Proċedura : 2018/0095(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0054/2019

Testi mressqa :

A8-0054/2019

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 20
CRE 12/02/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0090

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 184kWORD 56k
30.1.2019
PE 627.720v02-00 A8-0054/2019

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra

(COM(2018)0194 – C8-0000/0000 – 2018/0095(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: David Martin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra

(COM(2018)0194 – C8-0000/0000 – 2018/0095(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07979/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07980/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0447/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta'...(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0054/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1)

Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C:2017:376.

(2)

Testi adottati, P8_TA(0000)0000.


NOTA SPJEGATTIVA

Fl-2014, fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-UE rigward l-investiment dirett barrani, inkluża l-protezzjoni tal-investiment miksuba bit-Trattat ta' Lisbona, l-UE u Singapore qablu dwar dispożizzjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-investiment u inkludewhom fil-ftehim bilaterali ta' kummerċ ħieles li beda s-sena preċedenti. Fl-2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li titlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE dwar il-kompetenza tal-UE biex tiffirma u tikkonkludi l-ftehim ta' kummerċ ħieles waħidha jew jekk kinitx meħtieġa l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. L-opinjoni ingħatat fis-16 ta' Mejju 2017 u, abbażi tagħha, wara diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-arkitettura l-ġdida tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles futuri, il-ftehim inqasam fi ftehim kummerċjali ħieles li jikkonċerna biss lill-UE u ftehim imħallat ta' protezzjoni tal-investiment.

Barra minn hekk, wara li l-UE adottat l-approċċ il-ġdid tagħha dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' infurzar (Sistema ta' Qorti tal-Investiment) kif rifless fil-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada (CETA), Singapore qabel li jirrieżamina d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment innegozjati fl-2014 u għaldaqstant li jerġa' jinfetaħ ftehim magħluq.

L-elementi ewlenin ta' dan il-ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment (IPA) jinkludu:

•  Standards ta' trattament ġust u ekwu u dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni;

•  Regoli dwar l-esproprjazzjoni diretta u indiretta;

•  Tribunal tal-Investiment tal-Prim'Istanza permanenti u Tribunal tal-Appell magħmul minn membri maħtura mill-Partijiet;

•  Il-membri tat-Tribunali jeħtiġilhom juru għarfien espert fid-dritt internazzjonali pubbliku u jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-pajjiżi rispettivi tagħhom għall-ħatra f'karigi ġudizzjarji, jew ikunu ġuristi ta' kompetenza rikonoxxuta. Huma wkoll soġġetti għal regoli stretti ta' indipendenza, integrità u mġiba etika permezz ta' kodiċi ta' kondotta vinkolanti inkluż fil-ftehim;

•  It-trasparenza tal-proċedimenti hija żgurata permezz tal-pubblikazzjoni tad-dokumenti u s-seduti huma miftuħa għall-pubbliku;

•  Id-dritt li jiġi regolat l-artikolu li jissalvagwardja d-dritt tal-Partijiet li jieħdu miżuri biex isegwu objettivi leġittimi ta' politika pubblika bħas-saħħa pubblika u l-protezzjoni ambjentali; dan għandu jillimita l-effett ta' diżinċentiv fil-qasam regolatorju;

•  Projbizzjoni ta' proċedimenti paralleli jew multipli;

•  Dispożizzjonijiet kontra abbużi tas-sistema bħal regoli għall-prevenzjoni ta' pretensjonijiet frodulenti jew manipulattivi;

•  Impenn mill-Partijiet biex isegwu l-istabbiliment ta' qorti multilaterali tal-investiment;

Il-ftehim imur lil hinn mid-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment fis-CETA, peress li huwa jinkludi Tribunal tal-Appell li jiffunzjona bis-sħiħ, kodiċi ta' kondotta għall-membri tat-Tribunali diġà inkorporat fit-test u jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta' ex imħallfin.

L-elementi l-ġodda jirriflettu d-dikjarazzjoni 36 tal-Kummissjoni u l-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-investiment u s-Sistema ta' Qorti tal-Investiment fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-iffirmar tas-CETA u ddaħħlet fil-minuti tal-Kunsill f'dik l-okkażjoni (ĠU L 11, Vol. 60, 14 ta' Jannar 2017).

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li dan il-ftehim se jissostitwixxi t-trattati bilaterali ta' investiment eżistenti bejn 13-il Stat Membru tal-UE u Singapore. Dawn it-trattati huma bbażati fuq dispożizzjonijiet skaduti dwar il-protezzjoni tal-investiment u jinkludu s-sistema kontroversjali tas-soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS).

Madankollu, sfortunatament, il-ftehim għad ma għandux dispożizzjonijiet dwar l-obbligi tal-investituri. Ir-Rapporteur iqis li, jekk min-naħa waħda, l-iżgurar tal-protezzjoni tal-investituri tagħna f'pajjiżi terzi hija leġittima, min-naħa l-oħra, l-UE għandha tiżgura wkoll li ftehimiet ta' protezzjoni tal-investiment jinkludu standards vinkolanti dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u obbligi aktar ġenerali f'termini ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra

Referenzi

07979/2018 – C8-0447/2018 – COM(2018)01942018/0095(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

19.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

22.10.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

David Martin

16.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.12.2017

10.7.2018

5.11.2018

3.12.2018

Data tal-adozzjoni

24.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, William (The Earl of) Dartmouth, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Syed Kamall, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Paul Rübig, Pedro Silva Pereira, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jozo Radoš, Kārlis Šadurskis, Jasenko Selimovic, Mihai Ţurcanu, Anna Záborská

Data tat-tressiq

30.1.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

26

+

ALDE

Jozo Radoš, Frédérique Ries, Jasenko Selimovic, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

David Campbell Bannerman, Syed Kamall, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christophe Hansen, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Paul Rübig, Kārlis Šadurskis, Adam Szejnfeld, Mihai Ţurcanu, Jarosław Wałęsa, Anna Záborská

S&D

José Blanco López, Bernd Lange, David Martin, Pedro Silva Pereira

11

-

ENF

France Jamet

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali