ta' strumenti finanzjarji kif previst taħt il-Fond InvestEU jenħtieġ li jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta' skemi xierqa ta' mentoraġġ u ta' kkowċjar u bl-għoti ta' servizzi kummerċjali bbażati fuq l-għarfien.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi industrijali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. L-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda jenħtieġ li tibqa' l-għodda biex tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jagħmel ħiltu biex jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

(27)  Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jipprovdi assistenza li tvarja mit-tħejjija tal-proġetti għall-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċess għas-suq, u jħeġġeġ il-ħolqien ta' netwerks tal-intrapriżi. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi ekonomiċi u intraprenditorjali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. Dan għandu jappoġġa wkoll parteċipazzjoni msaħħa tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs fl-iżvilupp tal-inizjattivi ta' Politika tas-Suq Uniku, bħall-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' standardizzazzjoni u l-iskemi ta' proprjetà intellettwali. In-Netwerk jenħtieġ li jżid ukoll l-għadd ta' azzjonijiet, filwaqt li jipprovdi pariri aktar immirati lejn l-SMEs, fl-abbozzar tal-proġetti u l-appoġġ għan-netwerking u t-tranżizzjoni teknoloġika u organizzattiva. In-Netwerk jenħtieġ li jtejjeb ukoll il-kooperazzjoni u l-kollegament ma' Ċentri ta' Konsulenza oħra stabbiliti fil-programm Diġitali u l-Fond InvestEU fir-rigward tal-aċċess għall-finanzi. L-azzjonijiet għall-SMEs fin-Netwerk jenħtieġ li jkollhom l-għan ukoll li jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja madwar l-Ewropa, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għal oqsma ta' attivitajiet u partijiet ġeografiċi tal-Unjoni fejn in-Netwerks u l-partijiet ikkonċernati intermedjarji ma jiksbux ir-riżultati mistennija. L-iskema ta' mentoraġġ ta' suċċess għall-intraprendituri ġodda - Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ - jenħtieġ li tibqa' l-għodda li tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju u maniġerjali billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti. Sabiex jiżdied il-valur miżjud mill-promozzjoni ta' inizjattivi tal-intraprenditorija, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-intraprendituri tal-intrapriżi mikro u għal dawk li jkunu bbenefikaw l-anqas mill-programm eżistenti, u fejn il-kultura tal-intraprenditorija għadha f'livell bażiku ħafna u tiffaċċja aktar ostakli. Jenħtieġ li jsir kull sforz biex tinkiseb distribuzzjoni tal-fondi ġeografikament u raġonevolment ibbilanċjata.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a)  Jenħtieġ li jsir aktar sforz biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex tiżdied l-aċċessibbiltà tal-programmi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż li jiffaċċjaw l-SMEs u l-intrapriżi mikro minħabba l-proċess ta' applikazzjoni kkumplikat u r-rekwiżiti ta' parteċipazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni għall-intrapriżi interessati li jużaw fondi tal-Unjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta' servizz. Il-proċedura ta' evalwazzjoni jenħtieġ li tkun sempliċi u rapida kemm jista' jkun sabiex ikun jista' jsir użu f'waqtu tal-benefiċċji li joffri l-Programm.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Ir-raggruppamenti huma għodda strateġika għall-appoġġ tal-kompetittività u t-tkabbir tal-SMEs minħabba li joffru ambjenti tan-negozju favorevoli. L-Inizjattivi ta' Raggruppamenti Konġunti jenħtieġ li jiksbu massa kritika biex jitħaffef it-tkabbir tal-SMEs. Permezz tal-konnessjoni ta' ekosistemi speċjalizzati, ir-raggruppamenti joħolqu opportunitajiet tan-negozju ġodda għall-SMEs u jintegrawhom aħjar fil-ktajjen ta' valur strateġiċi Ewropej u dinjija. Jenħtieġ li jiġi provdut appoġġ għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' sħubija transnazzjonali u għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet konġunti, appoġġati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti. Jenħtieġ li titħeġġeġ is-sħubija sostenibbli b'finanzjament kontinwu jekk jintlaħqu l-miri ta' prestazzjoni u parteċipazzjoni. L-appoġġ dirett għall-SMEs jenħtieġ li jgħaddi mill-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għal dan li ġej: l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati, mudelli ta' negozju ġodda, soluzzjonijiet b'użu baxx ta' karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi, il-kreattività u t-tfassil, l-aġġornament tal-ħiliet, l-attrazzjoni tat-talent, l-aċċellerazzjoni tal-intraprenditorija u l-internazzjonalizzazzjoni. Atturi ta' appoġġ għall-SMEs speċjalizzati oħra jenħtieġ li jiġu assoċjati biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni industrijali u l-implimentazzjonijiet ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tkabbir u jibni rabtiet maċ-ċentri ta' innovazzjoni (diġitali) tal-Unjoni u mal-investimenti taħt il-Politika ta' Koeżjoni u Orizzont Ewropa. Jistgħu wkoll jiġu esplorati s-sinerġiji mal-programm Erasmus.

(28)  Ir-raggruppamenti huma għodda strateġika għall-appoġġ tal-kompetittività u t-tkabbir tal-SMEs minħabba li joffru ambjenti tan-negozju favorevoli, iżidu l-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija u tas-servizzi u jsaħħu l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni bil-ħolqien ta' impjiegi. L-Inizjattivi ta' Raggruppamenti Konġunti jenħtieġ li jiksbu massa kritika biex jitħaffef it-tkabbir tal-SMEs. Permezz tal-konnessjoni ta' ekosistemi speċjalizzati, ir-raggruppamenti joħolqu opportunitajiet tan-negozju ġodda għall-SMEs u jintegrawhom aħjar fil-ktajjen ta' valur strateġiċi Ewropej u dinjija. Jenħtieġ li jiġi provdut appoġġ għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' sħubija transnazzjonali u għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet konġunti, appoġġati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti. Jenħtieġ li titħeġġeġ is-sħubija sostenibbli b'finanzjament kontinwu jekk jintlaħqu l-miri ta' prestazzjoni u parteċipazzjoni. L-appoġġ dirett għall-SMEs jenħtieġ li jgħaddi mill-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għal dan li ġej: l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati, mudelli ta' negozju ġodda, soluzzjonijiet, il-kreattività u t-tfassil, l-aġġornament tal-ħiliet, l-attrazzjoni tat-talent, l-aċċellerazzjoni tal-intraprenditorija u l-internazzjonalizzazzjoni. Atturi ta' appoġġ għall-SMEs speċjalizzati oħra jenħtieġ li jiġu assoċjati biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni industrijali u l-implimentazzjonijiet ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u jibni rabtiet maċ-ċentri ta' innovazzjoni (diġitali) tal-Unjoni u mal-investimenti taħt il-Politika ta' Koeżjoni u Orizzont Ewropa. Jistgħu wkoll jiġu esplorati s-sinerġiji mal-programm Erasmus.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a)  Il-Programm jista' jikkontribwixxi biex iżid u/jew itejjeb ir-relazzjoni bejn intrapriżi mikro, żgħar u medji ma' Universitajiet, ċentri ta' riċerka u istituzzjonijiet oħra relatati mal-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien. Din il-konnessjoni tista' tgħin biex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-intrapriżi li jindirizzaw l-isfidi strateġiċi li joħloq l-ambjent internazzjonali l-ġdid.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28b)  L-SMEs, minħabba d-daqs iżgħar tagħhom, iħabbtu wiċċhom ma' ostakli speċifiċi għat-tkabbir u għandhom diffikultajiet kbar biex ikabbru u jiżviluppaw xi wħud mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-Unjoni ilha tipprovdi appoġġ biex jiżdiedu l-attivitajiet li jiffukaw fuq l-innovazzjoni fir-riċerka, prinċipalment permezz tal-Istrument għall-SMEs u l-proġett pilota reċenti tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni fi ħdan il-programm Orizzont 2020. Abbażi tal-metodi ta' ħidma u l-esperjenzi tal-Istrument għall-SMEs, il-Programm tas-Suq Uniku jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal attivitajiet ta' espansjoni mill-SMEs li jikkumplimentaw l-EIC il-ġdid bl-enfasi speċifika tiegħu fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja taħt Orizzont Ewropa. L-azzjonijiet ta' espansjoni għall-SMEs taħt dan il-programm għandhom jiffukaw, pereżempju, fuq l-għajnuna permezz tal-kummerċjalizzazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni u l-opportunitajiet immexxija mis-suq.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-kreattività u l-innovazzjoni huma kruċjali għall-kompetittività tal-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw katalizzaturi għall-modernizzazzjoni industrijali u jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Madankollu, l-adozzjoni mill-SMEs għadha lura. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet immirati, in-netwerks u s-sħubiji għall-innovazzjoni mmexxija mill-kreattività tul il-katina tal-valur industrijali.

(29)  Il-kreattività u l-innovazzjoni, it-trasformazzjoni teknoloġika u organizattiva, is-sostenibbiltà msaħħa f'termini tal-proċessi tal-produzzjoni, b'mod partikolari l-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija, huma kruċjali għall-kompetittività tal-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw katalizzaturi għall-modernizzazzjoni tas-setturi tan-negozji u tal-industrija u jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Madankollu, l-adozzjoni mill-SMEs għadha lura. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet immirati, in-netwerks u s-sħubiji għall-innovazzjoni mmexxija mill-kreattività tul il-katina tal-valur industrijali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29a)  Jirrikonoxxi li l-Istrument għall-SMEs taħt l-Orizzont 2020 kellu suċċess kbir għall-intraprendituri kemm fl-għotjiet tal-fażi 1 kif ukoll f'dawk tal-fażi 2 biex javvanzaw l-idea kummerċjali ġdida tagħhom u biex jittestjaw u jiżviluppaw prototip. Filwaqt li l-proċess tal-għażla huwa diġà rigoruż ħafna, xorta waħda għadd kbir ta' proġetti tajbin ħafna ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba riżorsi finanzjarji limitati. L-implimentazzjoni fil-qafas tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) kienet qiegħda taħdem b'mod effiċjenti ħafna. Filwaqt li l-fokus ta' dak il-programm huwa fuq proġetti b'teknoloġija avvanzata, dan il-Programm jenħtieġ li jestendi l-metodoloġija għal kwalunkwe tip ta' SME li qed tespandi.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 29b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29b)  L-azzjonijiet għall-SMEs jenħtieġ li jiffokaw ukoll fuq is-setturi kkaratterizzati minn potenzjal sinifikanti ta' tkabbir u soċjali u li jkollhom proporzjon għoli ta' SMEs. It-turiżmu huwa settur wieħed tal-Ekonomija tal-Unjoni li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-PDG tal-Unjoni u primarjament jitmexxa mill-SMEs. L-Unjoni jenħtieġ li tkompli u żżid l-azzjonijiet li jappoġġaw l-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur.

Ġustifikazzjoni

Il-Programm jenħtieġ li jiffoka fuq is-settur tat-turiżmu, meta titqies l-importanza tiegħu fil-kuntest Ewropew.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti fis-suq intern. Huma ta' interess vitali għall-kompetittività tal-impriżi, u speċjalment tal-SMEs. Huma wkoll għodda kruċjali biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma ewlenin bħall-enerġija, it-tibdil fil-klima, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, l-innovazzjoni, is-sikurezza tal-prodotti, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-popolazzjoni li qed tixjiħ, u b'hekk jikkontribwixxu għas-soċjetà kollha.

(30)  L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti fis-suq intern. Huma ta' interess vitali għall-kompetittività tal-impriżi, u speċjalment tal-SMEs. Huma wkoll għodda kruċjali biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma ewlenin bħat-tranżizzjoni tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-użu u r-riċiklaġġ sostenibbli tar-riżorsi, l-innovazzjoni, is-sikurezza tal-prodotti, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-popolazzjoni li qed tixjiħ, u b'hekk jikkontribwixxu għas-soċjetà kollha. Madankollu, l-esperjenza wriet li l-ħeffa u l-puntwalità tal-elaborazzjoni tal-istandards jeħtieġ li jittejbu u jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex jiġu involuti aħjar il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk li jirrappreżentaw lill-konsumaturi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Qafas ta' rappurtar finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq tal-kapital u għall-ħolqien ta' suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq tal-Kapital.

(32)  Qafas ta' rappurtar finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq finanzjarji u għall-ħolqien ta' suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  L-Unjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tqiegħdhom fil-qalba tas-suq intern billi tappoġġa u tikkumplimenta l-politiki tal-Istati Membri b'mod li tiżgura li meta jaġixxu bħala konsumaturi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern u li, b'hekk, is-sikurezza u l-interessi legali u ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta' azzjonijiet konkreti. L-Unjoni trid tiżgura wkoll li l-liġijiet dwar il-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti jkunu infurzati kif xieraq u b'mod ugwali fuq il-post u li n-negozji jgawdu kundizzjonijiet ekwi b'kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa lill-konsumaturi u jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli, u b'hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi.

(36)  L-Unjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tqiegħdhom fil-qalba tas-suq intern billi tappoġġa u tikkumplimenta l-politiki tal-Istati Membri b'mod li tiżgura li meta jaġixxu bħala konsumaturi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern u li, b'hekk, is-sikurezza u l-interessi legali u ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta' azzjonijiet konkreti. L-Unjoni trid tiżgura wkoll li l-liġijiet dwar il-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti jkunu infurzati kif xieraq u b'mod ugwali fuq il-post u li n-negozji jgawdu kundizzjonijiet ekwi b'kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa lill-konsumaturi u jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli u infurmati, u b'hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jissensibilizza l-konsumaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet rigward il-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur u s-sikurezza u li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni l-aktar billi jappoġġa lill-Bureau Européen des Unions de Consommateurs (BEUC - Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi) li huwa NGO li ilha stabbilita u rikonoxxuta għal żmien twil u li tħares l-interessi tal-konsumaturi b'rabta mal-politiki kollha tal-UE, u lill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni (ANEC) li tirrappreżenta l-interess tal-konsumaturi b'rabta ma' kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni. Waqt li jsir dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet ġodda tas-suq rigward il-promozzjoni ta' konsum sostenibbli u l-prevenzjoni ta' vulnerabbiltajiet kif ukoll sfidi maħluqa mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija jew l-iżvilupp ta' tendenzi ta' konsum u mudelli ta' negozju ġodda. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' informazzjoni rilevanti dwar is-swieq, l-isfidi politiċi, kwistjonijiet u mġiba emerġenti, u l-pubblikazzjoni tat-tabelli ta' valutazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni.

(37)  Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jissensibilizza l-konsumaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet rigward il-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur u s-sikurezza u li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni l-aktar billi jappoġġa lill-Bureau Européen des Unions de Consommateurs (BEUC - Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi) li huwa NGO li ilha stabbilita u rikonoxxuta għal żmien twil u li tħares l-interessi tal-konsumaturi b'rabta mal-politiki kollha tal-UE, u lill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni (ANEC) li tirrappreżenta l-interess tal-konsumaturi b'rabta ma' kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni. Waqt li jsir dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet ġodda tas-suq rigward il-promozzjoni ta' konsum sostenibbli u b'mod partikolari ta' azzjonijiet li jindirizzaw il-kwistjoni tal-obsolexxenza ppjanata tal-prodotti u l-prevenzjoni ta' vulnerabbiltajiet kif ukoll sfidi maħluqa mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, il-prodotti konnessi, l-Internet tal-Oġġetti, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-użu ta' algoritmi jew l-iżvilupp ta' tendenzi ta' konsum u mudelli ta' negozju ġodda, bħall-ekonomija kollaborattiva u l-intraprenditorija soċjali. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' informazzjoni rilevanti dwar is-swieq, inklużi azzjonijiet bil-għan li titjieb it-traċċabbiltà tal-prodott matul il-katina ta' provvista, l-istandards ta' kwalità madwar l-Unjoni, u l-indirizz ta' kwistjonijiet dwar il-kwalità doppja tal-prodotti, l-isfidi politiċi, kwistjonijiet u mġiba emerġenti, u l-pubblikazzjoni tat-tabelli ta' valutazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż dawk responsabbli għall-monitoraġġ tas-sikurezza tal-prodotti, li jikkooperaw b'mod partikolari permezz tas-sistema ta' twissija rapida tal-Unjoni għall-prodotti perikolużi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-infurzar tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, u n-netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiż terzi u fl-Unjoni. Il-programm jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jiżgura aċċess għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha għal riżoluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti u għal riżoluzzjoni ta' tilwim online ta' kwalità u għal informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta' rimedju.

(38)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż dawk responsabbli għall-monitoraġġ tas-sikurezza tal-prodotti, li jikkooperaw b'mod partikolari permezz tas-sistema ta' twissija rapida tal-Unjoni għall-prodotti perikolużi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-infurzar tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, u n-netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi u fl-Unjoni. Il-programm jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jiżgura aċċess għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha għal riżoluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti u għal riżoluzzjoni ta' tilwim online ta' kwalità u għal informazzjoni dwar il-proċess għall-parteċipazzjoni f'azzjonijiet li jfittxu rimedju, bl-inqas spiża.

__________________

__________________

58 Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

58 Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  In-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi qed jgħin lill-konsumaturi jiksbu l-benefiċċju tad-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni meta jixtru oġġetti u servizzi bejn il-fruntieri fis-Suq Intern u fiż-ŻEE, kemm online kif ukoll meta jkunu qed jivvjaġġaw. In-netwerk li jikkonsisti fi 30 ċentru u li ilu ffinanzjat b'mod konġunt mill-programmi tal-Unjoni għall-konsumaturi għal aktar minn 10 snin wera l-valur miżjud tiegħu biex isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-Suq Intern. Huwa jindirizza t-talbiet ta' aktar minn 100 000 konsumatur fis-sena u jilħaq miljuni ta' ċittadini permezz tal-attivitajiet ta' informazzjoni tiegħu fuq il-ġurnali u online. Huwa wieħed mill-aktar netwerks ta' assistenza liċ-ċittadini apprezzati tal-Unjoni u ħafna miċ-ċentri tiegħu jospitaw punti ta' kuntatt għal-liġi dwar is-suq intern bħad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59 u l-evalwazzjoni tiegħu tenfasizza l-importanza li jkompli jopera. In-netwerk għandu wkoll l-intenzjoni li jiżviluppa arranġamenti ta' reċiproċità ma' korpi simili f'pajjiżi terzi.

(39)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll in-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi li jgħin lill-konsumaturi jiksbu l-benefiċċju tad-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni meta jixtru oġġetti u servizzi bejn il-fruntieri fis-Suq Intern u fiż-ŻEE, kemm online kif ukoll meta jkunu qed jivvjaġġaw. In-netwerk li jikkonsisti fi 30 ċentru u li ilu ffinanzjat b'mod konġunt mill-programmi tal-Unjoni għall-konsumaturi għal aktar minn 10 snin wera l-valur miżjud tiegħu biex isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-Suq Intern. Huwa jindirizza t-talbiet ta' aktar minn 100 000 konsumatur fis-sena u jilħaq miljuni ta' ċittadini permezz tal-attivitajiet ta' informazzjoni tiegħu fuq il-ġurnali u online. Huwa wieħed mill-aktar netwerks ta' assistenza liċ-ċittadini apprezzati tal-Unjoni u ħafna miċ-ċentri tiegħu jospitaw punti ta' kuntatt għal-liġi dwar is-suq intern bħad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59 u l-evalwazzjoni tiegħu tenfasizza l-importanza li jkompli jopera. In-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jista' jkun ukoll sors importanti ta' informazzjoni dwar l-isfidi u l-problemi li l-konsumaturi jiffaċċjaw fil-livell lokali, li huma rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-bini u t-tisħiħ ta' sinerġiji bejn ir-rappreżentazzjoni tal-konsumaturi fil-livell lokali u tal-Unjoni sabiex isaħħaħ ir-rappreżentanza tal-konsumaturi. In-netwerk għandu wkoll l-intenzjoni li jiżviluppa arranġamenti ta' reċiproċità ma' korpi simili f'pajjiżi terzi.

__________________

__________________

59 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

59 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Il-kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni li sar mill-Kummissjoni f'Mejju 2017 wera l-ħtieġa li r-regoli jiġu infurzati aħjar u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju meta l-konsumaturi jġarrbu ħsara minħabba ksur tal-liġijiet dwar il-konsumatur. B'riżultat ta' dan il-Kummissjoni adottat "Patt ġdid għall-Konsumaturi" f'April 2018 sabiex tiżgura, fost l-oħrajn, trattament ugwali għall-konsumaturi fis-suq intern b'rabta mal-istandards ta' kwalità doppja, kapaċitajiet ta' infurzar aqwa tal-Istati Membri, sikurezza tal-prodotti mtejba, kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u possibilitajiet ġodda ta' rimedju l-aktar permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa din l-inizjattiva permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, in-netwerking u l-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq, billi jsaħħaħ fost l-oħrajn il-bażi tal-evidenza dwar il-funzjonament tas-suq intern għall-konsumaturi, is-sistemi tal-IT u l-għodod ta' komunikazzjoni.

(40)  Il-kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni li sar mill-Kummissjoni f'Mejju 2017 wera l-ħtieġa li r-regoli jiġu infurzati aħjar u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju meta l-konsumaturi jġarrbu ħsara minħabba ksur tal-liġijiet dwar il-konsumatur. B'riżultat ta' dan il-Kummissjoni adottat "Patt ġdid għall-Konsumaturi" f'April 2018 sabiex tiżgura, fost l-oħrajn, trattament ugwali għall-konsumaturi fis-suq intern b'rabta mal-każijiet transfruntiera, bħall-bejgħ ta' prodotti mhux konformi fis-settur tal-vetturi bil-mutur, standards ta' kwalità doppja ta' prodotti jew il-problemi ta' passiġġieri li jitħallew l-art bħala riżultat tal-kanċellazzjoni ta' għadd kbir ta' titjiriet, kapaċitajiet ta' infurzar aqwa tal-Istati Membri, sikurezza tal-prodotti mtejba, kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u possibilitajiet ġodda ta' rimedju l-aktar permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa din l-inizjattiva permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, in-netwerking u l-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq, billi jsaħħaħ fost l-oħrajn il-bażi tal-evidenza dwar il-funzjonament tas-suq intern għall-konsumaturi, is-sistemi tal-IT u l-għodod ta' komunikazzjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Iċ-ċittadini huma partikolarment affettwati mill-funzjonament tas-swieq tas-servizzi finanzjarji. Dawn huma komponent ewlieni tas-suq intern u jirrikjedu qafas solidu għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni li jiżgura mhux biss stabbiltà finanzjarja u ekonomija sostenibbli, iżda jipprovdi wkoll livell għoli ta' ħarsien lill-konsumaturi u lil utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-investituri individwali, dawk li jfaddlu, id-detenturi tal-poloz ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji ta' fondi ta' pensjoni, l-azzjonisti individwali, il-mutwatarji u l-SMEs. Huwa importanti li titjieb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil ta' politiki għas-settur finanzjarju.

(41)  Iċ-ċittadini huma partikolarment affettwati mill-funzjonament tas-swieq finanzjarji u għalhekk jenħtieġ li jiġu infurmati aktar dwar id-drittijiet, ir-riskji u l-benefiċċji rilevanti. Dawn huma komponent ewlieni tas-suq intern u jirrikjedu qafas solidu għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni li jiżgura mhux biss stabbiltà finanzjarja u ekonomija sostenibbli, iżda jipprovdi wkoll livell għoli ta' ħarsien lill-konsumaturi u lil utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-investituri individwali, dawk li jfaddlu, id-detenturi tal-poloz ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji ta' fondi ta' pensjoni, l-azzjonisti individwali, il-mutwatarji u l-SMEs. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex titjieb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil ta' politiki, anke permezz tal-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni ċara, kompluta u faċli għall-utent dwar il-prodotti kummerċjalizzati fis-swieq finanzjarji.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġa l-attivitajiet speċifiċi koperti mill-Programm tal-Bini tal-Kapaċità 2017-2020 filwaqt li isaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60 li kompla l-programm pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017. Dan huwa meħtieġ biex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b'opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati apparti professjonisti tas-settur finanzjarju u jiżgura rappreżentanza aħjar tal-interessi tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa mistenni li jwassal għal politiki aqwa għas-servizzi finanzjarji, l-aktar bis-saħħa ta' fehim aqwa mill-pubbliku tal-kwistjonijiet involuti fir-regolamentazzjoni finanzjarja u ta' litteriżmu finanzjarju msaħħaħ.

(42)  Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġa l-attivitajiet speċifiċi koperti mill-Programm tal-Bini tal-Kapaċità 2017-2020 filwaqt li jsaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60 li kompla l-programm pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017. Dan huwa meħtieġ biex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b'opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati apparti professjonisti tas-settur finanzjarju u jiżgura rappreżentanza aħjar tal-interessi tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji. Il-Programm għandu jiżviluppa b'mod kontinwu l-metodoloġija tiegħu u l-aħjar prattiki dwar kif iżid il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u l-utenti aħħarin tas-servizzi finanzjarji sabiex jidentifika kwistjonijiet rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u sabiex jiżgura l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dan jenħtieġ li jtejjeb il-politiki dwar is-servizzi finanzjarji, l-aktar bis-saħħa ta' fehim aqwa mill-pubbliku tal-kwistjonijiet involuti fir-regolamentazzjoni finanzjarja u ta' litteriżmu finanzjarju msaħħaħ. Ir-riżorsi pubbliċi ta' dan il-Programm jenħtieġ li jiffukaw fuq dak li huwa essenzjali għall-utenti aħħarin u jevitaw kull forma ta' appoġġ finanzjarju dirett jew indirett għall-attivitajiet kummerċjali proposti minn operaturi finanzjarji privati.

__________________

__________________

60 Ir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 17).

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Bħala parti minn proġett pilota, bejn l-2012 u l-2013, u ta' azzjoni preparatorja, bejn l-2014 u l-2016, il-Kummissjoni tat għotjiet lil żewġ organizzazzjonijiet wara sejħa annwali miftuħa għal proposti. Iż-żewġ organizzazzjonijiet huma Finance Watch, stabbilita b'għotjiet tal-Unjoni fl-2011 bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ skont il-liġi Belġjana, u Better Finance, li hija l-prodott ta' riorganizzazzjonijiet u rebranding suċċessivi ta' federazzjonijiet u azzjonisti Ewropej preeżistenti sa mill-2009. Il-Programm tal-Bini tal-Kapaċità stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 2017/826, jidentifika dawn l-istess żewġ organizzazzjonijiet bħala l-uniċi benefiċjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitkompla l-kofinanzjament ta' dawn l-organizzazzjonijiet bħala parti mill-Programm. Madankollu, dan il-finanzjament jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami.

(43)  Bħala parti minn proġett pilota, bejn l-2012 u l-2013, u ta' azzjoni preparatorja, bejn l-2014 u l-2016, il-Kummissjoni tat għotjiet lil żewġ organizzazzjonijiet wara sejħa annwali miftuħa għal proposti. Iż-żewġ organizzazzjonijiet huma Finance Watch, stabbilita b'għotjiet tal-Unjoni fl-2011 bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ skont il-liġi Belġjana, u Better Finance, li hija l-prodott ta' riorganizzazzjonijiet u rebranding suċċessivi ta' federazzjonijiet u azzjonisti Ewropej preeżistenti sa mill-2009. Il-Programm tal-Bini tal-Kapaċità stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 2017/826, jidentifika dawn l-istess żewġ organizzazzjonijiet bħala l-uniċi benefiċjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitkompla l-kofinanzjament ta' dawn l-organizzazzjonijiet bħala parti mill-Programm. Madankollu, dan il-finanzjament jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitfakkar li fl-eventwalità li l-Programm tal-Bini tal-Kapaċità u l-fondi korrispondenti jiġu estiżi lil hinn mill-2020 u jitfaċċaw benefiċjarji potenzjali oħrajn, is-sejħa għall-applikanti jenħtieġ li tkun miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tissodisfa l-kriterji, u li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Programm, f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/826.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel biex is-suq intern ikun jista' jopera b'mod effiċjenti. Katina tal-provvista tal-ikel sikura u sostenibbli hija prerekwiżit għas-soċjetà u għas-suq intern. Il-kriżijiet tas-saħħa transfruntiera u l-biża' dwar l-ikel ifixklu l-funzjonament tas-suq intern billi jillimitaw il-moviment tal-persuni u tal-oġġetti u jfixklu l-produzzjoni.

(44)  Huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel u l-għalf biex jiġu protetti kemm il-konsumaturi kif ukoll biex is-suq intern ikun jista' jopera b'mod effiċjenti u mingħajr intoppi. Katina tal-provvista agrikola u tal-ikel sikura u sostenibbli hija prerekwiżit għas-soċjetà u għas-suq intern. Kif intwera minn inċidenti reċenti bħal każ tal-bajd ikkontaminat bil-fipronil fl-2017 u l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel fl-2013, il-kriżijiet tas-saħħa transfruntiera, bħall-influwenza avjarja jew id-deni Afrikan tal-ħnieżer, u l-biża' dwar l-ikel ifixklu l-funzjonament tas-suq intern billi jillimitaw il-moviment tal-persuni u tal-oġġetti u jfixklu l-produzzjoni. Il-prevenzjoni ta' kriżijiet tas-saħħa transfruntiera u ta' allarmi dwar l-ikel hija ta' importanza kbira. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet konkreti, bħat-twaqqif ta' miżuri ta' emerġenza fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżijiet u avvenimenti imprevedibbli li jaffettwaw is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-ħolqien ta' mekkaniżmu għal aċċess dirett għar-riżerva ta' għajnuna f'emerġenza sabiex dawn is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza jiġu indirizzati b'mod aktar rapidu, effettiv u effiċjenti.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  L-objettiv ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-katina alimentari huwa li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, li jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali, li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, inkluża l-preservazzjoni tal-bijodiversità, filwaqt li jtejjeb is-sostenibbiltà tal-produzzjonijiet Ewropej tal-ikel u l-għalf, iżid l-istandards tal-kwalità fl-Unjoni kollha, itejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel u tal-għalf u jiffavorixxi l-ħolqien tal-impjiegi.

(45)  L-objettiv ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-katina alimentari huwa li jiggarantixxi livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, li jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali, li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, inkluża l-preservazzjoni tal-bijodiversità, filwaqt li jtejjeb is-sostenibbiltà tal-produzzjonijiet Ewropej tal-ikel u l-għalf, jaqta' l-ħela tal-ikel, iżid l-istandards tal-kwalità tal-prodotti fl-Unjoni kollha, itejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel u tal-għalf u jiffavorixxi l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Minħabba n-natura speċifika tal-azzjonijiet li jirrigwardaw livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, iridu jiġu stipulati kriterji ta' eliġibbiltà speċjali rigward il-provvista ta' għotjiet u l-użu tal-akkwist pubbliku f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, b'deroga mir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 (ir-"Regolament Finanzjarju"), bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta' nonretroattività, l-ispejjeż għall-miżuri ta' emerġenza, minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli tagħhom, jenħtieġ li jkunu eliġibbli u jinkludu wkoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta' okkorrenza suspettata ta' marda jew organiżmu ta' ħsara bil-kundizzjoni li sussegwentement din l-okkorrenza tiġi kkonfermata u nnotifikata lill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni, wara l-firma tal-impenji legali u wara l-valutazzjoni tat-talbiet għall-ħlas ppreżentati mill-Istati Membri. L-ispejjeż jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għall-miżuri ta' protezzjoni meħuda fil-każ ta' theddida diretta għall-istatus tas-saħħa fl-Unjoni b'riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta' pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ta' ċertu mard tal-annimali u ċerti żoonożi kif ukoll fir-rigward ta' miżuri ta' protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda b'appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.

(46)  Minħabba n-natura speċifika tal-azzjonijiet li jirrigwardaw livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, iridu jiġu stipulati kriterji ta' eliġibbiltà speċjali rigward il-provvista ta' għotjiet u l-użu tal-akkwist pubbliku f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, b'deroga mir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 (ir-"Regolament Finanzjarju"), bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta' nonretroattività, l-ispejjeż għall-miżuri ta' emerġenza, minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli tagħhom, jenħtieġ li jkunu eliġibbli u jinkludu wkoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta' okkorrenza suspettata ta' marda jew organiżmu ta' ħsara bil-kundizzjoni li sussegwentement din l-okkorrenza tiġi kkonfermata u nnotifikata lill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni, wara l-firma tal-impenji legali u wara l-valutazzjoni tat-talbiet għall-ħlas ippreżentati mill-Istati Membri. L-ispejjeż jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għall-miżuri ta' protezzjoni meħuda fil-każ ta' theddida diretta għall-istatus tas-saħħa fl-Unjoni b'riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta' pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ta' ċertu mard tal-annimali u ċerti żoonożi kif ukoll fir-rigward ta' miżuri ta' protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda b'appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.

_________________

_________________

61 [żieda]

61 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati. L-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta' kontroll. B'mod partikolari, jenħtieġ li tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddependi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta' kontroll ta' persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tad-dritt tal-Unjoni, l-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta' skambju rilevanti organizzati mill-awtoritajiet kompetenti.

(47)  Fid-dawl tal-fatt li l-katina alimentari qed issir dejjem aktar globalizzata, il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti impurtati minn pajjiżi terzi. L-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta' kontroll. B'mod partikolari, jenħtieġ li tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddependi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta' kontroll ta' persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tad-dritt tal-Unjoni, l-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta' skambju rilevanti organizzati mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Il-Programm ġie sottomess għal eżami minn qabel lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(51)  Il-Programm ġie sottomess għal eżami minn qabel lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jenħtieġ li jiġi implimentat billi jiġi żgurat skrutinju parlamentari effettiv.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  L-Unjoni u l-Istati Membri huma impenjati fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Billi jikkontribwixxu biex l-Aġenda 2030 tirnexxi, l-Unjoni u l-Istati Membri se jrawmu Ewropa aktar b'saħħitha, aktar sostenibbli, inklużiva, sikura u prospera. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, inkluż billi jibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli.

(52)  L-Unjoni u l-Istati Membri huma impenjati li jagħtu riżultati biex ikunu fuq quddiem fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Billi jikkontribwixxu biex l-Aġenda 2030 tirnexxi, l-Unjoni u l-Istati Membri se jrawmu Ewropa aktar b'saħħitha, aktar sostenibbli, inklużiva, sikura u prospera. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, inkluż billi jibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, billi għal dak il-għan isir impenn ċar u viżibbli fir-Regolament QFP, u jiġu integrati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif mitlub mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP 2021-2027.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)  L-azzjonijiet implimentati taħt il-programmi preċedenti u l-linji baġitarji wrew li huma adegwati u jenħtieġ li jinżammu. L-azzjonijiet il-ġodda introdotti taħt dan il-Programm għandhom l-għan li jsaħħu b'mod partikolari s-suq intern li qed jiffunzjona tajjeb. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu definiti biss f'termini ta' kategoriji globali u ġeneriċi sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jilħaq l-objettivi tiegħu. Jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fil-Programm listi ta'attivitajiet indikattivi li jikkonċernaw l-objettivi speċifiċi fil-qasam tal-kompetittività, jew attivitajiet speċifiċi li ġejjin mir-rekwiżiti regolatorji, bħal fil-qasam tal-istandardizzazzjoni, ir-regolamentazzjoni tal-katina alimentari u l-Istatistika Ewropea.

(58)  L-azzjonijiet implimentati taħt il-programmi preċedenti u l-linji baġitarji wrew li huma adegwati u jenħtieġ li jinżammu. L-azzjonijiet il-ġodda introdotti taħt dan il-Programm għandhom l-għan li jsaħħu b'mod partikolari s-suq intern li qed jiffunzjona tajjeb. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu definiti biss f'termini ta' kategoriji globali u ġeneriċi sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jilħaq l-objettivi tiegħu. Jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fil-Programm listi ta'attivitajiet indikattivi li jikkonċernaw l-objettivi speċifiċi fil-qasam tal-kompetittività, il-protezzjoni tal-konsumatur, jew attivitajiet speċifiċi li ġejjin mir-rekwiżiti regolatorji, bħal fil-qasam tal-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq, ir-regolamentazzjoni tal-katina alimentari u l-Istatistika Ewropea.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)  B'kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, il-Programm jenħtieġ li jkompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f'ċerti attivitajiet.

(60)  B'kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, inkluża l-ekonomija diġitali, il-Programm jenħtieġ li jkompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f'ċerti attivitajiet.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji filwaqt li jevita x-xogħol doppju b'rabta mal-programmi u l-azzjonijiet tal-Unjoni relatati. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm jenħtieġ li jikkomplementaw lil dawk tal-Programmi Dwana u Fiscalis stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67 u r-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill68 li wkoll għandhom l-għan li jappoġġaw u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(64)  L-azzjonijiet taħt dan il-Programm jenħtieġ li jikkomplementaw lil dawk tal-Programmi Dwana u Fiscalis stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill67 u r-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill68 li wkoll għandhom l-għan li jappoġġaw u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

_________________

_________________

67 COM(2018) 442 finali

67 COM(2018) 442 finali

68 COM(2018) 443 finali

68 COM(2018) 443 finali

Ġustifikazzjoni

Il-parti mħassra titmexxa għall-Premessa 5, fejn jidher aktar xieraq, peress li l-Premessa 64 tikkonċerna żewġ programmi speċifiċi b'mod partikolari, u l-eliminazzjoni tad-duplikazzjoni ta' fondi għall-istess għanijiet jenħtieġ li tkun il-prinċipju ġenerali tal-programm kollu.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 se jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi.

(65)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji, komplementarjetajiet u addizzjonalità fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 ser jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs u għall-intrapriżi mikro. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi.

__________________

__________________

69 COM(2018) 372 finali

69 COM(2018) 372 finali

70 COM(2018) 439 finali

70 COM(2018) 439 finali

71 COM(2018) 447 finali

71 COM(2018) 447 finali

Ġustifikazzjoni

Ġiet miżjuda referenza għall-addizzjonalità u għall-intrapriżi mikro.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill73 li għandhom l-għan li jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-settur pubbliku tal-Unjoni.

(67)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill73 li għandhom l-għan li jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-settur pubbliku tal-Unjoni u taż-żieda fiċ-ċibersigurtà.

__________________

__________________

73 COM(2018) 434 finali

73 COM(2018) 434 finali

Emenda    58

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Fejn rilevanti l-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jintużaw biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod proporzjonat, mingħajr ma jsir duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(71)  L-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u jindirizzaw in-nuqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod proporzjonat, mingħajr ma ssir duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72)  Is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma li jimplimentaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill79.

imħassar

__________________

79 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi l-konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(73)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li, b'mod partikolari, jitqiesul-valur miżjud tal-Unjoni, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi l-konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74)  Biex ikun żgurat monitoraġġ u rappurtar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-bidu nett qafas xieraq għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet u tar-riżultati tal-Programm. Dawn il-monitoraġġ u r-rappurtar jenħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi, li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet taħt il-Programm skont linji bażiċi definiti minn qabel.

(74)  Biex ikun żgurat monitoraġġ u rappurtar regolari dwar il-progress miksub u dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-bidu nett qafas xieraq għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet u tar-riżultati tal-Programm. Dawn il-monitoraġġ u r-rappurtar jenħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi, li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet taħt il-Programm skont linji bażiċi definiti minn qabel.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75)  Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201680, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

(75)  Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201680, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport ta' evalwazzjoni interim dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati taħt il-Programm, dwar ir-riżultati u l-impatti, dwar l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u dwar il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu, kif ukoll rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-impatt aktar fit-tul, ir-riżultati u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet, u s-sinerġiji ma' Programmi oħra.

__________________

__________________

80 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

80 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Premessa 75a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75a)  Sabiex jiġu supplimentati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adozzjoni ta' programm(i) ta' ħidma.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76)  Il-lista ta' mard tal-annimali u żoonożi li jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt il-miżuri ta' emerġenza u għall-finanzjament taħt il-programmi ta' eradikazzjoni, kontroll u sorveljanza jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-mard tal-annimali msemmi fil-Kapitolu 2 tal-Parti I tar-Regolament (UE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill81, ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill82 u r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill83.

(76)  Lista miftuħa ta' mard tal-annimali u żoonożi li jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt il-miżuri ta' emerġenza u għall-finanzjament taħt il-programmi ta' eradikazzjoni, kontroll u sorveljanza jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-mard tal-annimali msemmi fil-Kapitolu 2 tal-Parti I tar-Regolament (UE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill81, ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill82 u r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill83.

_________________

_________________

81 Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).

81 Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).

82 Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1)

83 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. (ĠU L 147, 31.05.2001, p. 1).

Emenda    65

Proposta għal regolament

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77)  Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati bil-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-bhejjem, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżviluppi xjentifiċi jew epidemjoloġiċi ġodda, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tingħata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-emenda tal-lista ta' mard tal-annimali u żoonożi. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami jew biex jiġu komplementati l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi speċifiċi fejn jitqies meħtieġ u biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(77)  Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati minn mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-bhejjem, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżviluppi xjentifiċi jew epidemjoloġiċi ġodda, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tingħata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-emenda tal-lista ta' mard tal-annimali u żoonożi. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami jew biex jiġu komplementati l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi speċifiċi fejn jitqies meħtieġ u biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jiġu kkonsultati wkoll. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Premessa 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta' verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv.

(80)  Għall-azzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament fil-qafas ta' dan il-Programm, bla preġudizzju għal derogi speċifiċi, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, ir-Regolament Finanzjarju li jistabbilixxi l-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedi t-twettiq ta' verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Premessa 81

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(81)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill90 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill91 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti irid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Kummissjoni jrid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(81)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill90 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill91 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti irid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u fir-Regolament XXX [ir-Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika] u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Kummissjoni jrid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Ġustifikazzjoni

Il-GDPR jindirizza d-data personali biss u ma jkoprix adegwatament tipi oħra ta' data, bħall-metadata, id-data tal-flussi u d-data maħżuna mill-apps. Għaldaqstant trid titqies anki l-konformità mar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika b'rabta mal-proposta tal-Kummissjoni 2017/0003(COD) li qed tiġi diskussa bħalissa.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Premessa 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(83)  Il-Programm jenħtieġ ukoll li jiżgura aktar viżibbiltà u koerenza tal-azzjonijiet tas-suq intern tal-Unjoni, tal-kompetittività tal-intrapriżi inkluż l-SMEs u tal-istatistika Ewropea lejn iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet.

(83)  Il-Programm jenħtieġ ukoll li jiżgura aktar viżibbiltà u koerenza fl-azzjonijiet tas-suq intern tal-Unjoni, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi – speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju – u l-istatistika Ewropea quddiem iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Premessa 85

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(85)  Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mingħajr interruzzjoni bejn il-programmi fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi u tal-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil ta' politiki fis-servizzi finanzjarji, il-katina alimentari u l-istatistika Ewropea, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1287/2013, ir-Regolament (UE) Nru 254/2014, ir-Regolament (UE) Nru 2017/826, ir-Regolament (UE) Nru 258/2014, ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u dan il-Programm, b'mod partikolari rigward il-kontinwazzjoni tal-miżuri pluriennali u l-evalwazzjoni tas-suċċessi tal-programmi preċedenti,

(85)  Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u mingħajr interruzzjoni bejn il-programmi fl-oqsma tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil ta' politiki fis-servizzi finanzjarji, il-katina alimentari u l-istatistika Ewropea, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1287/2013, ir-Regolament (UE) Nru 254/2014, ir-Regolament (UE) Nru 2017/826, ir-Regolament (UE) Nru 258/2014, ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u dan il-Programm, b'mod partikolari rigward il-kontinwazzjoni tal-miżuri pluriennali u l-evalwazzjoni tas-suċċessi tal-programmi preċedenti.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u l-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-"Programm").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm tas-Suq Uniku għat-tisħiħ tas-suq intern u t-titjib tal-funzjonament tiegħu fl-oqsma tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq, il-katina tal-provvista tal-ikel u l-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-"Programm").

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "Statistika Ewropea" tfisser statistika żviluppata, prodotta u disseminata skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(2)  "Statistika Ewropea" tfisser statistika żviluppata, prodotta u disseminata fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u r-Regolament (KE) Nru 223/2009;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  "entità legali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista', meta taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika f'konformità mal-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Finanzjarju");

3.  "entità legali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista', meta taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika f'konformità mal-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Finanzjarju");

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  "intrapriża tal-ekonomija soċjali" tfisser intrapriża li l-objettiv ewlieni tagħha jkun li jkollha impatt soċjali minflok ma tagħmel profitt għas-sidien jew għall-azzjonisti tagħha, topera billi tipprovdi oġġetti u servizzi għas-suq u tkun amministrata b'mod miftuħ u responsabbli bl-involviment tal-impjegati, il-konsumaturi u l-partijiet ikkonċernati;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  "intrapriża pubblika lokali" tfisser intrapriża lokali żgħira li tipprovdi servizzi pubbliċi, tissodisfa l-kriterji ta' SME u twettaq kompiti importanti għall-komunitajiet lokali;

Ġustifikazzjoni

L-intrapriżi pubbliċi lokali jikkostitwixxu tip ta' attività intraprenditorjali b'karatteristiċi speċifiċi li għandhom jitqiesu b'mod xieraq fil-programm COSME.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  "netwerks ta' intrapriżi" tfisser grupp ta' intraprendituri li jingħaqdu flimkien sabiex iwettqu proġett kondiviż bl-involviment ta' żewġ SMEs jew aktar li jwettqu attività ekonomika waħda jew aktar b'mod konġunt sabiex iżidu l-kompetittività tagħhom fis-suq.

Ġustifikazzjoni

In-netwerks tal-intrapriżi huma atturi kruċjali fis-suq intern.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b'mod speċjali li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz tal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq, l-iffissar ta' standards, u bil-promozzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tal-benessri tal-annimali; kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

(a)  li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b'mod speċjali li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz tal-infurzar tal-qafas legali, soċjali u ambjentali tal-Unjoni; li jiffaċilita l-aċċess għas-suq u għall-finanzi, jippromwovi l-iffissar ta' standards u kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji, jiżgura protezzjoni tal-konsumatur uniformi u ta' livell għoli, isaħħaħ is-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni, itejjeb ir-rikonoxximent reċiproku u jippromwovi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u l-benessri tal-annimali; kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jipprovdi statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa li tirfed it-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni u jgħin lil dawk li jfasslu l-politika, in-negozji, l-akkademji, iċ-ċittadini u l-midja sabiex jieħdu deċiżjonijiet informati u jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess demokratiku.

(b)  li jiżviluppa, jipproduċi u jiddissemina statistika Ewropea ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli li tirfed it-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni, inklużi l-kummerċ u l-migrazzjoni, u jgħin liċ-ċittadini, lil dawk li jfasslu l-politika u lir-regolaturi, l-awtoritajiet superviżorji, in-negozji, l-akkademji, is-soċjetà ċivili u l-midja sabiex jieħdu deċiżjonijiet informati u jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess demokratiku.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jagħmel is-suq intern aktar effettiv, jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli, jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi, l-akkwist pubbliku, is-sorveljanza tas-suq kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' għodod ta' governanza;

(a)  li jagħmel is-suq intern aktar effettiv billi:

(i) jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli u jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi u l-akkwist pubbliku, kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' għodod ta' governanza;

(ii) jappoġġa s-sikurezza tal-prodotti u sorveljanza tas-suq effettiva fl-Unjoni kollha u jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-prodotti, bl-għan li jiżgura li fis-suq tal-Unjoni jitqiegħdu biss prodotti sikuri u konformi li joffru livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur – inklużi dawk li jinbiegħu online – kif ukoll omoġeneità u kapaċità akbar fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jtejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi b'enfasi speċjali fuq l-SMEs u li jikseb l-addizzjonalità permezz tal-provvediment ta' miżuri li jipprovdu forom diversi ta' appoġġ lill-SMEs, l-aċċess għas-swieq inkluż l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, ambjent tan-negozju favorevoli għall-SMEs, il-kompetittività tas-setturi, il-modernizzazzjoni tal-industrija u l-promozzjoni tal-intraprenditorija;

(b)  li jsaħħaħ kemm il-kompetittività kif ukoll is-sostenibbiltà tal-intrapriżi b'enfasi speċjali fuq l-SMEs u li jikseb l-addizzjonalità permezz tal-provvediment ta' miżuri (objettivi għall-SMEs), b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, billi:

(i) jipprovdi diversi forom ta' appoġġ lill-SMEs, irawwem it-tkabbir, il-promozzjoni u l-ħolqien ta' SMEs, kif ukoll ta' netwerks ta' intrapriżi, l-iżvilupp ta' ħiliet maniġerjali u t-trawwim ta' miżuri ta' espansjoni li jippermettulhom aċċess aħjar għas-swieq u għall-proċessi ta' internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom;

(ii) irawwem ambjent tan-negozju u qafas favorevoli għall-SMEs, inaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb il-kompetittività tas-setturi, jiżgura l-modernizzazzjoni tal-industrija inkluża t-trasformazzjoni diġitali tagħhom, li tikkontribwixxi għal ekonomija reżiljenti u effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi;

(iii) jippromwovi kultura intraprenditorjali u jikkontribwixxi għal taħriġ ta' kwalità għolja għall-persunal tal-SMEs;

(iv) jippromwovi opportunitajiet kummerċjali ġodda li permezz tagħhom l-SMEs jegħlbu l-bidliet strutturali bis-saħħa ta' miżuri mmirati, u forom innovattivi oħra ta' azzjonijiet bħal akkwiżizzjonijiet mill-ħaddiema li jiffaċilitaw il-ħolqien tax-xogħol u l-kontinwità tan-negozju fit-territorji affettwati minn dawn il-bidliet.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jippermettu l-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-iffissar ta' standards Ewropej;

(i)  jippermettu l-finanzjament tal-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha fl-iffissar ta' standards Ewropej;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  jappoġġaw l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja ta' rappurtar finanzjarju u ta' awditjar, jiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni u jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv;

(ii)  jappoġġaw l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja ta' rappurtar finanzjarju u ta' awditjar, jiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni u/jew jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv kemm għall-kumpaniji ż-żgħar kif ukoll għall-kumpaniji l-kbar;

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u sikurezza tal-prodotti billi:

(d)  li jippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u jiżgura livell għoli u uniformi ta' protezzjoni tal-konsumatur billi:

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, konsum sostenibbli u sikurezza tal-prodotti b'mod partikolari billi jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni; jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għar-rimedju u; jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-swieq u l-konsumaturi;

(i)  jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment għall-aktar konsumaturi vulnerabbli sabiex jissaħħu l-korrettezza, it-trasparenza u l-fiduċja fis-suq uniku; jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur, kif ukoll lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni, billi jindirizza, fost l-oħrajn, kwistjonijiet imqajma minn teknoloġiji eżistenti u emerġenti, inklużi azzjonijiet li jkollhom l-għan li jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodott tul il-katina tal-provvista, l-istandards ta' kwalità fl-Unjoni kollha, u jindirizza l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi tal-prodotti; jissensibilizza lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni u jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ta' rimedju effiċjenti u jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-swieq u l-konsumaturi, kif ukoll jippromwovi konsum sostenibbli billi titjieb l-informazzjoni li tingħata lill-konsumaturi dwar il-karatteristiċi speċifiċi u l-impatt ambjentali tal-oġġetti u s-servizzi;

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  isaħħaħ l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki; jippromwovi fehim aħjar tas-settur finanzjarju;

(ii)  isaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki; jippromwovi fehim aħjar tas-settur finanzjarju u tal-kategoriji differenti ta' prodotti finanzjarji kkummerċjalizzati u jiżgura l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u f'oqsma relatati, inkluż billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-organiżmi ta' ħsara, u jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali kif ukoll il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel;

(e)  li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa u sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina tal-provvista tal-ikel u l-għalf u f'oqsma relatati, inkluż billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-pesti, inkluż permezz ta' miżuri ta' emerġenza f'każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi fuq skala kbira u avvenimenti imprevedibbli li jaffettwaw is-saħħa tal-pjanti jew tal-annimali, kif ukolljappoġġa titjib fil-benessri tal-annimali u jiżviluppa l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd, minbarra li jistimula r-riċerka l-innovazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati f'dawk l-oqsma.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jipproduċi u jikkomunika statistika ta' kwalità għolja f'waqtha, imparzjali u kosteffiċjenti dwar l-Ewropa, permezz ta' sħubiji mtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta' diversi sorsi ta' data, metodi avvanzati ta' analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali.

(f)  li jiżviluppa, jipproduċi, jiddissemina u jikkomunika statistika Ewropea ta' kwalità għolja b'tempestività, imparzjalità u kosteffiċjenza, permezz ta' sħubijiet imtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta' diversi sorsi ta' data, metodi avvanzati ta' analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali, u jipprovdi diżaggregazzjoni fil-livell nazzjonali u, meta jkun possibbli, fil-livell reġjonali.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun EUR 4 088 580 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 563 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  EUR 394 590 000 għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(i);

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt -aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-aa)  EUR 396 200 000 għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii);

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 1 000 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(b);

(a)  EUR 3 122 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(b);

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  EUR 220 510 000 għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(c);

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 188 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i);

(b)  EUR 198 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(d);

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, rigward b'mod partikolari l-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni u għall-użu ta' netwerks ta' teknoloġija tal-informatika li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u l-użu u l-iżvilupp ta' għodod ta' teknoloġija tal-informatika korporattivi.

3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, rigward b'mod partikolari l-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni u għall-użu ta' netwerks ta' teknoloġija tal-informatika li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u l-użu u l-iżvilupp ta' għodod ta' teknoloġija tal-informatika korporattivi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà massima tal-Programm għall-finanzjament ta' azzjonijiet koperti mill-objettivi tal-Programm, l-ispejjeż totali tal-appoġġ amministrattiv u tekniku ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-valur tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  Għandu jiġi introdott mekkaniżmu speċifiku li jippermetti l-aċċess dirett tal-katina tal-ikel għar-riżerva tal-Kummissjoni għall-kriżijiet f'każ ta' emerġenzi fuq skala kbira, sabiex ikun żgurat il-finanzjament għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(e).

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ;

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' skambju ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, partikolarment fir-rigward tar-regoli applikabbli tal-Unjoni u d-drittijiet tal-konsumaturi u n-negozji, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin u soluzzjonijiet innovattivi, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ għall-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali taċ-ċittadini u n-negozji;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-provvista ta' mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-utenti aħħarin, għas-soċjetà ċivili u għar-rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

(b)  il-provvista ta' mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-utenti aħħarin, għas-soċjetà ċivili, għat-trade unions u għar-rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jirrappreżentaw lill-SMEs, biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-bini ta' kapaċità u l-iffaċilitar u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi;

(c)  il-bini ta' kapaċità u l-iffaċilitar u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi u, b'mod aktar partikolari, azzjonijiet konġunti li jkollhom l-għan li jsaħħu s-sikurezza tal-prodotti, l-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-appoġġ għall-infurzar effettiv u l-immodernizzar tal-qafas legali tal-UE u l-adattament rapidu tiegħu għall-ambjent li l-ħin kollu jinbidel, inkluż permezz tal-ġbir u l-analiżijiet ta' data; studji, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' politika; l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni u proġetti pilota; attivitajiet ta' komunikazzjoni; l-iżvilupp ta' għodod tal-IT dedikati li jiżguraw it-trasparenza u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

(d)  l-appoġġ għall-infurzar effettiv min-naħa tal-Istati Membri u għall-modernizzazzjoni tal-qafas legali tal-UE u l-adattament rapidu tiegħu għal ambjent li l-ħin kollu jinbidel, kif ukoll appoġġ biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma mid-diġitalizzazzjoni, inkluż permezz tal-ġbir u l-analiżijiet ta' data; studji, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' politika; l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni u proġetti pilota; attivitajiet ta' komunikazzjoni; l-iżvilupp ta' għodod tal-IT dedikati li jiżguraw it-trasparenza, il-korrettezza u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-azzjonijiet li ġejjin, li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a)(ii), għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:

(a) il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk tal-Unjoni dwar il-Konformità tal-Prodotti;

(b) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' għodod tal-IT sabiex isir skambju ta' informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli fil-fruntieri esterni;

(c) l-appoġġ għall-iżvilupp ta' ttestjar u azzjonijiet konġunti fil-qasam tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti, inkluż b'rabta ma' prodotti konnessi u prodotti li jinbiegħu online;

(d) il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattiki u proġetti konġunti bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u korpi rilevanti minn pajjiżi terzi;

(e) l-appoġġ għal strateġiji ta' sorveljanza tas-suq, ġbir ta' għarfien u intelligence, kapaċitajiet u faċilitajiet ta' ttestjar, evalwazzjonijiet bejn il-pari, programmi ta' taħriġ, assistenza teknika u bini ta' kapaċità għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(f) il-valutazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u l-verifika tal-konformità tal-vetturi bil-mutur min-naħa tal-Kummissjoni.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jipprovdu forom diversi ta' appoġġ għall-SMEs;

imħassar

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, u jsaħħu t-tmexxija industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali, inkluż in-Netwerk Enterprise Europe;

(b)  li jiffaċilitaw l-aċċess tal-mikrointrapriżi, tal-SMEs u ta' netwerks ta' intrapriżi għas-swieq, inklużi swieq barra l-Unjoni, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali, ambjentali, ekonomiċi u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, jiffaċilitaw l-appoġġ tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jsaħħu t-tmexxija intraprenditorjali u industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq, il-piż amministrattiv u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex jagħtu s-setgħa lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern;

(c)  li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq, inaqqsu l-piż amministrattiv u jnaqqsu l-ostakli biex titwaqqaf intrapriża u jinbeda negozju u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex jippermettu lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern, inkluż aċċess għall-finanzi, u joffru gwida xierqa, skemi ta' mentoraġġ u coaching, kif ukoll servizzi għan-negozji msejsa fuq l-għarfien;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jiffaċilitaw it-tkabbir tan-negozji, inkluż l-iżvilupp ta' ħiliet, u t-trasformazzjoni industrijali fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

(d)  li jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-tkabbir ta' negozji sostenibbli, iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-enerġija, jaġġornaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom, u jiffaċilitaw mudelli ta' negozju ġodda u katini tal-valur effiċjenti fir-riżorsi li jrawmu trasformazzjoni industrijali, teknoloġika u organizzattiva sostenibbli fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jappoġġaw il-kompetittività tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw tal-adozzjoni mill-SMEs tal-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti;

(e)  li jsaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw l-adozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva u soċjali min-naħa tal-mikrointrapriżi u l-SMEs filwaqt li jtejbu r-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jrawmu ambjent tan-negozju intraprenditorjali u kultura intraprenditorjali, inkluż l-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda u li jappoġġaw lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, is-sostenibbiltà tan-negozju u n-negozji li jkunu jridu jespandu.

(f)  li jrawmu ambjent tan-negozju intraprenditorjali u kultura intraprenditorjali, iwessgħu l-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda u li jappoġġaw lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, is-sostenibbiltà tan-negozju u n-negozji li jkunu jridu jespandu b'attenzjoni partikolari għal intraprendituri potenzjali ġodda (pereżempju ż-żgħażagħ, in-nisa), kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Fl-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Kummissjoni tista', minbarra l-azzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tappoġġa l-azzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a) taċċelera, tappoġġa u tespandi s-servizzi ta' konsulenza permezz tan-Netwerk Enterprise Europe sabiex tipprovdi servizzi kummerċjali integrati permezz ta' servizz ta' appoġġ fl-għamla ta' one-stop-shop għall-SMEs tal-Unjoni li jkunu qed ifittxu li jesploraw opportunitajiet fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi, u twettaq monitoraġġ biex tara li dawn is-servizzi jkollhom livell komparabbli ta' kwalità fl-Istati Membri kollha;

(b) tappoġġa l-ħolqien ta' netwerks ta' intrapriżi;

(c) tappoġġa u tespandi l-programmi ta' mobbiltà għal intraprendituri ġodda ("Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ") sabiex ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet intraprenditorjali tagħhom u ttejjeb il-kapaċità teknoloġika u l-maniġment intraprenditorjali tagħhom;

(d) tappoġġa l-espansjoni tal-SMEs permezz ta' proġetti ta' estensjoni kummerċjali sinifikanti bbażati fuq opportunitajiet immexxija mis-suq (strument għall-espansjoni tal-SMEs);

(e) tappoġġa attivitajiet speċifiċi għas-settur f'oqsma kkaratterizzati minn proporzjon għoli ta' intrapriżi mikro u SMEs u kontribut kbir għall-PDG tal-Unjoni, bħas-settur tat-turiżmu.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  L-azzjonijiet imwettqa permezz tan-Netwerk Enterprise Europe msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3a ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a) il-faċilitazzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-identifikazzjoni ta' sħab kummerċjali fis-suq intern, il-kooperazzjoni kummerċjali transfruntiera fir-R&Ż, is-sħubijiet ta' trasferiment tat-teknoloġija, l-għarfien u l-innovazzjoni;

(b) l-għoti ta' informazzjoni, gwida u pariri personalizzati dwar id-dritt tal-Unjoni, l-opportunitajiet ta' fondi u finanzjament mill-Unjoni kif ukoll dwar l-inizjattivi tal-Unjoni li jħallu impatt fuq in-negozju, inklużi t-tassazzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà, l-obbligi relatati mal-ambjent u mal-enerġija, ix-xogħol u aspetti tas-sigurtà soċjali;

(c) il-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għal għarfien espert dwar l-ambjent, il-klima, l-effiċjenza fl-enerġija u l-kompetenza;

(d) it-tisħiħ tan-netwerk ma' netwerks oħra ta' informazzjoni u konsulenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-EURES, iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni tal-Unjoni u ċ-Ċentru ta' Konsulenza InvestEU.

Is-servizzi mogħtija min-Netwerk f'isem programmi oħra tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati minn dawk il-programmi.

Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet fin-Netwerk biex ittejjeb partijiet jew elementi tiegħu li ma jkunux konformi mal-istandard minimu sabiex jingħata appoġġ omoġenu lill-intrapriżi mikro u lill-SMEs fl-Unjoni kollha.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu indikaturi u standards minimi bl-għan li jitkejjel l-impatt tan-Netwerk fir-rigward tal-objettivi speċifiċi u l-effikaċja tal-azzjonijiet għall-SMEs.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tistabbilixxi forom addizzjonali ta' appoġġ għall-SMEs mhux previsti f'dan il-paragrafu.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  L-azzjonijiet li ġejjin, li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(d)(i), għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:

(a) titjib fis-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumaturi permezz ta' edukazzjoni tul il-ħajja dwar id-drittijiet tal-konsumatur, u l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi biex jiffaċċjaw kwistjonijiet ġodda mqajma mill-iżvilupp teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi ta' konsumaturi vulnerabbli;

(b) aċċess garantit u faċli għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, soluzzjoni ta' tilwim online u informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha;

(c) appoġġ għal infurzar aktar b'saħħtu tal-liġijiet tal-konsumatur, b'attenzjoni partikolari għal każijiet transfruntiera jew li jinvolvu partijiet terzi, koordinazzjoni u kooperazzjoni effikaċi bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u kooperazzjoni fl-infurzar ma' pajjiżi terzi;

(d) it-trawwim ta' konsum sostenibbli billi jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi dwar id-durabbiltà u l-impatt ambjentali tal-prodotti, il-karatteristiċi tal-ekodisinn, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur f'dan ir-rigward u l-possibbiltà ta' rimedju f'każ ta' prodotti li ssirilhom ħsara malajr;

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni tista' tippermetti lill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin:

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti a) u b) ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, ħlief meta jkun essenzjali għall-Programm, b'mod partikolari f'termini ta' kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni jew f'termini ta' protezzjoni tal-konsumaturi residenti fl-Unjoni. Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li għandhom skop ta' qligħ.

L-entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti a) u b) ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, speċjalment meta jkun hemm riskju ta' trasferiment ta' teknoloġija innovattiva, ħlief meta jkun essenzjali għall-Programm, b'mod partikolari f'termini ta' kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni jew f'termini ta' protezzjoni tal-konsumaturi residenti fl-Unjoni. Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li għandhom skop ta' qligħ.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għall-azzjonijiet fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u fl-Artikolu 11 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha]97;

(a)  għall-azzjonijiet fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u fl-Artikolu 11 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha]97;97;

__________________

__________________

97 COM(2017) 795 final

97 COM(2017) 795 final

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-azzjonijiet fil-qasam tal-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, il-korp rikonoxxut taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b)  għall-azzjonijiet fil-qasam tal-akkreditament li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta' dan ir-Regolament, il-korp rikonoxxut taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tadatta l-lista ta' entitajiet li jistgħu jingħataw għotja fil-qafas tal-Programm, għal azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i).

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumitat(i) ta' evalwazzjoni għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2) jista'/jistgħu jkun(u) magħmul(in) kollu/kollha jew parzjalment minn esperti esterni.

Il-kumitat(i) ta' evalwazzjoni għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2) jista'/jistgħu jkun(u) magħmul(in) kollu/kollha jew parzjalment minn esperti esterni. Il-ħidma tal-kumitat(i) ta' evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament b'referenza għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm u b'referenza għall-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 20 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha], il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' azzjoni, sakemm il-prinċipju ta' kofinanzjament kif definit fir-Regolament Finanzjarju ma jinkisirx.

1.  Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta' dan ir-Regolament b'referenza għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm u b'referenza għall-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 20 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha], il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' azzjoni, sakemm il-prinċipju ta' kofinanzjament kif definit fir-Regolament Finanzjarju ma jinkisirx.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jkun qed jipprovdi l-appoġġ.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], jew ir-Regolament (UE) XX [li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali] b'mod partikolari l-objettiv dwar il-Ħiliet Diġitali Avvanzati, bil-kundizzjoni li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jkun qed jipprovdi l-appoġġ.

Ġustifikazzjoni

Trid tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-programm Ewropa Diġitali sabiex ikun hemm strateġija komprensiva għall-SMEs.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programm(i) ta' ħidma msemmi(ja) fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bl-għan li tadotta l-programm(i) ta' ħidma msemmi(ja) fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom ikunu annwali jew pluriennali u għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu l-objettivi li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Għandhom ukoll jistabbilixxu fid-dettall deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv għall-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta' ħidma li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) kif stipulat fl-Anness I, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 u tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta programmi ta' ħidma skont l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) kif stipulat fl-Anness I.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness IV.

1.  L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm fil-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness IV.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm.

2.  Mhux aktar tard minn ... [erba' snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-Programm], il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni interim tal-Programm dwar il-kisba tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati minnu, ir-riżultati u l-impatti, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud li jġib għall-Unjoni.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

5.  Mhux aktar tard minn [tliet snin wara tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm], il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-impatt fit-tul tal-Programm, dwar ir-riżultati u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet u dwar is-sinerġiji bejn il-programmi ta' ħidma differenti.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

6.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 5, akkumpanjati mill-konklużjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u tqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Jekk ikun xieraq, ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti li jimmodifikaw il-Programm.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 9 u 17 fi kwalunkwe ħin. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 9 u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill99. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

__________________

__________________

99 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 031, 01.02.2002, p. 1).

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni ta' natura sempliċi, sabiex tinsensibilizza lill-konsumaturi, iċ-ċittadini, in-negozji – speċjalment l-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi dwar ir-riżorsi pprovduti permezz tal-istrumenti finanzjarji ta' dan ir-Regolament, kif ukoll dwar l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni (l-EUROSTAT) għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu meta dawn jirrigwardaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, b'konformità mal-prinċipji dwar l-istatistika kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3.  Il-Kummissjoni (l-EUROSTAT) għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu meta dawn jirrigwardaw il-ġbir ta' data u l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, b'konformità mal-prinċipji dwar l-istatistika kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżuri li jeqirdu organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill105 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament;

(a)  miżuri li jipprevjenu, irażżnu u/jew jeqirdu pest ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill105 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament;

_________________

_________________

105 Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

Huwa essenzjali li l-miżuri ta' prevenzjoni u trażżin ikunu eliġibbli bl-istess mod bħalma huma l-miżuri ta' qerda.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  miżuri li jeqirdu organiżmu ta' ħsara, mhux elenkat bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista' jikkwalifika bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f'dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament;

(b)  miżuri li jipprevjenu, irażżnu u/jew jeqirdu pest, mhux elenkat bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista' jikkwalifika bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f'dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-miżuri ta' prevenzjoni u trażżin ikunu eliġibbli bl-istess mod bħalma huma l-miżuri ta' qerda.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta' qerda msemmija fil-punt (a) ta' dan il-punt u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-punt (b) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsara.

(c)  miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' pest, kontra liema jkunu ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni minn aktar tixrid ta' dak il-pest, bir-restrizzjoni tal-moviment liberu tat-trasportaturi fl-Istati Membri tal-madwar, jekk ikun hemm bżonn.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  miżuri biex jinqered pest li jitfaċċa f'salt, anki jekk ma jkunx ikkunsidrat pest ta' kwarantina tal-Unjoni iżda r-riżultat ta' avvenimenti klimatiċi estremi jew tibdil fil-klima fi Stat Membru;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.3 – punt 1.3.4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.3.4a.  Jekk ikun hemm suspett ta' tifqigħa ta' marda tal-annimali u/jew jitfaċċaw organiżmi li jagħmlu l-ħsara, dan ikun jirrikjedi verifiki u monitoraġġ ferm aktar intensivi fl-UE kollha, kemm fit-territorju u kemm fil-fruntieri esterni tagħha;

Emenda    135

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.3 – punt 1.3.4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.3.4b.  Miżuri għall-monitoraġġ tad-dehra ta' mard u pesti magħrufa u mhux magħrufa fil-preżent.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt 2.1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.  Programmi veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III u tal-organiżmi ta' ħsara tal-pjanti jridu jiġu implimentati f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni rilevanti.

2.1.  Programmi veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali għall-prevenzjoni, il-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III u tal-pesti tal-pjanti jridu jiġu implimentati f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni rilevanti.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-programmi għandhom jirriflettu r-realtajiet ġodda kkawżati mit-tibdil fil-klima u d-diversità tagħhom fil-livell Ewropew; dawn għandhom jgħinu wkoll biex tiġi evitata l-erożjoni tal-bijodiversità Ewropea.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt 2.3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  miżuri li jeqirdu organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament;

(c)  miżuri li jipprevjenu, irażżnu jew jeqirdu pest ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-miżuri ta' prevenzjoni u trażżin ikunu eliġibbli bl-istess mod bħalma huma l-miżuri ta' qerda.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt 2.3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  miżuri li jeqirdu organiżmu ta' ħsara, mhux elenkat bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista' jikkwalifika bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f'dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament;

(d)  miżuri li jipprevjenu, irażżnu jew jeqirdu pest, mhux elenkat bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista' jikkwalifika bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f'dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-miżuri ta' prevenzjoni u trażżin ikunu eliġibbli bl-istess mod bħalma huma l-miżuri ta' qerda.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt 2.3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta' qerda msemmija fil-punt (c) ta' dan il-punt u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-punt (d) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsara.

(e)  miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' pest, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri msemmija fil-punti (c) u (d) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni minn aktar tixrid ta' dak il-pest;

Ġustifikazzjoni

Di hi emenda teknika, li l-iskop tagħha hu li tallinja t-test fid-dawl tal-emendi li jitolbu li l-miżuri ta' prevenzjoni u trażżin ikunu eliġibbli bl-istess mod bħalma huma l-miżuri ta' qerda.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-attivitajiet ta' appoġġ għat-titjib tal-benessri tal-annimali.

3.  Attivitajiet ta' appoġġ għat-titjib tal-benessri tal-annimali, inklużi miżuri sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-benessri tal-annimali u t-traċċabbiltà anki waqt it-trasport tal-annimali.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Attivitajiet li jappoġġaw produzzjoni u konsum sostenibbli tal-ikel.

7.  Attivitajiet li jappoġġaw il-produzzjoni agroekoloġika, konsum sostenibbli tal-ikel, li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u lill-bijodiversità, u l-promozzjoni tal-bejgħ dirett u ktajjen tal-provvista qosra.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-bażijiet tad-data u s-sistemi kompjuterizzati ta' ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni relatata mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u li għandhom valur miżjud mixhud bi prova għall-Unjoni kollha kemm hi.

8.  Databases u sistemi kompjuterizzati ta' ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni relatata mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u li għandhom valur miżjud mixhud bi prova għall-Unjoni kollha kemm hi; implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda biex titjieb it-traċċabbiltà tal-prodotti, bħall-kodiċi QR fuq l-imballaġġ tal-prodotti.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  Xogħol tekniku u xjentifiku, inklużi studji u attivitajiet ta' koordinazzjoni, meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam relatat mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u l-adattament ta' din il-leġiżlazzjoni għal żviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali.

11.  Xogħol tekniku u xjentifiku, inklużi studji u attivitajiet ta' koordinazzjoni, meħtieġa biex jissalvagwardaw il-prevenzjoni tad-dehra ta' pesti u mard ġodda u mhux magħrufa u biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam relatat mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u l-adattament ta' din il-leġiżlazzjoni għal żviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.  L-appoġġ għall-inizjattivi ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu żgurati produzzjoni u konsum tal-ikel imtejba, konformi u sostenibbli, inkluż l-attivitajiet għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u l-frodi alimentari, fl-implimentazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e).

14.  Appoġġ għall-inizjattivi ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu żgurati produzzjoni u konsum tal-ikel imtejba, konformi u sostenibbli, fosthom il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel li tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari – u l-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-frodi alimentari, fl-implimentazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e).

Emenda    146

Proposta għal regolament

Anness II – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-kejl aħjar tal-kummerċ fis-servizzi, tal-investiment dirett barrani, tal-ktajjen ta' valur mondjali u tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-Unjoni.

–  il-kejl aħjar tal-kummerċ fl-oġġetti u fis-servizzi, tal-investiment dirett barrani, tal-ktajjen ta' valur mondjali u tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-Unjoni.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Anness II – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-provvista ta' statistika ta' kwalità għolja, tempestiva u affidabbli għall-appoġġ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u Politika tal-Ħiliet tal-Unjoni, inkluż statistika dwar is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-faqar, l-inugwaljanza, il-protezzjoni soċjali, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kontijiet satellita fuq il-ħiliet;

–  il-provvista ta' statistika ta' kwalità għolja, tempestiva u affidabbli għall-appoġġ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Politika tal-Ħiliet tal-Unjoni, li tinkludi – iżda mhux biss – statistika dwar is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-faqar, l-inugwaljanza, il-protezzjoni soċjali, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kontijiet satellita fuq il-ħiliet;

Emenda    148

Proposta għal regolament

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta' mard tal-annimali u żoonożi

Lista ta' mard tal-annimali u żoonożi

(1)  Il-marda Afrikana taż-żwiemel

Il-lista ta' mard tal-annimali u żoonożi tkopri:

(2)  Id-deni Afrikan tal-ħnieżer

(a)   il-lista ta' mard imfassla skont il-Kapitolu 2 tal-Parti 1 tar-Regolament 2016/429;

(3)  L-antraċe

(b)   is-salmonella, iż-żoonożi u l-aġenti żoonotiċi koperti mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u d-Direttiva 2003/99/KE;

(4)  L-influwenza avjarja (b'patoġeniċità għolja),

(c)   l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli.

(5)  L-influwenza avjarja (b'patoġeniċità baxxa)

(6)  Il-kampilobatterjożi

(7)  Id-deni klassiku tal-ħnieżer

(8)  Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

(9)  Il-plewroplewmonite li tittieħed fil-mogħoż

(10)  Il-glanders

(11)  L-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24),

(12)  L-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis

(13)  L-infezzjoni bil-virus tal-marda epiżootika tal-emorraġija

(14)  L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda

(15)  L-infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (plewropulmonite bovina li tittieħed),

(16)  L-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis)

(17)  L-infezzjoni bil-virus tal-marda Newcastle

(18)  L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar

(19)  L-infezzjoni bil-virus tar-rabja

(20)  L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift

(21)  L-infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina

(22)  L-infezzjoni bis-servorari tas-Salmonella żoonotika

(23)  L-infestazzjoni bl-Echinococcus spp

(24)  Il-listerjożi

(25)  Il-ġidri tan-nagħag u l-ġidri tal-mogħoż

(26)  L-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli

(27)  It-trikinellożi

(28)  L-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela

(29)  L-E. coli verotossiġeniku

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tara li jitqies ir-rieżami tal-lista tal-mard imfassla fil-qafas tar-Regolament 2016/429, li tista' tiġi aġġornata mill-Kummissjoni, u tkopri wkoll is-salmonella, iż-żoonożi u l-aġenti żoonotiċi.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness IV – Indikaturi – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

L-objettiv

Indikatur

1 - L-għadd ta' lmenti u każijiet ġodda ta' nonkonformità fil-qasam tal-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku. 

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a)

2 - L-Indiċi tar-Restrittività għall-Kummerċ fis-Servizzi.

3 - L-għadd ta' żjarat fil-portal l-Ewropa Tiegħek.

4 - L-għadd ta' kampanji konġunti ta' sorveljanza tas-suq.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b)

1 - L-għadd ta' SMEs li qed jirċievu appoġġ

2 - L-għadd ta' kumpaniji appoġġati li kkonkludew sħubiji kummerċjali.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(c)

(i)

1 - Il-kondiviżjoni tal-implimentazzjoni ta' standards Ewropej bħala standards nazzjonali mill-Istati Membri f'ammont totali ta' standards Ewropej attivi.

(ii)

2 - Il-perċentwal ta' standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u standards ta' awditjar approvati mill-Unjoni.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(d)

(i)

1 - L-Indiċi tal-kundizzjoni tal-konsumatur.

(ii)

2 - L-għadd ta' dokumenti ta' pożizzjoni u tweġibiet għall-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji mill-benefiċjarji.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(e)

1 - L-għadd ta' programmi nazzjonali veterinarji u fitosanitarji implimentati b'suċċess.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(f)

1 - L-impatt tal-istatistika ppubblikata fuq l-internet: l-għadd ta' referenzi fuq il-web u opinjonijiet pożittivi/negattivi.

Emenda

Objettiv

Indikatur

1 - Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a)(i)

2 - L-Indiċi tar-Restrittività għall-Kummerċ fis-Servizzi.

3 - L-għadd ta' żjarat fil-portal l-Ewropa Tiegħek.

1 - L-għadd ta' lmenti u każijiet ġodda ta' nonkonformità fil-qasam tal-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi u l-bejgħ online.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a)(ii)

2 - L-għadd ta' kampanji konġunti ta' sorveljanza tas-suq u sikurezza tal-prodotti.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b)

1 - L-għadd ta' SMEs li qed jirċievu appoġġ mill-programm u min-Netwerk.

2 - L-għadd ta' kumpaniji appoġġati li kkonkludew sħubijiet kummerċjali.

2a - L-għadd ta' imprendituri li jibbenefikaw minn skemi ta' mentoraġġ u mobbiltà.

2b - It-tnaqqis fl-ispejjeż u l-ħin biex titwaqqaf SME.

2c - L-għadd ta' netwerks ta' intrapriżi maħluqa meta mqabbel max-xenarju bażi.

2d - L-għadd ta' Stati Membri li jużaw it-test tal-SME.

2e - Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri b'one-stop-shop għan-negozji l-ġodda.

2f - Iż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw u ż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw barra l-Unjoni meta mqabbel max-xenarju bażi.

2g - Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri li jimplimentaw soluzzjonijiet intraprenditorjali li għandhom fil-mira tagħhom intraprendituri potenzjali, żgħażagħ, ġodda u nisa, kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra meta mqabbel max-xenarju bażi.

2h - Iż-żieda fil-proporzjon taċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom meta mqabbel mal-linja bażi.

2i - Il-prestazzjoni tal-SMEs fir-rigward tas-sostenibbiltà li għandha titkejjel, fost l-oħrajn, miż-żieda fil-proporzjon tal-SMEs fl-Unjoni li jiżviluppaw prodotti u servizzi tal-ekonomija blu u prodotti u servizzi ekoloġiċi1a u mit-titjib tagħhom fl-effiċjenza fir-riżorsi (li jistgħu jinkludu l-enerġija, il-materjal jew l-ilma, ir-riċiklaġġ, eċċ.) meta mqabbel max-xenarju bażi.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(c)

(i)

1 - Il-kondiviżjoni tal-implimentazzjoni ta' standards Ewropej bħala standards nazzjonali mill-Istati Membri f'ammont totali ta' standards Ewropej attivi.

(ii)

2 - Il-perċentwal ta' standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u standards ta' awditjar approvati mill-Unjoni.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(d)

(i)

1 - L-Indiċi tal-Kundizzjoni tal-Konsumatur.

(ii)

2 - L-għadd ta' dokumenti ta' pożizzjoni u tweġibiet għall-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji mill-benefiċjarji.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(e)

1 - L-għadd ta' programmi nazzjonali veterinarji u fitosanitarji implimentati b'suċċess.

2 - L-għadd ta' emerġenzi kkawżati minn pesti riżolti b'suċċess;

3 - L-għadd ta' emerġenzi kkawżati minn mard riżolti b'suċċess;

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(f)

1 - L-impatt tal-istatistika ppubblikata fuq l-internet: l-għadd ta' referenzi fuq il-web u opinjonijiet pożittivi/negattivi.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Is-suq uniku kien, u għadu, il-pedament tal-proġett Ewropew.

Fil-25 sena li ilu jeżisti, is-suq uniku kkontribwixxa biex jintlaħaq livell għoli ta' integrazzjoni bejn l-Istati Membri u ġab benefiċċji tanġibbli għan-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi b'ħafna modi, bħall-forniment ta' għażla akbar u prezzijiet aktar baxxi f'suq aktar kompetittiv, opportunitajiet ta' vvjaġġar u xogħol fl-UE, aċċess għal suq enormi għan-negozji u protezzjoni aħjar għall-konsumaturi. Minkejja l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' aktar minn 3 500 miżura, il-proġett tas-suq uniku għadu 'l bogħod milli jitlesta. Hemm ħafna ostakli, bħal diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni, piżijiet amministrattivi, implimentazzjoni ineffikaċi u infurzar dgħajjef tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll ċirkustanzi li jinbidlu, sfidi u ostakli ġodda li jkomplu jxekklu t-tlestija tas-suq uniku.

Il-Parlament Ewropew talab ripetutament biex titjieb il-governanza u l-effiċjenza tas-suq uniku, u l-Kummissjoni għamlet l-integrazzjoni tas-suq waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha.

Għall-perjodu li jmiss ta' bejn l-2021-2027, il-Kummissjoni qed tipproponi programm ġdid għas-Suq Uniku li jiġbor flimkien sitt programmi u diversi azzjonijiet, li qabel kienu separati, f'qafas koerenti wieħed. L-għan ewlieni hu li jiġu implimentati u infurzati diversi attivitajiet li jappoġġaw it-twettiq tas-suq uniku f'sens aktar wiesa', billi jitjiebu s-sinerġiji u l-flessibbiltà kif ukoll jitneħħa kwalunkwe trikkib fil-Programmi eżistenti tal-UE.

B'mod ġenerali, ir-rapporteur jilqa' l-"Programm tas-Suq Uniku" l-ġdid u jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta' approċċ strateġiku u integrat lejn it-twettiq ta' suq intern li jiffunzjona sew.

Madankollu, ir-rapporteur jipproponi għadd ta' titjib fl-oqsma li ġejjin:

Il-pakkett finanzjarju

Il-Kummissjoni qed tipproponi li talloka pakkett finanzjarju fost erba' objettivi differenti: il-COSME, il-konsumaturi, il-katina alimentari u l-konsum sostenibbli u l-istatistika. Ir-rapporteur jemmen li l-pakkett finanzjarju totali mhuwiex biżżejjed biex tingħata tweġiba għall-isfidi kollha tas-Suq Uniku u speċjalment biex is-suq jadatta ruħu għal ambjent ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni li qed jinbidel malajr.

Madankollu, ir-rapporteur jipproponi li l-pakkett finanzjarju u l-linji baġitarji differenti kollha jiġu aġġustati ladarba ċ-ċifri eżatti jiġu definiti fl-Abbozz tar-Rapport Interim tal-Parlament Ewropew dwar "il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji".

Barra minn hekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi ż-żieda ta' linja baġitarja ġdida ddedikata għas-sorveljanza tas-suq, is-sikurezza tal-prodotti u l-approvazzjoni tat-tip, f'konformità mal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Programm tas-Suq Uniku u mal-Valutazzjoni tal-Impatt tar-Regolament dwar l-infurzar u l-konformità. Ir-rapporteur jemmen ukoll li huwa importanti li jissemmew b'mod espliċitu l-objettivi li għalihom għandu jiġi ddedikat l-ammont li jifdal, kif ukoll li jitqiegħed livell limitu għall-assistenza teknika u amministrattiva.

Enfasi fuq is-sorveljanza tas-suq u s-sikurezza tal-prodotti

Fir-rigward tal-objettivi tal-programm, ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ li t-titjib tal-funzjonament tas-suq uniku jiddependi mit-tisħiħ tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u s-sikurezza tal-prodotti, b'attenzjoni speċjali għall-prodotti li jinbiegħu online. Fil-fatt, ir-rapporteur jirrikonoxxi li sorveljanza effikaċi tas-suq tista' tkun essenzjali għas-salvagwardja ta' interessi pubbliċi bħas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ħarsien tal-ambjent u s-sigurtà pubblika kif ukoll biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost l-operaturi ekonomiċi. Bosta skandli riċenti, bħad-"Dieselgate", urew li prodotti mhux sikuri u mhux konformi għadhom realtà fis-suq tal-UE, u dan juri l-ħtieġa ta' sorveljanza tas-suq aktar effikaċi u kkoordinata fl-UE. Ir-Regolament dwar "l-approvazzjoni tat-tip" approvat dan l-aħħar, kif ukoll ir-Regolament dwar "l-infurzar u l-konformità" li qed jiġi diskuss bħalissa, jipprovdu qafas biex titrawwem kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-istituzzjonijiet Ewropej u l-operaturi ekonomiċi. Abbażi ta' dan, ir-rapporteur qed jintroduċi objettiv speċifiku ġdid relatat mas-sorveljanza tas-suq, is-sikurezza tal-prodotti u l-approvazzjoni tat-tip u azzjonijiet relatati, flimkien ma' linja baġitarja speċifika għal dawn l-azzjonijiet.

Il-konsumaturi

Ir-rapporteur jemmen li l-Programm tas-Suq Uniku għandu jikkontribwixxi biex jinħolqu kundizzjonijiet li jippermettu liċ-ċittadini tal-UE jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li jiġu inkorporati referenzi għal azzjonijiet speċifiċi bl-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi filwaqt li tingħatalhom is-setgħa u jiġu promossi l-interessi tagħhom, b'enfasi partikolari fuq l-opportunitajiet u l-isfidi l-ġodda li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni, f'konformità mal-Programm tal-Konsumaturi 2014-2020.

Żviluppi diġitali

Tul it-test kollu tar-Regolament, ir-rapporteur iżid referenzi għall-iżviluppi diġitali fl-oqsma kollha indirizzati mill-Programm. Programm ta' seba' snin irid ikun flessibbli u jħares biżżejjed 'il quddiem sabiex ikun jista' jadatta ruħu għal ambjent li jinbidel il-ħin kollu, fejn teknoloġiji ġodda jkollhom impatt qawwi fuq il-mudelli ta' negozju, bħal fuq l-ekonomija soċjali u kollaborattiva, il-konsumaturi u l-ekonomija tal-UE kollha kemm hi.

Implimentazzjoni, evalwazzjoni u pubbliċità tal-Programm

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħtix biżżejjed informazzjoni dwar kif se jiġi implimentat il-Programm il-ġdid. L-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali għandha importanza kruċjali, peress li l-programmi ta' ħidma jistabbilixxu, fost l-oħrajn, l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji.

Fir-rigward tal-evalwazzjoni, ir-rapporteur qed jipproponi evalwazzjoni finali obbligatorja tal-Programm sa mhux aktar tard mill-2030, b'enfasi speċifika fuq l-impatt fit-tul tal-Programm, is-sostenibbiltà tal-azzjonijiet u s-sinerġiji magħmula bejn il-programmi ta' ħidma differenti.

F'dak li għandu x'jaqsam mat-trasparenza u l-pubbliċità, ir-rapporteur jipproponi li l-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi, in-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi dwar l-opportunitajiet offruti mill-Programm.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (13.12.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 2017/826

(COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Ralph Packet

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern.

(3)  Il-corpus sostanzjali ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet ta' negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern, bl-għan li dan ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni mhijiex biss rekwiżit legali fl-Istati Membri iżda hija essenzjali għall-funzjonament proprju tas-suq intern.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjenti. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi, inklużi l-SMEs, tal-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, tat-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u tal-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Mingħajr preġudizzju għal-livell eżistenti ta' trasparenza u skrutinju demokratiku mill-koleġiżlaturi, huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjenti. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern u l-iżvilupp tiegħu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew billi jiġi provdut qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE.

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew eżistenti billi jiġi provdut qafas għall-ġbir tad-data kif ukoll għall-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu korrett, l-applikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm il-ġdid jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika Ewropea ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli, anki dwar kwistjonijiet bħalma huma l-kummerċ u l-migrazzjoni, sabiex jintridfu t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE b'konformità mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

__________________

__________________

47 Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

47 Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex jagħti s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern: lin-negozji, liċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura l-kompetittività tan-negozji, b'mod partikolari tal-SMEs, iżda wkoll li jappoġġa l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli ta' sikurezza u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom l-għodod ġusti, l-għarfien u l-kompetenza biex jagħmlu deċiżjonijiet informati u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar ta' standards ukoll billi jiżgura l-involviment l-aktar wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali.

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex isaħħaħ il-pożizzjoni tal-atturi kollha eżistenti u potenzjali tas-suq intern: in-negozji, inklużi n-negozji l-ġodda, dawk li jfaddlu u l-investituri, iċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura l-kompetittività tan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, iżda wkoll li jappoġġa l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli ta' sikurezza u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom il-kompetenzi, l-għarfien u l-għodod xierqa biex jieħdu deċiżjonijiet informati u jsaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' kompetenza u għarfien, inkluż l-użu ta' akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq kapitali tal-Unjoni u għat-titjib tal-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar tal-istandards anki billi jiżgura l-aktar involviment wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprevedi livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Barra minn hekk, peress li s-swieq tal-konsumaturi ma għandhomx fruntieri bl-iżvilupp tal-kummerċ online u s-servizzi tal-ivvjaġġar, huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi residenti fl-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni adegwata meta jimportaw oġġetti u servizzi mingħand operaturi ekonomiċi bbażati f'pajjiżi terzi. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jippermetti li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti li jinsabu f'pajjiżi terzi sħab kummerċjali ewlenin tal-Unjoni fejn meħtieġ.

(14)  Barra minn hekk, peress li s-swieq tal-konsumaturi ma għandhomx fruntieri bl-iżvilupp tas-servizzi tal-ivvjaġġar u l-kummerċ online u bl-iżvilupp tas-suq diġitali, huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi residenti fl-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni adegwata meta jimportaw oġġetti u servizzi mingħand operaturi ekonomiċi bbażati f'pajjiżi terzi. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jippermetti li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti li jinsabu f'pajjiżi terzi sħab kummerċjali ewlenin tal-Unjoni fejn meħtieġ.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda, iwaqqgħu s-sajlos bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi l-provvediment ta' informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku biex titjieb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri.

(16)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda, jeliminaw il-mentalità kompartimentalizzata bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi l-għoti ta' informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u tan-negozji, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku biex jitjiebu l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Peress li s-suq intern kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jinkludi sistema li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx imxekkla, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, in-netwerks u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-qrati kif ukoll jilħaq grupp usa' ta' partijiet ikkonċernati fil-komunikazzjoni u l-ispjegazzjoni tad-drittijiet, l-benefiċċji u l-obbligi tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni.

(20) Peress li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinkludi sistema ta' regoli li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx imxekkla fis-suq intern, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jappoġġa l-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, billi jtejjeb u jsaħħaħ il-kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u mal-qrati u mal-awtoritajiet nazzjonali, inkluż billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali kif ukoll billi jikkomunika u jispjega d-drittijiet, il-benefiċċji u l-obbligi tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm jgħin b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-analiżi u l-valutazzjoni tagħha tal-iżviluppi tas-suq, anke permezz ta' użu estensiv tal-inkjesti settorjali u permezz ta' kondiviżjoni sistematika tar-riżultati u tal-aħjar prattiki fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi, anke fil-livell internazzjonali, u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, u tal-konsumaturi sabiex jiksbu l-benefiċċji tas-Suq Uniku.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  B'mod partikolari l-Programm irid jindirizza l-implikazzjonijiet radikali għall-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw mit-trasformazzjoni kontinwa tal-ekonomija u tal-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari permezz tat-tkabbir esponenzjali u l-użu tad-data, waqt li jiġi kkunsidrat l-użu dejjem jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali u ta' għodod oħrajn u l-għarfien espert tal-IT mill-kumpaniji u l-konsulenti tagħhom. Huwa wkoll essenzjali li l-Programm jappoġġa n-netwerks u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri, minħabba li l-kompetizzjoni mhux imxekkla u l-funzjonament tas-suq intern jiddependu ferm mill-azzjoni ta' dawn l-entitajiet. Fid-dawl tar-rwol partikolari tal-politika dwar il-kompetizzjoni fil-prevenzjoni tal-ħsara lis-suq intern li tirriżulta mill-imġiba antikompetittiva lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, kif xieraq. Finalment, it-twessigħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni huwa meħtieġ sabiex jippermetti li aktar ċittadini u negozji jiksbu l-benefiċċji sħaħ ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Minħabba li għadd ta' inizjattivi fil-Programm huma ġodda u li l-parti tal-kompetizzjoni tal-Programm hija partikolarment affettwata mill-iżviluppi dinamiċi fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, l-aktar f'dak li jirrigwarda l-Intelliġenza Artifiċjali, l-algoritmi, il-big data, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija forensika, li l-pass u d-daqs tagħhom huma diffiċli li jiġu stmati, huwa antiċipat li se tkun meħtieġa flessibbiltà biex jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu taħt din il-parti tal-Programm.

(21)  B'mod partikolari l-Programm irid jindirizza l-implikazzjonijiet għall-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw mit-trasformazzjoni radikali kontinwa tal-ekonomija u tal-ambjent tan-negozju ul-ekonomija diġitali, b'mod partikolari permezz tat-tkabbir esponenzjali u l-użu tad-data, waqt li jiġi kkunsidrat l-użu dejjem jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali u ta' għodod oħrajn u l-għarfien espert tal-IT mill-kumpaniji u l-konsulenti tagħhom. Huwa wkoll essenzjali li l-Programm jappoġġa n-netwerks u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri, minħabba li l-kompetizzjoni mhux imxekkla u l-funzjonament tas-suq intern jiddependu ferm mill-azzjoni ta' dawn l-entitajiet. Fid-dawl tar-rwol partikolari tal-politika dwar il-kompetizzjoni fil-prevenzjoni tal-ħsara lis-suq intern li tirriżulta mill-imġiba antikompetittiva lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, kif xieraq. Finalment, it-twessigħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni huwa meħtieġ sabiex jippermetti li aktar ċittadini u negozji jiksbu l-benefiċċji sħaħ ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Minħabba li għadd ta' inizjattivi fil-Programm huma ġodda u l-infurzar tal-kompetizzjoni huwa partikolarment affettwat mill-isfidi u mill-iżviluppi dinamiċi fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, inkluż f'dak li jirrigwarda l-Intelliġenza Artifiċjali, l-algoritmi, il-big data, il-monopolji diġitali, l-implimentazzjoni tal-broadband, l-imblukkar ġeografiku, l-użu ta' privattivi bħala mezz ta' prevenzjoni tal-aċċess għat-teknoloġija, il-pożizzjoni ta' gwardjan tal-Fornituri tas-Servizz tal-Internet, l-irkantijiet tal-ispettru, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija forensika, li l-pass u d-daqs tagħhom huma diffiċli li jiġu stmati, huwa antiċipat li se tkun meħtieġa flessibbiltà biex jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu taħt din il-parti tal-Programm. Il-Kummissjoni se tinforma regolarment lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Sabiex jingħelbu dawn il-fallimenti tas-suq u biex tiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ permezz ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Il-faċilità tal-garanzija għal self stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU.

(25)  Sabiex jingħelbu dawn il-fallimenti tas-suq u biex tiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ anke permezz ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit bir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Il-faċilità tal-garanzija għal self stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU.

_________________

_________________

52 COM(2018) 439 final

52 COM(2018) 439 final

53 Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

53 Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi industrijali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. L-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda jenħtieġ li tibqa' l-għodda biex tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jagħmel ħiltu biex jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

(27)  Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi industrijali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex jittejbu l-għarfien u l-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. L-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda jenħtieġ li tibqa' l-għodda biex tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jagħmel ħiltu biex jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Qafas ta' rappurtar finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq tal-kapital u għall-ħolqien ta' suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq tal-Kapital.

(32)  Qafas ta' rappurtar finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq finanzjarji u għall-ħolqien ta' suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  L-Unjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tqiegħdhom fil-qalba tas-suq intern billi tappoġġa u tikkumplimenta l-politiki tal-Istati Membri b'mod li tiżgura li meta jaġixxu bħala konsumaturi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern u li, b'hekk, is-sikurezza u l-interessi legali u ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta' azzjonijiet konkreti. L-Unjoni trid tiżgura wkoll li l-liġijiet dwar il-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti jkunu infurzati kif xieraq u b'mod ugwali fuq il-post u li n-negozji jgawdu kundizzjonijiet ekwi b'kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa lill-konsumaturi u jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli, u b'hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi.

(36)  L-Unjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi u tqiegħdhom fil-qalba tas-suq intern billi tappoġġa u tikkomplementa l-politiki tal-Istati Membri b'mod li tiżgura li meta jaġixxu bħala konsumaturi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern u li, b'hekk, is-sikurezza u l-interessi legali u ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta' azzjonijiet konkreti. L-Unjoni trid tiżgura wkoll li l-liġijiet dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-konsumatur ikunu infurzati kif xieraq u b'mod ugwali fuq il-post u li n-negozji jgawdu kundizzjonijiet ekwi b'kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi u jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli, u b'hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi li ssegwi l-għanijiet stabbiliti skont l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Iċ-ċittadini huma partikolarment affettwati mill-funzjonament tas-swieq tas-servizzi finanzjarji. Dawn huma komponent ewlieni tas-suq intern u jirrikjedu qafas solidu għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni li jiżgura mhux biss stabbiltà finanzjarja u ekonomija sostenibbli, iżda jipprovdi wkoll livell għoli ta' ħarsien lill-konsumaturi u lil utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-investituri individwali, dawk li jfaddlu, id-detenturi tal-poloz ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji ta' fondi ta' pensjoni, l-azzjonisti individwali, il-mutwatarji u l-SMEs. Huwa importanti li titjieb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil ta' politiki għas-settur finanzjarju.

(41)  Iċ-ċittadini huma partikolarment affettwati mill-funzjonament tas-swieq finanzjarji u għalhekk jenħtieġ li jiġu infurmati aktar dwar id-drittijiet, ir-riskji u l-benefiċċji rilevanti. Dawn huma komponent ewlieni tas-suq intern u jirrikjedu qafas solidu għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni li jiżgura mhux biss stabbiltà finanzjarja u ekonomija sostenibbli, iżda jipprovdi wkoll livell għoli ta' ħarsien lill-konsumaturi u lil utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-investituri individwali, dawk li jfaddlu, id-detenturi tal-poloz ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji ta' fondi ta' pensjoni, l-azzjonisti individwali, il-mutwatarji u l-SMEs. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex titjieb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil ta' politiki, anke permezz tal-produzzjoni u d-dissiminazzjoni ta' informazzjoni ċara, kompluta u faċli għall-utent dwar il-prodotti kummerċjalizzati fis-swieq finanzjarji.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġa l-attivitajiet speċifiċi koperti mill-Programm tal-Bini tal-Kapaċità 2017-2020 filwaqt li isaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60 li kompla l-programm pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017. Dan huwa meħtieġ biex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b'opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati apparti professjonisti tas-settur finanzjarju u jiżgura rappreżentanza aħjar tal-interessi tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa mistenni li jwassal għal politiki aqwa għas-servizzi finanzjarji, l-aktar bis-saħħa ta' fehim aqwa mill-pubbliku tal-kwistjonijiet involuti fir-regolamentazzjoni finanzjarja u ta' litteriżmu finanzjarju msaħħaħ.

(42)  Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġa l-attivitajiet speċifiċi koperti mill-Programm tal-Bini tal-Kapaċità 2017-2020 filwaqt li jsaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60 li kompla l-programm pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017. Dan huwa meħtieġ sabiex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b'opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati apparti professjonisti tas-settur finanzjarju u jiżgura rappreżentanza aħjar tal-interessi tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji. Il-Programm jenħtieġ li jiżviluppa b'mod kontinwu l-metodoloġija tiegħu u l-aħjar prattiki dwar kif iżid l-involviment tal-konsumaturi u tal-utenti aħħarin tas-servizzi finanzjarji sabiex jiġu identifikati l-kwistjonijiet rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u jiġu salvagwardati l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dan jenħtieġ li jtejjeb il-politiki dwar is-servizzi finanzjarji, l-aktar bis-saħħa ta' fehim aqwa mill-pubbliku tal-kwistjonijiet involuti fir-regolamentazzjoni finanzjarja u ta' litteriżmu finanzjarju msaħħaħ. Ir-riżorsi pubbliċi ta' dan il-Programm jenħtieġ li jiffukaw fuq dak li huwa essenzjali għall-utenti aħħarin u jevitaw kull forma ta' appoġġ finanzjarju dirett jew indirett għall-attivitajiet kummerċjali proposti minn operaturi finanzjarji privati;

__________________

__________________

60 Ir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 17).

60 Ir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 17).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Bħala parti minn proġett pilota, bejn l-2012 u l-2013, u ta' azzjoni preparatorja, bejn l-2014 u l-2016, il-Kummissjoni tat għotjiet lil żewġ organizzazzjonijiet wara sejħa annwali miftuħa għal proposti. Iż-żewġ organizzazzjonijiet huma Finance Watch, stabbilita b'għotjiet tal-Unjoni fl-2011 bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ skont il-liġi Belġjana, u Better Finance, li hija l-prodott ta' riorganizzazzjonijiet u rebranding suċċessivi ta' federazzjonijiet u azzjonisti Ewropej preeżistenti sa mill-2009. Il-Programm tal-Bini tal-Kapaċità stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 2017/826, jidentifika dawn l-istess żewġ organizzazzjonijiet bħala l-uniċi benefiċjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitkompla l-kofinanzjament ta' dawn l-organizzazzjonijiet bħala parti mill-Programm. Madankollu, dan il-finanzjament jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami.

(43)  Fil-kuntest ta' proġett pilota, bejn l-2012 u l-2013, u ta' azzjoni preparatorja, bejn l-2014 u l-2016, il-Kummissjoni tat għotjiet lil żewġ organizzazzjonijiet wara sejħa annwali miftuħa għal proposti. Iż-żewġ organizzazzjonijiet huma Finance Watch, stabbilita b'għotjiet tal-Unjoni fl-2011 bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ skont il-liġi Belġjana, u Better Finance, li hija l-prodott ta' riorganizzazzjonijiet u rebranding suċċessivi ta' federazzjonijiet u azzjonisti Ewropej preeżistenti sa mill-2009. Il-Programm tal-Bini tal-Kapaċità stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/826, jidentifika dawn l-istess żewġ organizzazzjonijiet bħala l-uniċi benefiċjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitkompla l-kofinanzjament ta' dawn l-organizzazzjonijiet fil-kuntest tal-Programm. Madankollu, dan il-finanzjament jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitfakkar li fl-eventwalità li l-Programm tal-Bini tal-Kapaċità u l-fondi korrispondenti jiġu estiżi lil hinn mill-2020 u jitfaċċaw benefiċjarji potenzjali oħrajn, jenħtieġ li s-sejħa għall-applikanti tkun miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tissodisfa l-kriterji, u li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Programm, skont ir-Regolament (UE) 2017/826.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Statistika Ewropea ta' kwalità għolja żviluppata, prodotta u disseminata taħt il-Programm Statistiku Ewropew hija essenzjali għat-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza. L-istatistika Ewropea jenħtieġ li tkun disponibbli fil-waqt u jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari governanza ekonomika msaħħa u integrata, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, l-iżvilupp sostenibbli, il-politika agrikola, id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u l-globalizzazzjoni.

(48)  Statistika Ewropea ta' kwalità għolja prodotta, kondiviża, disseminata u konsistentement applikata fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri jenħtieġ li tkun disponibbli fil-waqt u jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni kif rifless fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fir-rigward tat-tisħiħ u l-integrazzjoni tal-governanza ekonomika, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, l-iżvilupp sostenibbli, il-politika agrikola, id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u l-globalizzazzjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  L-istatistika Ewropea hija indispensabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-kejl tal-prestazzjoni u tal-impatt tal-inizjattivi tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu żgurati l-provvediment u l-iżvilupp kontinwi tal-istatistika Ewropea, li jieħdu approċċ mifrux mal-Unjoni kollha u li jmorru lil hinn minn perspettiva tas-suq intern, sabiex ikopru l-attivitajiet u l-oqsma politiċi kollha tal-Unjoni, inkluż l-għoti tas-setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(49)  L-istatistika Ewropea hija indispensabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-kejl tal-prestazzjoni u tal-impatt ta' numru ta' inizjattivi tal-Unjoni. Il-provvediment u l-iżvilupp kontinwi tagħha li jmorru lil hinn minn perspettiva tas-suq intern u b'diżaggregazzjoni fil-livell nazzjonali u, fejn ikun possibbli, fil-livell reġjonali jenħtieġ li jiġu żgurati sabiex ikopru l-attivitajiet u l-oqsma politiċi eżistenti u potenzjali kollha, inkluż it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-amministrazzjonijiet, tan-negozji u taċ-ċittadini Ewropej biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Il-Programm ġie sottomess għal eżami minn qabel lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(51)  Il-Programm ġie sottomess għal eżami minn qabel lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jenħtieġ li jiġi implimentat billi jiġi żgurat skrutinju parlamentari effettiv.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)  B'kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, il-Programm jenħtieġ li jkompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f'ċerti attivitajiet.

(60)  B'kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, inkluża l-ekonomija diġitali, il-Programm jenħtieġ li jkompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f'ċerti attivitajiet.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Fejn rilevanti l-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jintużaw biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod proporzjonat, mingħajr ma jsir duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(71)  L-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod proporzjonat, mingħajr ma ssir duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 81

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(81)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill90 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti irid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Kummissjoni jrid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(81)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill90 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż fil-proċess ta' żvilupp u ta' disseminazzjoni ta' statistika fejn il-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-istatistika huwa rikonoxxut ukoll permezz tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, iridu jikkonformaw mar-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Kummissjoni jridu jikkonformaw mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

_________________

_________________

90 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

91 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

91 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(83)  Il-Programm jenħtieġ ukoll li jiżgura aktar viżibbiltà u koerenza tal-azzjonijiet tas-suq intern tal-Unjoni, tal-kompetittività tal-intrapriżi inkluż l-SMEs u tal-istatistika Ewropea lejn iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet.

(83)  Barra minn hekk il-Programm jenħtieġ li jiżgura aktar viżibbiltà u koerenza tal-azzjonijiet fl-oqsma tas-suq intern tal-Unjoni, tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs u tal-istatistika Ewropea għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u l-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-"Programm").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE u, f'dan ir-rigward, tal-kompetittività tal-intrapriżi, inklużi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, tas-servizzi finanjarji u tal-qafas għall-finanzjament tal-ġbir tad-data, tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea filwaqt li jkopri l-politiki kollha tal-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-"Programm").

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "Statistika Ewropea" tfisser statistika żviluppata, prodotta u disseminata skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(2)  "Statistika Ewropea" tfisser statistika żviluppata, prodotta u disseminata fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri skont l-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u r-Regolament (KE) Nru 223/2009;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jipprovdi statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa li tirfed it-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni u jgħin lil dawk li jfasslu l-politika, in-negozji, l-akkademji, iċ-ċittadini u l-midja sabiex jieħdu deċiżjonijiet informati u jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess demokratiku.

(b)  li jiżviluppa, jipproduċi u jiddissemina statistika Ewropea ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli li tirfed it-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni, inklużi l-kummerċ u l-migrazzjoni, u jgħin liċ-ċittadini, lil dawk li jfasslu l-politika u lir-regolaturi, l-awtoritajiet superviżorji, in-negozji, l-akkademji, is-soċjetà ċivili u l-midja biex jieħdu deċiżjonijiet informati u jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess demokratiku.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  jappoġġaw l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja ta' rappurtar finanzjarju u ta' awditjar, jiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni u jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv;

(ii)  jappoġġaw l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja ta' rappurtar finanzjarju u ta' awditjar, jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni u/jew jippromwovu l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv kemm għall-kumpaniji ż-żgħar kif ukoll għall-kumpaniji l-kbar;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, konsum sostenibbli u sikurezza tal-prodotti b'mod partikolari billi jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni; jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għar-rimedju u; jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-swieq u l-konsumaturi;

(i)  jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, permezz tal-promozzjoni ta' konsum sostenibbli u sikurezza tal-prodotti b'mod partikolari billi jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni; jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għar-rimedju u; jipprovdi informazzjoni xierqa, ċara u faċli għall-utent dwar is-swieq u l-kategoriji differenti ta' prodotti finanzjarji;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  isaħħaħ l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki; jippromwovi fehim aħjar tas-settur finanzjarju;

(ii)  isaħħaħ l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki; jippromwovi fehim aħjar tas-settur finanzjarju u tal-kategoriji differenti ta' prodotti finanzjarji kkumerċjalizzati u jiżgura l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jipproduċi u jikkomunika statistika ta' kwalità għolja f'waqtha, imparzjali u kosteffiċjenti dwar l-Ewropa, permezz ta' sħubiji mtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta' diversi sorsi ta' data, metodi avvanzati ta' analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali.

(f)  li jiżviluppa, jipproduċi, jiddissemina u jikkomunika statistika Ewropea ta' kwalità għolja b'tempestività, imparzjalità u kosteffiċjenza, permezz ta' sħubiji mtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta' diversi sorsi ta' data, metodi avvanzati ta' analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali, u jipprovdi diżaggregazzjoni fil-livell nazzjonali u, fejn ikun possibbli, fil-livell reġjonali.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ;

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-atturi kollha tas-suq intern, inklużi ċ-ċittadini u l-konsumaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi permezz ta' kampanji trasparenti ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-appoġġ għall-infurzar effettiv u l-immodernizzar tal-qafas legali tal-UE u l-adattament rapidu tiegħu għall-ambjent li l-ħin kollu jinbidel, inkluż permezz tal-ġbir u l-analiżijiet ta' data; studji, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' politika; l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni u proġetti pilota; attivitajiet ta' komunikazzjoni; l-iżvilupp ta' għodod tal-IT dedikati li jiżguraw it-trasparenza u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

(d)  l-appoġġ għall-infurzar effettiv u l-immodernizzar tal-qafas legali tal-Unjoni u l-adattament rapidu tiegħu għall-ambjent li l-ħin kollu jinbidel, b'mod partikolari fil-kuntest diġitali, inkluż permezz tal-ġbir u l-analiżi ta' data; studji, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' politika; l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni u proġetti pilota; attivitajiet ta' komunikazzjoni; l-iżvilupp ta' għodod tal-IT dedikati li jiżguraw it-trasparenza u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, u jsaħħu t-tmexxija industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali, inkluż in-Netwerk Enterprise Europe;

(b)  li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq globali u tal-UE, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, u jsaħħu t-tmexxija industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali, inkluż in-Netwerk Enterprise Europe;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq, il-piż amministrattiv u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex jagħtu s-setgħa lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern;

(c)  li jindirizzaw l-ostakli tas-suq, inklużi l-ostakli ġeografiċi, u l-piżijiet amministrattivi u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-SMEs mir-reġjuni kollha tal-UE biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod ugwali mis-suq intern;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jiffaċilitaw it-tkabbir tan-negozji, inkluż l-iżvilupp ta' ħiliet, u t-trasformazzjoni industrijali fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

(d)  li jiffaċilitaw it-tkabbir tan-negozji bi qbil mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, inkluż l-iżvilupp tal-ħiliet, u t-trasformazzjoni diġitali u industrijali fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  B'rabta man-nefqa li tappoġġa l-politika tal-kompetizzjoni, u b'mod partikolari mal-attivitajiet koperti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri biex ikunu inforzaturi aktar effettivi u biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali tagħha ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet implimentati skont dan il-Programm li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni (l-EUROSTAT) għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu meta dawn jirrigwardaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, b'konformità mal-prinċipji dwar l-istatistika kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3.  Il-Kummissjoni (l-EUROSTAT) għandha timplimenta attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu meta dawn jirrigwardaw il-ġbir ta' data, l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, b'konformità mal-prinċipji dwar l-istatistika kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness II – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-kejl aħjar tal-kummerċ fis-servizzi, tal-investiment dirett barrani, tal-ktajjen ta' valur mondjali u tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-Unjoni.

–  il-kejl aħjar tal-kummerċ fl-oġġetti u fis-servizzi, tal-investiment dirett barrani, tal-ktajjen ta' valur mondjali u tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-Unjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness II – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-provvista ta' statistika ta' kwalità għolja, tempestiva u affidabbli għall-appoġġ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u Politika tal-Ħiliet tal-Unjoni, inkluż statistika dwar is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-faqar, l-inugwaljanza, il-protezzjoni soċjali, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kontijiet satellita fuq il-ħiliet;

–  il-provvista ta' statistika ta' kwalità għolja, tempestiva u affidabbli għall-appoġġ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Politika tal-Ħiliet tal-Unjoni, inkluża, iżda mhux biss, statistika dwar is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-faqar, l-inugwaljanza, il-protezzjoni soċjali, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kontijiet satellita fuq il-ħiliet;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistika Ewropea

Referenzi

COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.6.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ralph Packet

22.11.2018

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Sander Loones

Eżami fil-kumitat

22.10.2018

27.11.2018

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Barbara Kappel, Othmar Karas, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Gabriel Mato, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Ramón Jáuregui Atondo, Syed Kamall, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Romana Tomc, Lieve Wierinck, Roberts Zīle

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

Sophia in 't Veld, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Syed Kamall, Ralph Packet, Kay Swinburne, Roberts Zīle

ENF

Barbara Kappel

PPE

Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

4

-

GUE/NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

2

0

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (10.12.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 2017/826

(COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni: (*):Lukas Mandl

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-kuntest tal-programm tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027, fit-7 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għall-Programm tas-Suq Uniku. Il-programm propost jiġbor flimkien attivitajiet iffinanzjati taħt ħames programmi preċedenti, inklużi azzjonijiet tal-katina alimentari. Il-Kummissjoni qed tipproponi baġit ta' EUR 4 biljun (għall-2021-2027) għall-Programm tas-Suq Uniku, li 41 % minnu jkun assenjat għal azzjonijiet tal-katina alimentari bl-objettiv "li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u f'oqsma relatati, inkluż billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-organiżmi ta' ħsara, u jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali kif ukoll il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel".

Id-drawwiet nutrizzjonali tagħna mhumiex biss neċessità fil-ħajja ta' kuljum, iżda huma parti mill-identità Ewropea tagħna, il-kultura tagħna, il-fehim tagħna tar-relazzjoni bejn il-bnedmin, l-annimali u n-natura kif ukoll, ovvjament, essenzjali għal saħħitna u l-benessri ġenerali tagħna.

Ir-rapporteur iqis li huwa ta' importanza fundamentali li tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea li jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi, jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-Ewropa u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda b'dimensjoni reġjonali u lokali.

Skont il-QFP tal-2021-2027, total ta' EUR 1 680 000 000 ġie allokat għan-nefqa għall-azzjonijiet tal-katina alimentari, filwaqt li għall-perjodu mill-2014 sal-2020, il-limitu massimu għal din in-nefqa għall-Programm tal-Katina Alimentari ġie stabbilit għal EUR 1 891 936 000 fir-Regolament (UE) Nru 652/2014. Iċ-ċifra proposta għall-perjodu 2021-2027 għalhekk tirrappreżenta tnaqqis fil-baġit ta' 11 %.

Il-programm tal-Katina Alimentari jkopri miżuri kemm veterinarji (annimali) kif ukoll fitosanitarji (tal-pjanti), permezz kemm ta' programmi annwali kif ukoll programmi pluriennali approvati minn qabel mill-Kummissjoni, u permezz ta' miżuri tal-emerġenza implimentati f'każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi u avvenimenti mhux mistennija li jaffettwaw is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti.

Dan il-pakkett ta' miżuri jiżgura li l-UE jkollha qafas kredibbli ta' leġiżlazzjoni u kontrolli biex tippromwovi livelli għolja ta' sikurezza tul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha, u b'hekk toħloq il-kundizzjonijiet għal suq intern stabbli fejn l-ikel, l-annimali u l-pjanti jistgħu jiċċirkolaw b'mod ħieles.

Ir-rapporteur jenfasizza li huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa lill-konsumaturi u jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli, u b'hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi s-suċċess tal-programm attwali ta' finanzjament biex tiġi evitata kriżi kbira, iżda jixtieq jenfasizza li dan m'għandux jaħbi l-vulnerabbiltà tas-sistema, peress li t-tifqigħat tal-mard tal-annimali u tal-organiżmi ta' ħsara għall-pjanti għandhom tendenza li jseħħu u jerġgħu jseħħu ċiklikament fit-territorju tal-UE. Għandha tiġi kkunsidrata aktar il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu dirett għal reazzjoni għall-emerġenzi fuq skala kbira li jaffettwaw l-ikel, l-annimali u l-pjanti.

B'mod ġenerali, l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu mwettqa reċentament uriet li r-Regolament (UE) Nru 652/2014 qed jiffunzjona sew fil-kuntest tal-politika tiegħu. L-attivitajiet kollha li jirċievu appoġġ finanzjarju tal-UE f'dan il-qasam urew li jservu l-objettivi tal-Programm tal-Katina Alimentari kif ukoll il-prijoritajiet ġenerali tal-Kummissjoni, inkluż il-funzjonament ta' suq intern effettiv u l-appoġġ għall-kummerċ ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Ir-rapporteur jemmen li l-programm jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż billi jiġu bbilanċjati d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli.

Fid-dawl tal-QFP li jmiss, il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali huma mistennija li jkomplu jirrappreżentaw l-akbar sehem tal-baġit tal-katina alimentari. Il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti qed isiru importanti ferm minħabba ż-żieda fil-globalizzazzjoni u l-kummerċ, u qed ikunu akkumpanjati minn theddid ġdid għas-saħħa tal-pjanti. L-attivitajiet relatati mal-kontrolli uffiċjali għandhom ukoll ikomplu jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri peress li huma għodda essenzjali għall-verifika u l-monitoraġġ li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qegħdin jiġu implimentati, osservati u infurzati u l-finanzjament ta' dawn l-attivitajiet għandu għalhekk ikun prijorità għall-Unjoni.

Ir-rapporteur jemmen li sfida ewlenija għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, tinkludi ż-żieda fil-kumplessità tal-katini tal-provvista tal-ikel, bil-globalizzazzjoni tal-kummerċ tfisser aktar opportunitajiet, iżda wkoll riskju akbar minħabba l-vetturi globali u l-mard globali. F'dan il-kuntest, jeħtieġ issir aktar enfasi fuq il-prevenzjoni, b'mod partikolari f'dak li jirrigwardja mard eżotiku transfruntier minn pajjiżi terzi ġirien.

Il-prestazzjoni tal-Programm tal-Katina Alimentari ta' wara l-2020 se tiġi mmonitorjata permezz ta' sett komprensiv ta' indikaturi, iffukati fuq iż-żewġ attivitajiet (indikaturi tal-output) u fuq ir-riżultati (indikaturi tar-riżultati), ikkomplementati minn għadd ta' indikaturi ekonomiċi biex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri ta' nfiq rilevanti (indikaturi tal-kosteffettività) implimentati skont l-oqsma ta' politika differenti koperti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern.

(3)  Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni ambjentali, il-protezzjoni tal-benessri tal-annimali, is-sorveljanza tas-suq, ir-regolamentazzjoni tal-katina alimentari u s-sostenibbiltà ekonomika, iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjenti. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjenti filwaqt li jiġi ppreservat l-interess pubbliku, mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent u mingħajr ma jsir tentattiv ta' ritaljazzjoni kontra r-regoli tal-Unjoni fl-oqsma tal-ħela tal-ikel u l-frodi alimentari, il-benessri tal-annimali, il-kontrolli uffiċjali u l-ġlieda kontra l-mard tal-bniedem u tal-annimali. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern u jżidu l-livell tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, tad-dinjità tal-annimali bħala esseri sensibbli u tal-ambjent.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew billi jiġi provdut qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE.

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. L-iżvilupp tal-istatistika Ewropea huwa essenzjali għall-proċess ta' monitoraġġ tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew billi jiġi provdut qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE. Madankollu, huwa kruċjali li l-iżvilupp tal-istatistika Ewropea ma jwassalx għal żieda sproporzjonata fil-piż amministrattiv la għall-intrapriżi u lanqas għall-entitajiet pubbliċi.

__________________

__________________

47   Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

47   Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-tqegħid fis-suq ta' prodotti li mhumiex konformi mad-dritt tal-Unjoni jqiegħed lil dawk li jikkonformaw fi żvantaġġ u jista' jipperikola lill-konsumaturi. Ħafna intraprendituri jinjoraw ir-regoli, jew minħabba nuqqas ta' għarfien, jew apposta, biex jiksbu vantaġġ kompetittiv. Spiss l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ma jkollhomx fondi biżżejjed u jkunu limitati mill-fruntieri nazzjonali, filwaqt li l-intraprendituri jinnegozjaw fil-livell tal-Unjoni jew saħansitra anki dinji. B'mod partikolari, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibuha ferm diffiċli biex jittraċċaw prodotti mhux konformi li jiġu importati minn pajjiżi terzi u biex jidentifikaw l-entità responsabbli fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-konformità tal-prodotti billi jipprovdi l-inċentivi t-tajba lill-intraprendituri, isaħħaħ il-kontrolli tal-konformità u jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tal-qafas eżistenti għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, iħeġġeġ azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq minn Stati Membri differenti, itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jippromwovi l-konverġenza u integrazzjoni aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.

(12)  It-tqegħid fis-suq ta' prodotti li mhumiex konformi mad-dritt tal-Unjoni jqiegħed lil dawk li jikkonformaw fi żvantaġġ, u jista' jipperikola lill-konsumaturi u jagħmel ħsara lill-ambjent. Ħafna intraprendituri jinjoraw ir-regoli, jew minħabba nuqqas ta' għarfien, jew apposta, biex jiksbu vantaġġ kompetittiv. Spiss l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ma jkollhomx fondi biżżejjed u jkunu limitati mill-fruntieri nazzjonali, filwaqt li l-intraprendituri jinnegozjaw fil-livell tal-Unjoni jew saħansitra anki dinji. B'mod partikolari, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibuha ferm diffiċli biex jittraċċaw prodotti mhux konformi li jiġu importati minn pajjiżi terzi u biex jidentifikaw l-entità responsabbli fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-konformità tal-prodotti billi jipprovdi l-inċentivi t-tajba lill-intraprendituri, isaħħaħ il-kontrolli tal-konformità u jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tal-qafas eżistenti għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, iħeġġeġ azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq minn Stati Membri differenti, itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jippromwovi l-konverġenza u integrazzjoni aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda, iwaqqgħu s-sajlos bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi l-provvediment ta' informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku biex titjieb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri.

(16)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda, iżidu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi l-provvediment ta' informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. Biex itejjeb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jagħmlu kummerċ bejn il-fruntieri, il-Programm jenħtieġ li jappoġġja l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri:

* Il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej;

* Il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek;

* SOLVIT;

* Is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern;

* It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja u l-unjoni tas-swieq tal-kapital inklużi l-finanzi sostenibbli, jiddependu ħafna mill-miżuri ta' politika li tieħu l-Unjoni bbażati fuq l-evidenza. Biex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv fil-monitoraġġ kontinwu tas-swieq finanzjarji u tal-istabbiltà finanzjarja, fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti hijiex idonea għall-iskop tagħha u fl-identifikazzjoni tal-oqsma potenzjali ta' azzjoni fejn jitfaċċaw riskji ġodda, bl-involviment kontinwu tal-partijiet ikkonċernati matul iċ-ċiklu tal-politika. Attivitajiet bħal dawn jiddependu fuq il-produzzjoni ta' analiżijiet, studji, materjal ta' taħriġ, stħarriġ, valutazzjonijiet ta' konformità, evalwazzjonijiet u statistika u huma appoġġati minn sistemi tal-IT u għodod ta' komunikazzjoni.

(19)  L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja u l-Unjoni tas-Swieq tal-Kapital inklużi l-finanzi sostenibbli, jiddependu ħafna mill-miżuri ta' politika li tieħu l-Unjoni bbażati fuq l-evidenza. Biex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv fil-monitoraġġ kontinwu tas-swieq finanzjarji u tal-istabbiltà finanzjarja, fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti hijiex idonea għall-iskop tagħha u fl-identifikazzjoni tal-oqsma potenzjali ta' azzjoni fejn jitfaċċaw riskji ġodda, bl-involviment kontinwu tal-partijiet ikkonċernati, il-gruppi taċ-ċittadini, l-NGOs u l-pubbliku inġenerali matul iċ-ċiklu tal-politika. Attivitajiet bħal dawn jiddependu fuq il-produzzjoni ta' analiżijiet, studji, materjal ta' taħriġ, stħarriġ, valutazzjonijiet ta' konformità, evalwazzjonijiet u statistika u huma appoġġati minn sistemi tal-IT u għodod ta' komunikazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-interpretazzjonijiet relatati mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS iridu jiġu inkorporati fid-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu applikati mill-kumpaniji b'titoli elenkati f'suq regolat fl-Unjoni, biss jekk l-IFRS jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit li l-kontijiet jagħtu "stampa vera u ġusta" kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56 u jekk iwasslu għall-ġid pubbliku Ewropew. Tali standards internazzjonali tal-kontabbiltà jridu jiġu żviluppati fi proċess trasparenti u demokratikament responsabbli. L-IFRS, għalhekk, għandhom rwol ewlieni fil-funzjonament tas-suq intern u għaldaqstant l-Unjoni għandha interess dirett li tiżgura li l-proċess li permezz tiegħu l-IFRS jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-qafas ġuridiku tas-suq intern. Għalhekk huwa importanti li jiġu stabbiliti arranġamenti ta' finanzjament xierqa għall-Fondazzjoni tal-IFRS.

(33)  F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-interpretazzjonijiet relatati mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS iridu jiġu inkorporati fid-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu applikati mill-kumpaniji b'titoli elenkati f'suq regolat fl-Unjoni, biss jekk l-IFRS jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit li l-kontijiet jagħtu "stampa vera u ġusta" kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jekk iwasslu għall-ġid pubbliku Ewropew. F'dan il-kuntest huwa importanti li jiġi osservat li fejn hemm kunflitt bejn "Standard" tal-kontabbiltà u l-liġi, hija l-liġi li dejjem tieħu preċedenza. Tali standards internazzjonali tal-kontabbiltà jridu jiġu żviluppati fi proċess trasparenti u demokratikament responsabbli. L-IFRS, għalhekk, għandhom rwol ewlieni fil-funzjonament tas-suq intern u għaldaqstant l-Unjoni għandha interess dirett li tiżgura li l-proċess li permezz tiegħu l-IFRS jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-qafas ġuridiku tas-suq intern. Għalhekk huwa importanti li jiġu stabbiliti arranġamenti ta' finanzjament xierqa għall-Fondazzjoni tal-IFRS.

_________________

_________________

55 Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

55 Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

56 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

56 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Il-kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni li sar mill-Kummissjoni f'Mejju 2017 wera l-ħtieġa li r-regoli jiġu infurzati aħjar u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju meta l-konsumaturi jġarrbu ħsara minħabba ksur tal-liġijiet dwar il-konsumatur. B'riżultat ta' dan il-Kummissjoni adottat "Patt ġdid għall-Konsumaturi" f'April 2018 sabiex tiżgura, fost l-oħrajn, trattament ugwali għall-konsumaturi fis-suq intern b'rabta mal-istandards ta' kwalità doppja, kapaċitajiet ta' infurzar aqwa tal-Istati Membri, sikurezza tal-prodotti mtejba, kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u possibilitajiet ġodda ta' rimedju l-aktar permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa din l-inizjattiva permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, in-netwerking u l-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq, billi jsaħħaħ fost l-oħrajn il-bażi tal-evidenza dwar il-funzjonament tas-suq intern għall-konsumaturi, is-sistemi tal-IT u l-għodod ta' komunikazzjoni.

(40)  Il-kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni li sar mill-Kummissjoni f'Mejju 2017 wera l-ħtieġa li r-regoli jiġu infurzati aħjar u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju meta l-konsumaturi jġarrbu ħsara minħabba ksur tal-liġijiet dwar il-konsumatur. Il-Kummissjoni adottat "Patt ġdid għall-Konsumaturi" sabiex tiżgura, fost l-oħrajn, trattament ugwali għall-konsumaturi fis-suq intern b'rabta mal-istandards ta' kwalità doppja fost l-Istati Membri, kapaċitajiet ta' infurzar aqwa tal-Istati Membri, sikurezza tal-prodotti mtejba, kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u possibilitajiet ġodda ta' rimedju l-aktar permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa din l-inizjattiva permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, in-netwerking u l-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq, billi jsaħħaħ fost l-oħrajn il-bażi tal-evidenza dwar il-funzjonament tas-suq intern għall-konsumaturi, is-sistemi tal-IT u l-għodod ta' komunikazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel biex is-suq intern ikun jista' jopera b'mod effiċjenti. Katina tal-provvista tal-ikel sikura u sostenibbli hija prerekwiżit għas-soċjetà u għas-suq intern. Il-kriżijiet tas-saħħa transfruntiera u l-biża' dwar l-ikel ifixklu l-funzjonament tas-suq intern billi jillimitaw il-moviment tal-persuni u tal-oġġetti u jfixklu l-produzzjoni.

(44)  Huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel biex jiġu protetti kemm il-konsumaturi kif ukoll l-ambjent filwaqt li s-suq intern ikun jista' jopera b'mod effiċjenti. Katina tal-provvista tal-ikel sikura u sostenibbli hija prerekwiżit għas-soċjetà u għas-suq intern. Kif intwera minn inċidenti reċenti bħal każ tal-bajd ikkontaminat bil-fipronil fl-2017 u l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel fl-2013, il-kriżijiet tas-saħħa transfruntiera, jiġifieri l-influwenza avjarja jew id-deni Afrikan tal-ħnieżer, u l-biża' dwar l-ikel ifixklu l-funzjonament tas-suq intern billi jillimitaw il-moviment tal-persuni u tal-oġġetti u jfixklu l-produzzjoni. Għaldaqstant, il-prijoritajiet ewlenin jenħtieġ li jkunu l-iżgurar ta' standards sanitarji għolja, il-benessri tal-annimali u l-protezzjoni tas-saħħa permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel, u l-prevenzjoni ta' mard u organiżmi ta' ħsara ġodda u mhux magħrufa.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Minħabba n-natura speċifika tal-azzjonijiet li jirrigwardaw livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, iridu jiġu stipulati kriterji ta' eliġibbiltà speċjali rigward il-provvista ta' għotjiet u l-użu tal-akkwist pubbliku f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, b'deroga mir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 (ir-"Regolament Finanzjarju"), bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta' nonretroattività, l-ispejjeż għall-miżuri ta' emerġenza, minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli tagħhom, jenħtieġ li jkunu eliġibbli u jinkludu wkoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta' okkorrenza suspettata ta' marda jew organiżmu ta' ħsara bil-kundizzjoni li sussegwentement din l-okkorrenza tiġi kkonfermata u nnotifikata lill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni, wara l-firma tal-impenji legali u wara l-valutazzjoni tat-talbiet għall-ħlas ppreżentati mill-Istati Membri. L-ispejjeż jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għall-miżuri ta' protezzjoni meħuda fil-każ ta' theddida diretta għall-istatus tas-saħħa fl-Unjoni b'riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta' pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ta' ċertu mard tal-annimali u ċerti żoonożi kif ukoll fir-rigward ta' miżuri ta' protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda b'appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.

(46)  Minħabba n-natura speċifika tal-azzjonijiet li jirrigwardaw livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, iridu jiġu stipulati kriterji ta' eliġibbiltà speċjali rigward il-provvista ta' għotjiet u l-użu tal-akkwist pubbliku f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, b'deroga mir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 (ir-"Regolament Finanzjarju"), bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta' nonretroattività, l-ispejjeż għall-miżuri ta' emerġenza, minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli tagħhom, jenħtieġ li jkunu eliġibbli u jinkludu wkoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta' okkorrenza suspettata ta' marda jew organiżmu ta' ħsara bil-kundizzjoni li sussegwentement din l-okkorrenza tiġi kkonfermata u nnotifikata lill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni, wara l-firma tal-impenji legali u wara l-valutazzjoni tat-talbiet għall-ħlas ppreżentati mill-Istati Membri. L-ispejjeż jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għall-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni meħuda fil-każ ta' theddida diretta għall-istatus tas-saħħa fl-Unjoni b'riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta' pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ta' ċertu mard tal-annimali u ċerti żoonożi kif ukoll fir-rigward ta' miżuri ta' protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda b'appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.

_________________

_________________

61 [żieda]

61 [żieda]

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati. L-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Għandu jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta' kontroll. B'mod partikolari, għandha tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddipendi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta' kontroll ta' persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tad-dritt tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta' skambju rilevanti organizzati minn awtoritajiet kompetenti.

(47)  Fid-dawl ta' katina alimentari li qed issir dejjem aktar globalizzata, il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri issa huma aktar minn qatt qabel għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati, speċjalment fir-rigward ta' prodotti tal-ikel importati. L-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, kif ukoll il-kunfidenza tal-konsumatur, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Għandu jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta' kontroll. B'mod partikolari, għandha tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tkun disponibbli wkoll biex jiżdied il-livell ta' kontrolli fuq l-importazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati fenomeni bħall-importazzjonijiet illegali tal-laħam ta' annimali selvaġġi li jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem u jikkawżaw it-telf tal-bijodiversità. Billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddependi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta' kontroll ta' persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tad-dritt tal-Unjoni, l-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta' skambju rilevanti organizzati mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi kooperazzjoni fl-oqsma soġġetti għall-Programm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li qed jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, min-naħa l-oħra. Jenħtieġ li jsir provvediment biex il-Programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi oħra, inklużi l-pajjiżi tal-viċinat tal-Unjoni u pajjiżi li qed japplikaw għal sħubija fl-Unjoni jew li huma kandidati għaliha jew li qegħdin fil-proċess ta' adeżjoni. Barra minn hekk fil-qasam tal-istatistika Ewropea l-Programm jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Isvizzera skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika64.

(55)  Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi kooperazzjoni fl-oqsma soġġetti għall-Programm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li qed jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, min-naħa l-oħra. Soġġett għal li jkunu konformi mar-regoli u mar-regolamenti tiegħu, jenħtieġ li jsir provvediment biex il-Programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi oħra, inklużi l-pajjiżi tal-viċinat tal-Unjoni u pajjiżi li qed japplikaw għal sħubija fl-Unjoni jew li huma kandidati għaliha jew li qegħdin fil-proċess ta' adeżjoni. Barra minn hekk fil-qasam tal-istatistika Ewropea l-Programm jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Isvizzera skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika64.

_________________

_________________

64 ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.

64 ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.

(56)  Soġġetti għal li jkunu konformi mar-regoli u mar-regolamenti tagħha, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 se jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi.

(65)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 se jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs u tal-intrapriżi mikro. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi.

_________________

_________________

69 COM(2018) 372 finali

69 COM(2018) 372 finali

70 COM(2018) 439 finali

70 COM(2018) 439 finali

71 COM(2018) 447 finali

71 COM(2018) 447 finali

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77)  Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati bil-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-bhejjem, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżviluppi xjentifiċi jew epidemjoloġiċi ġodda, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tingħata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-emenda tal-lista ta' mard tal-annimali u żoonożi. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami jew biex jiġu komplementati l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi speċifiċi fejn jitqies meħtieġ u biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(77)  Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati bil-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-bhejjem, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżviluppi xjentifiċi jew epidemjoloġiċi ġodda, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tingħata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-emenda tal-lista ta' mard tal-annimali u żoonożi. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami jew biex jiġu komplementati l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi speċifiċi fejn jitqies meħtieġ u biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jiġu kkonsultati wkoll. Biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 paragrafu 1 punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tingħata s-setgħa liċ-ċittadini; jekk meħtieġ billi jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi mtejba t-traċċabbiltà tal-prodotti u l-implimentazzjoni ta' kontrolli rigward il-proċess tal-manifattura jew tat-tkabbir tal-prodotti, filwaqt li jiġi żgurat ukoll il-benessri tal-annimali;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b'mod speċjali li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz tal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq, l-iffissar ta' standards, u bil-promozzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tal-benessri tal-annimali; kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

(a)  li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b'mod speċjali li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz tal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq, l-iffissar ta' standards, kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jagħmel is-suq intern aktar effettiv, jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli, jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi, l-akkwist pubbliku, is-sorveljanza tas-suq kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' għodod ta' governanza;

(a)  li jagħmel is-suq intern aktar effettiv, jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku lokali, jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli, jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi, l-akkwist pubbliku, is-sorveljanza tas-suq kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' għodod ta' governanza;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, konsum sostenibbli u sikurezza tal-prodotti b'mod partikolari billi jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni; jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għar-rimedju u; jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-swieq u l-konsumaturi;

(i)  jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lill-produtturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili b'mod partikolari lejn drawwiet ta' konsum sostenibbli u proċessi ta' produzzjoni sostenibbli; iżid l-informazzjoni għall-konsumatur fir-rigward tal-prodotti; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, konsum sostenibbli u sikurezza tal-prodotti b'mod partikolari billi jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni; jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għar-rimedju u; jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-swieq u l-konsumaturi;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  jiżgura titjib tas-sistema ta' traċċabbiltà tal-prodotti, bħal permezz tal-użu tal-kodiċi QR, biex tiġi ffaċilitati d-detezzjoni ta' prodotti nonkonformi fil-katina alimentari;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u f'oqsma relatati, inkluż billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-organiżmi ta' ħsara, u jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali kif ukoll il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel;

(e)  li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u f'oqsma relatati, inkluż billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-organiżmi ta' ħsara skont il-qafas sostenibbli għall-użu tal-antibijotiċi u tal-pestiċidi, u jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali kif ukoll il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel; b'hekk titqiegħed enfasi fuq l-istimulazzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-partijiet ikkonċernati f'dawn l-oqsma;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  fir-rigward tal-objettivi speċifiċi fil-qasam tal-katina alimentari, fost l-oħrajn:

-  il-prevenzjoni u l-qerda tal-mard u tal-organiżmi ta' ħsara;

-  l-appoġġ għal produzzjoni u konsum sostenibbli tal-ikel permezz tat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u tal-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi bil-ħsieb li jiġi żgurat livell għoli ta' standards ta' kwalità madwar l-Unjoni;

-  it-titjib tal-effikaċja, l-effiċjenza u l-affidabbiltà tal-kontrolli uffiċjali fil-katina alimentari bil-ħsieb li jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tar-regoli tal-Unjoni f'dan il-qasam;

-  l-appoġġ ta' politiki biex jittejbu l-miżuri kontra r-reżistenza antimikrobika;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jipproduċi u jikkomunika statistika ta' kwalità għolja f'waqtha, imparzjali u kosteffiċjenti dwar l-Ewropa, permezz ta' sħubiji mtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta' diversi sorsi ta' data, metodi avvanzati ta' analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali.

(f)  li jipproduċi u jikkomunika statistika ta' kwalità għolja f'waqtha, imparzjali u kosteffiċjenti dwar l-Ewropa u mingħajr ma jwassal għal żieda sproporzjonata fil-piż amministrattiv, permezz ta' sħubiji mtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta' diversi sorsi ta' data, metodi avvanzati ta' analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  il-produzzjoni u l-komunikazzjoni ta' statistika ta' kwalità għolja, kif imsemmi fil-punt f, proporzjonati ma' livell modest ta' obbligi amministrattivi għall-intrapriżi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

Soġġetti għal li jkunu konformi mar-regoli u r-regolamenti kollha tiegħu, il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ;

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, u b'mod partikolari l-intrapriżi mikro, l-SMEs, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-provvista ta' mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-utenti aħħarin, għas-soċjetà ċivili u għar-rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

(b)  il-provvista ta' mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, għall-utenti aħħarin, għas-soċjetà ċivili u għar-rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jappoġġaw il-kompetittività tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw tal-adozzjoni mill-SMEs tal-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti;

(e)  li jappoġġaw il-kompetittività tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw l-adozzjoni tal-intrapriżi mikro u l-SMEs tal-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness III fejn ikun meħtieġ sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati b'dak il-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżvilupp xjentifiku jew epidemjoloġiku ġdid, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxi theddida ġdida għall-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness III fejn ikun meħtieġ sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati b'dak il-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżvilupp xjentifiku jew epidemjoloġiku ġdid, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxi theddida ġdida għall-Unjoni. L-importazzjonijiet illegali tal-ikel għandhom jitqiesu wkoll meta huwa emendat l-Anness III minħabba r-riskji għas-saħħa li jistgħu joħolqu.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm.

2.  Sa... [tliet snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-Programm], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni interim tal-Programm dwar il-kisba tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati taħtu, dwar ir-riżultati u l-impatti, dwar l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u dwar il-valur miżjud tiegħu tal-Unjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

6.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapporti msemmija fil-paragrafi 2 u 5 akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Ir-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati, fejn xieraq, bi proposti leġiżlattivi għar-reviżjoni tal-Programm.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(3), sabiex jippermettu l-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta' Diċembru 2027.

3.  F'każijiet eċċezzjonali, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(3), sabiex jippermettu l-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżuri li jeqirdu organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill105 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament;

(a)  miżuri li jipprevjenu, jikkontrollaw u/jew jeqirdu organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill105 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament;

_________________

_________________

105 Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

105 Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  miżuri li jeqirdu organiżmu ta' ħsara, mhux elenkat bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista' jikkwalifika bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f'dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament;

(b)  miżuri li jipprevjenu, jikkontrollaw u/jew jeqirdu organiżmu ta' ħsara, mhux elenkat bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista' jikkwalifika bħala organiżmu ta' ħsara ta' kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f'dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta' qerda msemmija fil-punt (a) ta' dan il-punt u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-punt (b) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsara.

(c)  miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri msemmija fil-punt (a) u (b) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsara.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt 1.3 – punt 1.3.4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.3.4a.  Miżuri għall-monitoraġġ tad-dehra ta' organiżmi ta' ħsara u mard kemm magħrufa kif ukoll dawk li attwalment mhumiex magħrufa.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-attivitajiet ta' appoġġ għat-titjib tal-benessri tal-annimali.

3.  L-attivitajiet u l-kontrolli għall-iżgurar tal-benessri tal-annimali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Attivitajiet li jappoġġaw produzzjoni u konsum sostenibbli tal-ikel.

7.  Attivitajiet li jappoġġjaw prattiki ta' produzzjoni u konsum sostenibbli tal-ikel b'livell baxx ta' karbonju li jipproteġi l-ambjent u l-bijodiversità, jimminimizza l-ħela tal-ikel u jiżgura livell għoli ta' standards għall-benessri tal-annimali, u attivitajiet li jissensibilizzaw lill-konsumaturi dwar dawn il-prattiki.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-bażijiet tad-data u s-sistemi kompjuterizzati ta' ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni relatata mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u li għandhom valur miżjud mixhud bi prova għall-Unjoni kollha kemm hi.

8.  Il-bażijiet tad-data u s-sistemi kompjuterizzati ta' ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni relatata mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u li għandhom valur miżjud mixhud bi prova għall-Unjoni kollha kemm hija; implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda biex titjieb it-traċċabbiltà ta' prodotti bħall-kodiċi QR fuq l-imballaġġ tal-prodotti.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  Xogħol tekniku u xjentifiku, inklużi studji u attivitajiet ta' koordinazzjoni, meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam relatat mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u l-adattament ta' din il-leġiżlazzjoni għal żviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali.

11.  Xogħol tekniku u xjentifiku, inklużi studji u attivitajiet ta' koordinazzjoni, meħtieġa biex jissalvagwardjaw il-prevenzjoni li jitfaċċaw organiżmi ta' ħsara u mard li huma kemm ġodda kif ukoll mhux magħrufa u biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam relatat mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u l-adattament ta' din il-leġiżlazzjoni għal żviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  L-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw bl-għan li jilħqu l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) b'appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli relatati ma' dak l-objettiv.

12.  L-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jsegwu l-għan li jilħqu l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) b'appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli relatati ma' dak l-objettiv.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15.  Il-miżuri mwettqa biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u l-benessri tal-annimali, implimentati fuq l-annimali, il-prodotti tal-annimali, il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li jaslu minn pajjiżi terzi fil-fruntiera tal-Unjoni.

15.  Il-miżuri mwettqa biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u l-benessri tal-annimali, implimentati fuq l-annimali, il-prodotti tal-annimali, il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li jaslu minn pajjiżi terzi fil-fruntiera tal-Unjoni, inklużi miżuri biex tiżdied l-informazzjoni għall-konsumatur fir-rigward tal-prodotti permezz ta' tikkettar adegwat tal-valur nutrizzjonali u l-ingredjenti, u fejn xieraq, il-metodu ta' biedja, l-isem u l-volum tal-pestiċidi użati;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness II – inċiż 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-monitoraġġ tal-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

–  il-monitoraġġ tal-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness II – inċiż 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  l-iżvilupp ulterjuri tal-istatistika b'appoġġ għall-Istrateġija tal-Enerġija, l-ekonomija ċirkolari u l-istrateġija tal-plastik;

–  it-titjib tal-istatistika b'appoġġ għall-Istrateġija tal-Enerġija, l-ekonomija ċirkolari u l-istrateġija tal-plastik;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistika Ewropea

Referenzi

COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.6.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Lukas Mandl

4.9.2018

Eżami fil-kumitat

25.10.2018

Data tal-adozzjoni

6.12.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Simona Bonafè, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Gerben-Jan Gerbrandy, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Jo Leinen, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Albert Deß, Eleonora Evi, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Norbert Lins, Ulrike Müller, James Nicholson, Sirpa Pietikäinen, Gabriele Preuß, Christel Schaldemose, Keith Taylor

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

57

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

EFDD

Eleonora Evi, Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Angélique Delahaye, Albert Deß, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Julie Girling , Françoise Grossetête, Christophe Hansen, Giovanni La Via, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Sirpa Pietikäinen, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Gabriele Preuß, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Davor Škrlec, Keith Taylor

0

-

5

0

ECR

Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, James Nicholson, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Julia Reid

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (4.12.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 2017/826

(COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Patrizia Toia

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fl-aħħar snin, il-globalizzazzjoni, il-kriżi finanzjarja u d-diġitalizzazzjoni ħallew impatt kbir fuq is-settur industrijali Ewropew u fuq l-impriżi, b'mod partikolari l-SMEs. L-isfidi u l-opportunitajiet bejn l-impriżi saru dejjem aktar kumplessi u l-ħtieġa li jkun hemm innovazzjoni żdiedet b'mod esponenzjali. Minn dan il-kuntest toħroġ il-ħtieġa li jinħolqu miżuri ta' appoġġ fil-livell Komunitarju li jippromwovu l-intraprenditorija, l-appoġġ għat-tranżizzjoni teknoloġika u organizzattiva, l-aċċess għall-finanzjament u l-appoġġ finanzjarju. Jidher li hija kwistjoni urġenti aktar minn qatt qabel li tiġi appoġġata ekosistema li fiha jkun hemm attivitajiet innovattivi, li jkunu kapaċi jinterċettaw l-ekonomiji l-ġodda u jikkompetu f'suq dejjem aktar globali. Il-ħolqien ta' ekosistema jsir possibbli biss jekk jiġi segwit approċċ ta' netwerk, li fih l-istituzzjonjiet jiżviluppaw il-kompetenzi u l-opportunitajiet tagħhom, biex jgħinu joħolqu katina speċjalizzata li tappoġġa l-intraprenditorija awtonoma.

Huwa importanti wkoll li jintgħażlu ideat kummerċjali sodi u li jitfasslu pjanijiet direzzjonali b'kollaborazzjoni ma' imprendituri futuri li jfittxu li jistabbilixxu ruħhom fis-swieq il-ġodda. Għandu jinħoloq netwerk ta' appoġġ għal negożji ġodda fil-livell reġjonali fil-forma ta' korsijiet ta' taħriġ personalizzati u servizzi ta' konsulenza appoġġati minn strateġiji ta' assistenza teknika ferm effettivi.

Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur tilqa' bi pjaċir il-kontinwazzjoni tal-Programm attwali COSME għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Il-Parlament Ewropew u, b'mod partikolari, il-Kumitat ITRE, jappoġġaw bis-sħiħ il-miżuri li għandhom l-għan li jsostnu l-SMEs fl-UE, li jiffavorixxu aktar kompetittività u permezz tat-tneħħija tal-ostakli għall-aċċess tas-suq u l-aċċess għall-finanzjamenti. F'dan ir-rigward, il-Programm COSME wera li kien inizjattiva ta' suċċess tal-Unjoni Ewropea li jgawdi minn livell għoli ta' rikonoxximent fost l-SMEs (bħalma ġiet kkonfermat fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni). Filwaqt li tifhem il-ħtieġa li jingħaqdu l-programmi, ir-rapporteur tinsab diżappuntata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġbor flimkien programmi differenti ħafna taħt kappa waħda, għaliex dan inaqqas b'mod sinifikanti l-viżibbiltà tal-COSME u l-kontenut tat-tipi ta' azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati fir-rigward tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Bħala konsegwenza, qed jiġi propost numru ta' emendi għar-Regolament bl-għan li jitnaqqsu xi nuqqasijiet eżistenti bejn id-dispożizzjonijiet fis-seħħ u dawk proposti u biex jissaħħaħ il-"piż" u l-valur tal-proposta l-ġdida tal-COSME. Dawn jinkludu miżuri sabiex:

• tintwera ċ-ċertifikazzjoni tal-COSME bħala tali, filwaqt li tagħmel referenza b'mod xieraq jekk ikun rilevanti;

• jiġu żviluppati l-inizjattivi tal-SMEs eliġibbli għal finanzjament;

• jerġa' jiġi introdott il-kunċett ta' sostenibbiltà għall-SMEs;

• jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' netwerks tan-negozju, sabiex l-intrapriżi mikro jkunu jistgħu jikkompetu fis-suq;

• tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti gruppi li wrew li jkollhom bżonn aktar appoġġ sabiex jiżviluppaw il-kultura intraprenditorjali, bħall-intraprendituri żgħażagħ u n-nisa;

• jingħata appoġġ għal inizjattivi f'setturi bħat-turiżmu li għandhom perċentwal għoli ta' SMEs u li jipprovdu kontribut għoli għall-PDG tal-Unjoni.

• jiżdied il-bilanċ tal-Programm kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tat-30 ta' Mejju 2018 dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji" u jiġu introdotti ċerti limiti baġitarji għan-nefqa amministrattiva;

• jiġi żviluppat ir-rwol tan-Netwerk Enterprise Europe bħala servizz ta' appoġġ għall-intrapriżi one-stop-shop, filwaqt li fl-istess ħin jiġu introdotti indikaturi u standards minimi speċifiċi għan-netwerk.

Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza l-pluraliżmu mingħajr preċedent tad-dinja intraprenditorjali li llum il-ġurnata tippreżenta diversi forom ta' intrapriżi, minn dawk speċifikament orjentati lejn is-suq, għal dawk mingħajr skop ta' qligħ. Għalhekk, ir-rapporteur għandha l-ħsieb li fost ir-riċevituri tal-Programm tinkludi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali li jkollhom karatteristiċi definiti sew u li jaqgħu taħt il-kategorija ta' SMEs, iżda li permezz tan-natura tagħhom jistgħu jfasslu mill-ġdid il-mudelli ekonomiċi u kummerċjali f'forom oriġinali ġodda. Dawn l-intrapriżi wrew reżiljenza akbar meta mqabbla mal-intrapriżi tradizzjonali, bis-saħħa tal-istabbiliment tagħhom fit-territorju u l-prijorità li jagħtu lill-aspett tal-impjiegi. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġu appoġġati mudelli intraprenditorjali ġodda bħall-workers buyout (ix-xiri ta' soċjetà mill-impjegati tal-intrapriża stess) u għaliex illum il-ġurnata mill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali tirriżulta viżjoni ġdida tal-ekonomija tan-netwerks.

Barra minn hekk, huwa importanti wkoll li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li fost ir-riċevituri tal-miżuri jiddaħħlu l-intrapriżi lokali żgħar tas-servizzi pubbliċi li jissodisfaw il-kriterji biex jitqiesu bħala SMEs u li jwettqu kompiti importanti għall-komunitajiet lokali.

Ir-rapporteur tqis li huwa neċessarju li l-leġiżlazzjoni dwar l-SMEs tkun aktar ċara u faċli li tinftiehem. Tressqu diversi emendi sabiex jiġi spjegat il-proċess li ssegwi l-Kummissjoni Ewropea biex talloka l-għotjiet skont ir-Regolament Finanzjarju.

Filwaqt li l-proposta tindirizza l-kundizzjonijiet biex l-SMEs tal-pajjiżi terzi jidħlu fil-Programm, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li l-objettiv prinċipali għandhom ikunu l-intrapriżi bbażati fl-UE. Barra minn hekk, il-Programm għandu jikkunsidra wkoll azzjonijiet biex jgħin lill-SMEs ibbażati fl-UE jaċċessaw is-swieq tal-pajjiżi terzi.

Il-lista ta' indikaturi proposti biex titkejjel l-effettività tal-Programm hija vaga wisq u tipprovdi ftit li xejn informazzjoni rigward l-effettività tal-COSME. Ir-rapporteur tixtieq tintroduċi indikaturi ġodda li jkunu sinifikanti mingħajr ma tiġġenera burokrazija żejda.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza l-importanza kruċjali tal-komplementarjetà mal-miżuri l-oħra li jeżistu li għandhom l-għan li jappoġġaw l-SMEs, b'mod partikolari mal-Programm InvestEU li jinvolvi l-istrumenti finanzjarji aċċessibbli għall-SMEs li bħalissa jiġu inklużi fil-Programm COSME u mal-istrument għall-SMEs (Strument għall-SMEs tal-Programm Orizzont għar-Riċerka) fil-pilastru industrijali u tal-innovazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-suq intern huwa pedament tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-bidu tiegħu, kien kontributur ewlieni għat-tkabbir, għall-kompetittività u għall-impjiegi. Huwa ġġenera opportunitajiet ġodda u ekonomiji ta' skala għan-negozji Ewropej, b'mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u saħħaħ il-kompetittività industrijali tagħhom. Is-suq intern ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' impjiegi u offra għażla akbar bi prezzijiet orħos lill-konsumaturi. Qed ikompli jkun magna għall-bini ta' ekonomija aktar b'saħħitha, aktar bilanċjata u aktar ġusta. Huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-UE u l-aħjar assi tagħha f'dinja li kulma tmur qed tkun dejjem aktar globalizzata.

(1)  Is-suq intern huwa pedament tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-bidu tiegħu, kien kontributur ewlieni għat-tkabbir, għall-iżvilupp ekonomiku, għall-prosperità, għall-kompetittività u għall-impjiegi. Huwa ġġenera opportunitajiet ġodda u ekonomiji ta' skala għan-negozji Ewropej, b'mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), għar-raggruppamenti u għan-netwerks tal-intrapriżi u għall-konsorzju tal-kumpaniji, u saħħaħ il-kompetittività industrijali tagħhom, u kellu l-għan ukoll li joħloq u jsaħħaħ il-katina tal-valur fejn in-negozji jkunu involuti fl-aspetti kollha tal-proċess. Is-suq intern ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' impjiegi u offra għażla akbar bi prezzijiet orħos lill-konsumaturi. Qed ikompli jkun magna għall-iżgurar tat-tkabbir ekonomiku u għall-bini ta' ekonomija sostenibbli, aktar b'saħħitha, aktar bilanċjata trasparenti, inklużiva u aktar ġusta. Huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-UE u l-aħjar assi tagħha f'dinja li kulma tmur qed tkun dejjem aktar globalizzata u element prinċipali fis-suċċess tat-trasformazzjoni f'ekonomija sostenibbli effiċjenti fir-riżorsi u fl-enerġija.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet għan-negozji u għall-individwi, toħloq prodotti u mudelli ta' negozju ġodda iżda tikkostitwixxi wkoll sfida għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar.

(2)  Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali, tnaqqis fit-tibdil fil-klima u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali u mudelli ġodda ta' negozju kollaborattiv jkomplu jipprovdu opportunitajiet għan-negozji, għall-impjegati u għall-individwi, joħolqu prodotti, servizzi u mudelli ta' negozju sostenibbli ġodda, aktar effiċjenti fir-riżorsi u fl-enerġija iżda jikkostitwixxu wkoll opportunità u sfida għall-forza tax-xogħol, għall-kompetittività tan-negozji u għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu għad fadal ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern jew qed jitfaċċaw ostakoli ġodda. L-istabbiliment tar-regoli huwa biss l-ewwel pass iżda li jirnexxielhom jaħdmu huwa daqstant importanti. Fl-aħħar mill-aħħar din hija kwistjoni ta' fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni, fil-kapaċità tagħha li tagħti riżultati, u l-abbiltà tagħha li toħloq impjiegi u tkabbir filwaqt li tipproteġi l-interess pubbliku.

(4)  Madankollu għad fadal ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern jew qed jitfaċċaw ostakoli ġodda. L-istabbiliment tar-regoli huwa biss l-ewwel pass iżda li jirnexxielhom jaħdmu huwa daqstant importanti. Fl-aħħar mill-aħħar dan ifisser li jinħolqu kundizzjonijiet utli sabiex tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni, fil-kapaċità tagħha li tagħti riżultati, u l-abbiltà tagħha li toħloq impjiegi ta' kwalità tajba u tkabbir sostenibbli filwaqt li tipproteġi l-interess pubbliku.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjenti. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(5)  Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn diversi azzjonijiet, li joħolqu valur miżjud permezz tat-titjib tal-addizzjonalità u li jiġi previst qafas ta' finanzjament aktar flessibbli u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb li jkun effiċjenti, li jkun favur il-konsumaturi u li jqis l-aspetti ambjentali u soċjali. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Il-programm jenħtieġ li jikkunsidra wkoll il-valur miżjud tal-Unjoni tad-diversi interventi, l-effettività u r-riżultati tagħhom, u l-prattiki tajbin jenħtieġ li jiġu ppreservati u mtejba. Dan jenħtieġ li jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li jkollhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern, itejbu l-iżvilupp ekonomiku lokali u jintervjenu meta r-riskju ta' falliment tas-suq ikun kbir ħafna.

Ġustifikazzjoni

L-inizjattivi l-ġodda fil-qasam tal-iżvilupp ekonomiku jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-Programm.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea (il-"Programm"). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta' żmien ta' seba' snin mill-2021 sal-2027.

(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm għas-suq intern, għall-kompetittività u għas-sostenibbiltà tal-intrapriżi, b'attenzjoni partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, għar-raggruppamenti, għan-netwerks tal-intrapriżi, għall-konsorzju tal-kumpaniji u għall-istatistika Ewropea (il-"Programm"). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta' żmien ta' seba' snin mill-2021 sal-2027.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex jagħti s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern: lin-negozji, liċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura l-kompetittività tan-negozji, b'mod partikolari tal-SMEs, iżda wkoll li jappoġġa l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli ta' sikurezza u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom l-għodod ġusti, l-għarfien u l-kompetenza biex jagħmlu deċiżjonijiet informati u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar ta' standards ukoll billi jiżgura l-involviment l-aktar wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali.

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb u t-titjib tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex jagħti s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern: lin-negozji, lill-impjegati, liċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet pubbliċi billi jibni fuq is-suċċess tal-programm attwali għall-kompetittività tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (COSME). Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura l-kompetittività tan-negozji, b'mod partikolari tal-SMEs, iżda wkoll li jappoġġa l-kundizzjonijiet għall-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità, l-iżvilupp ekonomiku lokali, l-infurzar tal-protezzjoni ta' livell għoli tal-konsumatur, ir-regoli ta' sikurezza kif ukoll l-istandards ambjentali u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom l-informazzjoni, l-għodod, it-taħriġ, l-għarfien u l-kompetenza adegwati biex jagħmlu deċiżjonijiet informati u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku u l-appoġġ liċ-Ċentri ta' Għarfien Diġitali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar ta' standards ukoll billi jiżgura l-involviment l-aktar wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Il-fużjoni tal-programmi eżistenti jenħtieġ li ma twassalx għal inqas ċarezza u trasparenza. Il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Istati Membri jenħtieġ li tfittex li tipprovdi informazzjoni preċiża u f'waqtha dwar il-programmi u tqajjem sensibilizzazzjoni fost il-benefiċjarji potenzjali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Suq intern modern jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewropej joħolqu l-impjiegi u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jiksbu dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli, u jiżgura qafas regolatorju li jista' jakkomoda mudelli ta' negozju innovattivi ġodda.

(9)  Suq intern modern jippromwovi l-kompetizzjoni, servizzi ta' kwalità għolja għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati. Joħloq ambjent favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll jiżgura funzjonament aħjar tas-servizzi ta' kwalità għolja ta' interess ekonomiku ġenerali L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewropej joħolqu l-impjiegi ta' kwalità u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jinkiseb dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli, u jiżgura qafas regolatorju li jista' jakkomoda mudelli ta' negozju innovattivi ġodda filwaqt li jkunu konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni soċjali inkluż għall-intraprendituri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-isfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda huma relatati mat-tibdil rapidu fl-ambjent tar-rivoluzzjoni diġitali, fir-rigward ta' kwistjonijiet bħaċ-ċibersigurtà, l-Internet tal-Oġġetti jew l-Intelliġenza Artifiċjali. Jekk issir il-ħsara, ir-regoli stretti dwar is-sikurezza tal-prodotti u r-responsabbiltà għalihom huma essenzjali biex jiġi żgurat rispons politiku li jippermetti liċ-ċittadini Ewropej, inkluż il-konsumaturi u n-negozji li jibbenefikaw minn regoli bħal dawn. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-adattament u l-infurzar rapidi tal-iskema ta' responsabbiltà għall-prodotti tal-Unjoni li trawwem l-innovazzjoni.

(11)  L-isfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda huma relatati mat-tibdil rapidu fl-ambjent tar-rivoluzzjoni diġitali, fir-rigward ta' kwistjonijiet bħaċ-ċibersigurtà, il-politika ta' privatezza u l-protezzjoni tad-data, l-Internet tal-Oġġetti jew l-Intelliġenza Artifiċjali u l-istandards tekniċi relatati. Din l-isfida kumplessa, li hija teknoloġika, kulturali, organizzattiva u soċjali, jenħtieġ li tiġi indirizzata bl-appoġġ tas-setturi u l-atturi kollha kkonċernati. Jekk issir il-ħsara, ir-regoli stretti dwar is-sikurezza tal-prodotti u r-responsabbiltà għalihom huma essenzjali biex jiġi żgurat rispons politiku li jippermetti liċ-ċittadini Ewropej, inkluż il-konsumaturi u n-negozji li jaċċessaw u li jibbenefikaw minn regoli bħal dawn. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-adattament u l-infurzar rapidi tal-iskema ta' responsabbiltà għall-prodotti tal-Unjoni li trawwem l-innovazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-akkwist pubbliku jintuża mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw valur għall-flejjes pubbliċi minfuqa u biex jikkontribwixxu għal suq intern aktar innovattiv, sostenibbli, inklużiv u kompetittiv. Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51 jipprovdu l-qafas legali għall-integrazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-swieq tal-akkwist pubbliku li jirrappreżentaw 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, inkluż l-konsumaturi. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jiżguraw adozzjoni usa' tal-akkwist pubbliku strateġiku, il-professjonalizzazzjoni ta' xerrejja pubbliċi, aċċess imtejjeb għas-swieq tal-akkwist għall-SMEs, aktar trasparenza, integrità u data mtejba, it-titjib tat-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist u l-promozzjoni ta' akkwist konġunt, permezz tat-tisħiħ tal-approċċ ta' sħubija mal-Istati Membri, it-titjib tal-ġbir tad-data u tal-analiżi tad-data, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' għodod tal-IT iddedikati, l-appoġġ għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin, l-għoti ta' gwida, it-tiftix ta' ftehimiet kummerċjali ta' benefiċċju, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u t-tnedija ta' proġetti pilota.

(15)  L-akkwist pubbliku jintuża mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw valur għall-flejjes pubbliċi minfuqa u biex jikkontribwixxu għal suq intern aktar innovattiv, sostenibbli, inklużiv u kompetittiv. Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51 jipprovdu l-qafas legali għall-integrazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-swieq tal-akkwist pubbliku li jirrappreżentaw 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, inkluż l-konsumaturi. Permezz tal-politika ta' akkwist tagħhom, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jistabbilixxu u jappoġġaw swieq għal oġġetti u servizzi innovattivi. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jiżguraw adozzjoni usa' tal-akkwist pubbliku strateġiku, użu aktar sistematiku ta' kriterji fil-qasam ambjentali, soċjali u tal-kummerċ ġust fl-għoti ta' kuntratti, il-professjonalizzazzjoni ta' xerrejja pubbliċi, aċċess imtejjeb għas-swieq tal-akkwist għall-SMEs, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u n-netwerks tal-organizzazzjonijiet tan-negozju, aktar trasparenza, integrità u data mtejba, it-titjib tat-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist u l-promozzjoni ta' akkwist konġunt, permezz tat-tisħiħ tal-approċċ ta' sħubija mal-Istati Membri, it-titjib tal-ġbir tad-data u tal-analiżi tad-data, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' għodod tal-IT iddedikati, l-appoġġ għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin, l-għoti ta' gwida, it-tiftix ta' ftehimiet kummerċjali ta' benefiċċju, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u t-tnedija ta' proġetti pilota.

__________________

__________________

49 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

49 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

50 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

50 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

51 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

51 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt soċjetarju u l-governanza korporattiva, kif ukoll il-liġi kuntrattwali, bl-għan li n-negozju jsir aktar effiċjenti u kompetittiv filwaqt li tingħata protezzjoni lill-partijiet ikkonċernati affettwati mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji, u li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ta' politiki emerġenti. Jenħtieġ ukoll li jiżgura evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-acquis rilevanti, jinforma u jassisti lill-partijiet ikkonċernati u jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa aktar l-inizjattivi tal-Kummissjoni favur qafas legali ċar u adattat għall-ekonomija tad-data u għall-innovazzjoni. Dawk l-inizjattivi huma neċessarji biex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-liġi kuntrattwali u extra kuntrattwali, b'mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà u l-etika fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti, bħal pereżempju l-internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-istampar 3D. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jiġi stimulat l-iżvilupp tan-negozju mmexxi mid-data, minħabba li dan se jkun deċiżiv għall-pożizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni f'kompetizzjoni dinjija.

(17)  Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt soċjetarju u l-governanza korporattiva, kif ukoll il-liġi kuntrattwali, bl-għan li n-negozju jsir aktar effiċjenti u kompetittiv filwaqt li tingħata protezzjoni lill-partijiet ikkonċernati affettwati mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji, u li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ta' politiki emerġenti. Jenħtieġ ukoll li jiżgura evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-acquis rilevanti, jinforma u jassisti lill-partijiet ikkonċernati u jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa aktar l-inizjattivi tal-Kummissjoni favur qafas legali ċar u adattat għall-ekonomija tad-data u għall-innovazzjoni. Dawk l-inizjattivi huma neċessarji biex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-liġi kuntrattwali u extra kuntrattwali, b'mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà u l-etika fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti, bħal pereżempju l-internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-istampar 3D. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jiġi stimulat l-iżvilupp tan-negozju mmexxi mid-data filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-privatezza, minħabba li dan se jkun deċiżiv għall-pożizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni f'kompetizzjoni dinjija.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Huwa importanti ferm li tissaħħaħ il-kompetittività tal-impriżi Ewropej waqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-Ewropa, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda b'dimensjoni reġjonali u lokali.

(22)  Huwa importanti ferm li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-impriżi Ewropej waqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-Ewropa, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda ta' kwalità fis-setturi kollha b'dimensjoni reġjonali u lokali, u b'hekk koeżjoni soċjali.

L-SMEs huma strumentali biex tiġi segwita t-tranżizzjoni tal-enerġija u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Pariġi. Il-Programm jenħtieġ għalhekk li jtejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw prodotti u servizzi ta' kwalità għolja u favur l-ambjent u li jappoġġa l-isforzi tagħhom biex iżidu l-effiċjenza fir-riżorsi, f'konformità mal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel". B'hekk, il-Programm jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb il-kompetittività tal-SMEs tal-Unjoni fis-suq globali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-SMEs jikkondividu sfidi komuni li ma jaffettwawx ditti akbar bl-istess mod biex jiksbu finanzjament, biex isibu forza tax-xogħol bl-aqwa ħiliet, biex itaffu l-piż amministrattiv, biex jadottaw il-kreattività u l-innovazzjoni, biex jaċċessaw is-swieq u biex irawmu attivitajiet ta' internazzjonalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-Programm jindirizza t-tali fallimenti tas-suq b’mod proporzjonat, filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn.

(23)  L-SMEs jikkondividu sfidi komuni li ma jaffettwawx ditti akbar bl-istess mod biex jiksbu finanzjament, biex isibu forza tax-xogħol bl-aqwa ħiliet, biex itaffu l-piż amministrattiv, biex jadottaw il-kreattività u l-innovazzjoni, biex jaċċessaw is-swieq, u biex irawmu attivitajiet ta' internazzjonalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-Programm jindirizza t-tali fallimenti tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn. B'mod partikolari, il-programm jenħtieġ li joħloq kundizzjonijiet xierqa biex tiġi introdotta l-innovazzjoni teknoloġika u organizzattiva fil-proċessi ta' produzzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni lil forom speċifiċi ta' SMEs bħal mikrointrapriżi, intrapriżi involuti f'attivitajiet artiġjanali, dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali u intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni lil intraprendituri potenzjali, ġodda, żgħażagħ u nisa, kif ukoll lil gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħall-anzjani, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a)  Il-programm jenħtieġ li jappoġġa u jippromwovi kultura tal-innovazzjoni, filwaqt li jiżviluppa ekosistema li tkun kapaċi tiffavorixxi l-ħolqien u t-tkabbir tal-intrapriżi, b'mod partikolari l-intrapriżi mikro u l-SMEs innovattivi li jkunu kapaċi jappoġġaw l-isfidi ta' ambjent dejjem aktar kompetittiv u mgħaġġel. Il-bidla kbira fil-proċessi tal-innovazzjoni teħtieġ l-iżvilupp ta' mudell ta' innovazzjoni miftuħa biż-żieda tar-riċerka kollaborattiva u tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-proprjetà intellettwali bejn organizzazzjonijiet differenti. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa l-proċess tal-innovazzjoni li jinkorpora mudelli kummerċjali kollaborattivi ġodda ċċentrati fuq l-iżvilupp tan-netwerks u fuq l-integrazzjoni tal-għarfien u tar-riżorsi fi ħdan il-komunitajiet interorganizzattivi.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi żviluppata ekosistema ta' innovazzjoni li tista' tkun katalizzatur ekonomiku.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23b)  Il-Programm jenħtieġ li jindirizza dawn il-fallimenti tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali lill-azzjonijiet li huma ta' benefiċċju dirett għall-SMEs u għan-netwerks tal-intrapriżi, u filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn.

Ġustifikazzjoni

Il-Programm jenħtieġ li jqis l-SMEs u n-netwerks tal-intrapriżi fl-attivitajiet kollha tiegħu.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex jiksbu l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u ma jkollhomx biżżejjed kollateral. Sfidi addizzjonali ta' finanzjament jirriżultaw mill-ħtieġa tal-SMEs li jibqgħu kompetittivi billi jinvolvu ruħhom eż. fl-attivitajiet ta' diġitalizzazzjoni, internazzjonalizzazzjoni u innovazzjoni u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. L-aċċess limitat għall-finanzjament għandu effett negattiv fuq il-ħolqien, it-tkabbir u r-rati ta' sopravivenza tan-negozji, kif ukoll fuq ir-rieda ta' intraprendituri ġodda li jidħlu responsabbli għal kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta' suċċessjoni ta' negozju.

(24)  Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex jiksbu l-aċċess għall-finanzi minħabba li jkollhom nuqqas ta' informazzjoni, jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom, ma jkollhomx biżżejjed kollateral jew sempliċement minħabba li jkollhom ftit sensibilizzazzjoni dwar mekkaniżmi eżistenti li jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom fil-livell tal-UE, nazzjonali jew lokali. Sfidi addizzjonali ta' finanzjament jirriżultaw mid-daqs iżgħar tal-intrapriżi mikro u mill-ħtieġa tal-SMEs li jibqgħu kompetittivi billi jinvolvu ruħhom eż. fl-attivitajiet ta' diġitalizzazzjoni, internazzjonalizzazzjoni u innovazzjoni u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. L-aċċess limitat għall-finanzjament għandu effett negattiv fuq il-ħolqien, it-tkabbir u r-rati ta' sopravivenza tan-negozji, kif ukoll fuq ir-rieda ta' intraprendituri ġodda li jidħlu responsabbli għal kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta' suċċessjoni ta' negozju.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Sabiex jingħelbu dawn il-fallimenti tas-suq u biex tiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ permezz ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Il-faċilità tal-garanzija għal self stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU.

(25)  Sabiex jingħelbu dawn il-fallimenti tas-suq u biex jiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, u bħala xprunatur għal ekonomija sostenibbli, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ permezz ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Il-faċilità tal-garanzija għal self stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53 uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. Jenħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lil komunikazzjoni aħjar u lill-kampanji pubbliċi sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni għal benefiċjarji potenzjali tad-disponibbiltà tal-programm għall-SMEs. Biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni li jappoġġaw l-SMEs, l-azzjonijiet li huma kompletament jew parzjalment iffinanzjati minn dan il-programm, inklużi l-intermedjarji, jenħtieġ li jinkorporaw l-emblema Ewropea (il-bandiera) assoċjata ma' sentenza li tirrikonoxxi l-appoġġ riċevut mill-programm COSME.

__________________

__________________

52 COM(2018)439 final

52 COM(2018)439 final

53 Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

53 Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-objettivi ta' politika ta' dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(26)  L-objettivi ta' politika ta' dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. It-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU jenħtieġ li jkollha punt ġenerali ċentrali li jipprovdi informazzjoni dwar il-programm f'kull Stat Membru, sabiex jiżdiedu l-aċċessibbiltà u s-sensibilizzazzjoni dwar il-fondi għall-SMEs. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern, u jenħtieġ li joffri b'mod ċar addizzjonalità u jtejjeb is-sinerġiji mal-programmi Ewropej l-oħra. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a)  L-azzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-industrija tal-UE jew l-industrija tal-Istati Membri jenħtieġ li ma jidduplikawx il-finanzjamenti privati jew jissostitwixxuhom, u lanqas ma għandhom ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern iżda, b'referenza għall-iskemi ta' garanzija pubbliċi u privati lokali li diġà huma stabbiliti, għandhom jiffavorixxu l-integrazzjoni ma' dawn is-sistemi bil-għan prinċipali li jsaħħu u jżidu l-benefiċċji reali għar-riċevituri finali (l-SMEs identifikati mid-definizzjoni pprovduta fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE), bil-għan li jkun hemm addizzjonalità reali tal-interventi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26b)  Minbarra l-aċċess għall-finanzjament, l-aċċess għall-ħiliet huwa kruċjali wkoll, fosthom il-ħiliet u l-għarfien maniġerjali li huma fatturi kritiċi għall-SMEs biex jaċċessaw fondi eżistenti, jinnovaw, jikkompetu u jikbru. Għalhekk, it-twassil ta' strumenti finanzjarji kif previst taħt InvestEU jenħtieġ li jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta' skemi xierqa ta' mentoraġġ u ta' kkowċjar u għoti ta' servizzi kummerċjali bbażati fuq l-għarfien.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi industrijali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. L-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda jenħtieġ li tibqa' l-għodda biex tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jagħmel ħiltu biex jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

(27)  Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jipprovdi assistenza li tvarja mit-tħejjija tal-proġetti għall-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċess għas-suq, u jħeġġeġ il-ħolqien ta' netwerks tal-intrapriżi. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi ekonomiċi u intraprenditorjali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. Dan għandu jappoġġa wkoll parteċipazzjoni msaħħa tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs fl-iżvilupp tal-inizjattivi ta' Politika tas-Suq Uniku, bħall-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' standardizzazzjoni u l-iskemi ta' proprjetà intellettwali. In-Netwerk jenħtieġ li jżid ukoll l-għadd ta' azzjonijiet, filwaqt li jipprovdi pariri aktar immirati lejn l-SMEs, fl-abbozzar tal-proġetti u l-appoġġ għan-netwerking u t-tranżizzjoni teknoloġika u organizzattiva. In-Netwerk jenħtieġ li jtejjeb ukoll il-kooperazzjoni u l-kollegament ma' Ċentri ta' Konsulenza oħra stabbiliti fil-programm Diġitali u f'InvestEU fir-rigward tal-aċċess għall-finanzi. L-azzjonijiet tal-COSME fin-Netwerk jenħtieġ li jkollhom l-għan ukoll li jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja madwar l-Ewropa, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għal oqsma ta' attivitajiet u partijiet ġeografiċi tal-Unjoni fejn in-Netwerks u l-partijiet ikkonċernati intermedjarji ma jiksbux ir-riżultati mistennija. L-iskema ta' mentoraġġ ta' suċċess għall-intraprendituri ġodda - Erasmus għall-Intraprendituri - jenħtieġ li tibqa' l-għodda biex tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju u maniġerjali billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti. Sabiex jiżdied il-valur miżjud mill-promozzjoni ta' inizjattivi tal-intraprenditorija, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-intraprendituri tal-intrapriżi mikro u għal dawk li jkunu bbenefikaw l-anqas mill-programm eżistenti, u fejn il-kultura tal-intraprenditorija għadha f'livell bażiku ħafna u tiffaċċja aktar ostakli. Jenħtieġ li jsir kull sforz biex tinkiseb distribuzzjoni tal-fondi ġeografikament u raġonevolment ibbilanċjata.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a)  Jenħtieġ li jsir aktar sforz biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex tiżdied l-aċċessibbiltà tal-programmi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż li jiffaċċjaw l-SMEs u l-mikrointrapriżi minħabba proċess ta' applikazzjoni kkumplikat u rekwiżiti tal-parteċipazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni għall-impriżi interessati li jużaw fondi tal-Unjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta' servizz. Il-proċedura ta' evalwazzjoni jenħtieġ li tkun sempliċi u rapida kemm jista' jkun sabiex ikun jista' jsir użu f'waqtu tal-benefiċċji li joffri l-programm.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Ir-raggruppamenti huma għodda strateġika għall-appoġġ tal-kompetittività u t-tkabbir tal-SMEs minħabba li joffru ambjenti tan-negozju favorevoli. L-Inizjattivi ta' Raggruppamenti Konġunti jenħtieġ li jiksbu massa kritika biex jitħaffef it-tkabbir tal-SMEs. Permezz tal-konnessjoni ta' ekosistemi speċjalizzati, ir-raggruppamenti joħolqu opportunitajiet tan-negozju ġodda għall-SMEs u jintegrawhom aħjar fil-ktajjen ta' valur strateġiċi Ewropej u dinjija. Jenħtieġ li jiġi provdut appoġġ għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' sħubija transnazzjonali u għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet konġunti, appoġġati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti. Jenħtieġ li titħeġġeġ is-sħubija sostenibbli b'finanzjament kontinwu jekk jintlaħqu l-miri ta' prestazzjoni u parteċipazzjoni. L-appoġġ dirett għall-SMEs jenħtieġ li jgħaddi mill-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għal dan li ġej: l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati, mudelli ta' negozju ġodda, soluzzjonijiet b’użu baxx ta' karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi, il-kreattività u t-tfassil, l-aġġornament tal-ħiliet, l-attrazzjoni tat-talent, l-aċċellerazzjoni tal-intraprenditorija u l-internazzjonalizzazzjoni. Atturi ta' appoġġ għall-SMEs speċjalizzati oħra jenħtieġ li jiġu assoċjati biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni industrijali u l-implimentazzjonijiet ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tkabbir u jibni rabtiet maċ-ċentri ta' innovazzjoni (diġitali) tal-Unjoni u mal-investimenti taħt il-Politika ta' Koeżjoni u Orizzont Ewropa. Jistgħu wkoll jiġu esplorati s-sinerġiji mal-programm Erasmus.

(28)  Ir-raggruppamenti huma għodda strateġika għall-appoġġ tal-kompetittività u t-tkabbir tal-SMEs minħabba li joffru ambjenti tan-negozju favorevoli, iżidu l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija u tas-servizzi u jsaħħu l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni permezz tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità. L-Inizjattivi ta' Raggruppamenti Konġunti jenħtieġ li jiksbu massa kritika biex jitħaffef it-tkabbir tal-SMEs. Permezz tal-konnessjoni ta' ekosistemi speċjalizzati, ir-raggruppamenti joħolqu opportunitajiet tan-negozju ġodda għall-SMEs u jintegrawhom aħjar fil-ktajjen ta' valur strateġiċi Ewropej u dinjija. Jenħtieġ li jiġi provdut appoġġ għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' sħubija transnazzjonali u għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet konġunti, appoġġati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti. Jenħtieġ li titħeġġeġ is-sħubija sostenibbli b'finanzjament kontinwu jekk jintlaħqu l-miri ta' prestazzjoni u parteċipazzjoni. L-appoġġ dirett għall-SMEs jenħtieġ li jgħaddi mill-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għal dan li ġej: l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati, mudelli ta' negozju ġodda, soluzzjonijiet, il-kreattività u t-tfassil, l-aġġornament tal-ħiliet, l-attrazzjoni tat-talent, l-aċċellerazzjoni tal-intraprenditorija u l-internazzjonalizzazzjoni. Atturi ta' appoġġ għall-SMEs speċjalizzati oħra jenħtieġ li jiġu assoċjati biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni industrijali u l-implimentazzjonijiet ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u jibni rabtiet maċ-ċentri ta' innovazzjoni (diġitali) tal-Unjoni u mal-investimenti taħt il-Politika ta' Koeżjoni u Orizzont Ewropa. Jistgħu wkoll jiġu esplorati s-sinerġiji mal-programm Erasmus.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a)  Il-programm jista' jikkontribwixxi biex iżid u/jew itejjeb ir-relazzjoni bejn intrapriżi mikro, żgħar u medji ma' Universitajiet, ċentri ta' riċerka u istituzzjonijiet oħra relatati mal-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien. Din il-konnessjoni tista' tgħin biex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-intrapriżi biex jindirizzaw l-isfidi strateġiċi li joħloq l-ambjent internazzjonali l-ġdid.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28b)  L-SMEs, minħabba d-daqs iżgħar tagħhom, iħabbtu wiċċhom ma' ostakli speċifiċi għat-tkabbir u għandhom diffikultajiet kbar biex jikbru u jiżviluppaw xi wħud mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-Unjoni ilha tipprovdi appoġġ biex jiżdiedu l-attivitajiet li jiffukaw fuq l-innovazzjoni fir-riċerka, prinċipalment permezz tal-Istrument għall-SMEs u l-proġett pilota riċenti tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni fi ħdan il-programm Orizzont 2020. Abbażi tal-metodi ta' ħidma u l-esperjenzi tal-Istrument għall-SMEs, il-Programm tas-Suq Uniku jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal attivitajiet ta' espansjoni mill-SMEs li jikkumplimentaw l-EIC il-ġdid bl-enfasi speċifika tiegħu fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja taħt Orizzont Ewropa. L-azzjonijiet ta' espansjoni għall-SMEs taħt dan il-programm għandhom jiffukaw, pereżempju, fuq l-għajnuna permezz tal-kummerċjalizzazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni u l-opportunitajiet immexxija mis-suq.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-kreattività u l-innovazzjoni huma kruċjali għall-kompetittività tal-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw katalizzaturi għall-modernizzazzjoni industrijali u jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Madankollu, l-adozzjoni mill-SMEs għadha lura. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet immirati, in-netwerks u s-sħubiji għall-innovazzjoni mmexxija mill-kreattività tul il-katina tal-valur industrijali.

(29)  Il-kreattività u l-innovazzjoni, it-trasformazzjoni teknoloġika u organizattiva, sostenibbiltà msaħħa f'termini tal-proċessi tal-produzzjoni, b'mod partikolari l-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija, huma kruċjali għall-kompetittività tal-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw katalizzaturi għall-modernizzazzjoni tas-setturi tan-negozji u l-industrija u jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Madankollu, l-adozzjoni mill-SMEs għadha lura. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet immirati, in-netwerks u s-sħubiji għall-innovazzjoni mmexxija mill-kreattività tul il-katina tal-valur industrijali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29a)  Jirrikonoxxi li l-Istrument għall-SMEs ta' Orizzont 2020 kellu suċċess kbir għall-intraprendituri kemm fl-għotjiet tal-fażi 1 kif ukoll f'dawk tal-fażi 2 biex javvanzaw l-idea kummerċjali ġdida tagħhom u biex jittestjaw u jiżviluppaw prototip. Filwaqt li l-proċess tal-għażla huwa diġà rigoruż ħafna, xorta waħda ħafna proġetti tajbin ħafna ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba riżorsi finanzjarji limitati. L-implimentazzjoni fil-qafas tal-Aġenzija EASME tal-SMEs kienet qiegħda taħdem b'mod effiċjenti ħafna. Filwaqt li l-fokus ta' dak il-programm huwa fuq proġetti b'teknoloġija avvanzata, dan il-programm jenħtieġ li jestendi l-metodoloġija għal kwalunkwe tip ta' SME li qed tespandi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 29b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29b)  L-azzjonijiet tal-COSME jenħtieġ li jiffokaw ukoll fuq is-setturi kkaratterizzati minn potenzjal sinifikanti ta' tkabbir u soċjali u li jkollhom proporzjon għoli ta' SMEs. It-turiżmu huwa settur wieħed tal-Ekonomija tal-Unjoni li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-PDG tal-Unjoni u primarjament jitmexxa mill-SMEs. L-Unjoni jenħtieġ li tkompli u żżid l-azzjonijiet li jappoġġaw l-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur.

Ġustifikazzjoni

Il-Programm jenħtieġ li jiffoka fuq is-settur tat-turiżmu, meta titqies l-importanza tiegħu fil-kuntest Ewropew.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti fis-suq intern. Huma ta' interess vitali għall-kompetittività tal-impriżi, u speċjalment tal-SMEs. Huma wkoll għodda kruċjali biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma ewlenin bħall-enerġija, it-tibdil fil-klima, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, l-innovazzjoni, is-sikurezza tal-prodotti, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-popolazzjoni li qed tixjiħ, u b'hekk jikkontribwixxu għas-soċjetà kollha.

(30)  L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti fis-suq intern. Huma ta' interess vitali għall-kompetittività tal-impriżi, u speċjalment tal-SMEs. Huma wkoll għodda kruċjali biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-miri ta' politika tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma ewlenin bħall-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien ambjentali, il-kwalità tal-arja u tal-ilma mtejba, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-użu sostenibbli u r-riċiklaġġ tar-riżorsi, l-innovazzjoni teknoloġika u soċjali, is-sikurezza tal-prodotti, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-popolazzjoni li qed tixjiħ, u b'hekk jikkontribwixxu għas-soċjetà kollha.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30a)  Il-prinċipji tat-trasparenza u tal-opportunitajiet indaqs bejn is-sessi jenħtieġ li jitqiesu fl-inizjattivi u l-azzjonijiet rilevanti kollha koperti mill-programm. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha jenħtieġ li jitqies ukoll f'dawk l-inizjattivi u l-azzjonijiet.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69 . Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 se jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi.

(65)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji, komplementarjetajiet u addizzjonalità fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 ser jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs u għall-mikrointrapriżi. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi.

__________________

__________________

69 COM(2018) 372 final

69 COM(2018) 372 final

70 COM(2018) 439 final

70 COM(2018) 439 final

71 COM(2018) 447 final

71 COM(2018) 447 final

Ġustifikazzjoni

Ġiet miżjuda referenza għall-addizzjonalità u għall-intrapriżi mikro.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill73 li għandhom l-għan li jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-settur pubbliku tal-Unjoni.

(67)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill73 li għandu l-għan li jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-settur pubbliku tal-Unjoni u aktar ċibersigurtà.

__________________

__________________

73 COM(2018) 434 final

73 COM(2018) 434 final

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u l-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-"Programm").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u n-netwerks tal-intrapriżi, u l-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-"Programm").

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  "Intrapriża tal-ekonomija soċjali" tfisser intrapriża li l-objettiv ewlieni tagħha jkun li jkollha impatt soċjali minflok ma tagħmel profitt għas-sidien jew għall-azzjonisti tagħha u li topera billi tipprovdi oġġetti u servizzi għas-suq u tiġi ġestita b'mod miftuħ u responsabbli u tinvolvi lill-impjegati, lill-konsumaturi u lill-partijiet ikkonċernati.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  "Intrapriża Pubblika Lokali" tfisser intrapriża lokali żgħira ta' servizz pubbliku li tissodisfa l-kriterji ta' SME u twettaq kompiti importanti għal komunitajiet lokali;

Ġustifikazzjoni

L-Intrapriżi Pubbliċi Lokali huma tip ta' attività intraprenditorjali b'karatteristiċi speċifiċi li għandhom jitqiesu b'mod xieraq fil-programm COSME.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  "Netwerks tal-intrapriżi" tfisser li l-intraprendituri jingħaqdu flimkien sabiex iwettqu proġett kondiviż u li fih żewġ SMEs jew aktar iwettqu attività ekonomika waħda jew aktar b'mod konġunt sabiex iżidu l-kompetittività tagħhom fis-suq.

Ġustifikazzjoni

In-netwerks tal-intrapriżi huma atturi kruċjali fis-suq intern.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b'mod speċjali li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz tal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq, l-iffissar ta' standards, u bil-promozzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tal-benessri tal-annimali; kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

(a)  Itejjeb il-kompetittività u l-funzjonament tas-suq intern b'ekonomiji lokali, jindirizza l-ineffiċjenzi tas-suq u jiffaċilita l-infurzar tal-qafas legali tal-Unjoni, jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, inkluż il-forza tax-xogħol tiegħu, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li jikkontribwixxu għall-għanijiet klimatiċi u t-tkabbir industrijali sostenibbli kif ukoll joħloq il-kundizzjonijiet għal impjiegi stabbli u ta' kwalità, l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq, l-iffissar ta' standards, u bil-promozzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tal-benessri tal-annimali; kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jagħmel is-suq intern aktar effettiv, jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli, jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi, l-akkwist pubbliku, is-sorveljanza tas-suq kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' għodod ta' governanza;

(a)  li jagħmel is-suq intern aktar effettiv, jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku lokali, jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli, jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi, l-ekonomija soċjali u l-intraprenditorija soċjali, l-akkwist pubbliku, is-sorveljanza tas-suq kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' għodod ta' governanza;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jtejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi b'enfasi speċjali fuq l-SMEs u li jikseb l-addizzjonalità permezz tal-provvediment ta' miżuri li jipprovdu forom diversi ta' appoġġ lill-SMEs, l-aċċess għas-swieq inkluż l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, ambjent tan-negozju favorevoli għall-SMEs, il-kompetittività tas-setturi, il-modernizzazzjoni tal-industrija u l-promozzjoni tal-intraprenditorija;

(b)  li jtejjeb kemm il-kompetittività kif ukoll is-sostenibbiltà tal-intrapriżi b'enfasi speċjali fuq l-SMEs u li jikseb l-addizzjonalità permezz tal-provvediment ta' miżuri (objettivi tal-COSME), b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, billi

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)  li jipprovdi diversi forom ta' appoġġ lill-SMEs, irawwem it-tkabbir, il-promozzjoni u l-ħolqien ta' SMEs, inklużi netwerks tal-intrapriżi, l-iżvilupp ta' ħiliet maniġerjali u jrawwem miżuri għall-espansjoni li jippermettulhom aċċess aħjar għas-swieq u għall-proċessi ta' internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii)  li jrawwem ambjent kummerċjali favorevoli u l-qafas għall-SMEs, inaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb il-kompetittività tas-setturi, jiżgura l-modernizzazzjoni tal-industrija inkluża t-trasformazzjoni diġitali tagħhom li tikkontribwixxi għal ekonomija reżiljenti u effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – punt iii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iii)  jippromwovi kultura intraprenditorjali u jikkontribwixxi għat-taħriġ ta' kwalità għolja tal-persunal tal-SMEs;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – punt iv (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iv)  jippromwovi opportunitajiet ġodda ta' negozju għall-SMEs li jegħlbu bidliet strutturali permezz ta' miżuri mmirati, u forom innovattivi oħra ta' azzjonijiet bħal akkwiżizzjonijiet mill-ħaddiema li jiffaċilitaw il-ħolqien tal-impjiegi u l-kontinwità tan-negozji, f'territorji affettwati minn dawn il-bidliet.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun EUR 4 088 580 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun EUR 5 514 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 6 211 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 1 000 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(b);

(a)  EUR 2 772 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 122000000 fi prezzijiet kurrenti) għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b);

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, rigward b'mod partikolari l-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni u għall-użu ta' netwerks ta' teknoloġija tal-informatika li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u l-użu u l-iżvilupp ta' għodod ta' teknoloġija tal-informatika korporattivi.

3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, rigward b'mod partikolari l-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni u għall-użu ta' netwerks ta' teknoloġija tal-informatika li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u l-użu u l-iżvilupp ta' għodod ta' teknoloġija tal-informatika korporattivi. L-ispejjeż totali tal-appoġġ amministrattiv u tekniku se jkunu limitati sabiex jippermettu d-disponibbiltà massima tal-programm biex jiffinanzja azzjonijiet koperti mill-objettivi tal-programm u m'għandhomx jaqbżu fi kwalunkwe każ limitu ta’ 5 % tal-baġit globali msemmi fl-Artikolu 4(1).

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

6.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba volontarja tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha tippubblika programmi ta' ħidma adottati għal kull wieħed mill-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu (2)(2) filwaqt li tispeċifika l-ammont ta' għotjiet li għandhom jiġu allokati.

Ġustifikazzjoni

Din hija prattika konsolidata fil-ġestjoni tal-programmi tal-UE.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ;

(a)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, u b'mod partikolari l-intrapriżi mikro, l-SMEs, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-provvista ta' mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-utenti aħħarin, għas-soċjetà ċivili u għar-rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

(b)  il-provvista ta' mekkaniżmi għar-rappreżentanti taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-utenti aħħarin, tas-soċjetà ċivili, tan-negozji u tal-impjegati mill-Unjoni biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jipprovdu forom diversi ta' appoġġ għall-SMEs;

imħassar

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, u jsaħħu t-tmexxija industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali, inkluż in-Netwerk Enterprise Europe;

(b)  li jiffaċilitaw l-aċċess tal-mikrointrapriżi, tal-SMEs u tan-netwerks tal-intrapriżi għas-swieq, inklużi swieq barra mill-Unjoni, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali, ambjentali, ekonomiċi u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, u jiffaċilitaw l-appoġġ tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jsaħħu t-tmexxija intraprenditorjali u industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq, il-piż amministrattiv u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex jagħtu s-setgħa lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern;

(c)  li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq, inaqqsu l-piż amministrattiv u jnaqqsu l-ostakli għall-istabbiliment ta' intrapriżi u l-bidu ta' negozji u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex jagħtu jippermettu lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern, inkluż l-aċċess għall-finanzi; u billi jipprovdu gwida xierqa, servizzi ta' mentoraġġ u kkowċjar għall-għoti ta' servizzi ta' negozju bbażati fuq l-għarfien;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jiffaċilitaw it-tkabbir tan-negozji, inkluż l-iżvilupp ta' ħiliet, u t-trasformazzjoni industrijali fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

(d)  li jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-tkabbir tan-negozji sostenibbli, iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-UE dwar l-ambjent u l-enerġija, jaġġornaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom, jiżviluppaw u jiffaċilitaw mudelli ġodda ta' negozju u katini tal-valur effiċjenti fir-riżorsi li jrawmu t-trasformazzjoni industrijali, teknoloġika u organizzattiva sostenibbli fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jappoġġaw il-kompetittività tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw tal-adozzjoni mill-SMEs tal-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti;

(e)  li jsaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw l-adozzjoni mill-mikrointrapriżi u mill-SMEs tal-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva u soċjali filwaqt li jtejbu r-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jrawmu ambjent tan-negozju intraprenditorjali u kultura intraprenditorjali, inkluż l-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda u li jappoġġaw lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, is-sostenibbiltà tan-negozju u n-negozji li jkunu jridu jespandu.

(f)  li jrawmu ambjent tan-negozju intraprenditorjali u kultura intraprenditorjali, jespandu l-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda u li jappoġġaw lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, is-sostenibbiltà tan-negozju u n-negozji li jkunu jridu jespandu b'attenzjoni partikolari għal intraprendituri potenzjali ġodda (jiġifieri. żgħażagħ, nisa), kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 a.  Il-Kummissjoni tista' tappoġġa l-azzjonijiet speċifiċi li ġejjin li jappoġġaw il-paragrafi (a) sa (f) biex

i. taċċellera, tappoġġa u tespandi s-servizzi ta' konsulenza permezz tan-Netwerk Enterprise Europe sabiex tipprovdi servizzi kummerċjali integrati bl-appoġġ ta' Punt Uniku ta' Kuntatt lill-SMEs tal-Unjoni li jfittxu li jesploraw opportunitajiet fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi, u billi timmonitorja li dawn tal-aħħar jipprovdu livell komparabbli ta' kwalità ta' servizz fl-Istati Membri kollha;

ii. tappoġġa l-ħolqien ta' netwerks tal-intrapriżi.

iii. tappoġġa u tespandi l-programmi ta' mobbiltà għal intraprendituri ġodda ("Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ") sabiex ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet intraprenditorjali tagħhom u sabiex ittejjeb il-kapaċità teknoloġika u l-maniġment tal-intrapriża tagħhom

iv. tappoġġa l-espansjoni tal-SMEs permezz ta' proġetti ta' estensjoni kummerċjali sinifikanti bbażati fuq opportunitajiet immexxija mis-suq (strument għall-espansjoni tal-SMEs);

v. Tappoġġa attivitajiet speċifiċi għas-settur f'oqsma kkaratterizzati minn proporzjon għoli ta' intrapriżi mikro u SMEs u kontribut kbir għall-PDG tal-Unjoni, bħas-settur tat-turiżmu.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 b.  L-azzjonijiet imwettqa permezz tan-Netwerk Enterprise Europe msemmija fil-punt 3a ġdid jistgħu jinkludu, fost oħrajn:

(i) il-faċilitazzjoni tal-internalizzazzjoni tal-SMEs u l-identifikazzjoni ta' sħab kummerċjali fis-suq intern, kooperazzjoni kummerċjali transfruntiera dwar ir-R&Ż, sħubiji ta' trasferiment tat-teknoloġija, tal-għarfien u tal-innovazzjoni.

(ii) l-għoti ta' informazzjoni, gwida u pariri personalizzati dwar id-dritt tal-Unjoni, l-opportunitajiet ta' finanzjament u ta' fondi tal-Unjoni kif ukoll dwar l-inizjattivi tal-Unjoni li jħallu impatt fuq in-negozju, inklużi t-tassazzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà, l-obbligi relatati mal-ambjent u mal-eneġrija, ix-xogħol u l-aspetti tas-sigurtà soċjali;

(iii) il-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għall-għarfien dwar l-ambjent, il-klima, l-effiċjenza fl-enerġija u l-prestazzjoni;

(iv) It-tisħiħ tan-netwerk ma' netwerks oħra ta' informazzjoni u konsulenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-EURES, iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni tal-UE u ċ-Ċentru ta' Konsulenza InvestEU.

Is-servizzi mogħtija min-Netwerk f'isem programmi oħra tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati minn dawk il-programmi.

Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet fin-Netwerk biex ittejjeb partijiet jew elementi tiegħu li ma jikkonformawx mal-istandard minimu sabiex jingħata appoġġ omoġenju lill-intrapriżi mikro u lill-SMEs madwar l-UE.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu indikaturi u standards minimi bl-għan li jitkejjel l-impatt tan-Netwerk fir-rigward tal-objettivi speċifiċi u l-effettività tal-azzjonijiet tal-COSME.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tikkomplementa forom addizzjonali ta' appoġġ għall-SMEs mhux previsti f'dan il-paragrafu.

Dawn l-atti delegati għandhom jirrispettaw l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-objettivi tal-COSME stabbiliti fl-Artikolu 3(2).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni tista' tippermetti lill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-istrument għandu jiġi ffukat biex jipprovdi appoġġ primarjament għall-benefiċjarji Ewropej. Jistgħu jkunu permessi xi eċċezzjonijiet għal entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi sabiex jibbenefikaw lill-SMEs Ewropej u lill-organizzazzjoni tal-konsumaturi, iżda dan jenħtieġ li jiġi deċiż fuq xenarju ta' każ b'każ.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni u kriterji tal-għotji

Evalwazzjoni

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu fil-verità jirreferi biss għall-evalwazzjoni.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jkun qed jipprovdi l-appoġġ.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], jew ir-Regolament (UE) XX [li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali] b'mod partikolari l-objettiv dwar il-Ħiliet Diġitali Avvanzati, bil-kundizzjoni li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jkun qed jipprovdi l-appoġġ.

Ġustifikazzjoni

Trid tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-programm Ewropa Diġitali sabiex tingħata strateġija komprensiva għall-SMEs.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-programmi ta' ħidma li jkopru l-azzjonijiet tal-COSME u li jħaddmu l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Minbarra l-elementi tal-paragrafu 1, il-programm ta' ħidma għandu jinkludi:

(i) indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni li għandha tiġi ffinanzjata;

(ii) skeda indikattiva tal-implimentazzjoni;

(iii) referenzi għal azzjonijiet oħra fil-livell tal-Unjoni li qed jiġu implimentati u li jistgħu jkunu ta' interess għall-SME u għan-netwerk fil-qafas ta' programmi jew azzjonijiet oħra tal-Unjoni.

Il-programm ta' ħidma u l-azzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati wkoll, fuq is-siti web ta' kull punt ta' kuntatt tan-Netwerk, fejn tali siti web ikunu disponibbli. Dan huwa partikolarment importanti għall-azzjonijiet indirizzati għall-SMEs.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 b.  Il-Kummissjoni għandha tħejji sal-aħħar ta' Jannar 2021 Qafas li jimplimenta l-azzjoni COSME li se tinkludi l-iskeda tal-programmi ta' ħidma u s-sejħiet, is-suġġetti u l-finanzjament allokat tagħhom u dettalji oħra meħtieġa biex jipprovdu trasparenza u prevedibbiltà għall-perjodu kollu tal-Programm u biex isaħħu l-kwalità tal-proġetti.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom, iżda mill-inqas kull sentejn, sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, fuq il-bażi tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 20, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi wkoll evalwazzjoni komprensiva tal-proċeduri, l-objettivi u l-kriterji ta' eliġibbiltà għall-prijoritajiet tal-perjodu ta' finanzjament kontinwu. Abbażi tar-riżultati ta' din l-evalwazzjoni interim, għandhom jiġu proposti rakkomandazzjonijiet għal rieżami tal-Programm.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom joperaw bi trasparenza u jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku fil-livell lokali.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżultati tal-programm għandhom jingħataw viżibbiltà fi ħdan il-komunitajiet lokali sabiex jiżdied l-għarfien tal-kontribut tal-UE għall-benesseri tas-soċjetà Ewropea.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness IV – kolonna 2 – ringiela 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 - L-għadd ta' SMEs li qed jirċievu appoġġ

1 - L-għadd ta' SMEs li qed jirċievu appoġġ mill-programm u min-Netwerk.

2 - L-għadd ta' kumpaniji appoġġati li kkonkludew sħubiji kummerċjali.

2 - L-għadd ta' kumpaniji appoġġati li kkonkludew sħubiji kummerċjali.

2a - L-għadd ta' imprendituri li jibbenefikaw minn skemi ta' konsulenza u ta' mobbiltà

2b - It-tnaqqis tal-ispejjeż u tal-ħin biex jiġu stabbiliti SMEs.

2c - L-għadd ta' netwerks tal-intrapriżi maħluqa meta mqabbel mal-linja bażi.

2d - L-għadd ta' Stati Membri li jużaw it-test tal-SME:

2e - Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri b'punt uniku ta' kuntatt għan-negozji ġodda kummerċjali.

2f - Iż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw u ż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw barra l-Unjoni meta mqabbel mal-linja bażi.

2g - Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri li jimplimentaw soluzzjonijiet tal-intraprenditorija li għandhom fil-mira tagħhom intraprendituri potenzjali, żgħażagħ, ġodda u nisa, kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra meta mqabbel mal-linja bażi

2h - Iż-żieda fil-proporzjon taċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom meta mqabbel mal-linja bażi.

2i - Il-prestazzjoni tal-SMEs fir-rigward tas-sostenibbiltà li għandha titkejjel, fost l-oħrajn, miż-żieda fil-proporzjon tal-SMEs fl-Unjoni li jiżviluppaw prodotti u servizzi tal-ekonomija blu u prodotti u servizzi ekoloġiċi1a u mit-titjib tagħhom fl-effiċjenza fir-riżorsi (li jistgħu jinkludu l-enerġija, il-materjali jew l-ilma, ir-riċiklaġġ, eċċ) meta mqabbel mal-linja bażi.

*l-indikaturi kollha għandhom jitqabblu mas-sitwazzjoni attwali fl-2018.

__________________

1a Prodotti u servizzi ekoloġiċi huma dawk b'funzjoni predominanti li jnaqqsu r-riskju ambjentali u jimminimizzaw it-tniġġis u r-riżorsi. Prodotti b'karatteristiċi ambjentali (b'ekodisinn, ekotikketta, prodotti b'mod organiku, u b'kontenut riċiklat importanti) huma inklużi wkoll. Sors: Flash Ewrobarometru 342, "SMEs, Resource Efficiency and Green Markets".

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistika Ewropea

Referenzi

COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.6.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Patrizia Toia

13.6.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

5.11.2018

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Tilly Metz, Csaba Molnár, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Patrizia Toia, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Françoise Grossetête, Werner Langen, Marisa Matias, Luděk Niedermayer, Răzvan Popa, Giancarlo Scottà

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renate Sommer

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

ECR

Hans-Olaf Henkel

ENF

Angelo Ciocca, Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis

PPE

Pilar Ayuso, Michał Boni, Jerzy Buzek, Françoise Grossetête, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Renate Sommer, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Răzvan Popa, Patrizia Toia, Martina Werner, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Tilly Metz, Julia Reda

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

1

0

ECR

Zdzisław Krasnodębski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (15.1.2019)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 2017/826

(COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Sofia Ribeiro

(*)  Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet għan-negozji u għall-individwi, toħloq prodotti u mudelli ta' negozju ġodda iżda tikkostitwixxi wkoll sfida għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar.

(2)  Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet għan-negozji u għall-individwi billi tiżgura aċċess għall-finanzi għall-aħħar ġenerazzjoni ta' teknoloġiji u toħloq prodotti u mudelli ta' negozju ġodda, iżda tikkostitwixxi wkoll sfida għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar. Mill-banda l-oħra, l-atturi kollha tas-suq jeħtieġu aktar trasparenza fil-katina tal-provvista.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern.

(3)  Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi billi jiġu miġġielda l-prattiki inġusti, li hu essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew billi jiġi provdut qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE.

(6)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew billi jiġi provdut qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ l-aktar statistika ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli reċenti dwar l-Ewropa, f'format li l-utenti jistgħu jaċċessawh b'faċilità, sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE.

_________________

_________________

47 Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

47 Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea (il-"Programm"). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta' żmien ta' seba' snin mill-2021 sal-2027.

(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea (il-"Programm"). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta' żmien ta' seba' snin mill-2021 sal-2027, biex jikkoinċidi mat-tul tal-QFP.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Suq intern modern jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewropej joħolqu l-impjiegi u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jiksbu dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli, u jiżgura qafas regolatorju li jista' jakkomoda mudelli ta' negozju innovattivi ġodda.

(9)  Suq intern modern jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewro