Proċedura : 2015/0302M(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0058/2019

Testi mressqa :

A8-0058/2019

Dibattiti :

PV 12/03/2019 - 21
CRE 12/03/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0170

RAPPORT     
PDF 270kWORD 85k
31.1.2019
PE 629.400v02-00 A8-0058/2019

li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra

(15093/2016 – C8-0107/2018 – 0215/0302M(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Anna Elżbieta Fotyga

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra

(15093/2016 – C8-0107/2018 – 2015/0302M(NLE))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15093/2016),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra(1), iffirmat fit-18 ta' Frar 2017 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill fis-6 ta' Frar 2018 skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 207, 209, 218(6)(a), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0107/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta'... dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill(2),

–  wara li kkunsidra l-applikazzjoni proviżorja tal-partijiet tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp (CAPD) taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE mill-1 ta' Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu relatati mal-Afganistan, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan(4), tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan(5), tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-rwol reġjonali tal-Pakistan u r-relazzjonijiet politiċi tiegħu mal-UE(6), tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt(7), tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Afganistan, b'mod partikolari l-qtil fil-provinċja ta' Zabul(8), tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali(9), tal-5 ta' April 2017 dwar l-indirizzar tal-movimenti tar-rifuġjati u tal-migranti: ir-rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE(10), tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja(11), tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan(12),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018 u tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar l-Afganistan,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mill-VP/RGħ u l-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2017 dwar Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Afganistan (JOIN(2017)0031),

–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Afganistan, fi ħdan l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Unjoni,

–  wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-Pajjiż għall-Impenn mas-Soċjetà Ċivili fl-Afganistan  2018-2020,

  wara li kkunsidra l-għeluq tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) fl-2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Settembru 2018 bit-titlu "is-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-implikazzjonijiet tagħha għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali",

  wara li kkunsidra t-Triq Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE, tat-2 ta' Ottubru 2016,

  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 2210 (2015) u 2344 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan (UNAMA),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta' April 2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni spustati internament dwar il-missjoni tiegħu fl-Afganistan,

–  wara li kkunsidra t-talba tal-Kap Prosekutur tal-QKI Fatou Bensouda tat-3 ta' Novembru 2017 biex tinbeda investigazzjoni dwar id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità li allegatament twettqu fl-Afganistan mill-1 ta' Mejju 2003,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza Ministerjali ta' Ġinevra dwar l-Afganistan tas-27-28 ta' Novembru 2018,

  wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza Internazzjonali ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-5 ta' Ottubru 2016, kopreseduta mill-Unjoni Ewropea, u l-impenji reċiproċi fil-konferenzi internazzjonali dwar l-Afganistan li saru f'Bonn fil-5 ta' Diċembru 2011, f'Tokyo fit-8 ta' Lulju 2012, u f'Londra fl-4 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Tashkent dwar l-Afganistan tas-26-27 ta' Marzu 2018,

  wara li kkunsidra l-proċess "Heart of Asia" imniedi f'Istanbul fit-2 ta' Novembru 2011,

  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Kabul tat-22 ta' Diċembru 2002 dwar relazzjonijiet tajba ta' viċinat,

–  wara li kkunsidra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) (2003-2014) b'mandat tan-NU u mmexxija min-NATO u l-konklużjonijiet tas-summit tan-NATO li sar fi Brussell fl-24 u l-25 ta' Mejju 2017, fir-rigward tat-tkomplija tal-missjoni ta' taħriġ, konsulenza u l-missjoni ta' assistenza għal Appoġġ Determinat (mill-2014 sal-lum),

–   wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rispons Umanitarju Afgan 2018-2021,

–  wara li kkunsidra l-Qafas għall-Awtonomija permezz ta' Responsabbiltà Reċiproka, maqbul fil-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-4-5 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0058/2019),

A.  billi fl-10 ta' Novembru 2011, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja CAPD bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan(13); billi l-CAPD ġie applikat b'mod proviżorju u parzjali mill-1 ta' Diċembru 2017, qabel ma l-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu;

B.  billi fit-13 ta' Jannar 2016, il-VP/RGħ u l-Kummissjoni ppreżentaw lill-Kunsill il-Proposta Konġunta għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-CAPD, bħala ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afganistan ("UE-biss");

C.  billi filwaqt li qablu mas-sustanza tal-CAPD, l-Istati Membri esprimew preferenza għal ftehim "imħallat" b'applikazzjoni proviżorja, u għalhekk talbu lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jirrevedu l-proposti skont dan sabiex iqisu l-applikazzjoni mħallta u proviżorja;

D.  billi l-CAPD ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2017;

E.  billi l-CAPD se jifforma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afganistan għall-10 snin li ġejjin u jista' jiġi estiż awtomatikament għal perjodi ta' ħames snin;

F.  billi l-Parlament kien parzjalment informat, iżda mhux kompletament, matul in-negozjati; billi l-Parlament irċieva d-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biss fis-16 ta' Marzu 2018, minflok f'Novembru 2011 meta l-Parlament ġie infurmat dwar id-deċiżjoni biex jinfetħu n-negozjati;

G.  billi dan il-qafas legali jibni fuq l-Istrateġija attwali tal-UE dwar l-Afganistan kif ukoll fuq l-għajnuna finanzjarja esterna estensiva tal-UE;

H.  billi l-CAPD se jkun l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn l-UE u l-Afganistan, li jikkonferma l-impenn tal-UE lejn l-iżvilupp futur tal-Afganistan matul l-"għaxar snin ta' trasformazzjoni" (2014-2024), filwaqt li jsaħħaħ ir-rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ partijiet;

I.  billi l-CAPD jirrifletti l-prinċipji u l-kundizzjonijiet li fuqhom se tkun ibbażata s-sħubija futura bejn l-UE u l-Afganistan (Titoli I u II), inklużi l-klawsoli ta' elementi essenzjali dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-nonproliferazzjoni tal-AQM; billi l-CAPD jipprovdi għall-possibbiltà ta' kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inkluż l-iżvilupp (Titolu III), il-kummerċ u l-investiment (Titolu IV), il-ġustizzja u l-istat tad-dritt (Titolu V), inkluża l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra d-droga, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ftehim ta' riammissjoni potenzjali fil-ġejjieni, u l-kooperazzjoni settorjali (Titolu VI);

J.  billi l-CAPD se jippermetti wkoll lill-UE u l-Afganistan biex flimkien jindirizzaw sfidi globali bħas-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni u t-tibdil fil-klima;

K.  billi l-Afganistan jinsab f'punt kruċjali, li jfisser li jekk ma jittieħdux aktar sforzi, f'dak il-każ hemm ir-riskju li l-isforzi, il-progress u s-sagrifiċċji kollha li saru s'issa għall-iżvilupp tal-Afganistan jintilfu;

L.  billi t-tfaċċar tat-theddida terroristika mill-grupp marbut mad-Daesh magħruf bħala l-Provinċja ta' Khorasan tal-Istat Iżlamiku (IS-KP) ikkontribwixxa b'mod sinifikanti għal aktar degradazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà; billi f'Mejju 2018 il-Gvern Afgan kellu kontroll ta' 56 % tad-distretti tal-Afganistan u 56 % tat-territorju, li fih 65 % tal-popolazzjoni, bi 32 % tad-distretti kkontestati u 12 % taħt il-kontroll tar-ribelli(14) (15);

M.  billi sa mill-2002, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kollettivament kienu l-akbar donatur internazzjonali għall-Afganistan u l-poplu tiegħu, u pprovdew aktar minn EUR 3,66 biljun għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja; billi skont il-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Afganistan, fond ta' żvilupp ġdid ta' EUR 1,4 biljun huwa allokat għall-perjodu 2014-2020; billi l-PDG tal-Afganistan bħalissa huwa ta' USD 20 biljun u r-rata ta' tkabbir tiegħu naqset mill-2014; u billi l-ekonomija Afgana għadha qed tiffaċċja għadd ta' sfidi bħalma huma l-korruzzjoni, il-ġbir ta' dħul baxx, infrastruttura dgħajfa u ħolqien anemiku ta' impjiegi;

N.  billi mill-2001, ħafna Stati Membri tal-UE, sħab tan-NATO u pajjiżi alleati kkontribwixxew għall-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan b'riżorsi militari u ċivili, u sofrew bosta danni u telf kbir; billi Afganistan stabbli u indipendenti li jista' jipprovdi għalih innifsu u jiċħad rifuġju sikur lil gruppi terroristiċi għadu fl-interessi vitali tas-sigurtà tan-NATO, tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; billi l-Istati Membri tal-UE għad għandhom aktar minn 3 000 membru tal-persunal militari fl-Afganistan li jipparteċipaw fil-missjoni ta' Appoġġ Determinat tan-NATO;

O.  billi hemm 2,5 miljun rifuġjat irreġistrat, u bejn 2 u 3 miljun Afgan bla dokumenti fl-Iran u l-Pakistan; billi hemm aktar minn 2 miljun persuna spostati internament fl-Afganistan, li aktar minn 300 000 minnhom ġew spostati fl-2018; billi ħafna minn dawn l-individwi jsofru minn nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, kenn mhux adegwat, aċċess insuffiċjenti għal faċilitajiet sanitarji u tas-saħħa u nuqqas ta' protezzjoni, u billi ħafna minnhom huma tfal ikklassifikati bħala partikolarment vulnerabbli għar-riskju ta' tħaddim tat-tfal, abbuż sesswali jew reklutaġġ potenzjali għal gruppi kriminali; billi aktar minn 450 000 persuna Afgana rritornaw lejn l-Afganistan jew ġew deportati mill-Iran mill-bidu tal-2018; billi l-Gvern tal-Pakistan ħabbar li il-1,7 miljun rifuġjat Afgan irreġistrati fil-pajjiż jeħtieġ li jiġu rritornati bil-forza lejn l-Afganistan;

P.  billi, skont in-NU, il-korruzzjoni fl-Afganistan timmina l-leġittimità tal-istat, u dan joħloq theddida serja għall-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli billi jipprevjeni "ekonomija reali milli tiżviluppa";

Q.  billi l-Afganistan huwa pajjiż li għandu dħul baxx, għadda minn kunflitt u m'għandux kosta, li jirrappreżenta sfidi speċjali għall-komunità internazzjonali u l-istituzzjonijiet tagħha;

R.  billi skont l-Indiċi tal-Adattament Globali, l-Afganistan huwa wieħed mill-aktar pajjiżi vulnerabbli fid-dinja għat-tibdil fil-klima;

S.  billi qed jinħolqu theddidiet u kriżijiet internazzjonali ġodda, li qed iwasslu biex il-pubbliku jitlef il-fokus, l-appoġġ, u t-tħassib dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan;

T.  billi madwar 87 % tan-nisa Afgani huma vittmi ta' vjolenza relatata mal-ġeneru; billi l-Afganistan jinsab fil-153 post minn 160 pajjiż fl-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn is-Sessi tan-NU tal-2017;

U.  billi fl-2017, il-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan laħqet rekord għoli, b'żieda ta' 63 % meta mqabbel mal-2016; billi t-traffikar illeċitu ta' opjati jkompli joħloq instabbiltà u ribelljoni u jżid il-finanzjament għall-gruppi terroristiċi fl-Afganistan;

V.  billi għall-ewwel darba l-baġit Afgan tal-2018 huwa konformi mal-istandards internazzjonali għall-projezzjonijiet u l-kontabbiltà;

W.  billi l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan intemmet fl-2016 wara disa' snin ta' progress;

Aspetti politiko-strateġiċi

1.  Jibqa' impenjat li jappoġġja lill-Gvern Afgan fl-isforzi tiegħu biex jibni futur sikur u stabbli għall-poplu tal-Afganistan billi jwettaq riformi ewlenin sabiex itejjeb il-governanza u l-istat tad-dritt, jiġġieled it-terroriżmu u l-estremiżmu, jikseb il-paċi u l-iżvilupp sostenibbli, jibni istituzzjonijiet leġittimi u demokratiċi, irawwem ir-reżiljenza fid-dawl tal-isfidi tas-sigurtà nazzjonali u reġjonali, jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa, it-tfal, il-minoranzi etniċi u reliġjużi, jiġġieled il-korruzzjoni, jiġġieled id-droga, itejjeb is-sostenibbiltà fiskali u jrawwem tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli u l-iżvilupp soċjali u rurali, jipprovdi liż-żgħażagħ, li jirrappreżentaw żewġ terzi tal-popolazzjoni, b'futur aħjar; jenfasizza li hija meħtieġa riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt fl-Afganistan u li l-isforzi kollha għandhom jiġu diretti lejn dak l-objettiv l-aktar urġenti;

2.  Jenfasizza li l-iżvilupp fit-tul tal-Afganistan se jiddependi fuq ir-responsabbiltà, il-governanza tajba, il-provvista sostenibbli tas-sigurtà tal-bniedem, inkluż it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol, l-aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u l-minoranzi; jenfasizza l-ħtieġa li l-affarijiet jitmexxew b'mod li jiżgura tkabbir ekonomiku inklużiv u kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment barrani sostenibbli li jkun ta' benefiċċju għall-poplu tal-Afganistan, b'rispett sħiħ għall-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol;

3.  Jinsab imħasseb dwar il-fraġilità u l-instabbiltà tal-gvern ċentrali u n-nuqqas ta' kontroll li jeżerċita fil-biċċa l-kbira tal-pajjiż, qagħda li tiggrava l-impatt tal-kunflitt fuq il-popolazzjoni ċivili; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jiffaċilitaw il-medjazzjoni f'każijiet bħal kwistjonijiet postelettorali mhux solvuti;

4.  Jistieden lill-UE tgħin fl-isforzi kontra t-tendenza fit-tul ta' tensjonijiet interetniċi li jikkontribwixxu għad-diżintegrazzjoni tal-poter ċentrali u għall-appoġġ tan-nisġa multietnika tas-soċjetà Afgana;

5.  Jenfasizza l-appoġġ fit-tul tiegħu għal elezzjonijiet kredibbli, ħielsa, ġusti u trasparenti, f'konformità mal-istandards internazzjonali, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-osservazzjoni elettorali tal-UE fil-pajjiż, inkluża l-osservazzjoni tal-elezzjoni presidenzjali tal-2019; jenfasizza li minħabba rivalitajiet politiċi kroniċi r-riżultat ta' dawn l-elezzjonijiet se jkollu impatt tremend fuq l-istabbiltà futura tal-Gvern Afgan;

6.  Jenfasizza l-potenzjal ekonomiku kbir tal-pajjiż minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u r-riżorsi umani u naturali tiegħu;

7.  Jenfasizza l-appoġġ finanzjarju u politiku sostanzjali tal-UE għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Afganistan, l-għajnuna umanitarja u l-konnettività reġjonali; iħeġġeġ aktar sforzi lejn programmazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha;

8.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni politika bejn l-UE u l-Istati Uniti u djalogu dwar l-Afganistan u kwistjonijiet reġjonali;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni Konġunta adottata fil-Konferenza Ministerjali ta' Ġinevra, ospitata min-NU, dwar l-Afganistan tas-27-28 ta' Novembru 2018, bil-ħsieb tal-impenji li saru fil-Konferenza ta' Brussell tal-2016 dwar l-Afganistan;

Ir-rwol u r-responsabbiltà tal-atturi reġjonali

10.  Ifakkar li l-Afganistan huwa pajjiż mingħajr kosta li jinsab bejn l-Asja u l-Lvant Nofsani u jirrikonoxxi li appoġġ u kooperazzjoni pożittiva minn pajjiżi ġirien u setgħat reġjonali, b'mod partikolari ċ-Ċina, l-Iran, l-Indja, ir-Russja u l-Pakistan, huma essenzjali għall-istabilizzazzjoni, l-iżvilupp u l-vijabbiltà ekonomika tal-Afganistan; jiddispjaċih li Afganistan stabbli u li jirnexxi mhux dejjem l-għan aħħari ta' dawn l-atturi reġjonali u jenfasizza r-rwol kruċjali ta' dawn il-pajjiżi fil-proċess ta' stabbilizzazzjoni u paċi; jitlob lill-pajjiżi ġirien biex fil-futur iżommu lura milli jimblukkaw l-esportazzjonijiet Afgani, kif ġara fil-passat;

11.  Jenfasizza li l-mobbiltà u l-attività kontinwa ta' netwerks terroristiċi li joperaw fl-Afganistan, kif ukoll fil-Pakistan, jikkontribwixxu għall-instabbiltà tas-sitwazzjoni fir-reġjun kollu;

12.  Jenfasizza li l-Afganistan huwa ta' spiss soġġett għall-objettivi antagonistiċi ta' setgħat reġjonali; Iħeġġiġhom jappoġġjaw bis-sħiħ l-isforzi favur il-paċi fl-Afganistan; jappoġġja forums ta' kooperazzjoni reġjonali, madankollu jinsab imħasseb dwar l-involviment parallel bi prokura ta' xi wħud mill-ġirien tal-Afganistan fil-kunflitt, li jdgħajjef l-isforzi favur il-paċi; jistieden lil dawn il-ġirien biex joqogħdu lura milli jinvolvu indikaturi fir-rivalitajiet tagħhom fl-Afganistan u jħeġġeġ kemm lill-ġirien kif ukoll lis-setgħat reġjonali jikkooperaw bis-sħiħ sabiex tinkiseb paċi dejjiema u sostenibbli fl-Afganistan;

13.  Iħeġġeġ lill-UE żżid l-isforzi tagħha fid-djalogu u l-kooperazzjoni mas-sħab reġjonali biex jiġġieldu kontra t-traffikar tad-drogi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin;

14.  Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-infrastruttura u l-iżvilupp reġjonali fl-Afganistan fit-titjib tal-kummerċ u l-konnettività bejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar, u bħala fattur ta' stabbilizzazzjoni fir-reġjun;

15.  Jistieden lill-UE tinkludi kunsiderazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni UE-Afganistan fl-istrateġiji tagħha għall-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar;

Is-sigurtà u l-bini tal-paċi

16.  Jibqa' mħasseb ħafna dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan u l-gwadanji territorjali kontinwi tal-militanti tat-Taliban u l-gruppi terroristiċi varji, bħall-IS-KP, qagħda li tidher msaħħa ħafna bil-preżenza ta' ġellieda barranin; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kommessi minnhom kontra ċ-ċivili, il-forzi tas-sigurtà, l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili Afgani; itenni l-impenn sħiħ tiegħu li jiġġieled kull forma ta' terroriżmu u jagħti ġieħ lill-forzi ta' koalizzjoni u Afgani kollha u liċ-ċivili li ħallsu l-ogħla prezz għal Afganistan demokratiku, inklużiv, għani, sigur u stabbli; jinnota li aktar minn nofs l-attakki kontra l-gvern fl-2018 ġew attribwiti lill-IS-KP, li għandhom l-għan li jfixklu u jxekklu l-proċess ta' rikonċiljazzjoni u paċi; jinnota bi tħassib li l-organizzazzjonijiet ġiħadisti attwali, IS-KP, Al Qaeda u d-diversi sussidjarji tagħhom, irnexxielhom jadattaw u jrabbu l-għeruq, sitwazzjoni li tirrappreżenta sfida kbira għas-sigurtà fl-Afganistan, fir-reġjun u fl-Ewropa;

17.  Jenfasizza l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni mmexxi mill-Afgani u bi sjieda Afgana, inkluża l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi miftiehem ma' Hezb-e-Islami; jinsab lest li jikkontribwixxi għal dan bl-istrumenti xierqa kollha tal-UE hekk kif ikun hemm proċess ta' paċi sinifikanti; jistieden lit-Talibani jiddenunzjaw il-vjolenza, jingħaqdu mal-proċess ta' paċi u jaċċettaw il-Kostituzzjoni Afgana; jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-offerta ta' paċi komprensiva lit-Taliban magħmula ripetutament mill-gvern; jistieden lis-soċjetà ċivili tkun involuta bis-sħiħ f'dawn it-taħditiet; jirrikonoxxi li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-preżenza tas-sigurtà internazzjonali u kkombinata fit-tul sabiex il-forzi tas-sigurtà Afgani jiġu assistiti biex jistabilizzaw il-pajjiż u jiġi evitat li jerġa' jsir rifuġju sikur għal gruppi terroristiċi u sors ta' instabbiltà reġjonali; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali;

18.  Jilqa' l-ewwel perjodu ta' waqfien mill-ġlied mill-2001 'l hawn, Eid al-Fitr, li wera xewqa mifruxa għall-paċi fost l-Afgani; jistieden lit-Talibani jaderixxu mas-sejħiet tal-President Afgan għal perjodu ta' waqfien mill-ġlied ġdid;

19.  Jenfasizza li erba' deċennji ta' gwerra u kunflitt, li bdew bl-invażjoni Sovjetika tal-Afganistan fl-1979, wasslu għal ħafna mill-problemi mhux riżolti li l-Afganistan qed iħabbat wiċċu magħhom illum; f'dan ir-rigward jirrikonoxxi r-rwol taż-żgħażagħ u tad-dijaspora Afgana fil-proċess tal-bini ta' futur aktar sikur u aħjar għall-pajjiż; jistieden lill-UE tappoġġa l-ġustizzja tranżitorja għall-vittmi tal-vjolenza;

20.  Jinnota li wara l-għeluq tal-Missjoni ta' Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni EUPOL Afganistan f'Diċembru 2016, li pprovdiet taħriġ u pariri speċjalizzati lill-Pulizija Nazzjonali Afgana u lill-Ministeru tal-Intern, l-Unjoni kompliet il-kooperazzjoni tagħha mal-pulizija Afgana permezz tal-istrumenti esterni tal-UE, bħall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), li jiffinanzja wkoll azzjonijiet ta' rikonċiljazzjoni;

21.  Jinnota li l-missjoni tal-ISAF irnexxielha tibni l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani mill-bidu nett f'forza kapaċi ta' 352 000 suldat u uffiċjal tal-pulizija b'infanterija, pulizija militari, intelligence, awtorizzazzjoni tar-rotot, appoġġ għall-ġlied, kapaċitajiet mediċi, tal-avjazzjoni u loġistiċi, u b'hekk tiġi miġġielda l-influwenza tar-ribelli fil-pajjiż;

22.  Jinnota li l-ISAF ħolqot ambjent sikur biex ittejjeb il-governanza u l-iżvilupp ekonomiku, li wassal għall-akbar persentaġġ ta' titjib ta' kwalunkwe pajjiż f'termini ta' indikaturi bażiċi tas-saħħa u l-iżvilupp; jinnota li s-suċċess tal-ISAF wassal ukoll għall-ħolqien ta' midja vibranti u li miljuni ta' Afgani issa jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw;

23.  Jinkoraġġixxi aktar il-missjoni ta' Appoġġ Determinat tan-NATO biex tkompli t-taħriġ u s-sorveljanza tal-armata Afgana; iħeġġeġ lill-Istati Membri joffru taħriġ dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili lill-gvernijiet nazzjonali u lokali tal-Afganistan;

24.  Iħeġġeġ lin-NATO u lill-UE jaħdmu flimkien biex jiġbru intelligence dwar gruppi ribelli li jheddu lill-Afganistan u flimkien jikkoordinaw rakkomandazzjonijiet ta' politika lill-forzi tas-sigurtà Afgani;

25.  Jiddispjaċih ħafna li l-gruppi ribelli Talibani u oħrajn jużaw il-preżenza tal-UE u tal-komunità internazzjonali fl-Afganistan, u l-iżviluppi li kisbu, għal skopijiet ta' propaganda, biex jippromwovu d-diskors li okkupanti barranin qed jimpedixxu lill-pajjiż u l-istil ta' ħajja Afgana; iħeġġeġ lill-UE u lill-Gvern Afgan jiġġieldu kontra din il-propaganda;

26.  Jenfasizza l-fatt li l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu hija kruċjali għall-ħolqien ta' ambjent li jwassal għas-sigurtà fl-Afganistan; iħeġġeġ lis-sħab rilevanti kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex iżarmaw in-netwerks kollha ta' finanzjament tat-terroriżmu, inkluż it-tmiem tal-użu ħażin ta' netwerks ta' hawala u ta' donazzjonijiet internazzjonali għal dan il-għan, sabiex jiġġieldu r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu u l-għodod ta' reklutaġġ fuq liema l-organizzazzjonijiet terroristiċi Afgani għadhom iserħu;

27.  Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ideoloġiji estremisti jkunu fost l-ogħla prijoritajiet tiegħu;

28.  Jappoġġa l-Programm ta' Paċi u Riintegrazzjoni tal-Afganistan, li jintegra mill-ġdid membri tat-Taliban li jċedu u jirrinunzjaw il-vjolenza lura fis-soċjetà; ifaħħar lir-Renju Unit talli diġà kkontribwixxa aktar minn GBP 9 miljun;

29.  Jistieden lill-Gvern tal-Afganistan jimplimenta bis-sħiħ ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u biex jiżgura l-parteċipazzjoni, il-protezzjoni u d-drittijiet tan-nisa tul iċ-ċiklu ta' kunflitt, mill-prevenzjoni ta' kunflitti sar-rikostruzzjoni wara l-kunflitt;

30.  Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jiżviluppa kontromiżuri kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN) effikaċi; iħeġġeġ lill-UE tipprovdi appoġġ operattiv, tekniku u finanzjarju għall-bini ta' kapaċità CBRN;

31.  Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan isaħħaħ is-sistemi ta' kontroll domestiku tiegħu biex jiġġieled iċ-ċirkolazzjoni mifruxa ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) f'konformità mal-istandards internazzjonali eżistenti;

Il-bini tal-Istat

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Gvern tal-Afganistan u l-komunità internazzjonali jintensifikaw l-isforzi biex jeqirdu l-korruzzjoni fil-pajjiż, kif ukoll li jsaħħu l-istituzzjonijiet reattivi u inklużivi u jtejbu l-governanza lokali bħala passi kritiċi fil-bini ta' stat leġittimu u stabbli li hu kapaċi jipprevjeni l-kunflitt u r-ribelljoni; jistieden lill-Gvern Afgan isaħħaħ il-kapaċità nazzjonali biex jirkupra l-assi misruqa permezz ta' programmi bħal Inizjattiva ta' Rkupru tal-Assi Misruqa mmexxija mill-Grupp tal-Bank Dinji u l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC);

33.  Jistieden lill-Gvern tal-Afganistan iżid l-inklużività politika, isaħħaħ ir-responsabbiltà u jiġġieled b'mod attiv il-korruzzjoni;

34.  Jenfasizza li d-distakk bejn il-gvernijiet nazzjonali u lokali tal-Afganistan jeħtieġ li jitnaqqas; jirrikonoxxi li din il-problema tista' potenzjalment tittaffa jekk il-Gvern Afgan jinforza l-istatut li jirrikjedi li l-gvernaturi reġjonali jkunu preżenti fit-territorji li jirrappreżentaw;

35.  Jistieden lill-UE tiżgura li l-fondi tal-UE jiġu investiti fi proġetti li jgħinu lill-popolazzjoni Afgana u li jingħata appoġġ adegwat lill-muniċipalitajiet fil-forniment tagħhom ta' servizzi essenzjali u fil-bini tal-governanza lokali, sabiex jiġu żgurati standards ta' għajxien bażiċi għall-popolazzjoni, biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-muniċipalitajiet lokali sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet ta' investiment, jissaħħaħ l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, jiġi pprijoritizzat il-finanzjament għal proġetti li jappoġġaw atturi li jippromwovu r-responsabbiltà, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi u li jrawmu mekkaniżmi ta' djalogu u ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti li huma inkorporati lokalment;

36.  Jitlob li l-UE tkompli bil-pjan tagħha ta' tneħħija gradwali wara l-għeluq tal-missjoni EUPOL, li jinkludi l-iżgurar ta' tranżizzjoni sostenibbli tal-attivitajiet lejn is-sħab lokali u internazzjonali tal-EUPOL; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-Pulizija Nazzjonali Afgana f'forza professjonali għas-sikurezza u s-sigurtà, isaħħu l-istituzzjonijiet kollha tal-infurzar tal-liġi, b'enfasi partikolari fuq l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, il-pulizija u fuq it-titjib tal-istat tal-ħabsijiet Afgani, filwaqt li jiġu rrispettari d-drittijiet tal-ħabsin;

37.  Jiddispjaċih li l-kampanji ta' ġlieda kontra d-droga fl-Afganistan mhux qed jirnexxu u li ma sarux biżżejjed sforzi mmirati lejn il-laboratorji tad-droga tat-Taliban u n-netwerks tal-kriminalità organizzata internazzjonali, li jinsabu fil-qalba tat-traffikar tad-drogi u jipprovdu finanzjament għat-Taliban u l-operazzjonijiet terroristiċi; jappoġġja u japprova l-istrateġija l-ġdida tal-Gvern tal-Afganistan għall-ġlieda kontra d-drogi, appoġġjata mill-UNODC; huwa mħasseb dwar iż-żieda fil-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan(16) u jistieden lill-Gvern tal-Afganistan jistabbilixxi politiki mmirati biex ireġġgħu lura din it-tendenza; jinnota li huwa kruċjali li jiġu ġġenerati alternattivi tanġibbli u sostenibbli għall-produzzjoni tal-pepprin u li dawn isiru disponibbli għall-produtturi;

38.  Jenfasizza li s-sorsi ewlenin tad-dħul tat-Taliban huma l-estrazzjoni illegali u l-produzzjoni tal-oppju; jinnota li bħalissa huwa stmat li t-Talibani jdaħħlu EUR 200-300 miljun fis-sena minn attivitajiet ta' estrazzjoni illegali;

39.  Jitlob żieda fil-kontrolli u bilanċi xierqa u żieda fit-trasparenza sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika, inkluża l-ġestjoni finanzjarja, kif ukoll il-prevenzjoni ta' kwalunkwe użu ħażin ta' għajnuna barranija jew ta' żvilupp, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna;

40.  Jilqa' l-fatt li l-UE ffirmat Kuntratt għall-Bini tal-Istat (SBC) mal-Afganistan fl-2016, b'allokazzjoni ta' EUR 200 miljun fuq perjodu ta' sentejn f'appoġġ baġitarju sabiex jissaħħu l-istituzzjonijiet tal-gvern u jiżdiedu r-riżorsi għall-prijoritajiet ta' żvilupp bħalma huma l-ġenerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku, it-tnaqqis tal-faqar u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li r-riżorsi jridu jintużaw b'mod;

41.  Jinnota li l-SBC huwa ispirat minn rieżami ġenerali pożittiv tal-progress li sar mill-Afganistan dwar oqsma ewlenin ta' riforma; jirrikonoxxi l-importanza tat-tfassil tal-għanijiet li l-SBC ippreżenta u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament; ikompli jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza u tal-monitoraġġ sistematiku biex jiġi evitat l-użu ħażin; jenfasizza l-importanza li l-Gvern Afgan jiffoka fuq l-iżvilupp u l-istabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-SBC u jenfasizza li s-sejbiet tiegħu f'dan ir-rigward jenħtieġ li jintużaw biex tiġi ppreparata l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni ta' appoġġ baġitarju għall-perjodu 2018-2021;

Soċjetà ċivili u drittijiet tal-bniedem

42.  Jilqa' l-fatt li l-CAPD UE-Afganistan jenfasizza d-djalogu dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, it-tfal u l-minoranzi etniċi u reliġjużi sabiex jiġi żgurat l-aċċess għar-riżorsi u jiġi appoġġjat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż billi jiġu impjegati aktar nisa fl-istrutturi governattivi tal-Afganistan, kif ukoll fis-sistema ta' sigurtà u dik ġudizzjarja; jistieden lill-Afganistan jaħdem lejn l-eradikazzjoni ta' kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza l-ħtieġa li jsir aktar sforz fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-CAPD iddikjarati fit-Titoli I u II;

43.  Jinsisti li l-UE żżomm pożizzjoni soda dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jenfasizza li l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u l-minoranzi, u l-istat tad-dritt huma elementi essenzjali tal-Ftehim; jinsisti li l-UE tieħu miżuri speċifiċi jekk il-Gvern tal-Afganistan jikser elementi essenzjali tal-Ftehim;

44.  Ifakkar li l-UE hija partikolarment iffukata fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tan-nisa, it-tfal, il-persuni b'diżabbiltà l-persuni li jgħixu fil-faqar, u li dawn il-gruppi għandhom bżonn speċjali ta' assistenza, inkluż fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni;

45.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pożizzjoni prominenti ħafna mogħtija lill-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki relatati fil-Ftehim, u l-fokus qawwi tiegħu fuq l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-UE tkompli tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, permezz tal-isforzi tagħha għall-iżvilupp, filwaqt li żżomm f'moħħha li t-tibdil fl-attitudnijiet tas-soċjetà lejn ir-rwol soċjoekonomiku tan-nisa jappella għal miżuri korrispondenti fis-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u r-riforma tal-qafas regolatorju;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-protezzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi li huma mhedda jew li qed jiġu attakkati; jinnota li l-grupp etniku Shiite Hazara huwa mmirat aktar ta' spiss minn gruppi oħra u għalhekk jistħoqqlu attenzjoni partikolari;

47.  Jitlob it-tisħiħ u l-appoġġ ta' istituzzjonijiet nazzjonali u sottonazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-dinja akkademika; iħeġġeġ lill-kontropartijiet internazzjonali jinkoraġġixxu kooperazzjoni aktar mill-qrib u involviment ma' dawn is-sħab Afgani;

48.  Jappoġġja l-isforzi tal-QKI biex tiżgura r-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità li allegatament twettqu minn Mejju 2003;

49.  Jinsab imħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta' attakki aktar vjolenti u deliberati fuq faċilitajiet tas-saħħa u ħaddiema tas-saħħa u l-immirar tal-infrastruttura ċivili; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, biex jipprevjenu attakki kontra persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili;

50.  Jistieden lill-Gvern Afgan jintroduċi moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha;

L-Iżvilupp u l-kummerċ

51.  Jirrikonoxxi li l-għan aħħari tal-għajnuna tal-UE lill-Afganistan huwa li jgħin lill-gvern u lill-ekonomija tal-pajjiż jeqirdu l-faqar u jiżviluppaw fi stat ta' indipendenza u tkabbir bi żvilupp intern u kooperazzjoni reġjonali permezz ta' kummerċ estern u investiment pubbliku sostenibbli, sabiex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq l-għajnuna barranija, billi ssir kontribuzzjoni għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali tal-Afganistan;

52.  Jinnota li l-Afganistan huwa wieħed mill-akbar benefiċjarji tal-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja u li l-istituzzjonijiet tal-UE impenjaw EUR 3,6 biljun f'għajnuna lill-pajjiż bejn l-2002 u l-2016; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proporzjon ta' Afgani li jgħixu fil-faqar żdied minn 38 % (2012) għal 55 % (2017) u jenfasizza l-fatt li l-pajjiż irreġistra tkabbir bil-mod mill-2014 bl-użu tal-forzi tas-sigurtà internazzjonali, it-tnaqqis riżultanti f'għotjiet internazzjonali u sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tmur għall-agħar;

53.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata r-rata għolja ta' qgħad u l-ġlieda kontra l-faqar sabiex issir ħidma favur il-kisba tal-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż;

54.  Jenfasizza li aktar opportunitajiet ta' xogħol minbarra l-biedja u impjiegi mal-gvern huma meħtieġa sabiex jiġi evitat li l-irġiel żgħażagħ jiġu reklutati mit-Taliban u netwerks oħra ta' ribelli;

55.  Jilqa' l-Qafas Nazzjonali għall-Paċi u l-Iżvilupp fl-Afganistan (ANPDF) tal-2016 u l-Qafas ta' Awtodipendenza permezz tal-Qafas ta' Responsabbiltà Reċiproka (SMAF) adottat mill-Gvern Afgan; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw, permezz tal-CAPD, prijoritajiet ta' żvilupp li jappartjenu lill-Afgani f'konformità mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp;

56.  Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jevalwaw il-miżuri kollha tal-UE fl-Afganistan fuq bażi regolari billi jużaw indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi espliċiti, speċjalment fir-rigward tal-għajnuna għall-iżvilupp, il-governanza tajba inkluż is-settur tal-ġustizzja, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-sigurtà; f'dan il-kuntest jistieden ukoll li ssir evalwazzjoni tal-impatt relattiv tal-miżuri tal-UE fuq is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż u tal-livell ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-atturi tal-UE u missjonijiet u miżuri internazzjonali oħra, biex is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu ppubblikati u rrappurtati lill-Parlament;

57.  Jiddispjaċih li minkejja l-għotjiet sinifikanti ta' għajnuna esterna, l-impatt kien limitat; jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar l-effikaċja tal-assistenza tal-UE lill-Afganistan matul l-aħħar għaxar snin;

58.  Jinkoraġġixxi lill-UE u lil aġenziji internazzjonali oħrajn involuti fl-iżvilupp tal-Afganistan jaħdmu mal-midja Afgana biex jiżguraw il-komunikazzjoni strateġika tal-isforzi għall-iżvilupp, is-sorsi, l-għanijiet u l-impatti tagħhom, lill-poplu Afgan;

59.  Ifakkar li attwalment hemm nuqqas ta' esperti ċivili fl-Afganistan; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimpjegaw u jħarrġu b'mod xieraq esperti ċivili f'oqsma ewlenin kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u għall-ġlieda kontra d-droga biex tingħata assistenza u taħriġ lill-uffiċjali u lin-nies lokali Afgani;

60.  Jissottolinja l-ħtieġa li s-sistema ta' edukazzjoni tal-Afganistan tiġi appoġġata biex jiżdied in-numru ta' tfal li jsegwu l-klassijiet tal-iskola fil-livelli kollha;

61.  Jilqa' l-fatt li r-reġistrazzjoni fl-iskejjel żdiedet b'għaxar darbiet mill-2001, u l-bniet jammontaw għal 39 % tal-istudenti;

62.  Iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ġenerazzjoni żagħżugħa u jappella għall-użu sħiħ ta' programmi bħal Erasmus+ u Orizzont 2020 biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, id-dinja akkademika, is-setturi tar-riċerka u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

63.  Jappoġġja l-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-Fond Fiduċjarju ta' Rikostruzzjoni tal-Afganistan, li huwa koġestit mill-Bank Dinji u l-Ministeru tal-Finanzi tal-Afganistan u jaħdem biex jipprovdi servizzi kritiċi bażiċi b'enfasi speċifika fuq is-saħħa u l-edukazzjoni;

64.  Jilqa' l-adeżjoni tal-Afganistan mad-WTO fl-2016 u jirrikonoxxi l-valur miżjud li se jġibu magħhom il-kummerċ u l-investiment barrani dirett għall-futur tal-Afganistan; jirrikonoxxi r-rwol pożittiv li jista' jkollha s-sħubija fid-WTO fuq l-integrazzjoni tal-Afganistan fl-ekonomija dinjija;

65.  Jinnota li wara l-adeżjoni tal-pajjiż mad-WTO fl-2016, li żiedet ir-rabtiet tal-Afganistan mal-ekonomija globali, l-UE tat lill-Afganistan aċċess ħieles u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE, iżda jirrikonoxxi li huma meħtieġa aktar miżuri konkreti sabiex is-settur privat ikun jista' japprofitta minn dan ir-reġim u bħala tali jżid l-iżvilupp intern tiegħu;

66.  Jenfasizza li l-awtoritajiet Afgani jenħtieġ li jiżviluppaw mudell ekonomiku sostenibbli bil-prinċipju tat-tqassim mill-ġdid fil-qalba tiegħu; jistieden lill-UE tappoġġa lill-Afganistan fit-tranżizzjoni tiegħu għall-iżvilupp u l-enerġija ambjentali, peress li d-dispożizzjonijiet għall-enerġija nadifa u sostenibbli huma essenzjali biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

67.  Jissottolinja li aktar sforzi huma meħtieġa sabiex tiżdied il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-gvern biex jifformulaw u jimplimentaw strateġiji u politiki kummerċjali, itejbu l-moviment transfruntier tal-merkanzija u jtejbu l-kwalità tal-prodotti biex jilħqu l-istandards internazzjonali;

68.  Jappella għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn in-negozji bejn il-kumpaniji bbażati fl-UE u s-settur privat Afgan; jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta' kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-SMEs;

69.  Jappoġġja u jilqa' kwalunkwe programm ta' żvilupp imniedi mill-UE, Stat Membru individwali jew kwalunkwe membru tal-komunità internazzjonali, li għandu l-għan li jassisti sidien ta' negozji żgħar u intraprendituri fit-tmexxija ta' spejjeż legali, regolamenti, u ostakoli oħra għall-produzzjoni li altrimenti jaġixxu biex jiskoraġġixxu lin-negozji milli jidħlu fis-suq u/jew li jikbru fi ħdan is-suq;

70.  Jirrikonoxxi li r-riżervi minerali fl-Afganistan jipprovdu opportunità ekonomika biex il-pajjiż jiġġenera dħul u impjiegi; jinnota li ċ-Ċina wriet interess f'dawn ir-riżervi minerali, b'enfasi partikolari fuq elementi terrestri rari;

Migrazzjoni

71.  Jirrikonoxxi li l-migrazzjoni hija sfida kontinwa għall-Afganistan li tippreżenta kwistjonijiet għall-pajjiżi ġirien u għall-Istati Membri tal-UE; jinsab imħasseb dwar l-għadd bla preċedent ta' migranti li qed jirritornaw primarjament mill-Pakistan u l-Iran, u f'livell iktar baxx mill-Ewropa; jirrikonoxxi li kwistjonijiet relatati ma' persuni spostati internament u rifuġjati huma r-riżultat tat-theddida ta' vjolenza minn gruppi ribelli fl-Afganistan, kif ukoll fatturi ekonomiċi u ambjentali; jenfasizza li l-isforzi tal-UE u tal-komunità internazzjonali jenħtieġ li jkunu ffukati fuq il-prevenzjoni tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni tal-massa; jilqa' l-istrateġija nazzjonali Afgana għall-immaniġġjar tar-ritorn; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' politiki ta' integrazzjoni permanenti tal-awtoritajiet Afgani li jimmaniġġjaw il-persuni rimpatrijati attwali; jinsab konvint li l-integrazzjoni mill-ġdid xierqa tal-persuni rimpatrijati, speċjalment tat-tfal, li għandhom jiġu ggarantiti aċċess għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, hija kruċjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà fil-pajjiż u li l-persuni li rritornaw ma kinux soġġetti għal vjolenza jew koerċizzjoni waqt proċeduri ta' ritorn;

72.  Jenfasizza l-fatt li skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), 5,5 miljun ruħ huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja fl-Afganistan, inklużi persuni spustati internament wara kunflitt jew nixfa, u jenfasizza li n-nixfa wasslet għall-ispostament sfurzat ta' aktar minn 250 000 persuna fit-Tramuntana u l-Punent tal-pajjiż; jinnota li l-Pjan ta' Rispons Umanitarju huwa ffinanzjat 33,5 % biss u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għalhekk, iżidu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi umanitarji ewlenin u l-ħtiġijiet umani u jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni vulnerabbli, inklużi dawk li jinsabu f'żoni li huma diffiċli li jintlaħqu;

73.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-Artikolu 28(4) tal-CAPD, li jiddikjara li l-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni, ma ntlaħaq l-ebda ftehim formali, iżda wieħed informali – it-Triq Konġunta 'l Quddiem; iqis li huwa importanti li kwalunkwe ftehim dwar ir-riammissjoni jenħtieġ li jiġi fformalizzat sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà demokratika; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' sorveljanza parlamentari u kontroll demokratiku dwar il-konklużjoni tat-Triq Konġunta 'l Quddiem u jenfasizza l-importanza li jitwettaq djalogu kontinwu mal-atturi rilevanti sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli dwar id-dimensjoni reġjonali tal-kwistjoni tar-rifuġjati Afgani;

74.  Jiddispjaċih dwar il-mewġa migratorja mill-Afganistan lejn il-Punent, speċjalment fost dawk b'edukazzjoni u ż-żgħażagħ, minħabba n-nuqqas ta' prospetti fil-pajjiż; jissottolinja l-assistenza tal-UE biex jitjiebu l-ħajjiet tal-emigranti Afgani li jinsabu fil-Pakistan u l-Iran; jitlob lil dawk il-pajjiżi ma jkeċċux lil dawk il-persuni, peress li dan jista' jkollu effett negattiv ħafna fuq l-istabbiltà u l-ekonomija tal-Afganistan; iħeġġeġ li r-ritorn tar-rifuġjati lejn djarhom jiġi organizzat b'mod sikur, ordnat u volontarju;

75.  Ifaħħar lill-Kummissjoni talli stabbiliet proġett kbir fl-2016 biex jiġu integrati aħjar il-migranti li jirritornaw lejn l-Afganistan, il-Bangladexx, u l-Pakistan b'EUR 72 miljun allokati speċifikament għall-Afganistan bejn l-2016 u l-2020;

76.  Jenfasizza li l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp tal-Afganistan jenħtieġ li titqiesx esklużivament mill-perspettiva tal-migrazzjoni u l-objettivi tal-ġestjoni tal-fruntieri, u jqis li l-għajnuna għall-iżvilupp jenħtieġ li tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni b'mod effikaċi;

Kooperazzjoni settorjali

77.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta strateġiji komprensivi għal kull settur bil-għan li jiġi żgurat żvilupp mifrux fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni mal-Afganistan;

78.  Jitlob li jsiru sforzi biex l-esperjenza tal-UE fil-bini tal-kapaċità u fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizz ċivili tintuża b'mod tajjeb; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tittejjeb il-governanza fil-qasam tat-tassazzjoni; jitlob appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'rispett sħiħ tal-isfond etniku, reliġjuż, soċjali jew politiku differenti tagħhom;

79.  Jenfasizza l-fatt li l-agrikoltura tipprovdi 50 % tal-introjtu tal-popolazzjoni tal-Afganistan u kwart tal-PDG tiegħu; jinnota li l-UE hija impenjata li tonfoq EUR 1,4 biljun bejn l-2014 u l-2020 fuq proġetti ta' żvilupp f'żoni rurali; jinnota wkoll li dawn il-proġetti huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-bdiewa ma jiċċaqalqux lejn l-ekonomija sewda;

80.  Jinnota li 80 % tal-popolazzjoni Afgana hija involuta f'agrikoltura ta' sussistenza f'ambjent ostili għall-agrikoltura, b'metodi ta' tisqija ħażina; jappoġġja t-tisħiħ tal-isforzi biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel;

81.  Jinnota bi tħassib in-nixfa attwali fl-Afganistan, li hija l-agħar li seħħet f'għexieren ta' snin u tikkostitwixxi theddida għan-nies, il-bhejjem u l-agrikoltura; jinsab imħasseb ukoll dwar id-diżastri naturali frekwenti bħall-għargħar għall-għarrieda, it-terremoti, l-uqigħ tal-art u x-xtiewi ħorox;

82.  Jinnota bi tħassib li l-ħsara lill-prodotti agrikoli bħall-qamħ tista' twassal għall-ispostament, il-faqar, il-ġuħ, u f'xi każijiet il-movimenti lejn is-suq iswed, u li tliet miljun persuna jinsabu f'riskju għoli ħafna ta' nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u ta' telf ta' għajxien;

83.  Jirrikonoxxi t-trasferiment ta' iżjed mill-katina tal-valur tal-ipproċessar tal-ikel lura fl-Afganistan jista' jżid l-introjtu għall-familji, iżid is-sigurtà tal-ikel, inaqqas l-ispejjeż tal-ikel u jipprovdi aktar opportunitajiet ta' impjieg;

84.  Jinkoraġġixxi lill-UE tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kura tas-saħħa fl-Afganistan u jenfasizza l-importanza tat-tilqim għall-persuni kollha, iżda speċjalment dawk li huma partikolarment vulnerabbli għall-mard, bħat-tfal;

85.  Jilqa' l-fatt li l-aċċess primarju għall-kura tas-saħħa żdied minn 9 % għal aktar minn 57 %, li l-istennija tal-għomor żdiedet minn 44 għal 60 u li dan it-titjib sar possibbli permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-UE, l-Istati Membri individwali u l-komunità internazzjonali; jirrikonoxxi, fid-dawl ta' dawn il-kisbiet, li għad fadal ħafna xi jsir biex tkompli tiżdied l-istennija tal-għomor u titnaqqas ir-rata ta' mortalità tan-nisa li jkunu qed iwelldu, kif ukoll ta' tfal li jkunu għadhom kif jitwieldu;

86.  Jikkundanna bil-qawwa l-prattiki korrotti fis-sistema tal-kura tas-saħħa Afgana, bħall-importazzjoni ta' farmaċewtiċi illegali, u jħeġġeġ lill-UE tkompli tapplika pressjoni fuq il-Gvern Afgan biex jagħmel aktar biex jipprevjeni tali prattiki korrotti;

87.  Itenni l-ħtieġa ta' professjonisti mħarrġa fil-qasam mediku fl-Afganistan u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jġibu lil professjonisti mediċi biex iħarrġu tobba u persunal mediku lokali;

88.  Jinnota li t-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali jikkawża ħsara lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lis-soċjetà Afgana; jitlob l-implimentazzjoni rapida ta' ftehimiet eżistenti, inkluż dwar l-iskambju ta' informazzjoni, sabiex jiżżarmaw in-netwerkss kriminali transnazzjonali li jibbenefikaw mill-instabbiltà u l-istituzzjonijiet dgħajfa;

L-Implimentazzjoni tal-CAPD

89.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-CAPD bħala l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn l-UE u l-Afganistan;

90.  Jinnota li l-CAPD jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet f'diversi oqsma bħall-istat tad-dritt, is-saħħa, l-iżvilupp rurali, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u d-drogi, il-migrazzjoni, is-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni tal-AQM u t-tibdil fil-klima;

91.  Jilqa' l-istabbiliment tal-korpi ta' kooperazzjoni konġunti fil-livell eżekuttiv, b'enfasi fuq l-organizzazzjoni ta' djalogi regolari dwar kwistjonijiet politiċi inklużi d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u t-tfal, li huma elementi essenzjali ta' dan il-ftehim, u l-indirizzar ta' sfidi u l-ħolqien ta' opportunitajiet għal sħubija iktar b'saħħitha;

92.  Jesprimi tħassib li l-CAPD m'għandux dispożizzjonijiet dwar skrutinju parlamentari konġunt tal-implimentazzjoni tiegħu; jippromwovi r-rwol tal-Parlament Ewropew, il-parlamenti tal-Istati Membri u l-Parlament Afgan fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-CAPD;

93.  Jieħu nota tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Afganistan minn Mibgħut Speċjali f'Settembru 2017, li ddaħħal fl-istruttura tas-SEAE;

94.  Jiddispjaċih li l-Kunsill ipproċeda b'deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja f'oqsma li huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament, b'mod partikolari l-kapitolu dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment, li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi tal-UE, minflok ma talab ratifika kmieni fil-proċess, qabel ma jsir dan il-pass; iqis li din id-deċiżjoni tmur kontra l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-TUE u jippreġudika d-drittijiet u r-responsabbiltajiet legali;

°

°  °

95.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Afganistan, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.

(1)

ĠU L 67, 14.3.2017, p. 3.

(2)

Testi adottati, P8_TA(0000)0000.

(3)

ĠU C 65, 19.2.2016, p. 133.

(4)

ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 108.

(5)

ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 55.

(6)

ĠU C 378, 9.11.2017, p. 73.

(7)

ĠU C 349, 17.10.2017, p. 41.

(8)

ĠU C 366, 27.10.2017, p. 129.

(9)

ĠU C 66, 21.2.2018, p. 17.

(10)

ĠU C 298, 23.8.2018, p. 39.

(11)

ĠU C 337, 20.9.2018, p. 48.

(12)

ĠU C 369, 11.10.2018, p. 85.

(13)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2011 (16146/11 u 16147/11).

(14)

Rapport ta' Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini mill-EASO, Is-sitwazzjoni tas-Sigurtà fl-Afganistan - Aġġornament, Mejju 2018, https://coi.easo.europa.eu/administration/easo/PLib/Afghanistan-security_situation_2018.pdf

(15)

Spettur Ġenerali Speċjali tal-Istati Uniti għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR), Rapport ta' kull tliet xhur lill-Kungress tal-Istati Uniti, it-30 ta' Ottubru 2018, https://www.sigar.mil/pdf/quarterlyreports/2018-10-30qr.pdf

(16)

https://www.unodc.org/unodc/en/frontpage/2018/May/last-years-record-opium-production-in-afghanistan-threatens-sustainable-development--latest-survey-reveals.html


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (22.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra

(2015/0302M(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Frank Engel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-Afganistan huwa wieħed mill-akbar benefiċjarji tal-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja u li l-istituzzjonijiet tal-UE impenjaw EUR 3.6 biljun f'għajnuna lill-pajjiż bejn l-2002 u l-2016; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proporzjon ta' Afgani li jgħixu fil-faqar żdied minn 38 % (2012) għal 55 % (2017) u jenfasizza l-fatt li l-pajjiż irreġistra tkabbir bil-mod mill-2014 bl-użu tal-forzi tas-sigurtà internazzjonali, it-tnaqqis riżultanti f'għotjiet internazzjonali, u sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tmur għall-agħar;

2.  Jirrikonoxxi li dan it-treġġigħ lura reċenti fil-progress tal-iżvilupp huwa dovut l-aktar għall-intensifikazzjoni ta' vjolenza u kunflitt fit-tul; jenfasizza li s-sena 2018 qiegħda fit-triq it-tajba biex tkun l-aktar sena qattiela li fiha jgħixu persuni ċivili, u jiddeplora s-serje ta' attakki u qtil qabel l-elezzjonijiet parlamentari ta' Ottubru 2018, li ħakmu l-ħajja ta' ħafna persuni ċivili u għaxar kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni; jenfasizza l-fatt li l-ispostament intern, il-wasla ta' persuni rimpatrijati mir-reġjun tal-madwar – inklużi 500 000 Afgan mhux dokumentat mill-bidu tas-sena, wara trażżin fl-Iran – u minn Stati Membri tal-UE, kif ukoll fatturi klimatiċi, bħal nixfa kontinwa, kollha wasslu għal deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja; jinnota bi tħassib li huwa diffiċli li jitwettqu l-attivitajiet ta' riintegrazzjoni, iffinanzjati permezz tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE, minħabba s-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà kurrenti tal-pajjiż;

3.  Jenfasizza l-fatt li skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), 5.5 miljun ruħ huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja fl-Afganistan, inklużi persuni spustati internament wara kunflitt jew nixfa, u jenfasizza li n-nixfa wasslet għall-ispostament sfurzat ta' aktar minn 250 000 persuna fit-Tramuntana u l-Punent tal-pajjiż; jinnota li l-Pjan ta' Rispons Umanitarju huwa ffinanzjat 33.5 % biss u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għalhekk, iżidu l-isforzi kollha tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi umanitarji ewlenin u l-ħtiġijiet umani u jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni vulnerabbli, inklużi dawk li jinsabu f'żoni li huma diffiċli li jintlaħqu;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod komprensiv l-isfidi umanitarji, ta' żvilupp u ta' sigurtà, inkluż permezz ta' azzjonijiet sistemiċi iktar fit-tul, u jintużaw aħjar ir-relazzjonijiet ta' bejniethom; jinsisti li l-paċifikazzjoni tal-pajjiż , il-qerda tal-faqar, u l-appoġġ għall-ġlieda kontra t-Taliban, in-normalizzazzjoni tal-funzjonament tal-istat u l-istituzzjonijiet tiegħu, u l-espansjoni tas-servizzi soċjali bażiċi bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni huma prerekwiżiti indispensabbli għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku fl-Afganistan;

5.  Jilqa' l-Qafas Nazzjonali għall-Paċi u l-Iżvilupp fl-Afganistan (ANPDF) tal-2016 u l-Qafas ta' Awtodipendenza permezz tal-Qafas ta' Responsabilità Reċiproka (SMAF) adottat mill-Gvern Afgan; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw, permezz tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (CAPD), prijoritajiet ta' żvilupp li jappartjenu lill-Afgani f'konformità mal-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp;

6.  Ifakkar fl-impenn tal-UE li tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari li teqred il-faqar, billi tiffoka l-isforzi tagħha f'oqsma fejn hija żżid l-aktar valur, u billi tirrispetta l-prinċipji tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-għajnuna u tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD); jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-finanzjament tal-għajnuna għall-iżvilupp ibbażata fuq il-ħtiġijiet għall-Afganistan u li jkun hemm enfasi fuq il-qerda tal-faqar u tal-ġuħ b'mod partikolari, l-indirizzar ta' vulnerabilitajiet bħal nuqqas kbir ta' sigurtà tal-ikel u malnutrizzjoni kronika, u l-ġestjoni tal-ilma; jenfasizza l-ħtieġa li jibqa' impenjat favur l-appoġġ tal-gvern biex jiżdied l-aċċess għas-servizzi bażiċi kollha, bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, b'enfasi fuq l-iżgurar tal-kura tas-saħħa għal persuni vulnerabbli inklużi n-nisa, il-bniet u t-tfal, kif ukoll l-indirizzar tad-diżabilità u l-kura tas-saħħa mentali; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) jista' jkollhom rwol essenzjali fl-eżerċitar tal-kontroll soċjali meħtieġ għall-verifika tal-provvista tajba tas-servizzi pubbliċi;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza għall-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent fil-CAPD, peress li l-ekonomiji rurali u l-agrikoltura bħalissa jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta' ħolqien ta' impjiegi; jistieden lill-UE żżid l-interventi tagħha f'dan il-qasam sabiex ittejjeb is-sigurtà alimentari u nutrizzjonali, l-għajxien u l-impjiegi rurali, inkluża l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt ta' perikli naturali u t-tibdil fil-klima fuq bdiewa żgħar;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pożizzjoni prominenti ħafna mogħtija lill-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki relatati fil-Ftehim, u l-fokus qawwi tiegħu fuq l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-UE tkompli tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, permezz tal-isforzi tagħha għall-iżvilupp, filwaqt li żżomm f'moħħha li t-tibdil fl-attitudnijiet tas-soċjetà lejn ir-rwol soċjoekonomiku tan-nisa jappella għal miżuri korrispondenti fis-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u r-riforma tal-qafas regolatorju;

9.  Jilqa' l-istrateġija nazzjonali Afgana għall-ġestjoni tar-ritorn, iżda jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa għal monitoraġġ kontinwu għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' salvagwardji għar-riintegrazzjoni taċ-ċittadini Afgani, speċjalment it-tfal, li għandhom jiġu garantiti aċċess għall-edukazzjoni primarja u sekondarja; jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-Artikolu 28(4) tal-CAPD, li jiddikjara li l-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni, ma ntlaħaq l-ebda ftehim formali, iżda wieħed informali – it-Triq Konġunta 'l Quddiem; iqis li huwa importanti li kwalunkwe ftehim dwar ir-riammissjoni għandu jiġi fformalizzat biex tiġi żgurata r-responsabilità demokratika; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' sorveljanza parlamentari u kontroll demokratiku dwar il-konklużjoni tat-Triq Konġunta 'l Quddiem u jenfasizza l-importanza li jitwettaq djalogu kontinwu mal-atturi rilevanti sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli dwar id-dimensjoni reġjonali tal-kwistjoni tar-rifuġjati Afgani;

10.  Jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE lill-Afganistan ma għandhiex titqies esklużivament mill-perspettiva tal-migrazzjoni u l-objettivi tal-ġestjoni tal-fruntieri, u jqis li l-għajnuna għall-iżvilupp għandha tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni b'mod effettiv;

11.  Jilqa' l-Kuntratt għall-Bini tal-Istat (SBC) bejn l-UE u l-Afganistan (appoġġ baġitarju), iffirmat fl-2016, peress li jista' jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-gvern u s-sjieda tagħhom tal-politiki tal-iżvilupp; jinnota li l-SBC huwa ispirat minn rieżami ġenerali pożittiv tal-progress li sar mill-Afganistan dwar oqsma ewlenin ta' riforma; jenfasizza li r-riżorsi jridu jintużaw b'mod effikaċi u jiġu mmonitorjati sistematikament biex jipprevjenu l-użu ħażin; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-SBC u jenfasizza li tali sejbiet għandhom jintużaw biex tiġi ppreparata l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni ta' appoġġ baġitarju għall-perjodu 2018-2021.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-UE u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Referenzi

2015/0302M(NLE)

Kumitat responsabbli

 

AFET

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Frank Engel

23.5.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mireille D’Ornano, Enrique Guerrero Salom, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Thierry Cornillet, Stefan Gehrold, Bernd Lucke, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

Thierry Cornillet

ECR

Bernd Lucke

EFDD

Mireille D’Ornano

PPE

Stefan Gehrold, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Adam Szejnfeld, Joachim Zeller, Željana Zovko

S&D

Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Elly Schlein

0

-

 

 

3

0

ECR

Eleni Theocharous

GUE/NGL

Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

18.6.2018

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI

tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni l-Isħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda,u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra

(2015/0302M(NLE))

Għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: Bernd Lange (President)

Position

EMENDA

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jippreżenta lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, l-emenda li ġejja:

Emenda    1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill li jipproċedi, qabel jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament, bl-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar l-Isħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, li fih oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi tal-UE, b'mod partikolari kapitolu dwar il-kooperazzjoni rigward kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment; iqis li din id-deċiżjoni tmur kontra l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-TUE u jippreġudika d-drittijiet u r-responsabbiltajiet legali fil-qasam tal-politika kummerċjali tal-UE deskritti fl-Artikoli 207 u 218 tat-TFUE; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill ma talabx l-approvazzjoni tal-Parlament aktar kmieni fil-proċess u qabel l-applikazzjoni proviżorja tiegħu, kif inhi l-prassi stabbilita għal ftehimiet speċifiċi għall-kummerċ konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-UE u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Referenzi

2015/0302M(NLE)

Kumitat responsabbli

 

AFET

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bernd Lange

23.4.2018

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2018

 

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-UE u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Referenzi

2015/0302M(NLE)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

 

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

 

INTA

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Anna Elżbieta Fotyga

13.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Klaus Buchner, James Carver, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Doru-Claudian Frunzulică, Elisabetta Gardini, Rebecca Harms, Patricia Lalonde, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Axel Voss, Martina Werner

Data tat-tressiq

1.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Ilhan Kyuchyuk, Patricia Lalonde, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

ECR

Amjad Bashir, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden

EFDD

Aymeric Chauprade

PPE

Asim Ademov, Michèle Alliot-Marie, Arnaud Danjean, Norbert Erdős, Michael Gahler, Elisabetta Gardini, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Ramona Nicole Mănescu, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Dubravka Šuica, László Tőkés, Axel Voss, Željana Zovko

S&D

Francisco Assis, Goffredo Maria Bettini, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Wajid Khan, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Martina Werner, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Rebecca Harms, Barbara Lochbihler, Alyn Smith, Jordi Solé, Bodil Valero

3

-

ENF

Mario Borghezio

NI

Georgios Epitideios, Dobromir Sośnierz

4

0

EFDD

James Carver

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali