Proċedura : 2018/0140(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0060/2019

Testi mressqa :

A8-0060/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.5
CRE 12/03/2019 - 9.5

Testi adottati :

P8_TA(2019)0139

RAPPORT     ***I
PDF 263kWORD 90k
4.2.2019
PE 629.586v02-00 A8-0060/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija

(COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Claudia Schmidt

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija

(COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0279),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 91, 100(2) u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0191/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...(1)

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ta' ...(2)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0060/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-effiċjenza tat-trasport tal-merkanzija u tal-loġistika hija vitali għall-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, għall-funzjonament tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali u ekonomika tar-reġjuni kollha tal-Unjoni.

(1)  L-effiċjenza tat-trasport tal-merkanzija u tal-loġistika hija vitali għat-tkabbir u l-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, għall-funzjonament tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali u ekonomika tar-reġjuni kollha tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jnaqqas l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-informazzjoni dwar it-trasport bejn l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi, li jtejjeb il-kapaċitajiet ta' infurzar tal-awtoritajiet u li jħeġġeġ id-diġitalizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-moviment tal-merkanzija huwa akkumpanjat minn ammont kbir ta' informazzjoni li għadha tiġi skambjata f'format stampat, fost in-negozji u bejn in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi. L-użu ta' dokumenti tal-karta jirrappreżenta piż amministrattiv sinifikanti għall-operaturi loġistiċi.

(2)  Il-moviment tal-merkanzija huwa akkumpanjat minn ammont kbir ta' informazzjoni li għadha tiġi skambjata f'format stampat, fost in-negozji u bejn in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi. L-użu ta' dokumenti tal-karta jirrappreżenta piż amministrattiv sinifikanti u spiża addizzjonali għall-operaturi loġistiċi u l-industriji relatati (bħall-kummerċ u l-manifattura), b'mod partikolari għall-SMEs, u għandu impatt negattiv fuq l-ambjent.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodda tal-infurzar hija essenzjali sabiex tiġi liberata l-kapaċità ta' infurzar, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi żejda fuq l-operaturi internazzjonali tat-trasport u b'mod partikolari l-SMEs, jiġu indirizzati aħjar l-operaturi tat-trasport b'riskju għoli u jiġu identifikati prattiki frawdolenti. Dan l-infurzar diġitali "intelliġenti" jeħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha ssir mingħajr karti u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'forma elettronika. Għalhekk, fil-futur, l-użu ta' dokumenti dwar it-trasport elettroniċi jenħtieġ li jsir ir-regola. Barra minn hekk, sabiex l-uffiċjali tal-infurzar, inklużi dawk li jwettqu kontrolli fil-ġenb tat-triq, jiġu pprovduti b'ħarsa ġenerali ċara u kompleta tal-operaturi tat-trasport li qed jiġu kkontrollati, dawn jenħtieġ li jkollhom aċċess dirett u fil-ħin reali għall-informazzjoni rilevanti kollha, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw każijiet ta' ksur u anormalitajiet aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti.

Ġustifikazzjoni

Is-settur tat-trasport għadu lura b'mod serju fid-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija. Dan ifixkel l-effiċjenza tas-settur u tal-katina tal-provvista u jikkomplika l-infurzar effiċjenti u effikaċi tar-regoli min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti. L-użu ta' dokumenti elettroniċi għandu għalhekk isir ir-regola fil-futur. Dan jagħmel disponibbli l-kapaċità ta' infurzar, inaqqas il-piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq l-operaturi tat-trasport, jindirizza aħjar l-operaturi tat-trasport b'riskju għoli u jidentifika prattiki frawdolenti.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  In-nuqqas ta' qafas legali uniformi fil-livell tal-Unjoni li jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jaċċettaw informazzjoni relevanti dwar it-trasport tal-merkanzija, meħtieġa mil-leġiżlazzjoni, f'forma elettronika, hija r-raġuni ewlenija għan-nuqqas ta' progress lejn is-simplifikazzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza tal-mezzi elettroniċi. In-nuqqas ta' aċċettazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi tal-informazzjoni f'forma elettronika jaffettwa mhux biss il-faċilità tal-komunikazzjoni bejniethom u mal-operaturi iżda, indirettament, ixekkel ukoll l-iżvilupp ta' komunikazzjoni elettronika simplifikata bejn negozju u ieħor fl-Unjoni kollha.

(3)  In-nuqqas ta' qafas legali uniformi fil-livell tal-Unjoni li jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jaċċettaw informazzjoni relevanti dwar it-trasport tal-merkanzija, meħtieġa mil-leġiżlazzjoni, f'forma elettronika, hija r-raġuni ewlenija għan-nuqqas ta' progress lejn is-simplifikazzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza tal-mezzi elettroniċi. In-nuqqas ta' aċċettazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi tal-informazzjoni f'forma elettronika jaffettwa mhux biss il-faċilità tal-komunikazzjoni bejniethom u mal-operaturi iżda, indirettament, ixekkel ukoll l-iżvilupp ta' komunikazzjoni elettronika simplifikata bejn negozju u ieħor fl-Unjoni kollha u se jwassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi, speċjalment għall-SMEs.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Xi oqsma tal-liġi tat-trasport tal-Unjoni jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni diġitalizzata, iżda dan fil-biċċa l-kbira ma jirrigwardax il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw mezzi elettroniċi biex l-informazzjoni regolatorja dwar it-trasport tal-merkanzija ssir disponibbli għall-awtoritajiet fit-territorju kollu tal-Unjoni u fir-rigward tal-fażijiet rilevanti kollha tal-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik il-possibbiltà tapplika għall-informazzjoni regolatorja kollha, fil-mezzi kollha tat-trasport.

(4)  Xi oqsma tal-liġi tat-trasport tal-Unjoni jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni diġitalizzata, iżda dan fil-biċċa l-kbira ma jirrigwardax il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni. Biex jonqsu l-piżijiet amministrattivi u biex il-kontrolli u l-ġlieda kontra l-ksur ikunu iktar effiċjenti, jenħtieġ li dejjem ikun possibbli li jintużaw mezzi elettroniċi biex l-informazzjoni regolatorja dwar it-trasport tal-merkanzija ssir disponibbli għall-awtoritajiet fit-territorju kollu tal-Unjoni u fir-rigward tal-fażijiet rilevanti kollha tal-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik il-possibbiltà tapplika għall-informazzjoni regolatorja kollha, fil-mezzi kollha tat-trasport. L-Istati Membri jenħtieġ li jaċċettaw dokumenti tat-trasport elettroniċi b'mod ġenerali, u jirratifikaw u japplikaw il-protokoll e-CMR mingħajr dewmien. Għalhekk, l-awtoritajiet jenħtieġ li jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-informazzjoni regolatorja u jagħmlu d-data tagħhom disponibbli b'mod diġitali, f'konformità mal-liġi applikabbli.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex ikun hemm aċċess għal kapaċità ta' infurzar li hija skarsa, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni regolatorja.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Peress li dan ir-Regolament huwa maħsub biss biex jiffaċilita l-għoti tal-informazzjoni, u speċifikament b'mezzi elettroniċi, jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li jiddeterminaw il-kontenut tal-informazzjoni regolatorja u, b'mod partikolari, jenħtieġ li ma jimponu l-ebda rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja addizzjonali. Filwaqt li dan ir-Regolament huwa maħsub biex jippermetti l-konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja permezz ta' mezzi elettroniċi iżjed milli permezz ta' dokumenti stampati, jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar rekwiżiti li jirrigwardaw id-dokumenti li suppost jintużaw għall-preżentazzjoni strutturata tal-informazzjoni inkwistjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-vjeġġi ta' skart li jkun fihom rekwiżiti proċedurali għall-vjeġġi ukoll mistennija li ma jintlaqtux minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew f'atti ta' implimentazzjoni jew iddelegati adottati skont it-termini tiegħu.

(6)  Peress li dan ir-Regolament huwa maħsub biss biex jiffaċilita u jħeġġeġ l-għoti tal-informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi amministrattivi, u speċifikament b'mezzi elettroniċi, jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li jiddeterminaw il-kontenut tal-informazzjoni regolatorja u, b'mod partikolari, jenħtieġ li ma jimponu l-ebda rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja addizzjonali. Billi dan ir-Regolament huwa maħsub biex jippermetti l-konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja permezz ta' mezzi elettroniċi iżjed milli permezz ta' dokumenti stampati, jenħtieġ li dan jippermetti l-iżvilupp ta' Pjattaformi Ewropej sabiex ikun hemm skambju u kondiviżjoni faċli tal-informazzjoni. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar rekwiżiti li jirrigwardaw id-dokumenti li suppost jintużaw għall-preżentazzjoni strutturata tal-informazzjoni inkwistjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-vjeġġi ta' skart li jkun fihom rekwiżiti proċedurali għall-vjeġġi ukoll mistennija li ma jintlaqtux minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew f'atti ta' implimentazzjoni jew iddelegati adottati skont it-termini tiegħu. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk hemmx bżonn li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tar-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja dwar it-trasport ta' merkanzija fit-territorju tal-Unjoni jiġu adattati sabiex jittejbu l-kapaċitajiet ta' infurzar tal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Fid-definizzjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, jenħtieġ li jitqiesu b'mod xieraq l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tal-iskambju tad-data stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u fl-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti għall-iskambju multimodali tad-data u mudelli tad-data eżistenti, kif ukoll il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà27, li jipprovdi approċċ għat-twassil ta' servizzi pubbliċi diġitali Ewropej miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa wkoll biex dawn l-ispeċifikazzjonijiet jibqgħu teknoloġikament newtrali u miftuħa għal teknoloġiji innovattivi.

(9)  Fid-definizzjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, jenħtieġ li jitqiesu b'mod xieraq l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tal-iskambju tad-data stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u fl-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti għall-iskambju multimodali tad-data, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-GDPR. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-investimenti li jsiru mill-operaturi ekonomiċi u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu wkoll mudelli ta' data speċifiċi għall-modalità eżistenti, kif ukoll il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà27, li jipprovdi approċċ għat-twassil ta' servizzi pubbliċi diġitali Ewropej miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-involviment xieraq tal-partijiet interessati rilevanti kollha huwa importanti fl-iżvilupp u t-tħejjija ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa wkoll biex dawn l-ispeċifikazzjonijiet jibqgħu teknoloġikament newtrali u miftuħa għal teknoloġiji innovattivi.

__________________

__________________

27 Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – Strateġija ta' Implimentazzjoni, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, (COM(2017)134).

27 Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – Strateġija ta' Implimentazzjoni, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, (COM(2017)134).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex tinbena l-fiduċja kemm tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konformità tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ma' dawk ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jdaħħlu fis-seħħ sistema ta' ċertifikazzjoni msejsa fuq akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.

(11)  Biex tinbena l-fiduċja kemm tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konformità tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ma' dawk ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jdaħħlu fis-seħħ sistema ta' ċertifikazzjoni msejsa fuq akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. Minħabba l-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament twil, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk it-teknoloġiji bħat-teknoloġija tal-blockchain jistgħux jiggarantixxu riżultat simili bħas-sistema ta' ċertifikazzjoni filwaqt li sostanzjalment inaqqsu l-ispejjeż għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

28 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu li tiġi aċċettata informazzjoni regolatorja disponibbli f'format elettroniku skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

imħassar

__________________

 

29 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tinkludi għadd kbir ta' kwistjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu regoli dwar l-aċċess u l-ipproċessar għall-awtoritajiet kompetenti u rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI u l-fornituri tas-servizzi. Peress li dawn huma kwistjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali u għandhom l-għan li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv, kollha għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex din tistabbilixxi sett u sottosettijiet komuni ta' data fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja rispettivi koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-awtoritajiet kompetenti għall-aċċess u għall-ipproċessar ta' dik l-informazzjoni fejn l-operaturi ekonomiċi inkwistjoni jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli b'mod elettroniku, inklużi regoli dettaljati u speċifikazzjonijiet tekniċi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tinkludi għadd kbir ta' kwistjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu regoli dwar l-aċċess u l-ipproċessar għall-awtoritajiet kompetenti u rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI u l-fornituri tas-servizzi. Peress li dawn huma kwistjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali u għandhom l-għan li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv, kollha għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex din tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjattaformi tal-eFTI u għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tinkludi għadd kbir ta' kwistjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu regoli dwar l-aċċess u l-ipproċessar għall-awtoritajiet kompetenti u rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI u l-fornituri tas-servizzi. Peress li dawn huma kwistjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali u għandhom l-għan li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv, kollha għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15 - inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  jiġu stabbiliti proċeduri komuni, speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli dettaljati għall-awtoritajiet kompetenti għall-aċċess u l-ipproċessar tar-rekwiżiti ta' informazzjoni rispettivi koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjattaformi tal-eFTI u għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibda taħdem immedjatament fuq l-atti delegati sabiex tevita aktar dewmien u tiżgura li l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali għall-komunikazzjoni elettronika ta' informazzjoni regolatorja relatata mat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament:

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali għall-komunikazzjoni elettronika ta' informazzjoni regolatorja relatata mat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, inkluża l-interoperabbiltà tiegħu. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament:

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu meħtieġa jaċċettaw informazzjoni regolatorja meta ssir disponibbli b'mod elettroniku mill-operaturi ekonomiċi involuti;

(a)  jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu meħtieġa jaċċettaw informazzjoni regolatorja provduta b'mod elettroniku mill-operaturi ekonomiċi involuti;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-operaturi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa jagħmlu disponibbli l-informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri iridu jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni regolatorja.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament japplika għar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fl-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat, jew li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-vjeġġi ta' skart. Fir-rigward tal-vjeġġi ta' skart, dan ir-Regolament ma japplikax għal kontrolli mill-uffiċċji doganali, kif previst fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni. Dawk l-atti tal-Unjoni li japplika għalihom dan ir-Regolament u r-rekwiżiti korrispondenti tal-informazzjoni regolatorja jinsabu elenkati fil-Parti A tal-Anness I.

Dan ir-Regolament japplika għar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fl-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat, jew li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-vjeġġi ta' skart u r-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja għat-trasport tal-merkanzija stabbiliti f'konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli fl-Unjoni. Fir-rigward tal-vjeġġi ta' skart, dan ir-Regolament ma japplikax għal kontrolli mill-uffiċċji doganali, kif previst fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni. Dawk l-atti tal-Unjoni li japplika għalihom dan ir-Regolament u r-rekwiżiti korrispondenti tal-informazzjoni regolatorja jinsabu elenkati fil-Parti A tal-Anness I.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jinkorpora referenzi għal atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport ta' merkanzija, li jistabbilixxu rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  jinkorpora referenzi għal konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli fl-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja relatati direttament jew indirettament mat-trasport tal-merkanzija.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4  Rekwiżiti għal operaturi ekonomiċi kkonċernati

Rekwiżiti għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jagħmlu disponibbli informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku, għandhom jagħmlu dan abbażi ta' data pproċessata fi pjattaforma ċertifikata tal-eFTI u, jekk applikabbli, minn fornitur tas-servizzi tal-eFTI ċċertifikat. L-informazzjoni regolatorja għandha ssir disponibbli f'format li jista' jinqara mill-magni u, fuq talba tal-awtorità kompetenti, f'format li jista' jinqara mill-bniedem.

L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku. Għandhom jagħmlu dan abbażi ta' data pproċessata fi pjattaforma ċertifikata tal-eFTI, bi qbil mal-Artikolu 8, u, jekk applikabbli, minn fornitur tas-servizzi tal-eFTI ċertifikat, bi qbil mal-Artikolu 9. L-informazzjoni regolatorja għandha ssir disponibbli f'format li jista' jinqara mill-magni u, fuq talba tal-awtorità kompetenti, f'format li jista' jinqara mill-bniedem.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni f'format li jista' jinqara mill-magni għandha ssir disponibbli permezz ta' konnessjoni awtentikata u sigura mas-sors tad-data ta' pjattaforma tal-eFTI. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet li permezz tiegħu tista' tiġi aċċessata l-informazzjoni, flimkien ma' kwalunkwe element ieħor li jkun meħtieġ biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tidentifika b'mod uniku l-informazzjoni regolatorja.

L-informazzjoni f'format li jista' jinqara mill-magni għandha ssir disponibbli permezz ta' konnessjoni awtentikata, interoperabbli u sigura mas-sors tad-data ta' pjattaforma tal-eFTI. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet li permezz tiegħu tista' tiġi aċċessata l-informazzjoni, flimkien ma' kwalunkwe element ieħor li jkun meħtieġ biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tidentifika b'mod uniku l-informazzjoni regolatorja.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċettazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti

Aċċettazzjoni u għoti ta' informazzjoni regolatorja mill-awtoritajiet kompetenti

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati dwar l-informazzjoni regolatorja.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn li ġejjin permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 13, sabiex tistabbilixxi dan li ġej:

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-validazzjoni tal-identità ta' kwalunkwe persuna fiżika jew entità ġuridika li toħroġ dikjarazzjonijiet legalment vinkolanti hawn taħt;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mudelli ta' data u settijiet ta' data eżistenti u standardizzati identifikati f'konvenzjonijiet internazzjonali li huma applikabbli fl-Unjoni għandhom jintużaw bħala referenza għad-definizzjoni ta' dawn id-data, proċeduri u regoli ta' aċċess komuni tal-eFTI.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

imħassar

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pjattaformi tal-eFTI użati għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja għandhom jipprovdu funzjonalitajiet li jiżguraw li:

1.  Il-pjattaformi tal-eFTI għandhom ikunu rregolati mill-prinċipji ġenerali tan-newtralità teknoloġika kif ukoll l-interoperabbiltà. Il-pjattaformi tal-eFTI użati għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja għandhom jipprovdu funzjonalitajiet li jiżguraw li:

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-data personali tkun tista' tiġi pproċessata f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679;

(a)  id-data personali trid tiġi pproċessata f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-data kummerċjali tkun tista' tiġi pproċessata f'konformità mal-Artikolu 6;

(b)  id-data kummerċjali tkun trid tiġi pproċessata f'konformità mal-Artikolu 6;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  li l-pjattaformi tal-eFTI u d-data li tinsab fihom ikunu interoperabbli;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tkun tista' tiġi stabbilita konnessjoni unika ta' identifikazzjoni elettronika bejn id-data pproċessata u d-dispaċċ fiżiku ta' sett determinat ta' oġġetti li magħhom tkun relatata dik id-data, mill-oriġini sad-destinazzjoni, taħt it-termini ta' kuntratt ta' trasport uniku, irrispettivament mill-kwantità jew mill-għadd ta' kontenituri, pakketti, jew biċċiet;

(c)  tkun tista' tiġi stabbilita konnessjoni unika ta' identifikazzjoni elettronika bejn id-data pproċessata u d-dispaċċ fiżiku ta' sett determinat ta' oġġetti li magħhom tkun relatata dik id-data, mill-oriġini sad-destinazzjoni, taħt it-termini ta' kuntratt ta' trasport uniku jew nota ta' kunsinna;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  L-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess immedjat għall-informazzjoni rilevanti kollha, kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, sabiex jiżguraw l-ordni pubblika u l-konformità mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tal-Parti Tlieta tat-Trattat;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-elementi ta' data pproċessati jkunu jikkorrispondu mas-sett u mas-sottosettijiet komuni ta' data tal-eFT, u jkunu jistgħu jiġu pproċessati fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

(h)  l-elementi ta' data pproċessati jkunu jikkorrispondu mas-sett u mas-sottosettijiet komuni ta' data tal-eFTI, u jkunu jistgħu jiġu pproċessati fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew ko-uffiċjal fi Stat Membru.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għandu jkun hemm format standardizzat tal-eFTI li jinkludi r-rekwiżiti kollha ta' informazzjoni regolatorja elenkati fil-parti A tal-Anness 1 u r-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja kollha elenkati fil-parti B tal-Anness 1 skont taqsima ddeżinjata u distinta tal-format tal-eFTI elenkat mill-Istati Membri.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  id-data hija interoperabbli

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-data tkun maħżuna u aċċessibbli tul perjodu xieraq ta' żmien, f'konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja;

(b)  id-data tkun maħżuna u aċċessibbli għal erba' snin, f'konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtoritajiet ikollhom aċċess immedjat għal informazzjoni regolatorja li tirrigwarda operazzjoni tat-trasport tal-merkanzija pproċessata permezz tal-pjattaformi tal-eFTI tagħhom, meta dan l-aċċess jingħata lill-awtoritajiet minn operatur ekonomiku kkonċernat;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess immedjat għal informazzjoni regolatorja li tirrigwarda operazzjoni tat-trasport tal-merkanzija pproċessata permezz tal-pjattaformi tal-eFTI tagħhom, meta dan l-aċċess jingħata lill-awtoritajiet kompetenti minn operatur ekonomiku kkonċernat;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-korpi akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità, u tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ċċertifikati minn dawk il-korpi f'konformità mal-Artikoli 11 u 12. Dawn għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-internet tal-gvern. Il-lista għandha tiġi aġġornata b'mod regolari, u mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena.

3.  L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-korpi akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità, u tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ċċertifikati minn dawk il-korpi f'konformità mal-Artikoli 11 u 12. Dawn għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-internet tal-gvern. Il-lista għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien kull darba li ssir bidla fl-informazzjoni li jkun fiha, u mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sal-31 ta' Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-listi msemmija fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni, flimkien mal-indirizz tas-sit elettroniku fejn dawk il-listi jkunu ġew ippubblikati. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ħolqa għal dawk l-indirizzi fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħha.

4.  Sal-31 ta' Mejju kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-listi msemmija fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni, flimkien mal-indirizz tas-sit elettroniku fejn dawk il-listi jkunu ġew ippubblikati. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ħolqa għal dawk l-indirizzi fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħha.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Iċ-ċertifikazzjoni għandha titwettaq b'mod indipendenti sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-konformità għandha tiġi żgurata ma' pjattaformi standardizzati eżistenti identifikati f'konvenzjonijiet internazzjonali li huma applikabbli fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċertifikazzjoni ta' soluzzjonijiet u pjattaformi hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-protokoll eCMR, is-sigurtà tad-data u l-interoperabbiltà tas-sett ta' data tal-eFTI. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun indipendenti u l-pajjiżi m'għandhomx jiffavorixxu lill-fornituri tas-soluzzjonijiet tagħhom stess. Il-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni jeħtieġ li jkunu ddefiniti minn qabel u applikabbli b'mod komuni fl-UE. Definizzjoni ċara tal-varjazzjonijiet tal-proċeduri ta' ffirmar u tal-istandards ta' sigurtà "permessi/approvati", kif ukoll definizzjoni ċara tal-protezzjoni tad-"data", huma meħtieġa.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Sistemi tal-IT eżistenti, li bħalissa qed jintużaw mill-operaturi ekonomiċi fis-settur tat-trasport biex jipprovdu informazzjoni regolatorja u li jissodisfaw ir-rekwiżiti funzjonali stabbiliti fl-Artikolu 8(1), għandhom jiġu ċertifikati bħala pjattaformi eFTI.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 7, fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 7, fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.  Atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 2 għandhom japplikaw minn sena wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Bidliet futuri fl-Anness 1 se jintroduċu rekwiżiti regolatorji ġodda fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u biex l-awtoritajiet u l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex iqisu r-rekwiżit il-ġdid, huwa rrakkomandat li tiġi permessa sena ta' tranżizzjoni qabel l-applikazzjoni tal-verżjonijiet emendati tal-Anness. Sabiex jiġu vvalutati b'mod effettiv l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' kull emenda, huwa rrakkomandat li jiġu kkonsultati r-rappreżentanti tas-settur matul it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Qabel ma tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati u l-korpi rappreżentattivi tagħhom fil-fora xierqa, jiġifieri permezz tal-grupp ta' esperti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 5921 final tal-13.09.2018 ("Forum dwar it-Trasport Diġitali u l-Loġistika").

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

imħassar

Proċedura ta' kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tinkludi għadd kbir ta' kwistjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu regoli dwar l-aċċess u l-ipproċessar għall-awtoritajiet kompetenti u rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI u l-fornituri tas-servizzi. Peress li dawn huma kwistjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali u għandhom l-għan li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv, kollha għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux iktar tard minn [sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1.  Mhux iktar tard minn [tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-evalwazzjoni għandha b'mod partikolari teżamina l-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi estiż għal ċerta informazzjoni bejn in-negozji li hija meħtieġa biex tagħti prova tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti fl-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tal-Parti Tlieta tat-Trattat.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni daħħal erba' snin mid-dħul fis-seħħ].

Għandu japplika minn ... [tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

(1)

ĠU C …(Għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU)

(2)

ĠU C …(Għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU)


NOTA SPJEGATTIVA

Is-settur tat-trasport għadu lura fl-użu ta' mezzi diġitali meta mqabbel ma' setturi oħra tas-soċjetà u l-ekonomija tagħna. Il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija fl-UE għadhom jeħtieġu l-użu ta' dokumenti stampati, li jwassal għas-sitwazzjoni li sewwieq tat-trakkijiet internazzjonali fis-sena 2018 għad irid iġorr miegħu fil-kabina ammont kbir ta' kopji stampati ta' dokumenti. L-użu bil-mod tad-diġitalizzazzjoni jwassal għal ineffiċjenzi għall-atturi tas-suq fil-ktajjen tat-trasport u f'dawk loġistiċi, b'mod partikolari fit-trasport multimodali u transfruntier, u għal piż ambjentali mhux meħtieġ. Barra minn hekk, dan jikkomplika l-infurzar tar-regoli mill-awtoritajiet nazzjonali, peress li l-kontrolli iridu jsiru fejn ikun hemm il-kopji stampati. Minħabba l-fatt li l-movimenti totali tat-trasport tal-merkanzija huma mistennija jikbru b'aktar minn 50 % sal-2050, l-użu bil-mod tad-diġitalizzazzjoni se jsir kwistjoni saħansitra iktar serja fis-snin li ġejjin.

Il-Kummissjoni identifikat żewġ kawżi ewlenin għall-użu bil-mod tad-dokumentazzjoni elettronika tat-trasport: nuqqas ta' rikonoxximent tal-ekwivalenza ġuridika ta' dokumenti elettroniċi mill-awtoritajiet kompetenti u ambjent tal-IT frammentat mingħajr sistemi stabbiliti sew u interoperabbli b'regoli ġeneralment applikabbli u vinkolanti dwar id-dokumenti elettroniċi tat-trasport.

Il-proposta tal-Kummissjoni (i) tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni regolatorja (għal ċerti atti legali) f'forma elettronika, u (ii) tistabbilixxi qafas ta' pjattaformi u fornituri ta' servizzi tal-eFTI ċertifikati (minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità).

Ir-rapporteur tilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni. Din il-proposta kienet ilha meħtieġa, peress li s-settur għadu lura b'mod serju fid-diġitalizzazzjoni meta mqabbel mal-bqija tal-ekonomija. Skont il-valutazzjoni tal-impatt, madwar 99 % tal-operazzjonijiet tranfruntiera kollha tat-trasport fit-territorju tal-UE għadhom jinvolvu dokumenti stampati, f'xi stadju jew ieħor tal-operazzjoni. Il-Parlament Ewropew diġà appella bosta drabi fil-passat biex tingħata spinta aktar b'saħħitha lejn trasport mingħajr karti, u ħeġġeġ biex ikun hemm fluss ta' informazzjoni aktar simplifikat, mingħajr karti, mingħajr xkiel, trasparenti, sikur u affidabbli bejn in-negozji, il-klijenti u l-awtoritajiet f'dan is-settur.

Madankollu, ir-rapporteur temmen li l-proposta hija pjuttost limitata fl-ambitu u tista' tissaħħaħ ulterjorment. Il-fatt li l-awtoritajiet kompetenti jintalbu jaċċettaw xi informazzjoni regolatorja f'forma elettronika x'aktarx li mhux se jkun biżżejjed biex is-settur tat-trasport jersaq lejn nuqqas ta' karti stampati. Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta għandu jitwessa' biex jinkludi informazzjoni regolatorja rilevanti oħra fil-qasam tat-trasport (eż. liċenzja Komunitarja, affidabbiltà stradali, kwalifiki tas-sewwieqa) sabiex jitnaqqas ulterjorment il-piż amministrattiv. Bħala prinċipju, fil-futur l-informazzjoni regolatorja kollha relatata mat-trasport għandha tintbagħat b'mod elettroniku. Jekk jista' jkun, jista' jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni li jippermetti li jkun hemm żmien ta' aġġustament għall-għadd kbir ta' SMEs żgħar ħafna fis-settur. Barra minn hekk, fil-futur għandu jsir użu akbar min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni diġitali disponibbli kollha (inkluża informazzjoni rilevanti bejn in-negozji bħall-pedaġġ u l-ITS) biex tiġi mmonitorjata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (bħall-kabotaġġ jew l-istazzjonar) b'mod aktar intelliġenti. Fl-aħħar nett, il-kisba u ż-żamma tal-fiduċja tal-operaturi fis-sikurezza u s-sigurtà tas-sistema huma vitali. Għalhekk, is-sistema proposta ta' pjattaformi u fornituri tas-servizzi tal-eFTI ċertifikati, inklużi l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u r-regoli ta' aċċess korretti, huma importanti ħafna. It-twaqqif ta' din is-sistema ta' ċertifikazzjoni għandu jsir pjuttost malajr u abbażi tal-istandards internazzjonali eżistenti, u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, sabiex l-adozzjoni mis-suq tkun tista' sseħħ malajr.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija

Referenzi

COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

19.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Claudia Schmidt

3.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.1.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Dominique Riquet, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Stefan Gehrold, Maria Grapini, Rolandas Paksas, Jozo Radoš

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov

Data tat-tressiq

4.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Jozo Radoš, Dominique Riquet

ECR

Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Rolandas Paksas

ENF

Marie-Christine Arnautu

GUE/NGL

Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Andor Deli, Michael Gahler, Stefan Gehrold, Luis de Grandes Pascual, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Andrey Novakov, Claudia Schmidt

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

2

-

ECR

Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Frar 2019Avviż legali