Proċedura : 2018/0434(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0061/2019

Testi mressqa :

A8-0061/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.5
CRE 13/02/2019 - 16.5
PV 13/03/2019 - 11.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0107
P8_TA(2019)0168

RAPPORT     ***I
PDF 189kWORD 74k
4.2.2019
PE 634.467v01-00 A8-0061/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Kosma Złotowski

(Simplified procedure – Rule 50(2) of the Rules of Procedure)

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0894),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0514/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0061/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra ċ-ċertifikati elenkati fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għall-moduli tat-taħriġ teoriku msemmija fl-Artikolu 5.

3.  Minbarra ċ-ċertifikati elenkati fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għall-moduli tat-taħriġ msemmija fl-Artikolu 5.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li jikkonċernaw l-użu ta' prodotti, ta' partijiet u ta' tagħmir għandhom jibqgħu validi, sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw fl-inġenji tal-ajru jew fuqhom.

Iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li jikkonċernaw l-użu ta' prodotti, ta' partijiet u ta' tagħmir għandhom jibqgħu validi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riport ta' moduli tat-taħriġ teoriku

Riport ta' moduli tat-taħriġ

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/20111 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/20142, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-Aġenzija, skont il-każ, għandhom iqisu l-eżamijiet li saru f'organizzazzjonijiet tat-taħriġ soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament, daqslikieku saru f'organizzazzjoni tat-taħriġ soġġetta għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

B'deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/20111 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/20142, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-Aġenzija, skont il-każ, għandhom iqisu l-eżamijiet li saru f'organizzazzjonijiet tat-taħriġ soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit iżda li għadhom ma wasslux għall-ħruġ tal-liċenzja qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament, daqslikieku saru f'organizzazzjoni tat-taħriġ soġġetta għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

__________________

__________________

1 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.

1 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.

2 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol. ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1.

2 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol. ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq it-talba tal-Aġenzija, id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom jipprovdu kopji tar-rapport tal-awditjar, tas-sejbiet u tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva kollha li jkunu rilevanti għaċ-ċertifikat u li jkunu nħarġu matul it-tliet snin ta' qabel it-talba. Fejn tali dokumenti ma jkunux ġew ipprovduti fil-perjodi limitati stipulati mill-Aġenzija fit-talba tagħha, l-Aġenzija tista' tirtira l-benefiċċju miksub skont l-Artikoli 3 jew 4, skont il-każ.

2.  Fuq it-talba tal-Aġenzija, id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 u l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4, għandhom jipprovdu kopji tar-rapport tal-awditjar, tas-sejbiet u tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva kollha li jkunu rilevanti għaċ-ċertifikat u li jkunu nħarġu matul it-tliet snin ta' qabel it-talba. Fejn tali dokumenti ma jkunux ġew ipprovduti fil-perjodi limitati stipulati mill-Aġenzija fit-talba tagħha, l-Aġenzija tista' tirtira l-benefiċċju miksub skont l-Artikoli 3 jew 4, skont il-każ.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 3 jew 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, li tista' tikkuntrasta mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2018/1139.

3.  Id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 jew l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, li tista' tikkuntrasta mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2018/1139.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għas-sorveljanza tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti prevista għall-entitajiet ta' pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu, jew skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għas-sorveljanza tad-detenturi jew tal-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti prevista għall-entitajiet ta' pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu, jew skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/20141 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu japplika għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkollhom iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħad-detenturi ta' ċertifikati korrispondenti maħruġa għall-persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta' pajjiż terz.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/20141 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu japplika għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkollhom jew li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħad-detenturi ta' ċertifikati korrispondenti maħruġa għall-persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta' pajjiż terz.

__________________

__________________

1 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007. ĠU L 95, 28.3.2014, p. 58.

1 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007. ĠU L 95, 28.3.2014, p. 58.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Anness – Taqsima 2 – punt 2.6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2.6 a  Regolament (UE) Nru 1321/2014, Parti-M, Sottoparti H, Punti M.A.801 (b) 2, 3 u (c) (Ċertifikati għar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni).

(1)

[ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0 / Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali]

(2)

[ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0 / Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali]


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Kosma Złotowski

10.1.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

10.1.2019

Eżami fil-kumitat

22.1.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

4.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali