Proċedura : 2018/2114(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0055/2019

Testi mressqa :

A8-0055/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.20
CRE 14/02/2019 - 10.20

Testi adottati :

P8_TA(2019)0134

RAPPORT     
PDF 351kWORD 97k
30.1.2019
PE 630.622v01-00 A8-0055/2019

dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

(2018/2114(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: György Schöpflin

EMENDI
NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

Proċedura u sorsi

L-abbozzar ta' dan ir-rapport ta' implimentazzjoni ġie awtorizzat mill-Konferenza tal-Presidenti fil-31 ta' Mejju 2018. Ir-rapport għandu l-għan li jeżamina u jevalwa kif ġew implimentati l-mekkaniżmi istituzzjonali li jiżguraw kontroll demokratiku fuq l-aġenziji deċentralizzati.

Bi tħejjija għal dan ir-rapport ta' implimentazzjoni, ir-Rapporteur ġabar l-informazzjoni u qagħad fuq is-sorsi li ġejjin, fost l-oħrajn:

  laqgħat tekniċi mal-Kummissjoni u man-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE;

  studju mill-Prof. Ellen Vos, bit-titolu "EU agencies, Common Approach and Parliamentary Scrutiny" (L-aġenziji tal-UE, Approċċ Komuni u Skrutinju Parlamentari)(1), ippreżentat fil-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fis-27 ta' Novembru 2018;

  tweġibiet għal kwestjonarju li ntbagħat lis-segretarjati tal-kumitati bl-għan li jiġi abbozzat dan ir-rapport;

  skambju ta' fehmiet mal-Kummissjoni u tliet kumitati għal opinjoni (BUDG, ECON, ENVI) matul il-laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tat-22 ta' Ottubru;

  missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni għall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fi Vjenna;

  missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) f'Budapest u għall-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) fi Praga.

Is-sejbiet tar-riċerka

Dispożizzjonijiet tat-Trattati fir-rigward tal-aġenziji

M'hemm l-ebda definizzjoni ta' aġenziji deċentralizzati fit-Trattati. Fuq il-paġna web iddedikata għall-aġenziji u għall-korpi l-oħra tal-UE(2), il-Kummissjoni tiddeskrivi l-aġenziji tal-UE bħala "li huma differenti mill-istituzzjonijiet tal-UE – huma entitajiet legali separati stabbiliti biex iwettqu kompiti speċifiċi skont il-liġi tal-UE" u tiddistingwi bejn aġenziji deċentralizzati, aġenziji taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, aġenziji eżekuttivi, aġenziji tal-EURATOM u korpi u organizzazzjonijiet oħra.

Skont il-Kummissjoni, "aġenziji deċentralizzati jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE. L-aġenzji jappoġġjaw ukoll il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali billi jiġbru għarfien espert tekniku u speċjalizzat kemm mill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali. L-aġenziji deċentralizzati jitwaqqfu għal perjodu indefinit u huma mifruxa mal-UE kollha." Il-Kummissjoni telenka 33 aġenzija deċentralizzata fuq il-paġna tagħha(3). Bil-proposta għal Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA)(4) ġdida, l-għadd totali jiżdied għal 34.

Fl-istudju tagħha, il-Professur Vos tiddeskrivi l-aġenziji deċentralizzati bħala "korpi rregolati mil-liġi pubblika Ewropea li huma istituzzjonalment separati mill-istituzzjonijiet tal-UE, għandhom il-personalità legali tagħhom stess u ċertu grad ta' awtonomija amministrattiva u fiskali u għandhom kompiti speċifikati b'mod ċar". Hija tgħodd 36 aġenzija deċentralizzata(5) (37 jekk tingħadd l-ELA) u fil-lista tagħha tinkludi wkoll il-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (APPF) u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB). Hija tinnota li minn perspettiva funzjonali, l-aġenziji jistgħu jiġu kklassifikati skont is-sitt kompiti ewlenin li jingħataw lill-aġenziji(6):

(1) għarfien espert xjentifiku/tekniku (EASA, EASO, ECHA, EEA, EMA);

(2) informazzjoni u kooperazzjoni (BEREC, CEDEFOP, CEPOL, EASO, ECDC, EEA, EFCA,

EIGE, EIOPA, ELA, EMCDDA, EMSA, ENISA, ERA, ETF, EU-OSHA, Eurofound, Eurojust, Europol, FRA, GSA);

(3) għoti ta' servizzi (reġistrazzjoni u ċertifikazzjoni) (APPF, CPVO, EASA, ECHA, EUIPO);

(4) superviżjoni, ispezzjoni u infurzar (ACER, EBA, EDPB, EFCA, EIOPA, ELA EMSA, ERA, ESMA, SRB);

(5) faċilitazzjoni u appoġġ kif ukoll (6) eżekuzzjoni ta' programmi tal-UE (CdT, EASO, EFCA, EPPO, EU-LISA, Eurojust, Europol, FRONTEX).

Xi aġenziji jwettqu diversi funzjonijiet imsemmija hawn fuq (EASA, EASO, ECHA, EEA, EFCA, EIOPA, ELA, EMSA, ERA, Eurojust, and Europol). Xi aġenziji jistgħu jadottaw atti legalment vinkolanti fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħhom (CER, APPF, CPVO, EASA, EBA, ECHA, EIOPA, EPPO, ERA, ESMA, EUIPO, Eurojust, SRB)(7).

Minn dan t'hawn fuq jidher li ma jistax ikun hemm mudell wieħed għal klassifikazzjoni sempliċi tal-aġenziji. Barra minn hekk, distinzjoni ċara bejn it-tip jew it-tipoloġija tal-aġenziji jidher li hija diffiċli wkoll(8).

Minkejja n-nuqqas ta' definizzjoni ġenerali tal-aġenziji, bħala korpi tal-Unjoni huma jeħtiġilhom jimxu mal-prinċipju tal-għoti tas-setgħa (l-Artikolu 5 tat-TUE). L-aġenziji jissemmew b'mod espliċitu fit-Trattati f'diversi Artikoli, eż. fl-Artikolu 9 tat-TUE (iċ-ċittadinanza), l-Artikolu 15 tat-TFUE (il-prinċipju tat-trasparenza), l-Artikolu 16 tat-TFUE (il-protezzjoni tad-data), l-Artikolu 71 tat-TFUE (is-sigurtà interna), l-Artikoli 123, 124, 127, 130, 282 tat-TFUE (il-mezzi finanzjarji u l-indipendenza tal-BĊE), l-Artikolu 228 tat-TFUE (l-Ombudsman), l-Artikolu 263 tat-TFUE (eżaminazzjoni tal-legalità tal-atti), l-Artikolu 265 tat-TFUE (in-nuqqas ta' azzjoni), l-Artikolu 267 tat-TFUE (is-sentenzi preliminari), l-Artikolu 277 tat-TFUE (l-inapplikabbiltà tal-atti), l-Artikolu 287 (il-Qorti Ewropea tal-Awdituri), l-Artikolu 298 tat-TFUE (l-amministrazzjoni Ewropea), l-Artikolu 325 tat-TFUE (il-ġlieda kontra l-frodi), kif ukoll f'għadd ta' protokolli għal dawn it-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (l-Artikolu 41 dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba, l-Artikolu 42 dwar id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti, l-Artikolu 43 dwar l-Ombudsman Ewropew, l-Artikolu 51 dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta u l-Artikolu 52 dwar l-ambitu u l-interpretazzjoni ta' drittijiet u ta' prinċipji). Għalhekk, l-aġenziji, bħall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE, jeħtiġilhom iżommu l-valuri u l-prinċipji tal-UE u l-atti tagħhom huma soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u mekkaniżmi oħra ta' obbligu ta' rendikont previsti fit-Trattati.

Ma hemm l-ebda bażi ġuridika fit-Trattati biex jinħolqu aġenziji. L-aġenziji ġew stabbiliti fuq il-bażi ta' dak li issa huwa l-Artikolu 352 tat-TFUE jew fuq il-bażi tal-Artikolu rilevanti tat-Trattat tal-qasam ta' politika kkonċernat(9). Barra minn hekk, fir-rigward tal-mistoqsija dwar liema setgħat jistgħu jiġu delegati lill-aġenziji, fil-kawża tal-ESMA (magħrufa wkoll bħala "Meroni" 2.0)(10), il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ntalbet tieħu deċiżjoni dwar jekk l-awturi tat-Trattat tal-FUE, fl-Artikoli 290 tat-TFUE u 291 tat-TFUE, kellhomx l-għan li jistabbilixxu qafas ġuridiku wieħed li taħtu ċerti setgħat delegati u eżekuttivi jistgħu jiġu attribwiti biss lill-Kummissjoni jew jekk sistemi oħra għad-delega ta' dawn is-setgħat lil korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni jistgħux jiġu kkontemplati mil-leġiżlatura tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Qorti nnotat li "filwaqt li t-trattati ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni li tgħid li s-setgħat jistgħu jingħataw lil korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, madankollu għadd ta' dispożizzjonijiet fit-Trattat tal-FUE jippresupponu li teżisti din il-possibbiltà". Hija kkunsidrat li s-setgħa tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq li tadotta miżuri ta' emerġenza fir-rigward tas-swieq finanzjarji tal-Istati Membri sabiex jiġi rregolat jew ipprojbit il-bejgħ ta' pożizzjoni qasira hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni; Fil-fehma tal-Qorti, filwaqt li l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa huwa rregolat minn diversi kundizzjonijiet u kriterji li jillimitaw id-diskrezzjoni tal-awtorità, dan ma jdgħajjifx ir-regoli li jirregolaw id-delega tas-setgħat stabbilita mit-Trattat tal-FUE(11).

Id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012

Id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012(12) hija r-riżultat tal-ħidma ta' Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji stabbilit mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, wara li proposta mill-Kummissjoni fl-2005 għal Ftehim Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji(13) ma sabitx l-appoġġ meħtieġ mal-Kunsill u mal-Parlament. Il-Kumitati BUDG u CONT ġew irrappreżentati f'dan il-Grupp ta' Ħidma. Filwaqt li d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni mhuwiex legalment vinkolanti, l-istituzzjonijiet għamlu impenn biex iqisu l-Approċċ Komuni fid-deċiżjonijiet tagħhom li jikkonċernaw l-aġenziji deċentralizzati, minkejja li bit-twissija ta' analiżi każ b'każ. L-Approċċ Komuni jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment (fost l-oħrajn ir-rekwiżit ta' valutazzjonijiet tal-impatt) u t-tmiem tal-aġenziji (klawżoli ta' estinzjoni jew ta' reviżjoni, fużjonijiet possibbli), is-sede tal-aġenziji (kriterji) u r-rwol tal-pajjiż ospitanti (Ftehimiet dwar il-Kwartieri Ġenerali), l-istruttura u l-governanza tal-aġenziji (dispożizzjonijiet dwar il-Bordijiet ta' Amministrazzjoni, id-Diretturi Eżekuttivi u korpi interni oħra), l-operazzjoni tal-aġenziji (il-protezzjoni tad-data, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-komunikazzjoni, il-kondiviżjoni tas-servizzi), l-ipprogrammar tal-attivitajiet u tar-riżorsi (il-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, ir-riżorsi umani, il-baġit) u l-obbligu ta' rendikont u l-kontroll (li fost l-oħrajn jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rapport tal-attività, l-awditu u l-ħelsien mid-dejn, sistema ta' twissija, l-evalwazzjoni, it-trasparenza u r-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati).

Bħala segwitu dirett għall-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni, fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat "Pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni", li jinkludi l-inizjattivi li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, l-aġenziji, il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew. Rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni ġew ippreżentati mill-Kummissjoni fl-10 ta' Diċembru 2013 u fl-24 ta' April 2015. Il-Kummissjoni adottat ukoll linji gwida b'dispożizzjonijiet standard għal ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali, manwal dwar il-komunikazzjoni u linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-aġenziji deċentralizzati(14). Fir-rapport ta' progress tal-2015, li f'dak iż-żmien kien jirrigwarda d-diskussjonijiet interistituzzjonali li kienu għaddejjin dwar ir-reviżjoni tal-atti li jwaqqfu ċerti aġenziji, il-Kummissjoni "jiddispjaċiha li hemm nuqqas ta' impenn politiku biex jiġi żgurat ir-rispett tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, b'mod partikolari dwar ir-rwol jew il-kompożizzjoni tal-istrutturi ta' ġestjoni tal-aġenzija". Ir-rapporti ta' progress tal-Kummissjoni huma pjuttost konċiżi u ma jittrattawx il-kwistjoni tal-iskrutinju parlamentari tal-aġenziji.

L-analiżi tal-Professur Vos fir-rigward tar-rilevanza tal-Approċċ Komuni fl-atti li jistabbilixxu l-aġenziji tippreżenta stampa mħallta ta' konformità tar-regolamenti tal-aġenziji mal-Approċċ Komuni(15). Hija tinnota li filwaqt li fil-każ tal-proċedura baġitarja u r-rapporti annwali r-rata tal-konformità hija pjuttost għolja, il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni u l-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv jidher li jiddependu ħafna fuq il-kompiti tal-aġenzija. Hija tikkunsidra li l-konformità hija l-aktar problematika għall-programmi ta' ħidma tal-aġenziji fejn ir-rekwiżit li l-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar il-programm pluriennali normalment ma jiġix issodisfat. Hija tosserva wkoll li r-rati tal-konformità ftit li xejn ivarjaw bejn ir-regolamenti li ġew adottati qabel l-Approċċ Komuni u dawk li ġew adottati jew riveduti wara l-adozzjoni tal-Approċċ Komuni.

L-Approċċ Komuni ġie espost għal skrutinju aktar mill-qrib tal-Parlament fid-dawl tal-proposti tal-Kummissjoni għar-rilokazzjoni tas-sede ta' żewġ aġenziji bbażati fir-Renju Unit(16). Il-Parlament ikkunsidra li "r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur ma ġiex ikkunsidrat peress li ma ġiex involut fil-proċedura li twassal għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenziji." Il-Parlament Ewropew fakkar ukoll li "l-Approċċ Komuni mehmuż mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, iffirmata fl-2012, mhuwiex vinkolanti – kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni nfisha – u li l-qbil intlaħaq mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet". Għalhekk, il-Parlament Ewropew jinsisti li "l-proċedura segwita għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenziji tiġi riveduta u ma tibqax tintuża f'din il-forma fil-futur"(17).

F'dan ir-rigward, il-Kunsill iddikjara li "huwa jinnota t-talba tal-PE li jiġu riveduti, mill-aktar fis possibbli, id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 dwar l-Aġenziji deċentralizzati. Bħala l-ewwel pass, huwa jistieden lill-Kummissjoni biex, sa April 2019, tipprovdi analiżi fil-fond tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni fir-rigward tal-post tal-aġenziji deċentralizzati. Din l-analiżi sservi bħala bażi biex tiġi vvalutata t-triq 'il quddiem biex ikun hemm involviment mal-proċess ta' tali reviżjoni."

Skrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

Il-Parlament jista' jwettaq skrutinju fuq l-aġenziji deċentralizzati f'modi differenti:

-  bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha dwar il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE lill-aġenziji;

-  bħala l-awtorità tal-kwittanza;

-  permezz tad-deżinjazzjoni ta' membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-aġenziji;

-  permezz tal-proċedura għall-ħatra (jew it-tkeċċija) tad-Direttur Eżekuttiv;

-  permezz tal-konsultazzjoni tiegħu dwar il-programmi ta' ħidma;

-  permezz tal-preżentazzjoni tar-rapporti annwali;

-  modi oħra (żjarat ta' delega, gruppi jew persuni ta' kuntatt, skambji ta' fehmiet, seduti ta' smigħ, briefings, għoti ta' għarfien espert);

Fl-istudju tagħha, il-Professur de Vos analizzat id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' sktrutinju parlamentari(18):

-    fir-rigward tal-involviment tal-Parlament fil-Bordijiet ta' Amministrazzjoni(19), hija tosserva li hemm rappreżentanti tal-PE fit-tliet aġenziji (EMA, EUIPO, GSA), filwaqt li f'7 aġenziji (ECHA, EEA, EFSA, EMCDDA, ETF, ACER, ECDC) hemm Membri magħżula mill-Parlament Ewropew (esperti jew partijiet ikkonċernati); madankollu, fil-parti l-kbira tal-każijiet, m'hemm l-ebda Membru magħżul mill-Parlament Ewropew.

-    fir-rigward tal-ħatra tad-Diretturi Eżekuttivi(20), hija tinnota li hija meħtieġa l-konferma tal-Parlament għat-tliet Awtoritajiet Superviżorji li jaqgħu taħt il-mandat tal-ECON (EBA, EIOPA, ESMA), li fi 15-il każ il-kandidat għandu jiġi mistieden għall-PE (BEREC, EASA, EASO, ECDC, ECHA, EFSA, EIGE, EMA, EMCDDA, ENISA, ETF, FRA, Frontex u EU-LISA), filwaqt li f'6 każijiet, il-kandidat jista' jiġi mistieden. Fi 11-il każ ma kien hemm l-ebda involviment tal-Parlament Ewropew;

-    fir-rigward tal-programmi ta' ħidma(21), il-Parlament jiġi kkonsultat dwar il-programmi ta' ħidma pluriennali ta' 8 aġenziji (CEPOL, EASA, ERA, Europol, FRA, FRONTEX, GSA, OHIM), filwaqt li jiġi infurmat dwar il-programmi ta' ħidma pluriennali ta' 6 aġenziji (EBA, ECHA, EIOPA, ELA, EMCDDA, ESMA); filwaqt li mhuwiex involut fil-programm ta' ħidma pluriennali għal dawn l-aġenziji, il-Parlament jiġi kkonsultat dwar il-programmi ta' ħidma annwali ta' 2 aġenziji (ENISA, Eurofound) u infurmat dwar il-programmi ta' ħidma annwali ta' 9 aġenziji (ACER, BEREC, EASO, EFCA, EFSA, EMA, EMSA, EU-LISA, SRB); m'hemm l-ebda involviment tal-PE fil-programmi ta' ħidma kollha tat-8 aġenziji (CdT, Cedefop, ECDC, EEA, EIGE, EU-OSHA, EPPO, ETF) u żewġ aġenziji m'għandhomx dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta' ħidma (CPVO, Eurojust);

-    il-mandati tal-aġenziji kollha jipprevedu s-sottomissjoni ta' rapport ta' attività annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fil-każ ta' żewġ aġenziji, id-Diretturi Eżekuttivi huma meħtieġa jippreżentaw ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew jew lill-kumitati kompetenti tiegħu;

-    fi tliet każijiet, huwa previst li l-kwittanza tingħata minn korpi interni (hija tikkonċerna l-aġenziji kompletament awtosuffiċjenti, jiġifieri l-EUIPO, is-SRB u s-CPVO)(22)

L-iskrutinju parlamentari fil-Parlament Ewropew jitwettaq b'mod partikolari fil-livell tal-kumitati parlamentari, kemm dawk speċjalizzati fil-qasam tal-politika tal-aġenziji kkonċernati kif ukoll il-kumitati BUDG u CONT, li jikkunsidraw l-aġenziji kollha sal-punt li jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE u huma soġġetti għall-proċedura ta' kwittanza.

Ir-Rapporteur bagħat kwestjonarju lis-segretarjati tal-kumitati, fejn staqsihom:

(1)    dwar il-mod li fih il-kumitati kienu involuti fil-proċeduri leġiżlattivi (il-kompiti, il-kompetenzi, l-attivitajiet, l-objettivi, l-istrutturi, il-mekkaniżmi tal-obbligu ta' rendikont, ir-rilokazzjoni), kif ukoll fil-proċeduri baġitarji u ta' kwittanza f'din il-leġiżlatura, u wettaq skrutinju politiku fuq l-aġenziji deċentralizzati;

(2)  kif huma qiesu d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 f'dawn l-attivitajiet (il-valutazzjonijiet tal-impatt, il-klawżoli ta' estinzjoni jew ta' reviżjoni, is-sede tal-aġenziji, l-istruttura u l-governanza tal-aġenziji – jiġifieri l-Bordijiet Amministrattivi, id-Direttur Eżekuttiv, il-kumitati xjentifiċi jew korpi oħra-, l-operazzjoni tal-aġenziji – jiġifieri s-servizzi mill-Kummissjoni, il-fużjoni ta' aġenziji, il-kondiviżjoni ta' servizzi bejn l-aġenziji, il-ġestjoni ta' informazzjoni klassifikata, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-komunikazzjoni, l-ipprogrammar tal-attivitajiet, ir-riżorsi tal-aġenziji u l-proċeduri marbuta magħhom u l-obbligu ta' rendikont u l-kontrolli – jiġiferi r-rapport annwali, l-awditi, l-evalwazzjonijiet u t-trasparenza u r-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati);

(3)  (deċiżjonijiet ta' politika) jekk, filwaqt li jqisu l-ħidma tal-aġenziji, il-kumitati jeżaminawx l-intenzjonijiet ta' dak li jfassal il-politika u jekk dawn jiġux implimentati b'mod xieraq;

(4)  (forniment) jekk il-kumitati jivvalutawx il-ħidma tal-aġenziji fil-mandat tagħhom fid-dawl tal-eżiti preżunti;

(5)  (kumplessità) jekk il-kumitati jħarsux lejn trikkib jew nuqqasijiet fil-ħidma tal-aġenziji u jekk hemmx każijiet li fihom il-kumitati jemmnu li l-aġenziji qabżu l-mandat tagħhom jew ma ssodisfawhx.

Fil-mument tal-abbozzar tar-rapporti, ġew irċevuti risposti mis-segretarjati mill-Kumitat għall-Baġits (BUDG), il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT), il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI), il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE); il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN), il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI), il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT) u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM), filwaqt li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) (li għandu l-akbar għadd ta' aġenziji li jaqgħu fil-mandat tiegħu) indika li kellu l-ħsieb li jiffinalizza r-risposti tiegħu f'qasir żmien.

Il-BUDG indika li:

(1)    huwa ta opinjonijiet fil-proċeduri leġiżlattivi fir-rigward tar-regolamenti tat-twaqqif ta' diversi aġenziji (EBA, EIOPA, ESMA, ENISA, ACER, EU-OSHA, Eurofound, Cedefop, EASO u CEPOL) filwaqt li eżamina l-aspetti kollha tar-regolamenti; barra minn hekk, l-Aġenziji jiġu diskussi f'trilogi baġitarji, fejn ikun xieraq (il-punt 31 tal-FII dwar id-Dixxiplina baġitarja); il-BUDG kien il-kumitat ewlieni biex jirrappreżenta lill-Parlament fl-IIWG dwar ir-Riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati u segwa l-konklużjonijiet tiegħu; il-BUDG u l-CONT huma l-kumitati ewlenin li segwew ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju Qafas (FFR) marbuta mar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju li saret aktar kmieni din is-sena; il-BUDG huwa l-kumitat ewlieni għall-proċeduri baġitarji annwali li jikkonċernaw l-aġenziji deċentralizzati kollha tal-UE; Jens Geier (S&D) huwa r-rapporteur permanenti tal-BUDG dwar l-aġenziji tal-UE; il-BUDG jiskambja b'mod regolari informazzjoni man-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE u ma' aġenziji individwali fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali u jitlob briefings mingħandhom f'dik il-proċedura; il-BUDG jistieden lin-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE biex fuq bażi annwali jiddiskuti l-aspetti relatati mal-aġenzija tal-abbozz tal-baġit, qabel l-iskadenza għal emendi baġitarji;

(2)    huwa analizza diversi aspetti tad-dikjarazzjoni konġunta u tal-approċċ komuni fil-kuntest tal-opinjonijiet u l-proċeduri baġitarji annwali tiegħu, ħlief dawk li jappartjenu għall-kompetenzi ta' kumitati speċjalizzati, bħall-programmi ta' ħidma u r-rapporti annwali tal-aġenziji individwali; huwa talab studju dwar il-Potential revenue from the extension of charging fees by EU Agencies (Id-dħul potenzjali mill-estensjoni tal-impożizzjoni ta' tariffi mill-Aġenziji tal-UE) u fuq talba tiegħu (u tal-CONT), id-Dipartiment D tal-Politika organizza Workshop on Oversight and Resources of Partially and Fully Self-Financed Agencies (Sessjoni ta' Ħidma dwar is-Sorveljanza u r-Riżorsi ta' Aġenziji Parzjalment jew Kompletament Awtosuffiċjenti) fl-4 ta' Mejju 2017;

(3)    huwa rrisponda wkoll b'mod pożittiv għat-tliet mistoqsijiet dwar id-deċiżjonijiet tal-politika, il-forniment u l-kumplessità.

Il-CONT wieġeb li:

(1)    huwa abbozza opinjoni fil-forma ta' emendi (l-Artikolu 53(4)) dwar ir-rilokazzjoni tas-sede tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini; huwa kien involut fl-IIWG dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati u fir-reviżjoni tal-FFR; huwa jabbozza rapport wieħed dwar kull aġenzija deċentralizzata + rapport orizzontali wieħed fil-kuntest tal-proċedura tal-kwittanza; Fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, il-CONT jorganizza seduta ta' smigħ ma' 4 sa 6 Diretturi Eżekuttivi kull sena f'Diċembru/Jannar, fejn jeżamina wkoll ir-rapporti tal-attività annwali, madankollu, il-CONT ma jorganizzax seduti ta' smigħ qabel il-ħatra tagħhom; huwa organizza missjonijiet għall-Europol u għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija;

(2)    huwa janalizza d-diversi aspetti tal-Approċċ Komuni fir-rapporti ta' kwittanza tiegħu, inkluż, fejn rilevanti, l-istabbiliment ta' tariffi u s-simplifikazzjoni. Bħall-BUDG, huwa ma jeżaminax l-aspetti li jaqgħu taħt il-mandat ta' kumitati speċjalizzati, bħal programmi ta' ħidma;

(3)    huwa rrisponda wkoll li jevalwa t-tliet mistoqsijiet dwar id-deċiżjonijiet tal-politika, il-forniment u l-kumplessità bħala parti mill-proċedura annwali ta' kwittanza.

L-ECON indika li:

(1)    huwa involut fir-rieżami li jinsab għaddej tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (EBA, EIOPA, ESMA), kif ukoll l-indirizzar ta' serje sħiħa ta' direttivi u regolamenti relatati għal dawn l-aġenziji; intlaħaq ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tal-obbligu ta' rendikont demokratiku u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni fil-qafas tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni; l-ECON adotta rapport dwar il-proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea; huwa jabbozza opinjonijiet annwali dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit u l-kwittanza (EBA, EIOPA, ESMA); fir-rigward tas-setgħat tal-ħatra fir-rigward tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni u/jew korpi oħra tal-aġenziji, huwa abbozza rapport dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u esprima l-opinjoni tiegħu dwar l-estensjoni tal-mandat tal-President tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji, wara li semagħhom; huwa jwettaq skambju ta' fehmiet konġunti annwali mal-Presidenti tal-EBA, tal-EIOPA, tal-ESMA u tal-SRB dwar il-programmi ta' ħidma u r-rapporti annwali; huwa għandu skambju ta' fehmiet stabbli mal-aġenzija u juża kontinwament l-output tagħhom; huwa jitlob regolarment briefings jew opinjonijiet; huwa għandu allokazzjonijiet ta' ħin għall-iskrutinju fil-kumitati għal skambji ta' fehmiet fil-kumitat u jsiru skambji regolari bejn l-ASE u r-rapporteurs/shadow rapporteurs ta' fajls differenti;

(2)    huwa qies id-dispożizzjonijiet tal-Approċċ Komuni fir-rapport tiegħu dwar il-proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea (fejn jeżamina l-arranġamenti tas-sede kif ukoll id-diversi aspetti relatati mal-operazzjoni tal-aġenziji); huwa janalizza d-dispożizzjonijiet dwar l-istruttura tal-aġenziji u l-ipprogrammar tal-attivitajiet tagħhom fil-kuntest tar-rieżami li tinsab għaddejja tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (EBA, EIOPA, ESA); huwa jimmonitorja l-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tal-obbligu ta' rendikont demokratiku u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni fil-qafas tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni;

(3)    l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji kollha li jimplimentaw standards tekniċi jintbagħtu lill-Membri tal-ECON; is-suġġetti magħżula jiġu diskussi fil-laqgħat tal-ECON fil-kuntest tal-allokazzjonijiet ta' ħin għall-iskrutinju;

(4)    l-ECON ma jivvalutax il-ħidma tal-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu fid-dawl tal-eżiti preżunti;

(5)    hemm opinjonijiet diverġenti dwar jekk l-EIOPA hux qiegħda tmur lil hinn mill-mandat tagħha u dwar jekk l-ESMA u l-EBA humiex qed iwettqu bis-sħiħ il-mandat tagħhom.

l-ENVI jirrapporta li:

(1)    huwa kien involut fil-proċeduri leġiżlattivi relatati mar-regolament tat-twaqqif tal-EMA, kif ukoll il-proposti għal kompiti addizzjonali għall-ECHA (li tirrikjedi fondi addizzjonali), l-EEA u l-EFSA; huwa abbozza rapport dwar il-post tas-sede tal-EMA (ftehim proviżorju li ġie vvotat f'Ottubru 2018 fil-plenarja); huwa jabbozza opinjonijiet dwar il-baġits annwali tal-ħames aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tal-ENVI (emendi baġitarji, inkluż dwar il-pjanijiet ta' stabbiliment, ir-restawr tal-abbozz tal-baġit, iż-żieda tal-baġit), kif ukoll opinjonijiet dwar il-kwittanza għall-ħames aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tal-ENVI; skont ir-Regolament tat-twaqqif tal-Aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tal-ENVI, il-Parlament jaħtar (ECDC, ECHA, EEA, EMA), jew jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kunsill dwar il-ħatra (EFSA) ta' ċertu għadd ta' membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni ta' dawk l-aġenziji - rappreżentanti tal-PE, iżda anki esperti xjentifiċi. Il-Parlament jiġi kkonsultat ukoll dwar il-ħatra ta' rappreżentanti ta' pazjenti u kliniċi (EMA) li huma membri tal-bord ta' amministrazzjoni. Il-Parlament jiġi kkonsultat dwar il-ħatra ta' rappreżentanti ta' pazjenti u kliniċi f'kumitati xjentifiċi differenti tal-EMA(23); barra minn hekk, l-Artikolu 2 tar-"Regoli ta' Proċeduri għall-Bord ta' Amministrazzjoni u għall-Bureau tal-EEA" jirrikjedi l-ħatra ta' membru wieħed mill-membri tal-Bord tal-PE bħala membru tal-Bureau; huwa jagħmel seduti ta' smigħ sistematiċi tad-Diretturi Eżekuttivi magħżula qabel il-ħatra tagħhom; huwa jaħtar persuna ta' kuntatt għal kull aġenzija; l-ENVI jorganizza skambju ta' fehmiet mad-Direttur Eżekuttiv ta' kull aġenzija, li jkopri programmi ta' ħidma, rapporti tal-attività eċċ.; kull sena, iż-żewġ membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-EEA li jinħatru mill-Parlament jabbozzaw kummenti għall-programm ta' ħidma annwali tal-EEA, li mbagħad jiġu miftiehma mill-koordinaturi tal-ENVI u jiġu kkomunikati lill-Aġenzija; isiru żjarat biennali lejn kull aġenzija; fir-rigward tat-talbiet jew l-użu tal-għarfien espert, intalbet opinjoni xjentifika mill-EFSA dwar in-naħal u d-dakkir (2018); fil-qafas ta' rapport fuq inizjattiva proprja dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, intalab rapport mill-EEA, mill-EMA u mill-EFSA u ġew organizzati laqgħat mar-Rapporteur; ir-rapporti tal-EEA jintużaw regolarment għal rapporti leġiżlattivi u ta' implimentazzjoni li jkunu għaddejjin; eżempji ta' skambji ta' fehmiet fil-kumitat jikkonċernaw l-ECDC(24) u l-EFSA(25); l-ECHA, l-EMA jew l-EEA jistgħu jiġu mistiedna wkoll mill-Kumitat sabiex jieħdu sehem fi skambji ta' fehmiet li jikkonċernaw fajls speċifiċi tal-politika settorjali; fir-rigward tal-briefings tar-rapporteur, eżempji jikkonċernaw ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, ikel ġdid;

(2)    l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tal-ENVI nħolqu qabel id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2012, madankollu, wara l-proċess li ġie segwit fil-Kunsill biex tintgħażel is-sede l-ġdida tal-EMA u l-konklużjoni tagħha permezz ta' tlugħ bix-xorti, l-ENVI ddenunzja d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni anness miegħu u stieden involviment mill-qrib tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-post u r-rilokazzjoni tal-aġenziji u tal-korpi fid-dawl tal-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (din il-pożizzjoni ġiet appoġġjata fil-plenarja f'Marzu 2018); f'dan il-kuntest, il-Parlament ħeġġeġ biex il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali jinkludi qafas dettaljat għall-installazzjoni tal-Aġenzija biex titnaqqas l-inċertezza u tingħata ċarezza lill-membri tal-persunal sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju; fir-rigward tal-proposta dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari, il-proposta primarjament tibdel il-kompożizzjoni tal-bord ta' amministrazzjoni u t-tul ta' żmien tal-mandat tagħhom; il-proposta dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari (2018/0088(COD)) temenda wkoll il-proċedura tal-ħatra tal-esperti tal-Bordijiet Xjentifiċi;

(3)    fir-rigward tal-mistoqsijiet dwar id-deċiżjonijiet tal-politika u (4) il-forniment, l-ENVI jeżamina l-implimentazzjoni matul mozzjonijiet speċifiċi għal riżoluzzjonijiet, matul żjarat ta' delega biennali, rapporti ta' implimentazzjoni jew rieżamijiet ta' nofs it-terminu ta' programmi speċifiċi; l-ENVI ma jużax kriterji ta' falliment/suċċess. Fir-rigward tal-kumplessità (5) l-ENVI janalizza kif il-koordinazzjoni bejn l-aġenziji tista' titjieb, pereżempju fir-rigward tad-data kimika.

L-ITRE kkomunika li:

(1)    huwa involut fir-reviżjonijiet tar-regolamenti tat-twaqqif għall-ACER, il-GNNS (biex jiġu allokati kompiti ġodda u "pożizzjoni aktar b'saħħitha" lill-Aġenzija), l-ENISA (kompiti, tul ta' żmien, governanza), BEREC (struttura); huwa ma jagħtix opinjonijiet dwar il-proċedura ta' kwittanza iżda saru talbiet ripetuti mill-Kumitat ITRE fil-qafas tal-proċeduri baġitarji annwali biex jingħataw biżżejjed riżorsi lill-ACER; huwa involut fil-ħatra tar-rappreżentanti tal-PE fil-Bord Amministrattiv; ma ssir l-ebda seduta ta' smigħ speċifika mad-Diretturi Eżekuttivi magħżula qabel dawn jinħatru iżda jsiru kuntatti regolari mar-rappreżentanti tal-Aġenzija u dawn jidhru fil-laqgħat tal-Kumitat ITRE; m'hemm l-ebda Rapporteur permanenti, iżda fil-bidu tal-leġiżlatura ġie stabbilit grupp ta' kuntatt informali għall-ACER, magħmul minn MEPs minn diversi gruppi; isiru skambji regolari dwar il-ħidma u l-isfidi kontinwi tal-ACER; Isiru skambji ta' fehmiet mal-aġenziji dwar il-programmi ta' ħidma; tingħata informazzjoni dwar ir-rapporti tal-attività lill-koordinaturi, u l-bullettini tal-ITRE jinkludu wkoll informazzjoni dwar l-aġenziji; kull sentejn issir żjara lejn il-kwartieri ġenerali; l-ITRE juża rapporti, studji u opinjonijiet xjentifiċi tal-aġenziji u r-rappreżentanti tal-Aġenziji huma mitluba jattendu s-seduti ta' smigħ marbuta mal-kompetenza tal-Aġenzija (fil-każ tal-ACER: Preżentazzjonijiet Annwali tar-Rapporti ta' Monitoraġġ tas-Suq tal-Enerġija)

(2)    l-ITRE jindirizza l-aspetti kollha tal-Approċċ Komuni fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolamenti l-ġodda (bħalissa tinsab għaddejja). Isiru preżentazzjonijiet u seduti ta' smigħ regolari fil-kumitat dwar il-programmi ta' ħidma pluriennali, filwaqt li r-rapporti annwali jintbagħtu lill-koordinaturi;

(3)    fir-rigward tal-mistoqsija dwar id-deċiżjonijiet tal-politika, isiru kuntatti regolari mar-rappreżentanti tal-Aġenzija u l-preżenza tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat ITRE;

(4)    fir-rigward tal-mistoqsija dwar il-forniment, isiru kuntratti regolari mar-rappreżentanti tal-Aġenzija u l-preżenza tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat ITRE u dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolamenti l-ġodda (bħalissa jinsabu għaddejjin);

(5)    fir-rigward tal-mistoqsija dwar il-kumplessità, dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolamenti l-ġodda (bħalissa jinsabu għaddejjin);

it-TRAN ipprovda tliet risposti separati għat-tliet aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu:

(1)

  - ir-regolament tat-twaqqif tal-EMSA ġie rivedut fl-2016; saru żjarat lejn din l-aġenzija fl-2015 u fl-2018; fl-aħħar ftit snin saru skambji ta' fehmiet regolari mad-Direttur Eżekuttiv, fejn il-programmi ta' ħidma annwali ġew diskussi wkoll;

-    fir-rigward tal-ERA: ir-rwol tal-aġenzija tkabbar bl-adozzjoni tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju. ġew introdotti wkoll Bord ta' Amministrazzjoni u Bord Eżekuttiv. L-ITRE jipprovdi opinjoni dwar il-kwittanza; saret żjara lejn l-aġenzija fl-2018; isiru konsultazzjonijiet ad-hoc mir-rapporteurs/membri tal-persunal individwali dwar il-prodotti ta' għarfien espert tal-aġenzija; sar skambju ta' fehmiet mad-Direttur Eżekuttiv tal-ERA fl-2015;

-    fir-rigward tal-EASA: ir-regolament tat-twaqqif tal-2002 ġie rieżaminat fl-2018, fejn ġiet rieżaminata għalkollox l-istruttura tar-regolamenti preċedenti abbażi ta' awtonomizzazzjonijiet (atti delegati u ta' implimentazzjoni) u żieda fil-kompetenzi; m'hemm l-ebda rapporteur permanenti; saru żjarat lejn l-aġenzija fl-2015 u fl-2018; isiru konsultazzjonijiet ad-hoc mir-rapporteurs/mill-membri tal-persunal individwali fir-rigward tal-prodotti ta' għarfien espert tal-aġenzija; saru skambji ta' fehmiet mad-Direttur Eżekuttiv tal-EASA dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' sikurezza tal-avjazzjoni fl-2015 u fl-2016;

(2)

  - fir-rigward tal-EMSA: fil-kuntest tal-ipprogrammar pluriennali, il-Kunsill u l-Parlament fl-2014 adottaw regolament dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn vapuri u minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass;

-    fir-rigward tal-ERA: it-TRAN jiddiskuti programmi ta' ħidma annwali matul l-iskambju ta' fehmiet mad-Direttur Eżekuttiv; fir-rigward tar-rabta bejn ir-riżorsi finanzjarji u dawk umani, id-Direttur Eżekuttiv qajjem tħassib dwar finanzjament insuffiċjenti;

-    fir-rigward tal-EASA: Fir-regolament il-ġdid tal-EASA, hemm dispożizzjoni speċifika dwar il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali.

L-AGRI rrapporta li:

(1)    deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tar-regolament dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi, li ġiet adottata fl-2014, wasslet għall-estensjoni tal-kompetenzi tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel; l-AGRI abbozza opinjoni fil-proċedura għal Regolament dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari fir-rigward tal-attivitajiet li jitwettqu mill-EFSA (komunikazzjoni tar-riskju, trasparenza tal-istudji) kif ukoll l-istrutturi ta' governanza, li madankollu ġiet irrifjutata mill-kumitat; l-AGRI jivvota regolarment dwar emendi baġitarji sabiex jirrestawra kwalunkwe tnaqqis li l-Kunsill jipproponi għall-baġit tal-aġenziji li jikkonċernaw l-AGRI (eż. EFSA, CHAFEA); l-AGRI ressaq talba għal żewġ opinjonijiet xjentifiċi mill-EFSA dwar is-saħħa u l-benesseri tal-fniek li jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam fl-Ewropa (bħalissa tinsab għaddejja); fir-rigward tal-iskambji ta' fehmiet fil-kumitat, saret preżentazzjoni mill-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti dwar il-ħidma tal-aġenzija fl-2016, preżentazzjoni minn rappreżentant tal-EFSA f'seduta ta' smigħ dwar "Cloning of animals for farming purposes" (Il-klonazzjoni tal-annimali għal skopijiet ta' biedja) fl-2015 (seduta ta' smigħ konġunta mal-ENVI, espert propost mill-ENVI) u saru preżentazzjonijiet mill-EFSA u mill-ECHA f'seduta ta' smigħ dwar "The Monsanto papers and glyphosate" (Id-dokumenti Monsanto u l-glifosat) fl-2017 (seduta ta' smigħ konġunta mal-ENVI, esperti proposti mill-ENVI);

il-CULT indika li:

(1)   huwa jagħti opinjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali u proċedura ta' kwittanza dwar is-CdT; huwa jagħmel skambji ta' informazzjoni u skambji ta' fehmiet fil-kumitat mas-CdT dwar l-attivitajiet tagħhom;

(2)   l-awditi interni mill-Kummissjoni u, sa ċertu punt, l-evalwazzjonijiet, jitqiesu fl-opinjonijiet ta' kwittanza tal-CULT;

il-CULT semma' wkoll l-attivitajiet li jwettaq fir-rigward tal-EACEA (aġenzija eżekuttiva) u f'dak il-kuntest jirrapporta li jagħmel skambji dwar il-programmi ta' ħidma annwali mad-DĠ rilevanti tal-Kummissjoni u żar lill-EACEA għal preżentazzjoni tal-attivitajiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-programm Ewropa Kreattiva fl-2016. Ir-rapporteur għall-programm Ewropa Kreattiva għamel laqgħat mal-EACEA dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni; huwa ta wkoll xi rakkomandazzjonijiet lill-EACEA fir-rapport ta' implimentazzjoni dwar il-Programm Ewropa Kreattiva dwar it-trasparenza u r-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati; fir-rigward tal-mistoqsija dwar il-forniment, huwa jirrapporta li sa ċertu punt, il-ħidma tal-EACEA biex timplimenta l-Ewropa Kreattiva ġiet evalwata fir-rapport ta' implimentazzjoni u f'xi rakkomandazzjonijiet li ġew maħruġa.

Il-FEMM ikkomunika li:

(1)   huwa involut fil-proċeduri baġitarji annwali u ta' kwittanza; huwa jagħżel żewġ Membri u żewġ Membri alternattivi tal-Forum ta' Esperti tal-EIGE; huwa jagħmel skambji ta' fehmiet dwar il-programmi ta' ħidma; huwa ħallas għal żjarat lejn l-aġenzija fl-2015 u fl-2018; huwa juża prodotti ta' għarfien espert tal-aġenzija, jitlob briefings jew opinjonijiet u jagħmel skambji ta' fehmiet fil-kumitat;

(2)   huwa kkonsultat dwar il-programmi ta' ħidma pluriennali, filwaqt li jsiru wkoll preżentazzjonijiet dwar il-programmi ta' ħidma annwali;

(3)   fir-rigward tal-mistoqsija (5) dwar il-kumplessità, huwa jiddikjara li għall-FEMM, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-mandat tal-EIGE b'rabta mal-mandat tal-FRA. Il-FEMM jikkunsidra li huwa importanti li tinżamm aġenzija devota għalkollox għad-drittijiet tan-nisa u għall-ugwaljanza bejn is-sessi.

Sejbiet ewlenin

•  Filwaqt li ma teżisti l-ebda definizzjoni ġenerali tal-aġenziji tal-UE jew regolamentazzjoni ċara tal-kompetenzi jew tal-kompiti tagħhom, f'termini istituzzjonali l-aġenziji jistgħu jitqiesu bħala intermedjarji bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Huma jirrispondu għall-ħtieġa li jkun hemm aktar uniformità fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE mill-Istati Membri tal-UE billi jipprovdu mudell ta' amministrazzjoni aktar diretta fil-livell tal-UE, li jwassal għal pluralizzazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE(26).

•  Il-fatt li ma teżisti l-ebda bażi ġuridika espliċità għall-ħolqien tal-aġenziji jew definizzjoni ġenerali jew deskrizzjoni tal-aġenziji u tal-kompetenzi u l-ħiliet tagħhom, la fl-Artikolu 13 tat-TUE u lanqas fis-sistema ta' delegazzjoni stabbilita fl-Artikolu 290 u 291 tat-TFUE, jista' jirriżulta minħabba nuqqas ta' fehma unitarja dwar l-eżekuttiv tal-UE, jew il-varjetà tal-funzjonijiet li l-aġenziji ġew mitluba jwettqu. Madankollu, l-aġenziji ma jaħdmux f'vojt ġuridiku. Huma nħolqu apposta mil-leġiżlatur tal-UE f'konformità mal-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, abbażi tad-dispożizzjonijiet differenti tat-Trattati. It-Trattat ta' Lisbona rrikonoxxa b'mod formali l-aġentifikazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE billi introduċa l-aġenziji tal-UE b'mod formali fit-Trattati(27). Id-delega tas-setgħat lill-aġenziji għandha limitu, id-delega trid tikkonforma mal-garanziji legali stabbiliti mit-Trattati, tirrispetta l-bilanċ istituzzjonali u tipproteġi l-interessi tal-individwu fi ħdan l-UE. Madankollu, distinzjoni u kategorizzazzjoni aħjar tat-tipi differenti ta' aġenziji u tal-mekkaniżmi tal-obbligu ta' rendikont tagħhom jistgħu jitqiesu. Barra minn hekk, jekk u meta jkun hemm l-okkażjoni ta' bidla fit-Trattat, jista' jitqies kif l-aġenziji jiġu msejsa b'mod aktar sod fit-Trattati (eż. fir-rigward tal-Artikolu 13 tat-TUE u l-Artikolu 290 u 291 tat-TFUE).

•  Mekkaniżmi biex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont tal-aġenziji jistgħu jinstabu fit-Trattati (eż. trasparenza, stħarriġ ġudizzjarju), fir-regolamenti tat-twaqqif, fil-każistika tal-Qorti (b'mod partikolari d-duttrina Meroni) u fid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni. L-adozzjoni tal-baġits tagħhom fil-parti l-kbira tal-każijiet tiddependi fuq l-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja u l-aġenziji ġeneralment huma soġġetti għal kwittanza mill-Parlament Ewropew (bl-eċċezzjoni ta' aġenziji kompletament awtosuffiċjenti). Din l-għaqda ta' regoli u regolamenti, għalkemm jaf mhijiex kompluta daqskemm tista' tkun, ipprovdiet il-qafas biex il-Parlament Ewropew iwettaq il-kompiti ta' skrutinju tiegħu. Il-kumitati parlamentari wettqu b'mod attiv il-kompiti ta' skrutinju tagħhom, minkejja l-varjetà fid-dispożizzjonijiet. Filwaqt li l-kumitati speċjalizzati jwettqu skrutinju fuq l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom, il-kumitat BUDG u CONT iwettqu skrutinju fuq l-aġenziji kollha, u kisbu wkoll esperjenza u fehma ġenerali tal-aġenziji permezz tal-ħidma tagħhom fil-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali. Huma kienu fuq quddiem nett biex iżommu l-aġenziji responsabbli fid-diversi attivitajiet u strutturi ta' governanza tagħhom. Għall-futur, tista' titqies il-possibbiltà li jsir dibattitu annwali fil-Parlament Ewropew dwar il-funzjonament u l-governanza tal-aġenziji.

•  Id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 jipprovdu qafas mhux vinkolanti għall-aġenziji, li l-implimentazzjoni tiegħu tippreżenta stampa mħallta. Dan jista' jkun parzjalment minħabba l-kompiti u l-funzjonijiet differenti ħafna li jwettqu l-aġenziji, li jagħmlu l-applikazzjoni ta' mudell wieħed tajjeb għal kulħadd diffiċli. Madankollu, jistgħu jsiru sforzi akbar sabiex ċerti dispożizzjonijiet jiġu integrati fir-regolamenti tat-twaqqif, filwaqt li jitqiesu d-diversi tipi ta' aġenziji li bħalissa jeżistu, u jinġabru flimkien skont in-natura u l-kompiti tagħhom. Valutazzjoni fil-fond tal-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni fl-aspetti kollha tiegħu, b'dokumenti analitiċi dettaljati simili għal dawk li ġew prodotti fl-2010, tista' tkun utli f'dak ir-rigward.

•  L-aġenziji jimpjegaw aktar minn 9000 persuna. In-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE, fejn is-subnetwerks, il-gruppi ta' ħidma u l-kooperazzjoni tematika tagħha jiġu raggruppati flimkien, huwa forum biex ikun hemm koordinazzjoni, skambju ta' informazzjoni, ftehim dwar il-pożizzjonijiet komuni dwar il-kwistjonijiet ta' interess komuni, jiġu evitati duplikazzjonijiet, tiġi promossa l-governanza tajba, tiġi mħeġġa l-kondiviżjoni ta' servizzi u l-aġenziji jersqu aktar viċin taċ-ċittadini tal-UE.

•  L-aġenziji jeħtieġ li jkollhom fondi suffiċjenti biex iwettqu l-kompiti dejjem jiżdiedu tagħhom biex ikunu jistgħu jattiraw il-persunal ikkwalifikat meħtieġ f'kull pajjiż ospitati li jkunu jinsabu fih.

(1)

Link għall-istudju

(2)

https://europa.eu/european-union/about-eu/agencies_mt

(3)

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (ESMA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva (EU-LISA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħo (EU-OSHA), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), il-Eurojust, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX), l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB).

Nota li l-EASO huwa elenkat fuq il-mappa iżda mhuwiex inkluż fil-lista fuq din il-paġna.

(4)

COM (2018) 131 final.

(5)

In-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE jgħodd 37 aġenzija deċentralizzata u 8 Impriżi Konġunti li jinsabu fi 23 Stat Membru.

(6)

Paġna 15-16 u l-Anness 1 tal-istudju, mogħtija ordni ġdida hawn; xi aġenziji jwettqu kompiti f'aktar minn kategorija waħda.

(7)

L-Anness 1 tal-istudju

(8)

Pereżempju, il-GSA, li titqies bħala aġenzija deċentralizzata, kienet preċeduta mill-Impriża Konġunta GALILEO (GJU), stabbilita f'Mejju 2002 mill-Komunità Ewropea u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea biex timmaniġġja l-fażi ta' żvilupp tal-Programm GALILEO, u parti mill-baġit tal-GSA u l-kompiti relatati jistgħu jidhru li jaqgħu fi ħdan il-mandat ta' aġenzija eżekuttiva. Il-kumitat ITRE nnota li hemm proposta ġdida għal Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, li tħabbar fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2018, li ma jidħolx b'mod ċar fl-istruttura stabbilita tal-aġenziji deċentralizzati, l-aġenziji eżekuttivi u l-impriżi konġunti, iżda fih elementi tat-tlieta li huma. L-aġenzija BEREC hija eżempju ieħor ta' aġenzija bi struttura doppja. Is-CEPOL tirċievi parti mill-baġit tagħha relatat mal-kompiti deskritti fil-mandat tagħha permezz tal-parteċipazzjoni f'sejħiet għal proposti taħt il-parti operattiva tal-baġit tal-Unjoni.

(9)

Ara l-Anness 2 tal-istudju. Minbarra l-Artikolu 352 tat-TFUE, l-Artikolu 114 tat-TFUE ntuża wkoll b'mod pjuttost frekwenti.

(10)

Il-Kawża C-270/12, Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, ĠU C 273, 8.9.2012, p. 3-3

(11)

Ara l-ISTQARRIJA TAL-ISTAMPA Nru 7/14 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, it-22 ta' Jannar 2014

Sentenza fil-Kawża C-270/12, Ir-Renju Unit vs il-Parlament u l-Kunsill

(12)

https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf

(13)

COM(2005)59

(14)

https://europa.eu/european-union/about-eu/agencies/overhaul_mt

(15)

Kapitolu 12 tal-istudju.

(16)

COM(2017)0735 u COM(2017) 734.

(17)

Ara d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (P8_TA(2018)0427).

(18)

Il-Kapitolu 11, paġna 41 u ta' wara, l-Anness 5

(19)

L-Approċċ Komuni (il-paragrafu 10) jipprevedi li, flimkien ma' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, fejn ikun xieraq jista' jkun hemm membri addizzjonali magħżula mill-Parlament Ewropew u rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati

(20)

Hawnhekk l-Approċċ Komuni ma jipprevedix rwol għall-Parlament Ewropew. Madankollu, il-Ftehim Qafas bejn il-Parlament u l-Kummissjoni jipprevedi li l-persuni nominati għall-kariga għandhom jattendu s-seduti ta' smigħ tal-kumitat parlamentari.

(21)

L-Approċċ Komuni jipprevedi li l-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar il-programmi ta' ħidma pluriennali u infurmat dwar il-programm ta' ħidma annwali

(22)

L-Approċċ Komuni (il-paragrafu 58) jipprevedi li fil-każ ta' aġenziji kompletament awtosuffiċjenti, filwaqt li ma jkunux soġġetti għal kwittanza fis-sens tat-tifsira tal-TFUE, għandhom jiġu esplorati soluzzjonijiet għal din, jiġifieri permezz tas-sottomissjoni ta' rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom

(23)

eż. il-Kumitat għat-Terapiji Avvanzati, il-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza, il-Kumitat Pedjatriku

(24)

il-marda ta' Lyme fl-1 ta' Frar 2018 u dwar Zika fil-25 ta' April 2017

(25)

l-EFSA ħadet sehem fis-seduta ta' smigħ pubblika li ġiet organizzata dwar il-glifosat fil-11-12 ta' Ottubru 2017; fil-11 ta' Ottubru 2017, kien hemm skambju ta' fehmiet mal-EFSA dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-OĠM u skambju ta' fehmiet mal-EFSA dwar iż-żejt veġetali fl-4 ta' Mejju 2017;

(26)

Ara l-Kapitolu 2 tal-istudju

(27)

Ara l-Kapitoli 5, 7 u 8 tal-istudju


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

(2018/2114(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-aġenziji, u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 15, 16, 71, 123, 124, 127, 130, 228, 263, 265, 267, 277, 282, 287, 290, 291, 298 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 41, 42, 43, 51 u 52 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 u l-Approċċ Komuni anness magħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0055/2019),

A.  billi l-aġenziji għandhom rwol vitali fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, u jwettqu varjetà wiesgħa ta' kompiti biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, bħall-ħolqien ta' netwerks jew l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali; billi kooperazzjoni tajba bejn l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri tgħin biex ikun hemm aktar effiċjenza u effikaċja fil-ħidma tal-aġenziji; billi l-aġenziji stabbilixxew ukoll kooperazzjoni bejniethom permezz tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji differenti u l-kumitati parlamentari kienu ġeneralment tajbin; billi l-Europol hija l-unika aġenzija skrutinizzata mill-Parlament b'mod konġunt mal-parlamenti nazzjonali permezz tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt;

C.  billi l-aġenziji nħolqu u żviluppaw maż-żmien, fuq bażi ta' każ b'każ; billi t-Trattat ta' Lisbona rrikonoxxa b'mod formali l-aġentifikazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE billi introduċa l-aġenziji tal-UE b'mod formali fit-Trattati;

D.  billi l-aġenziji huma primarjament responsabbli quddiem il-Parlament u l-Kunsill, li jeħtiġilhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi ta' skrutinju adegwati fl-atti leġiżlattivi li jirregolaw lil dawk l-aġenziji, u li, sussegwentement, dawk il-mekkaniżmi jiġu implimentati sewwa; billi l-agentifikazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE m'għandhiex iddgħajjef il-kontroll tal-Parlament tal-eżekuttiv tal-UE kif previst fl-Artikolu 14 tat-TUE;

E.  billi t-Trattati la jinkludu definizzjoni tal-aġenziji deċentralizzati, u lanqas deskrizzjoni ġenerali tal-kompetenzi li jistgħu jingħataw lill-aġenziji;

F.  billi għadd ta' aġenziji għandhom il-bażi ġuridika tagħhom skont l-Artikolu 352 tat-TFUE u oħrajn huma maħluqa fuq bażi ġuridika speċifika għas-settur;

G.  billi d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 huma r-riżultat tal-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji, li ġie stabbilit mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sabiex tiġi vvalutata l-koerenza, l-effettività, l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-aġenziji wara li proposta mill-Kummissjoni fl-2005 għal Ftehim Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji ma rċevietx l-appoġġ meħtieġ mill-Kunsill u mill-Parlament;

H.  billi l-Approċċ Komuni jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-istruttura u l-governanza tal-aġenziji, kif ukoll l-operazzjoni, l-ipprogrammar tal-attivitajiet, il-finanzjament, il-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji, il-proċeduri baġitarji, l-obbligu ta' rendikont, il-kontrolli u t-trasparenza tagħhom, li jgħinu jiżguraw l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati;

I.  billi, minkejja apprezzament ġeneralment pożittiv, fi ftit każijiet, l-aġenziji ltaqgħu ma' nuqqas ta' fiduċja okkażjonali fl-opinjonijiet xjentifiċi u tekniċi tagħhom;

Osservazzjonijiet prinċipali

1.  Jinnota li l-mekkaniżmi sabiex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont tal-aġenziji huma inkorporati fit-Trattati, fir-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji, fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kif ukoll fid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni; jenfasizza li, permezz tal-għoti tas-setgħa, il-Parlament għandu setgħat ta' skrutinju fir-rigward ta' aġenziji deċentralizzati li, madankollu, mhumiex spjegati fid-dettall fit-Trattati; jinnota f'dan ir-rigward in-natura mhux vinkolanti tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni; jiddispjaċih, madankollu, li l-Istituzzjonijiet għadhom ma qablux ma' qafas regolatorju vinkolanti;

2.  Jinnota li l-Parlament iwettaq skrutinju fuq l-aġenziji b'modi differenti:

-  bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha dwar il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE lill-aġenziji;

-  bħala l-awtorità tal-kwittanza;

-  permezz tad-deżinjazzjoni ta' membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-aġenziji;

-  permezz tal-proċedura għall-ħatra (jew it-tkeċċija) tad-Direttur Eżekuttiv;

-  permezz tal-konsultazzjoni tiegħu dwar il-programmi ta' ħidma;

-  permezz tal-preżentazzjoni tar-rapporti annwali;

-   permezz ta' metodi oħra (żjarat ta' delega, gruppi jew persuni ta' kuntatt, skambji ta' fehmiet, seduti ta' smigħ, briefings, għoti ta' għarfien espert);

3.  Jinnota li d-dispożizzjonijiet fir-regolamenti tat-twaqqif ivarjaw fi gradi differenti mill-mekkaniżmi għall-obbligu ta' rendikont u għall-iskrutinju parlamentari stabbiliti fl-Approċċ Komuni, li jista' jirriżulta mill-kompiti u mill-funzjonijiet differenti ħafna li jwettqu l-aġenziji;

4.  Josserva li l-kumitati parlamentari wettqu b'mod attiv il-kompiti ta' skrutinju tagħhom, minkejja l-varjetà tad-dispożizzjonijiet fir-regolamenti tat-twaqqif;

5.  Jirrikonoxxi l-implimentazzjoni, min-naħa tal-aġenziji tal-Unjoni, tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni u tal-pjan direzzjonali rilevanti; jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-Aġenziji Deċentralizzati (IIWG), li ġew approvati mill-Konferenza tal-Presidenti fit-18 ta' Jannar 2018; jinnota li matul il-laqgħa ta' segwitu tat-12 ta' Lulju 2018 il-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali tqieset bħala kompluta;

Rakkomandazzjonijiet

6.  Iqis li jistgħu jsiru sforzi akbar sabiex ċerti dispożizzjonijiet jiġu integrati fir-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji fir-rigward tal-mekkaniżmi ta' governanza u tal-obbligu ta' rendikont tagħhom, filwaqt li jitqiesu t-tipi differenti ta' aġenziji li bħalissa jeżistu u jiġu ddefiniti l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji; jinnota li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati wkoll fil-valutazzjonijiet tal-impatt kull meta jiġi propost l-istabbiliment ta' aġenzija; jissottolinja li l-aġenziji jeħtieġ ikollhom ċertu grad ta' flessibbiltà organizzazzjonali sabiex jadattaw aħjar għall-kompiti previsti u l-ħtiġijiet li jirriżultaw huma u jwettqu dmirijiethom; jilqa' l-organizzazzjoni interna bbażata fuq gruppi u gruppi inkroċjati ta' aġenziji f'oqsma simili;

7.  Jitlob għalhekk għal valutazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni fl-aspetti kollha tiegħu, b'dokumenti analitiċi dettaljati simili għal dawk prodotti fl-2010 b'enfasi fuq aspetti relatati mal-governanza, filwaqt li b'mod partikolari tiġi rieżaminata l-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet inklużi mas-setgħat ta' kodeċiżjoni u ta' skrutinju tal-Parlament, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-flessibbiltà fid-dawl tax-xenarju varjat tal-aġenziji deċentralizzati;

8.  Jiddispjaċih li l-Parlament, bħala l-garanti ewlieni tar-rispett għall-prinċipju tad-demokrazija fl-UE, ma kienx involut bis-sħiħ fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-EMA u l-EBA; ifakkar, f'dan ir-rigward, fit-talba tiegħu biex jiġu riveduti kemm jista' jkun malajr id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 u jfakkar ukoll fl-impenn tal-Kunsill biex jimpenja ruħu fir-reviżjoni tiegħu, filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, sa April 2019, analiżi fil-fond tad-Dikjarazzjoni Konġunta u tal-Approċċ Komuni fir-rigward tal-post tal-aġenziji deċentralizzati;

9.  Jenfasizza li l-post tas-sede ta' aġenzija m'għandhiex taffettwa l-eżekuzzjoni tas-setgħat u l-kompiti tagħha, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta' governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha;

10.  Jistenna li l-prerogattivi tal-Parlament u tal-Kunsill bħala koleġiżlaturi jkunu rispettati bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet futuri dwar il-post jew ir-rilokazzjoni tal-aġenziji; iqis li l-Parlament għandu jkun involut b'mod sistematiku, matul il-proċess leġiżlattiv kollu u b'termini ugwali mal-Kunsill u mal-Kummissjoni, fid-definizzjoni u l-valutazzjoni tal-kriterji għall-għażla tal-post tal-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, b'mod trasparenti; jirrimarka li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu impenn, fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tat-13 ta' April 2016 li jikkooperaw b'mod sinċier u trasparenti, u li l-ftehim jenfasizza l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-koleġiżlaturi, kif minqux fit-Trattati; jissottolinja l-valur ta' skambju msaħħaħ ta' informazzjoni mill-istadji inizjali tal-proċessi futuri għall-għażla tal-post tal-aġenziji, peress li tali skambju bikri jagħmilha aktar faċli għat-tliet istituzzjonijiet biex jeżerċitaw id-drittijiet u l-prerogattivi tagħhom;

11.  Jemmen li d-deċiżjoni dwar il-lokalità tas-sede ta' aġenzija hija ta' importanza kbira, u jqis li kriterji objettivi, bħall-aċċessibbiltà, sinerġiji amministrattivi u prossimità għall-partijiet ikkonċernati, iridu jiġu kkunsidrati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħmlu l-aħjar deċiżjoni possibbli;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati, tippreżenta b'mod rapidu evalwazzjoni tal-aġenziji li jinsabu f'aktar minn lokalità waħda, billi tuża approċċ konsistenti biex tivvaluta l-valur miżjud billi tqis l-ispejjeż imġarrba; jitlob li jittieħdu miżuri sinifikanti abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' diversi lokalitajiet, jekk u fejn ikun xieraq;

13.  Jipproponi li, abbażi ta' rieżami tal-Approċċ Komuni, kunsiderazzjoni ġdida għat-tfassil ta' Ftehim Interistituzzjonali (FII) dwar l-aġenziji u li dan il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar rieżami kull ħames snin tal-prinċipji li jirregolaw l-istabbiliment u l-funzjonament tal-aġenziji, filwaqt li jintuża l-għarfien espert ta' grupp ta' persuni eminenti;

14.  Iqis li dan il-FII għandu jirrispetta s-setgħat tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta' kodeċiżjoni u għandu jkopri wkoll ir-relazzjoni bejn aġenzija u l-istituzzjonijiet tal-Istat Membru fejn jinsab, kif ukoll miżuri ta' trasparenza, proċeduri biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess u biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-korpi governattivi u konsultattivi, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-aġenziji;

15.  Jemmen li fl-abbozzar ta' tali FII, diversi suġġerimenti speċifiċi biex tissaħħaħ is-sorveljanza demokratika, tittejjeb ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-Unjoni u tissaħħaħ is-sistema ta' rapportar lill-Parlament għandhom jiġu indirizzati wkoll, bħal:

- l-iffissar ta' limitu ta' żmien għall-aġenziji biex iwieġbu għall-mistoqsijiet indirizzati lilhom mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill;

- li jsiru arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali u l-konsultazzjoni tal-kumitati parlamentari, fejn dan ikun meħtieġ;

- jiġi kkunsidrat jekk għandux ikun hemm jew le numru speċifiku ta' membri tal-Bordijiet ta' Amministrazzjoni rispettivi maħtura mill-Parlament;

- jiġi kkunsidrat il-valur miżjud tal-attendenza tar-rappreżentanti/osservaturi tal-Parlament fil-laqgħat tal-bordijiet tas-superviżuri u tal-gruppi tal-partijiet interessati tal-aġenziji;

- is-simplifikazzjoni tal-involviment tal-Parlament fil-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-aġenziji;

- is-simplifikazzjoni u l-armonizzar tal-obbligi ta' rapportar, b'mod partikolari fir-rigward tar-rapport annwali tal-attività, tar-rapport tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja kif ukoll tal-kontijiet finali;

-  il-Parlament jiġi informat b'mod dettaljat dwar il-miżuri li ħadu biex jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza (rapporti ta' segwitu) u dawk tal-Qorti tal-Awdituri;

16.  Iqis barra minn hekk li r-rwol tal-Parlament fis-sorveljanza tad-dimensjoni tal-governanza tal-aġenziji deċentralizzati jista' jittejjeb b'mod sinifikanti bit-twaqqif ta' unità speċjalizzata fi ħdan il-Parlament fdata bil-kompitu ta' skrutinju orizzontali kontinwu tal-governanza ta' dawn l-aġenziji, abbażi tal-qsim sinċier u reċiproku ta' informazzjoni, kooperazzjoni u valuri; jissuġġerixxi, barra minn hekk, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u reviżjoni tar-regoli għal missjonijiet f'aġenziji li jippermettu kuntatt regolari aħjar bejn il-kumitati parlamentari u l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom;

17.  Jipproponi li, fil-kuntest tar-rieżami ta' kull ħames snin, li tibni fuq l-attivitajiet ta' skrutinju mwettqa mill-kumitati tal-Parlament fuq l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom u flimkien magħhom, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jorganizza dibattitu annwali dwar il-funzjonament u l-governanza tal-aġenziji, u wara, jekk jitqies xieraq u/jew meħtieġ, isir dibattitu fil-plenarja sabiex tiġi ffaċilitata sistema aktar b'saħħitha u aktar strutturata ta' analiżi tal-attivitajiet tal-aġenzija fi ħdan il-Parlament; jipproponi, barra minn hekk, li meta wieħed iqis ir-rwol tal-aġenziji bħala intermedjarji bejn l-UE u l-Istati Membri, ikun hemm perjodu ta' konsultazzjoni mal-parlamenti nazzjonali jekk ikunu jixtiequ jagħmlu kwalunkwe intervent dwar il-kwistjoni;

18.  Iqis li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom japplikaw ir-regoli u l-prinċipji ta' governanza tajba u ta' tfassil aħjar tal-liġijiet, inkluż it-twettiq ta' konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' proposti tagħhom għal atti sekondarji u terzjarji, fejn il-qasam tal-aġenzija jippermetti dan; jipproponi li l-aġenziji jkunu soġġetti għall-istess regoli ta' trasparenza bħall-Kummissjoni, inklużi r-regoli u l-obbligi fir-rigward tar-rappreżentanti interessati;

19.  Jenfasizza li, filwaqt li jiġi żgurat li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju jitwettqu b'mod sħiħ u fi żmien l-iskadenza, l-aġenziji tal-Unjoni għandhom josservaw b'attenzjoni l-kompiti tagħhom u jaġixxu skont il-mandati assenjati lilhom mill-Parlament u mill-Kunsill; iqis li huwa essenzjali li l-aġenziji tal-Unjoni jkunu trasparenti meta jwettqu l-mandati tagħhom;

20.  Jipproponi li l-aġenziji kollha għandhom ikunu kapaċi jissottomettu opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-fajls attwali li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom;

21.  Jemmen ukoll li fil-każ ta' kwalunkwe bidla futura għat-Trattati, għandha tingħata kunsiderazzjoni dwar kif l-aġenziji jistgħu jiġu msejsa b'mod aktar sod fit-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 13 u 14 tat-TUE u l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, billi tiżdied definizzjoni ċara tat-tipi differenti ta' aġenziji, is-setgħat li jistgħu jingħataw lilhom u l-prinċipji ġenerali li jiggarantixxu l-iskrutinju parlamentari tagħhom;

Kwistjonijiet baġitarji

22.  Jinnota li attwalment il-finanzjament tal-miżati tal-aġenziji jammonta għal madwar EUR 1 biljun fis-sena, li jista' jtaffi l-pressjoni fuq il-baġit tal-UE u jista' jkun mezz effikaċi għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-aġenzija f'każijiet fejn il-mudell kummerċjali jippermetti dan; jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-kunflitti ta' interess potenzjali li jistgħu jinħolqu jekk l-aġenziji jkollhom jiddependu fuq il-miżati tas-sħubija bħala s-sors ewlieni ta' dħul tagħhom; jinsisti li miżuri ta' salvagwardja jkunu fis-seħħ sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta' kunflitt ta' interess;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-prijoritajiet il-ġodda dwar il-klima, is-sostenibbiltà u l-ħarsien tal-ambjent fil-QFP li jmiss u l-kompiti attribwiti lil aġenziji partikolari għall-implimentazzjoni ta' dan il-QFP;

24.  Jinnota li, anke jekk l-aġenziji deċentralizzati jixbhu 'l xulxin f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-baġit, irriżulta li approċċi uniformi li suppost jgħoddu għal kulħadd kienu ta' detriment għall-ġestjoni effiċjenti u effikaċi ta' ċerti aġenziji; iqis li l-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal u r-riżerva għar-riallokazzjoni fost l-aġenziji bħala eżerċizzju ta' darba biss; itenni li biħsiebu jopponi kwalunkwe approċċ ta' dan it-tip fil-ġejjieni;

25.  Jinnota bi tħassib li għadd ta' aġenziji jsibuha diffiċli li jattiraw persunal kwalifikat minħabba l-kundizzjonijiet ta' impjiegi; jemmen li l-korpi tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jattiraw persunal kwalifikat sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effikaċi u effiċjenti; jitlob, għalhekk, li tittieħed azzjoni konkreta biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

26.  Jinnota li kooperazzjoni msaħħa bejn l-aġenziji fil-qsim tas-servizzi rriżultat fi ffrankar, eż. permezz tal-ħolqien ta' portal konġunt għall-akkwisti; iħeġġeġ aktar esplorazzjoni tal-potenzjal tal-qsim tas-servizzi, jew fost l-aġenziji jew inkella bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji, bil-għan li jinħolqu sinerġiji ġodda u li dawk li diġà jeżistu jiġu ottimizzati; jemmen li, fejn applikabbli, tista' tinkiseb aktar effiċjenza baġitarja permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv u s-servizzi tal-ġestjoni tal-faċilitajiet fost il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni li jinsabu qrib ħafna ta' xulxin;

27.  Jinnota li l-baġits tal-aġenziji għandhom jitħejjew bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, fil-qies tal-għanijiet tal-aġenziji u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħhom; jitlob approċċ sistematiku fl-ibbaġitjar tal-aġenziji deċentralizzati bil-għan li l-kompiti tal-aġenziji jkunu aktar prijoritizzati, ikun hemm aktar kooperazzjoni u ma jitħalliex li jkun hemm trikkib, speċjalment fil-każ ta' aġenziji li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika;

28.  Jinnota bi tħassib li għadd ta' rekwiżiti amministrattivi huma sproporzjonati għal aġenziji li ma laħqux ċertu daqs; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw li r-rekwiżiti amministrattivi applikabbli jkunu proporzjonati mar-riżorsi finanzjarji u umani tal-aġenziji kollha;

29.  Ifakkar li l-proċedura leġiżlattiva twassal għal modifiki fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni; jinnota bi tħassib li rapporti finanzjarji aġġornati ġeneralment isiru disponibbli biss fi tmiem il-proċedura leġiżlattiva, jekk qatt isiru disponibbli; ifakkar fiż-żewġ rwoli tal-Parlament u tal-Kunsill bħala awtorità leġiżlattiva u awtorità baġitarja;

30.  Jilqa' l-abbozz tat-test rivedut tal-abbozz tar-Regolament Finanzjarju Qafas għal aġenziji deċentralizzati elaborat mill-Kummissjoni u, b'mod partikolari, il-pjanijiet tagħha li ssaħħaħ il-governanza ta' dawn l-aġenziji deskritti f'dan il-kuntest;

31.  Isostni, madankollu, li għad hemm sensiela ta' kwistjonijiet mhux solvuti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien evalwazzjoni ta' dawk l-aġenziji li għandhom diversi postijiet, kif rakkomandat mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali, kif ukoll proposti għal fużjonijiet, għeluq u/jew trasferimenti possibbli ta' kompiti lill-Kummissjoni, abbażi ta' analiżi attenta u fil-fond u bl-użu ta' kriterji ċari u trasparenti, kif previst fit-termini ta' referenza tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali iżda li fir-realtà qatt ma ġew eżaminati sew minħabba n-nuqqas ta' proposti f'dan is-sens min-naħa tal-Kummissjoni;

32.  Jinnota li l-awditjar tal-aġenziji deċentralizzati għadu "taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti [Il-Qorti tal-Awdituri], li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa amministrattivi u ta' akkwist u l-finanzjament tagħhom"; itenni li l-awditjar imwettaq minn awdituri tas-settur privat irriżulta f'żieda sinifikanti fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji u minħabba ż-żmien marbut mal-akkwist u mal-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar, ħoloq nefqa addizzjonali, u b'hekk kompla żied il-piż fuq ir-riżorsi dejjem inqas tal-aġenziji; jenfasizza li huwa kruċjali li din il-kwistjoni tiġi riżolta f'konformità mal-approċċ komuni, fi ħdan il-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju qafas; jappella lill-partijiet kollha involuti f'din ir-reviżjoni sabiex jipprovdu ċarezza dwar din il-kwistjoni b'mod urġenti sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv eċċessiv;

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u lill-aġenziji deċentralizzati tal-UE.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.12.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

(2018/2114(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-finanzjament tal-aġenziji permezz tat-tariffi bħalissa jammonta għal total ta' EUR 1 biljun fis-sena, li b'hekk inaqqas b'mod sinifikanti l-pressjoni fuq il-baġit tal-Unjoni; iqis li l-finanzjament permezz tat-tariffi huwa mod effikaċi kif jiġu ffinanzjati l-attivitajiet ta' aġenzija f'każijiet fejn il-mudell ta' negozju jippermetti dan; jinnota, madankollu, li jeħtieġ li miżuri ta' salvagwardja jkunu fis-seħħ sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta' kunflitt ta' interess;

2.  Jinnota li, anke jekk l-aġenziji deċentralizzati jixbhu 'l xulxin f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-baġit, irriżulta li approċċi uniformi li suppost jgħoddu għal kulħadd kienu ta' detriment għall-ġestjoni effiċjenti u effikaċi ta' ċerti aġenziji; iqis li l-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal u r-riżerva għar-riallokazzjoni fost l-aġenziji huma eżerċizzju ta' darba biss; itenni li biħsiebu jopponi kwalunkwe approċċ ta' dan it-tip fil-ġejjieni;

3.   Jemmen li d-deċiżjoni dwar il-lokalità tas-sede ta' aġenzija hija ta' importanza kbira, u jqis li kriterji objettivi, bħall-aċċessibbiltà, sinerġiji amministrattivi u prossimità għall-partijiet ikkonċernati, iridu jiġu kkunsidrati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħmlu l-aħjar deċiżjoni possibbli; jistenna li l-prerogattivi kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kunsill bħala koleġiżlaturi tal-Unjoni jkunu rispettati bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet futuri dwar il-lokalità tas-sede ta' aġenziji;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati, tippreżenta b'mod rapidu evalwazzjoni tal-aġenziji li jinsabu f'aktar minn lokalità waħda, billi tuża approċċ konsistenti biex tivvaluta l-valur miżjud billi tqis l-ispejjeż imġarrba; jitlob li jittieħdu miżuri sinifikanti abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' diversi lokalitajiet, jekk u fejn ikun xieraq;

5.  Jinnota bi tħassib li għadd ta' aġenziji jsibuha diffiċli li jattiraw persunal kwalifikat minħabba l-kundizzjonijiet ta' impjiegi mhux favorevoli u l-limitazzjonijiet ikkawżati mill-koeffiċjenti tas-salarju; jemmen li l-korpi tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jattiraw persunal kwalifikat sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effikaċi u effiċjenti; jitlob, għalhekk, azzjoni konkreta li tirrettifika l-koeffiċjenti tas-salarju sabiex jirriflettu aħjar il-kostijiet reali;

6.  Jinnota li kooperazzjoni msaħħa bejn l-aġenziji fil-qsim tas-servizzi rriżultat fi ffrankar, eż. permezz tal-ħolqien ta' portal konġunt għall-akkwisti; iħeġġeġ aktar esplorazzjoni tal-potenzjal tal-qsim tas-servizzi, jew fost l-aġenziji jew inkella bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji, bil-għan li jinħolqu sinerġiji ġodda u li dawk li diġà jeżistu jiġu ottimizzati; jemmen li, fejn applikabbli, tista' tinkiseb aktar effiċjenza baġitarja permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv u s-servizzi tal-ġestjoni tal-faċilitajiet fost il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni li jinsabu qrib ħafna ta' xulxin;

7.  Jemmen li s-sorveljanza demokratika tista' tissaħħaħ billi tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti maħtura mill-Parlament fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija; jemmen li f'dan il-proċess deċiżjonali il-fatt li jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus għaċ-ċittadini Ewropej, rappreżentati mill-Parlament, għandu jkun fattur importanti; jinnota li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'diversi okkażjonijiet naqqsu milli jagħmlu użu minn din il-possibbiltà prevista fl-Approċċ Komuni;

8.  Jinnota li l-baġits tal-aġenziji għandhom jitħejjew bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, billi jitqiesu l-għanijiet tal-aġenziji u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħhom; jitlob approċċ sistematiku fl-ibbaġitjar tal-aġenziji deċentralizzati bil-għan li l-kompiti tal-aġenziji jkunu aktar prijoritizzati, ikun hemm aktar kooperazzjoni u ma jitħalliex li jkun hemm tirkib, speċjalment fil-każ ta' aġenziji li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika;

9.  Jinnota bi tħassib li għadd ta' rekwiżiti amministrattivi huma sproporzjonati għal aġenziji li ma laħqux ċertu daqs; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw li r-rekwiżiti amministrattivi applikabbli jkunu proporzjonati mar-riżorsi finanzjarji u umani tal-aġenziji kollha;

10.  Ifakkar li l-proċedura leġiżlattiva twassal għal modifiki fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni; jinnota bi tħassib li rapporti finanzjarji aġġornati ġeneralment isiru disponibbli biss fi tmiem il-proċedura leġiżlattiva, jekk qatt isiru disponibbli; ifakkar fiż-żewġ rwoli tal-Parlament u tal-Kunsill bħala awtorità leġiżlattiva u awtorità baġitarja.  

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, John Howarth, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Karine Gloanec Maurin, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Claudia Schmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Jean Arthuis

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Liadh Ní Riada

PPE

Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Patricija Šulin

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Pina Picierno, Manuel dos Santos, Daniele Viotti

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

1

-

ENF

André Elissen

2

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (11.12.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

(2018/2114(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Peter Simon

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li, filwaqt li jiġi żgurat li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju jitwettqu b'mod sħiħ u fi żmien l-iskadenza, l-aġenziji tal-Unjoni għandhom josservaw b'attenzjoni l-kompiti tagħhom u jaġixxu skont il-mandati assenjati lilhom mill-Parlament u mill-Kunsill; iqis li huwa essenzjali li l-aġenziji tal-Unjoni jkunu trasparenti meta jwettqu l-mandati tagħhom;

2.  Jitlob li l-aġenziji tal-Unjoni, sabiex jitjieb il-livell tagħhom ta' responsabbiltà, għandhom jirrispondu għall-mistoqsijiet indirizzati lilhom mill-Parlament jew il-Kunsill mhux aktar tard minn ħames ġimgħat wara li jirċevuhom; jissuġġerixxi li, barra minn hekk, fuq talba, il-President ta' aġenzija tal-Unjoni għandu jkollu diskussjonijiet orali kunfidenzjali bil-magħluq mal-President, il-Viċi Presidenti u l-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament;

3.  Iqis li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom ifittxu li jinvolvu b'mod regolari lill-partijiet interessati rilevanti u li japplikaw il-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, inkluż it-twettiq ta' konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' proposti tagħhom għal atti legali sekondarji u terzjarji;

4.  Jissuġġerixxi li l-attendenza tar-rappreżentanti tal-Parlament fil-laqgħat tal-bordijiet tas-superviżuri u tal-gruppi tal-partijiet interessati tal-aġenziji tiffaċilita l-fehim reċiproku tal-kwistjonijiet ikkonċernati mill-Parlament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-istess mod u bħal kif jiġri bl-attendenza fil-laqgħat tal-grupp ta' esperti tal-Kummissjoni;

5.  Jenfasizza li l-prerogattivi tal-Parlament għandhom jiġu rispettati dejjem; jemmen, għalhekk, li l-Parlament għandu jkun involut sistematikament, u fuq l-istess livell mal-Kummissjoni u l-Kunsill, fid-definizzjoni u l-ponderazzjoni tal-kriterji fl-għażla tas-sede tal-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-impenn tal-Kunsill li jirrevedi d-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati, bil-għan li jiġi żgurat l-involviment konġunt u fil-fond tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jemmen li f'dan il-proċess deċiżjonali l-fatt li jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus għaċ-ċittadini Ewropej, kif rappreżentati mill-Parlament, għandu jkun fattur importanti;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-analiżi dettaljata tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tad-19 ta' Lulju 2012, tieħu ħsieb tivvaluta, sa mhux aktar minn April 2019, l-arranġamenti li għandhom jiġu riveduti u infurzati biex jiġi żgurat l-iskrutinju xieraq tal-Parlament u kemm id-dispożizzjonijiet jirriflettu r-realtà tax-xenarju ġuridiku u istituzzjonali tal-aġenziji deċentralizzati, b'mod partikolari fir-rigward ta' aspetti relatati mal-istruttura u l-governanza, u jekk dawn jippermettux biżżejjed flessibbiltà biex jindirizzaw in-natura varjata tal-aġenziji;

7.  Ifakkar il-prerogattiva tiegħu bħala koleġiżlatur u jinsisti fuq ir-rispett sħiħ għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar is-sede tal-korpi u l-aġenziji tagħha;

8.  Jinnota li, f'dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda fl-għadd ta' aġenziji u fir-riżorsi allokati lilhom; jitlob li jkun hemm fehim ċar u komuni fost l-istituzzjonijiet tal-UE dwar ir-rwol tal-aġenziji;

9.  Jenfasizza li s-sede ta' aġenzija m'għandhiex taffettwa l-eżekuzzjoni tas-setgħat u l-kompiti tagħha, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta' governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha; jissottolinja, madankollu, li s-sede ta' aġenzija għandha tippermetti għal effiċjenza baġitarja aħjar permezz tal-implimentazzjoni ta' servizzi kondiviżi – partikolarment uffiċċji konġunti – fost l-aġenziji tal-Unjoni peress li l-kondiviżjoni tal-infrastruttura, l-appoġġ amministrattiv u s-servizzi ta' ġestjoni tal-faċilitajiet iwasslu għal titjib sinifikanti fl-effiċjenza.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Barbara Kappel, Othmar Karas, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Gabriel Mato, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Ramón Jáuregui Atondo, Syed Kamall, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Romana Tomc, Lieve Wierinck, Roberts Zīle

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

48

+

ALDE

Sophia in 't Veld, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Syed Kamall, Bernd Lucke, Ralph Packet, Kay Swinburne, Roberts Zīle

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (8.1.2019)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

(2018/2114(INI))

Rapporteur: Dennis de Jong

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi l-implimentazzjoni, min-naħa tal-aġenziji tal-Unjoni, tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni u tal-pjan direzzjonali rilevanti; jaċċentwa, b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-Aġenziji Deċentralizzati (IIWG), li ġew approvati mill-Konferenza tal-Presidenti fit-18 ta' Jannar 2018; jinnota li matul il-laqgħa ta' segwitu tat-12 ta' Lulju 2018 il-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali tqieset bħala kompluta;

2.  Jilqa' l-abbozz tat-test rivedut tal-abbozz tar-Regolament Finanzjarju Qafas għal aġenziji deċentralizzati elaborat mill-Kummissjoni u, b'mod partikolari, il-pjanijiet tagħha li ssaħħaħ il-governanza ta' dawn l-aġenziji deskritti f'dan il-kuntest;

3.  Isostni, madankollu, li għad hemm sensiela ta' kwistjonijiet mhux solvuti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien evalwazzjoni ta' dawk l-aġenziji li għandhom diversi postijiet, kif rakkomandat mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali, kif ukoll proposti għal fużjonijiet, għeluq u/jew trasferimenti possibbli ta' kompiti lill-Kummissjoni, abbażi ta' analiżi attenta u fil-fond u bl-użu ta' kriterji ċari u trasparenti, kif previst fit-termini ta' referenza tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali iżda li fir-realtà qatt ma ġew eżaminati sew minħabba n-nuqqas ta' proposti f'dan is-sens min-naħa tal-Kummissjoni;

4.  Ifakkar fl-ittri tat-28 ta' Marzu 2018 tal-President tal-Parlament lill-President tal-Kummissjoni u lill-President fil-Kariga tal-Kunsill, fejn wera d-dispjaċir tiegħu, fid-dawl tal-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur, li l-Parlament ma kienx involut fil-proċedura tal-għażla għas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u talab għal reviżjoni xierqa tad-Dikjarazzjoni Konġunta u tal-approċċ komuni f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħejji l-proposti neċessarji bbażati fuq analiżi fil-fond tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-approċċ komuni kif mitlub mill-Kunsill fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-President tal-Parlament;

5.  Jinnota li l-baġits tal-aġenziji għandhom jitħejjew bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, fil-qies tal-għanijiet tal-aġenziji u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħhom; jitlob approċċ sistematiku fl-ibbaġitjar tal-aġenziji deċentralizzati bil-għan li l-kompiti tal-aġenziji jkunu aktar prijoritizzati, ikun hemm aktar kooperazzjoni u ma jitħalliex li jkun hemm tirkib, speċjalment fost l-aġenziji li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika;

6.  Jesprimi tħassib dwar il-kunflitti ta' interess potenzjali li jistgħu jinħolqu jekk l-aġenziji jkollhom jiddependu fuq il-miżati tas-sħubija bħala s-sors ewlieni ta' dħul tagħhom; itenni li l-aġenziji huma konxji dwar dan ir-riskju għar-reputazzjoni u jippreferu fluss stabbli u prevedibbli ta' introjtu mill-baġit tal-UE, li huwa kruċjali wkoll għall-ippjanar, minflok ikollhom jiddependu fuq tariffi, li huma kemm imprevedibbli kif ukoll ivarjaw minn sena għall-oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissottometti proposta għat-tariffi li għandhom jitħallsu direttament lilha u li l-aġenziji jingħataw sussidju regolari mill-baġit tal-UE bħala kumpens;

7.  Jitlob azzjoni konkreta li tikkoreġi l-koeffiċjenti tas-salarju ħalli jirriflettu aħjar il-kostijiet reali;

8.  Itenni t-talba tiegħu għal obbligi ta' rapportar integrati u armonizzati, b'mod partikolari fir-rigward tar-rapport annwali tal-attività, tar-rapport tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja kif ukoll tal-kontijiet finali;

9.  Iħeġġeġ lill-aġenziji jinformaw lill-Parlament b'mod dettaljat dwar il-miżuri li ħadu biex jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza ("rapporti ta' segwitu") u dawk tal-Qorti tal-Awdituri;

10.  Jinnota li sabiex jiġġestixxu kompiti ġodda b'mod xieraq, ifittxu li l-effiċjenza titjieb b'mod kostanti, jimlew il-postijiet tax-xogħol vakanti b'mod rapidu u effikaċi kif ukoll isaħħu l-abbiltà tagħhom li jattiraw l-esperti, l-aġenziji għandhom kontinwament jimmonitorjaw u jivvalutaw il-livelli tal-persunal tagħhom u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali, u fejn meħtieġ jagħmlu rikjesti rilevanti sabiex ikunu jistgħu jwettqu korrettament il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom;

11.  Jinnota li l-awditjar tal-aġenziji deċentralizzati għadu "taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti [Il-Qorti tal-Awdituri], li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa amministrattivi u ta' akkwist u l-finanzjament tagħhom"; itenni li l-awditjar imwettaq minn awdituri tas-settur privat irriżulta f'żieda sinifikanti fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji u minħabba ż-żmien marbut mal-akkwist u mal-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar, ħoloq nefqa addizzjonali, u b'hekk kompla żied il-piż fuq ir-riżorsi dejjem inqas tal-aġenziji; jenfasizza li huwa kruċjali li din il-kwistjoni tiġi riżolta f'konformità mal-approċċ komuni, fi ħdan il-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju qafas; jappella lill-partijiet kollha involuti f'din ir-reviżjoni sabiex jipprovdu ċarezza dwar din il-kwistjoni b'mod urġenti sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv eċċessiv.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

7.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

8

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Ingeborg Gräßle, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Bart Staes

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, John Howarth, Jude Kirton-Darling

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

8

+

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Ingeborg Gräßle

S&D

Pervenche Berès, John Howarth, Karin Kadenbach, Jude Kirton-Darling, Georgi Pirinski

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

 

 

2

0

PPE

Andrey Novakov, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (22.1.2019)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

on implementation of the legal provisions and the Joint Statement ensuring parliamentary scrutiny over decentralised agencies

(2018/2114(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ivo Belet

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  whereas the Joint Statement and Common Approach are legally non-binding, and were agreed without prejudice to the legislative powers of the Institutions;

1.  Believes that representatives appointed by Parliament have an important role to play in Management Board meetings as they reinforce Parliament’s legitimate role of democratic scrutiny by representing the Union’s citizens and ensure more transparent governance; is of the opinion that the Joint Statement should not indicate how many members Parliament should be able to appoint; believes that Parliament should also appoint representatives to the Management Board of EFSA;

2.  Notes that the Joint Statement and Common Approach are of a legally non-binding character;

3.  Regrets that Parliament, as the lead guarantor of respect for the principle of democracy in the EU, was not fully involved in the procedure to select the new seat of the European Medicines Agency (EMA), a matter ultimately settled, despite the importance of the decision, by drawing lots; notes that decisions in relation to the location of the decentralised agencies need to be taken, in full respect of the European Parliament’s prerogatives, under the ordinary legislative procedure whereby Parliament and the Council are equal co-legislators; insists that, in line with the Council’s commitment in this regard(1), the procedure that was followed for the selection of the new location for EMA, a critical agency in which disruption should have been kept to a minimum, was specific to the situation, did not constitute a precedent and must not be used again;

4.  Expects the prerogatives of Parliament and Council as co-legislators to be fully respected in future decisions on the location or relocation of agencies; considers that Parliament should be systematically involved, throughout the legislative process and on equal terms with the Council and the Commission, in defining and weighting the criteria for the location of all Union bodies and agencies, in a transparent manner; points out that Parliament, the Council and the Commission have made a commitment, in the Interinstitutional Agreement on Better Law-Making of 13 April 2016(2), to sincere and transparent cooperation, and that the agreement highlights the principle of equality between the two co-legislators, as enshrined in the Treaties; underlines the value of enhanced exchange of information from the initial stages of future processes for the location of agencies, stressing that such early exchange of information would make it easier for the three Institutions to exercise their rights and prerogatives;

5.  Calls on the Commission to provide, by April 2019, an in-depth analysis of the implementation of the Joint Statement and Common Approach – particularly as regards the location of the decentralised agencies and increased transparency in their governance – in order to initiate the revision of these texts once the Members of the next Parliament have taken their seats;

6.  Notes that the Joint Statement can act as a useful tool to strengthen and streamline mechanisms for dealing with conflict of interests, in particular for fee-financed agencies; stresses that, while making sure that all assignments resulting from the regulatory framework are carried out in full and within the deadline, Union agencies should carefully stick to their tasks and should not go beyond the mandates assigned to them by Parliament and the Council;

7.  Stresses that, in the event of budgetary and staffing decisions regarding decentralised agencies, the specificities, extra tasks and workload of the agency must be taken into account and that possible budgetary and personnel cuts cannot be taken on a one-size-fits-all basis; stresses furthermore the need to take into account the new climate, sustainability and environmental protection priorities within the next multiannual financial framework (MFF) and the tasks attributed to particular agencies for its implementation, as well as the needs of agencies that are undergoing potentially business-disrupting events and processes such as relocation;

8.  Notes that the principles of desirability of geographical spread of agency seats and of prioritising new Member States as hosts, as stated in the Joint Statement, were not respected in the case of new seats for the EMA and EBA;

9.  Points out that the Joint Statement advises that, when the legislative authority decides to assign additional tasks to agencies as compared to the initial Commission proposal, the reprioritisation of their activities should always be considered as an alternative to granting additional resources(3); believes that the reprioritisation of activities in the remit of the European Medicines Agency should be avoided as much as possible due to the fact that its core mission is safeguarding public health in the EU.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Cristian-Silviu Buşoi, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Tilly Metz, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

FINAL VOTE BY ROLL CALL IN COMMITTEE ASKED FOR OPINION

50

+

ALDE

Catherine Bearder, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

EFDD

Sylvie Goddyn

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Christophe Hansen, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Nikos Androulakis, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Tilly Metz, Bart Staes

4

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

2

0

ECR

Mark Demesmaeker, John Procter

Key to symbols:

+  :  in favour

-  :  against

0  :  abstention

(1)

Council Declaration annexed to the legislative resolution accompanying the adoption of Regulation EU 2018/... of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 726/2004 as regards the location of the seat of the European Medicines Agency.

(2)

OJ L 123, 12.5.2016, p. 1.

(3)

Joint Statement of the European Parliament, the Council of the EU and the European Commission on decentralised agencies, paragraph 43.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (24.1.2019)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

(2018/2114(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Grapini

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-aġenziji tal-UE huma stabbiliti mill-koleġiżlaturi għal kompiti speċifiċi skont id-dritt tal-Unjoni, bħal pereżempju li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE jew jappoġġjaw il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali; iqis, għaldaqstant, li l-aġenziji huma primarjament responsabbli quddiem il-Parlament u l-Kunsill, li jeħtiġilhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi ta' skrutinju adegwati fl-atti leġiżlattivi li jirregolaw lil dawk l-aġenziji, u li, sussegwentement, dawk il-mekkaniżmi jiġu implimentati sewwa; jirrimarka li ċerti oqsma ta' politika jirrikjedu li l-parlamenti nazzjonali jkunu involuti mill-qrib fl-iskrutinju tal-aġenziji (pereżempju, il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt dwar il-Europol);

2.  Jirrimarka li l-mekkaniżmi li jiżguraw l-obbligu ta' rendikont tal-aġenziji huma inkorporati fit-Trattati, fir-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji, fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kif ukoll fid-Dikjarazzjoni Konġunta u fl-Approċċ Komuni;

3.  Iqis li l-Approċċ Komuni għall-aġenziji deċentralizzati – li jistabbilixxi prinċipji komuni għat-twaqqif u għall-funzjonament tal-aġenziji tal-UE – jista' jiġi aġġornat biex jieħu kont tal-ħtieġa, minn naħa waħda, li jkun hemm regoli komuni li jirregolaw l-aġenziji tal-UE, u min-naħa l-oħra, tad-differenzi bejn l-aġenziji f'dak li jikkonċerna l-għadd tal-persunal, il-baġit u r-responsabbiltà operazzjonali; iqis li l-proċess li jwassal għal tali aġġornament għandu jinkludi bis-sħiħ l-atturi rilevanti kollha, u għandu jitwettaq b'rispett tal-prinċipji ta' kooperazzjoni leali u ta' trasparenza;

4.  Iqis li l-aġenziji tal-UE jeħtiġilhom jissodisfaw l-ogħla standards ta' trasparenza fil-konfront tal-pubbliku ġenerali, u b'hekk jiffaċilitaw l-iskrutinju tal-attivitajiet tagħhom;

5.  Iqis li n-natura tal-mekkaniżmi ta' skrutinju tista' tvarja skont ir-rwol reali u l-impatt operazzjonali tal-aġenzija, inklużi fatturi bħall-missjoni, il-baġit u l-għadd tal-persunal tal-aġenzija, u s-sensittività politika tal-attivitajiet tagħha; jemmen li l-aġenziji li jingħataw aktar kompetenza operazzjonali, baġits akbar u aktar persunal jeħtiġilhom ikunu soġġetti għal aktar sorveljanza demokratika u mekkaniżmi ta' skrutinju, b'mod partikolari meta jkunu attivi f'oqsma sensittivi mil-lat politiku; jitlob, għaldaqstant, li dawk il-fatturi jitqiesu fis-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' governanza u ta' responsabbiltà;

6.  Jemmen li huwa imperattiv li r-relazzjonijiet bejn l-aġenziji operazzjonali tal-UE u l-Istati Membri jkomplu jittejbu, bil-għan li jgħinu biex jikbru l-effiċjenza u l-effikaċja kemm tal-ħidma tal-aġenzija u kemm tal-politiki nazzjonali;

7.  Jirrimarka li l-Approċċ Komuni mhux dejjem ġie segwit fl-adozzjoni jew fl-emendar tal-atti tat-twaqqif tal-aġenziji; iqis, għaldaqstant, li għandu jiġi kkunsidrat ftehim vinkolanti dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tal-aġenziji;

8.  Iqis li r-regoli kurrenti għall-missjonijiet fl-aġenziji (tliet Membri kull sentejn b'missjonijiet strettament limitati għall-ġimgħat ħodor u għas-sede tal-aġenzija) huma riġidi wisq biex jippermettu kuntatt politiku regolari bejn il-Parlament u l-aġenzija li tkun, u li dan il-kuntatt huwa prekundizzjoni biex il-Parlament iwettaq skrutinju b'suċċess; jipproponi li l-kumitati jingħataw aktar flessibbiltà biex jorganizzaw żjarat ta' skrutinju jew ta' informazzjoni fl-aġenziji, u b'mod partikolari biex iżuru postijiet fejn l-aġenzija twettaq attivitajiet operazzjonali; jipproponi li tal-anqas Membru wieħed minn kull grupp politiku jkun jista' jattendi dawn il-missjonijiet;

9.  Iqis li l-kooperazzjoni mal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt dwar l-Europol għandha tissaħħaħ; jipproponi li l-Kopresident jew membri rilevanti oħra tal-Bord jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-Parlament fl-Europol u f'aġenziji oħra, fejn dan ikun rilevanti;

10.  Jipproponi li, minħabba l-problemi li sab biex jikseb informazzjoni suffiċjenti, rilevanti u f'waqtha min-naħa tal-aġenziji, il-Parlament għandu, bħala regola, ikun intitolat li jibgħat osservatur jattendi għal-laqgħat tal-bord tat-tmexxija ta' aġenziji operazzjonali; jissottolinja li din il-proposta ma teskludix il-fatt li l-aġenziji għandu jkollhom biżżejjed riżorsi baġitarji u persunal kwalifikat suffiċjenti biex iwettqu l-mandati tagħhom b'mod effikaċi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Monika Beňová, Malin Björk, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Pál Csáky, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Maria Grapini, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Innocenzo Leontini, Angelika Mlinar, Emilian Pavel, Barbara Spinelli, Geoffrey Van Orden

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wajid Khan, Anthea McIntyre, Mylène Troszczynski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

54

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in ‘t Veld, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, Innocenzo Leontini, Anthea McIntyre, Monica Macovei, Helga Stevens, Geoffrey Van Orden, Kristina Winberg

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Gilles Lebreton, Giancarlo Scottà, Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Martina Anderson, Malin Björk, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Carlos Coelho, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Wajid Khan, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Emilian Pavel, Sergei Stanishev

VERTS/ALE

Eva Joly, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

29.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth, Verónica Lope Fontagné, Renate Weber


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Renate Weber

ECR

Ashley Fox

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Gerolf Annemans

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Elmar Brok, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Verónica Lope Fontagné, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Rainer Wieland

S&D

Mercedes Bresso, John Howarth, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Claudia Țapardel

0

-

 

 

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali