Proċedura : 2018/0093(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0053/2019

Testi mressqa :

A8-0053/2019

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 20
CRE 12/02/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0088

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 182kWORD 57k
31.1.2019
PE 627.711v03-00 A8-0053/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore;

(07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: David Martin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore;

(07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07971/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07972/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0446/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' ... (2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0053/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1)

Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C:2017:376.

(2)

Testi adottati, P8_TA(0000)0000.


NOTA SPJEGATTIVA

In-negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u Singapore tnedew f'Diċembru 2009. Dan ġara wara l-impass fin-negozjati għal ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u r-reġjun tal-ASEAN, li wassal lill-Kunsill jawtorizza negozjati bilaterali mal-istati membri tal-ASEAN, l-ewwel wieħed minnhom ikun preċiżament Singapore. Dan l-FTA għandu għalhekk jitqies bħala element importanti għall-objettiv aħħari li jkun hemm ftehim ta' kummerċ ħieles interreġjonali.

In-negozjati ġew konklużi fl-2012 u t-test ġie inizjalat fl-2013. Madankollu, fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-UE rigward l-investiment dirett barrani, inkluża l-protezzjoni tal-investiment miksuba bit-Trattat ta' Lisbona, il-Partijiet qablu dwar dispożizzjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-investiment u inkludewhom fil-ftehim fl-2014. Fl-2015 il-Kummissjoni ddeċidiet li titlob l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-kompetenza tal-UE biex tiffirma u tikkonkludi l-ftehim waħidha jew jekk kinitx meħtieġa l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. Id-deċiżjoni nħarġet f'Mejju 2017 u, abbażi tagħha, wara diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-arkitettura l-ġdida tal-FTAs tal-UE, il-ftehim inqasam fi ftehim kummerċjali ħieles li jikkonċerna biss l-UE u ftehim imħallat ta' protezzjoni tal-investiment. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, sfortunatament, il-ftehim ġie riferut lill-Parlament b'dewmien sinifikanti.

Ir-Repubblika ta' Singapore hija hub fir-reġjun u dan il-ftehim se jsaħħaħ il-flussi kummerċjali tal-UE mal-bqija tal-ASEAN. Il-ftehim huwa kruċjali wkoll biex jiġi evitat li l-esportaturi tal-UE jkunu fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma' negozji minn pajjiżi li Singapore diġà kkonkludiet ftehimiet kummerċjali magħhom, bħall-Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika.

Fi ħdan l-ASEAN, ir-Repubblika ta' Singapore hija bil-bosta l-akbar sieħeb tal-UE fir-reġjun, u tirrappreżenta ftit inqas minn terz tal-kummerċ f'merkanzija u servizzi bejn l-UE u l-ASEAN, u bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-investimenti bejn iż-żewġ reġjuni. Aktar minn 10 000 kumpanija Ewropea għandhom l-uffiċċji reġjonali tagħhom f'Singapore.

Singapore u l-UE jikkondividu valuri fundamentali bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll impenn qawwi favur l-iżvilupp sostenibbli u s-sistema kummerċjali multilaterali.

Meta wieħed iqis li r-Repubblika ta' Singapore diġà neħħiet kważi t-tariffi kollha tagħha minn fuq il-prodotti tal-UE li l-ftehim se jelimina kompletament, l-elementi ewlenin tal-FTA huma:

L-ostakli mhux tariffarji: Ġew indirizzati ħafna ostakli mhux tariffarji. B'mod partikolari, ir-Repubblika ta' Singapore se tirrikonoxxi t-testijiet tas-sikurezza tal-UE għall-karozzi u l-partijiet tal-karozzi kif ukoll għal ċertu apparat elettroniku. Ir-Repubblika ta' Singapore se taċċetta wkoll tikketti u marki tal-UE għall-ilbies u t-tessuti.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi: Ir-Repubblika ta' Singapore se tipproteġi madwar 190 indikazzjoni ġeografika tal-UE għall-benefiċċju tal-produtturi tal-UE fil-qasam tal-ikel u x-xorb. Ir-Repubblika ta' Singapore hija l-ħames l-ikbar suq ta' esportazzjoni fl-Asja għall-ikel u x-xorb tal-UE, fejn insibu esportazzjonijiet annwali b'valur ta' madwar EUR 2 biljun.

L-akkwist pubbliku: L-UE se tikseb aċċess ikbar biex tforni prodotti u servizzi lill-gvern ta' Singapore apparagun tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi. Dan is-suq għandu valur ta' EUR 20 biljun fis-sena.

Il-kummerċ fis-servizzi: Il-Ftehim jissalvagwardja d-dritt tal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE li jiddefinixxu, jipprovdu u jirregolaw is-servizzi pubbliċi fil-livelli kollha. Dan ma jżommx lill-gvernijiet milli jreġġgħu lura fis-servizz pubbliku kwalunkwe servizz privatizzat. Il-liberalizzazzjoni, li hija bbażata fuq approċċ ta' lista pożittiva, tkopri b'mod partikolari s-servizzi finanzjarji, postali u tal-kurrieri, tat-telekomunikazzjonijiet, tat-trasport u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Il-ftehim jipprevedi wkoll qafas biex jiġu rikonoxxuti l-professjonijiet bi kwalifiki ta' xulxin bħal periti, avukati u inġiniera.

L-iżvilupp sostenibbli Iż-żieda fil-flussi kummerċjali u fit-tkabbir ekonomiku għandha ssir b'mod parallel mad-drittijiet tax-xogħol u l-protezzjonijiet ambjentali msaħħa. Il-ftehim jorbot lill-Partijiet biex jimplimentaw b'mod effettiv il-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO li rratifikaw u li jagħmlu sforzi sostnuti biex jirratifikaw dawk pendenti. Ir-Repubblika ta' Singapore ma rratifikatx il-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni u d-Dritt għall-Organizzazzjoni rispettivament u rratifikat, u sussegwentement iddenunzjat dik dwar ix-Xogħol Furzat. Il-ftehim jinkludi wkoll impenji biex jiġu implimentati l-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali li l-Partijiet iffirmaw, inkluż il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Il-Partijiet impenjaw ruħhom ukoll favur il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tas-sajd. L-UE u Singapore qablu li jippromwovu inizjattivi ffukati fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, l-ekotikkettar u l-kummerċ ġust fost affarijiet oħra. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-ftehim jista' jitqies bħala wieħed progressiv.

F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet, il-ftehim jipprevedi mekkaniżmu ta' riżoluzzjoni tat-tilwim li jinvolvi l-gvernijiet, panel indipendenti ta' esperti u gruppi tas-soċjetà ċivili. Is-soċjetà ċivili għandha rwol importanti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. B'mod partikolari, il-ftehim jipprevedi t-twaqqif ta' gruppi konsultattivi domestiċi magħmula minn trejdjunjins, korpi ambjentali u assoċjazzjonijiet tan-negozju li jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet dwar l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Ir-rapporteur jistenna li dawn jiġu stabbiliti malajr wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

Is-salvagwardji Il-ftehim mhux biss jissalvagwardja d-dritt tal-UE li tapplika l-istandards tagħha stess għall-prodotti u s-servizzi kollha mibjugħa fl-Ewropa iżda jippreżerva wkoll id-dritt li tirregola, jiġifieri li tapplika standards ogħla ta' protezzjoni ambjentali u tax-xogħol, u jirrispetta l-prinċipju ta' prekawzjoni tal-UE.

Konklużjoni

Il-Ftehim huwa ta' importanza ġeostrateġika ewlenija. Dan huwa l-ewwel ftehim kummerċjali bilaterali li l-UE nnegozjat ma' membru tal-ASEAN u pass importanti lejn FTA interreġjonali. Barra minn hekk, dan iservi wkoll bħala punt ta' referenza għall-FTAs li l-UE qed tinnegozja attwalment ma' ekonomiji ewlenin oħra tal-ASEAN. Fi żmien meta ma nistgħux nibqgħu niddependu fuq l-Istati Uniti bħala sieħeb kummerċjali, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħna max-Xlokk tal-Asja huwa saħansitra aktar kruċjali. Fl-aħħar nett, dan huwa ftehim kummerċjali progressiv. Iż-żieda fil-flussi kummerċjali ma' Singapore trid timxi id f'id ma' livell ogħla ta' protezzjoni ambjentali u tax-xogħol, tippromwovi l-valuri tal-UE u tħares l-istandards tal-UE. Dan kollu ġie żgurat fl-FTA.

Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li dan il-ftehim jiġi approvat.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore

Referenzi

07971/2018 – C8-0446/2018 – COM(2018)01962018/0093(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

19.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

22.10.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

David Martin

16.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.12.2017

10.7.2018

5.11.2018

3.12.2018

Data tal-adozzjoni

24.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

11

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Yannick Jadot, France Jamet, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, William (The Earl of) Dartmouth, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Syed Kamall, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Paul Rübig, Pedro Silva Pereira, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jozo Radoš, Kārlis Šadurskis, Jasenko Selimovic, Mihai Ţurcanu, Anna Záborská

Data tat-tressiq

30.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

25

+

ALDE

Jozo Radoš, Frédérique Ries, Jasenko Selimovic, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

David Campbell Bannerman, Syed Kamall, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christophe Hansen, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Paul Rübig, Kārlis Šadurskis, Adam Szejnfeld, Mihai Ţurcanu, Jarosław Wałęsa, Anna Záborská

S&D

Bernd Lange, David Martin, Pedro Silva Pereira

11

-

ENF

France Jamet

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

S&D

Maria Arena, José Blanco López, Karoline Graswander-Hainz, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

1

0

S&D

Jude Kirton-Darling

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali